EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TJ0471

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ġunju 2011.
Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Buonfatti - Trade mark Benelux verbali preċedenti Bonfait - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Kawża T-471/09.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:307





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 – Oetker Nahrungsmittel vs UASI – Bonfait (Buonfatti)

(Kawża T-471/09) 

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Buonfatti – Trade mark Benelux verbali preċedenti Bonfait – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56, 57, 86)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 340/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bonfait BV u Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Buonfatti għall-prodotti fil-klassijiet 29 u 30 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3939915

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Bonfait BV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

B’mod partikolari, ir-reġistrazzjoni Benelux tat-trade mark verbali Bonfait Nru 393133 u t-trade mark Komunitarja figurattiva Bonfait Nru 648816 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 340/2007‑4) hija annullata.

2)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi minn Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.

Top