Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0281

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward l-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea

COM/2021/281 final

Brussell, 3.6.2021

COM(2021) 281 final

2021/0136(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward l-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea

{SEC(2021) 228 final} - {SWD(2021) 124 final} - {SWD(2021) 125 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jakkumpanja l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (eIDAS) 1 . L-istrument legali għandu l-għan li jipprevedi, għall-użu transfruntier:

aċċess għal soluzzjonijiet siguri u affidabbli ħafna tal-identità elettronika,

li s-servizzi pubbliċi u privati jkunu jistgħu jiddependu fuq soluzzjonijiet affidabbli u siguri tal-identità diġitali,

li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jingħataw is-setgħa li jużaw soluzzjonijiet tal-identità diġitali,

li dawn is-soluzzjonijiet ikunu marbuta ma’ varjetà ta’ attributi u jippermettu l-kondiviżjoni mmirata ta’ data dwar l-identità limitata għall-ħtiġijiet tas-servizz speċifiku mitlub,

l-aċċettazzjoni ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati fl-UE u kundizzjonijiet ugwali għall-forniment tagħhom.

Dak li qed jitfaċċa fis-suq huwa ambjent ġdid fejn l-enfasi ċċaqalqet mill-provvista u l-użu ta’ identitajiet diġitali riġidi għall-provvista u d-dipendenza fuq attributi speċifiċi relatati ma’ dawk l-identitajiet. Hemm domanda akbar għal soluzzjonijiet tal-identità elettronika li jistgħu jwasslu dawn il-kapaċitajiet li jipprovdu titjib fl-effiċjenza u livell għoli ta’ fiduċja madwar l-UE kollha, kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku, abbażi tal-ħtieġa li jiġu identifikati u awtentikati utenti b’livell għoli ta’ assigurazzjoni.

L-evalwazzjoni tar-Regolament eIDAS 2 uriet li r-Regolament attwali jonqos milli jindirizza dawn id-domandi ġodda tas-suq, l-aktar minħabba l-limitazzjonijiet inerenti tiegħu għas-settur pubbliku, il-possibbiltajiet limitati u l-kumplessità għall-fornituri privati online biex jikkollegaw mas-sistema, id-disponibbiltà insuffiċjenti tiegħu ta’ soluzzjonijiet tal-eIDs notifikati fl-Istati Membri kollha u n-nuqqas ta’ flessibbiltà tiegħu biex jappoġġa varjetà ta’ każijiet ta’ użu. Barra minn hekk, is-soluzzjonijiet tal-identità li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-eIDAS, bħal dawk offruti mill-fornituri tal-midja soċjali u mill-istituzzjonijiet finanzjarji, iqajmu tħassib dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Dawn ma jistgħux jirrispondu b’mod effettiv għad-domandi ġodda tas-suq u ma għandhomx l-influwenza transfruntiera biex jindirizzaw ħtiġijiet settorjali speċifiċi fejn l-identifikazzjoni tkun sensittiva u teħtieġ livell għoli ta’ ċertezza.

Mid-dħul fis-seħħ tal-parti tar-Regolament dwar l-eID f’Settembru 2018, 14-il Stat Membru biss innotifikaw mill-inqas skema waħda tal-eID. B’riżultat ta’ dan, 59 % biss tar-residenti tal-UE għandhom aċċess għal skemi affidabbli u siguri tal-eID bejn il-fruntieri. 7 skemi biss huma kompletament mobbli, u jwieġbu għall-aspettattivi attwali tal-utent. Peress li n-nodi tekniċi għall-iżgurar tal-konnessjoni mal-qafas tal-eIDAS għall-interoperabbiltà mhux kollha huma kompletament operazzjonali, l-aċċess transfruntier huwa limitat; is-servizzi pubbliċi online aċċessibbli domestikament li jistgħu jintlaħqu b’mod transfruntier permezz tan-network tal-eIDAS huma ftit ħafna.

