EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0006

Kawża C-6/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad- 29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/74/KE — Protezzjoni ta' l-impjegati — Insolvenza ta' min iħaddem)

OJ C 22, 26.1.2008, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta' Novembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-6/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/74/KE - Protezzjoni ta' l-impjegati - Insolvenza ta' min iħaddem)

(2008/C 22/25)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Enegren u R. Vidal Puig, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/74/KE tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 270, p. 10)

Dispożittiv

1)

Peress li naqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonjiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/74/KE tat-23 ta' Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-impjegati f'każ ta' l-insolvenza ta' min iħaddimhom, ir-Renju ta' Spanja naqas mill-obbligi imposti fuqu minn din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


Top