Billi jiġi offrut qafas Ewropew tal-Identità Diġitali bbażat fuq ir-reviżjoni ta’ dak attwali, mill-inqas 80 % taċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jużaw soluzzjoni tal-ID diġitali biex jaċċessaw servizzi pubbliċi ewlenin sal-2030. Barra minn hekk, is-sigurtà u l-kontroll offruti mill-qafas Ewropew tal-Identità Diġitali jenħtieġ li jagħtu liċ-ċittadini u lir-residenti kunfidenza sħiħa li l-qafas Ewropew tal-Identità Diġitali se joffri lil kulħadd il-mezzi għall-kontroll ta’ min għandu aċċess għat-tewmi diġitali tiegħu u għal liema data eżattament. Dan se jirrikjedi wkoll livell għoli ta’ sigurtà fir-rigward tal-aspetti kollha tal-proviżjonament tal-identità diġitali, inkluż il-ħruġ ta’ Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, u l-infrastruttura għall-ġbir, il-ħżin u l-iżvelar ta’ data dwar l-identità diġitali.

Barra minn hekk, il-qafas attwali tal-eIDAS ma jkoprix il-forniment ta’ attributi elettroniċi, bħal ċertifikati mediċi jew kwalifiki professjonali, u dan jagħmilha diffiċli li jiġi żgurat rikonoxximent legali pan-Ewropew ta’ dawn il-kredenzjali f’forma elettronika. Barra minn hekk, ir-Regolament eIDAS ma jippermettix lill-utenti jillimitaw il-kondiviżjoni tad-data dwar l-identità għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-forniment ta’ servizz.

Filwaqt li l-evalwazzjoni tar-Regolament eIDAS turi li l-qafas għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji kien pjuttost ta’ suċċess, billi pprovda livell għoli ta’ fiduċja u żgura l-adozzjoni u l-użu tal-biċċa l-kbira tas-servizzi fiduċjarji, jeħtieġ li jsir aktar biex tintlaħaq armonizzazzjoni u aċċettazzjoni sħiħa. Għaċ-ċertifikati kwalifikati ta’ awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi, iċ-ċittadini jridu jkunu jistgħu jiddependu fuqhom u jibbenefikaw mill-informazzjoni sigura u affidabbli dwar min ikun responsabbli għal sit elettroniku, u b’hekk titnaqqas il-frodi.

Barra minn hekk, biex twieġeb għad-dinamika tas-swieq u għall-iżviluppi teknoloġiċi, din il-proposta tespandi l-lista attwali tal-eIDAS ta’ servizzi fiduċjarji bi tliet servizzi fiduċjarji kwalifikati ġodda, jiġifieri l-forniment ta’ servizzi ta’ arkivjar elettroniku, reġistri elettroniċi u l-ġestjoni ta’ apparati għall-ħolqien ta’ firem u siġilli elettroniċi mill-bogħod.

Din il-proposta toffri wkoll approċċ armonizzat għas-sigurtà, għaċ-ċittadini li jiddependu fuq identità diġitali Ewropea li tirrappreżentahom online, u għall-fornituri ta’ servizzi online li se jkunu jistgħu jiddependu bis-sħiħ fuq u jaċċettaw soluzzjonijiet tal-identità diġitali indipendentement minn fejn dawn ikunu nħarġu. Din il-proposta timplika bidla għall-emittenti ta’ soluzzjonijiet tal-identità diġitali Ewropea, li tipprovdi arkitettura teknika u qafas ta’ referenza komuni u standards komuni li għandhom jiġu żviluppati f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri. Jeħtieġ approċċ armonizzat biex jiġi evitat li l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda tal-identità diġitali fl-Istati Membri joħloq aktar frammentazzjoni skattata mill-użu ta’ soluzzjonijiet nazzjonali diverġenti. Approċċ armonizzat se jsaħħaħ ukoll is-Suq Uniku peress li dan jippermetti liċ-ċittadini, lil residenti oħrajn u lin-negozji jidentifikaw online b’mod sigur, konvenjenti u uniformi madwar l-UE kollha biex jaċċessaw kemm servizzi pubbliċi kif ukoll dawk privati. L-utenti jkunu jistgħu jiddependu fuq ekosistema mtejba għas-servizzi ta’ identitajiet elettroniċi u dawk fiduċjarji rikonoxxuti u aċċettati kullimkien fl-Unjoni.

biex jiġu evitati l-frammentazzjoni u l-ostakli minħabba standards diverġenti, il-Kummissjoni se tadotta Rakkomandazzjoni fl-istess żmien ta’ din il-proposta. Din ir-Rakkomandazzjoni se tistabbilixxi proċess biex jiġi appoġġat approċċ komuni li jippermetti lill-Istati Membri u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn mis-setturi pubbliċi u privati, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, biex jaħdmu lejn l-iżvilupp ta’ Sett ta’ Għodod biex jiġu evitati approċċi diverġenti u jiġi evitat li tiġi pperikolata l-implimentazzjoni futura tal-qafas Ewropew tal-Identità Diġitali.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Din il-proposta tibni fuq ir-Regolament eIDAS attwali, fuq ir-rwol tal-Istati Membri bħala fornituri ta’ identitajiet legali u fuq il-qafas għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji elettroniċi fl-Unjoni Ewropea. Il-proposta hija kumplimentari u kompletament koerenti ma’ strumenti ta’ politika oħra fil-livell tal-UE li għandhom l-għan li jsarrfu l-benefiċċji tas-suq intern fid-dinja diġitali, b’mod partikolari billi jżidu l-possibbiltajiet għaċ-ċittadini li jaċċessaw servizzi b’mod transfruntier. F’dan ir-rigward, il-proposta timplimenta l-mandat politiku pprovdut mill-Kunsill Ewropew 3 u mill-President tal-Kummissjoni Ewropea 4 biex jiġi pprovdut qafas madwar l-UE kollha għall-identitajiet elettroniċi pubbliċi li jiżgura li kwalunkwe ċittadin jew resident jista’ jkollu aċċess għal identità elettronika Ewropea sigura, li tista’ tintuża fi kwalunkwe post fl-UE biex tidentifika u tawtentika għall-aċċess għal servizzi fis-setturi pubbliċi u privati, filwaqt li tippermetti liċ-ċittadini jikkontrollaw x’data tiġi kkomunikata u kif tintuża.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti mal-prijoritajiet għat-trasformazzjoni diġitali kif stabbilit fl-istrateġija Insawru l-Futur Diġitali tal-Ewropa 5  u se tappoġġa l-ilħuq tal-miri indikati fil-Komunikazzjoni dwar id-Deċennju Diġitali 6 . Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità sħiħa mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (minn issa ’l quddiem il-GDPR) 7 . Barra minn hekk, dan ir-Regolament jintroduċi salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-data.

biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà, il-proposta hija konsistenti wkoll mal-politiki tal-Unjoni relatati maċ-ċibersigurtà 8 . Il-proposta tfasslet biex titnaqqas il-frammentazzjoni bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ġenerali taċ-ċibersigurtà għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji regolati mir-Regolament eIDAS.

Barra minn hekk, din il-proposta hija koerenti ma’ politiki settorjali oħrajn li jiddependu fuq l-użu ta’ identitajiet elettroniċi, attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi u servizzi fiduċjarji oħrajn. Dan jinkludi r-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika 9 , ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati fis-settur finanzjarju relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inizjattivi biex jiġu kondiviżi l-kredenzjali tas-sigurtà soċjali, għal liċenzja diġitali tas-sewqan jew għal dokumenti diġitali futuri tal-ivvjaġġar u inizjattivi oħrajn stabbiliti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini u n-negozji li jiddependu bis-sħiħ fuq il-possibbiltajiet ipprovduti mit-trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat. Barra minn hekk, il-Kartiera se tippermetti firem elettroniċi kwalifikati li jistgħu jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni politika 10 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tappoġġa t-trasformazzjoni tal-Unjoni lejn Suq Uniku Diġitali. Bid-diġitalizzazzjoni dejjem tikber tas-servizzi pubbliċi u privati transfruntieri li jiddependu fuq l-użu ta’ soluzzjonijiet tal-identità diġitali, hemm riskju li fil-qafas legali attwali, iċ-ċittadini se jkomplu jiffaċċjaw ostakli u ma jkunux jistgħu jagħmlu użu sħiħ mis-servizzi online mingħajr xkiel madwar l-UE u jippreservaw il-privatezza tagħhom. Hemm ukoll ir-riskju li n-nuqqasijiet tal-qafas legali attwali għas-servizzi fiduċjarji jżidu l-frammentazzjoni u jnaqqsu l-fiduċja jekk jitħallew f’idejn l-Istati Membri biss. Għalhekk, l-Artikolu 114 tat-TFUE huwa identifikat bħala l-bażi ġuridika rilevanti għal din l-inizjattiva.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Iċ-ċittadini u n-negozji jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet siguri u affidabbli ħafna tal-identità diġitali li jistgħu jintużaw madwar l-UE kollha u mill-portabbiltà tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi marbuta mal-identità. L-iżviluppi teknoloġiċi riċenti, u d-domanda tas-suq u tal-utenti jeħtieġu d-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet transfruntieri aktar faċli għall-utent li jippermettu aċċess għal servizzi online madwar l-UE kollha, li r-Regolament eIDAS fil-forma attwali tiegħu ma jistax joffri.

L-utenti saru wkoll aktar imdorrija b’soluzzjonijiet disponibbli globalment, pereżempju meta jaċċettaw l-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ Awtentikazzjoni Unika pprovduti mill-pjattaformi akbar tal-midja soċjali biex jaċċessaw is-servizzi online. L-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jindirizzaw l-isfidi li dan joħloq f’termini ta’ saħħa fis-suq ta’ fornituri kbar, li teħtieġ interoperabbiltà u eIDs affidabbli fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi maħruġa u aċċettati fi Stat Membru wieħed, bħal ċertifikat elettroniku tas-saħħa, spiss ma jiġux rikonoxxuti u aċċettati legalment fi Stati Membri oħra. Dan joħloq ir-riskju li l-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw soluzzjonijiet nazzjonali frammentati li ma jistgħux joperaw bejn il-fruntieri.

Għall-forniment ta’ Servizzi Fiduċjarji, għalkemm fil-biċċa l-kbira jiġu regolati u jiffunzjonaw f’konformità mal-ħidma legali attwali, il-prattiki nazzjonali joħolqu wkoll ir-riskju ta’ frammentazzjoni akbar.

Fl-aħħar mill-aħħar, intervent fil-livell tal-UE huwa l-aktar adattat biex jipprovdi liċ-ċittadini u lin-negozji l-mezzi biex jidentifikaw b’mod transfruntier u jiskambjaw attributi u kredenzjali tal-identità personali bl-użu ta’ soluzzjonijiet siguri u affidabbli ħafna tal-identità diġitali, f’konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Dan jeħtieġ eID affidabbli u sigura u qafas regolatorju li jorbothom mal-attributi u l-kredenzjali fil-livell tal-UE. Intervent fil-livell tal-UE biss jista’ jistabbilixxi l-kundizzjonijiet armonizzati li jiżguraw il-kontroll tal-utenti u l-aċċess għal servizzi diġitali online transfruntieri u qafas ta’ interoperabbiltà li jagħmilha faċli għas-servizzi online biex jiddependu fuq l-użu ta’ soluzzjonijiet siguri tal-identità diġitali, irrispettivament minn fejn dan ikun inħareġ fl-UE jew minn fejn jirrisjedi ċittadin. Kif rifless fil-biċċa l-kbira fir-rieżami tar-Regolament eIDAS, huwa improbabbli li intervent nazzjonali jkun daqstant effiċjenti u effettiv.

Proporzjonalità

Din l-inizjattiva hija proporzjonata għall-objettivi mfittxija, billi tipprovdi strument xieraq għall-istabbiliment tal-istruttura ta’ interoperabbiltà meħtieġa għall-ħolqien ta’ ekosistema tal-Identità Diġitali tal-UE li tibni fuq l-identitajiet legali maħruġa mill-Istati Membri u fuq il-forniment ta’ attributi kwalifikati u mhux kwalifikati tal-identità diġitali. Din tagħti kontribuzzjoni ċara għall-objettiv li jittejjeb is-Suq Uniku Diġitali permezz ta’ qafas legali aktar armonizzat. Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali armonizzati li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri abbażi ta’ standards tekniċi komuni jipprovdu wkoll approċċ komuni tal-UE li jkun ta’ benefiċċju għall-utenti u għall-partijiet li jiddependu fuq id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet transfruntieri siguri tal-identità elettronika. Din l-inizjattiva tindirizza l-limitazzjonijiet tal-infrastruttura attwali tal-interoperabbiltà tal-identifikazzjoni elettronika bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku ta’ skemi nazzjonali differenti ta’ identifikazzjoni elettronika. Filwaqt li jitqiesu l-objettivi stabbiliti, din l-inizjattiva titqies proporzjonata biżżejjed u l-kostijiet aktarx ikunu proporzjonati mal-benefiċċji potenzjali. Ir-Regolament propost se jwassal għal kostijiet finanzjarji u amministrattivi, li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri bħala emittenti tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, mis-servizzi fiduċjarji u mill-fornituri ta’ servizzi online. Madankollu, dawn il-kostijiet aktarx li jingħelbu mill-benefiċċji potenzjali sinifikanti għaċ-ċittadini u għall-utenti li jirriżultaw direttament minn żieda fir-rikonoxximent u fl-aċċettazzjoni transfruntiera tas-servizzi tal-identità elettronika u tal-attributi.

Il-kostijiet idderivati mill-ħolqien u mill-allinjament mal-istandards il-ġodda għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u għall-fornituri ta’ servizzi online ma jistgħux jiġu evitati jekk irid jintlaħaq l-objettiv tal-użu u tal-aċċessibbiltà. L-inizjattiva beħsiebha tisfrutta u tibni fuq l-investiment li diġà sar mill-Istati Membri fl-iskemi tal-identità nazzjonali tagħhom. Barra minn hekk, il-kostijiet addizzjonali ġġenerati mill-proposta huma mfassla biex jappoġġaw l-armonizzazzjoni u ġġustifikati fuq l-aspettattiva li, eventwalment, dawn se jnaqqsu l-piż amministrattiv u l-kostijiet tal-konformità. Il-kostijiet marbuta mal-aċċettazzjoni f’setturi regolati ta’ attributi ta’ awtentikazzjoni ta’ identitajiet diġitali jistgħu jitqiesu wkoll bħala meħtieġa u proporzjonati sakemm dawn jappoġġaw l-objettiv ġenerali u jipprovdu l-mezzi li bihom is-setturi regolati jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali biex jidentifikaw legalment utent.

Għażla tal-istrument

L-għażla ta’ regolament bħala l-istrument legali hija ġġustifikata mill-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi fis-Suq Intern għall-applikazzjoni tal-Identità Diġitali Ewropea permezz ta’ qafas armonizzat li għandu l-għan li joħloq interoperabbiltà mingħajr xkiel u li jagħti liċ-ċittadini u lill-kumpaniji Ewropej servizzi pubbliċi u privati madwar l-Unjoni kollha b’eIDs siguri u affidabbli ħafna. 

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Twettqet evalwazzjoni tal-funzjonament tar-Regolament eIDAS bħala parti mill-proċess ta’ rieżami meħtieġ mill-Artikolu 49 tar-Regolament eIDAS. Is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni fir-rigward tal-identità elettronika huma li l-eIDAS ma laħqitx il-potenzjal tagħha. Ġie nnotifikat biss għadd limitat ta’ eIDs, li jillimita l-kopertura tal-iskemi tal-eIDs notifikati għal madwar 59 % tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, l-aċċettazzjoni tal-eIDs notifikati kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f’dak tal-fornituri tas-servizzi hija limitata. Jidher ukoll li ftit biss mis-servizzi aċċessibbli permezz ta’ eID domestika huma konnessi mal-infrastruttura nazzjonali tal-eIDAS. L-istudju tal-evalwazzjoni sab ukoll li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-enfasi attwali tar-Regolament eIDAS dwar l-iskemi tal-eID nnotifikati mill-Istati Membri tal-UE u dwar l-iffaċilitar tal-aċċess għal servizzi pubbliċi online jidhru limitati wisq. Il-maġġoranza l-kbira tal-ħtiġijiet tal-identità elettronika u tal-awtentikazzjoni mill-bogħod jibqgħu tas-settur privat, b’mod partikolari f’oqsma bħal dawk tal-operaturi tal-banek, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-pjattaformi li huma meħtieġa bil-liġi biex jivverifikaw l-identità tal-klijenti tagħhom. Il-valur miżjud tar-Regolament eIDAS fir-rigward tal-identità elettronika huwa limitat minħabba l-kopertura, l-adozzjoni u l-użu baxxi tiegħu.

Il-problemi identifikati f’din il-proposta huma marbuta man-nuqqas tal-qafas attwali tal-eIDAS u ma’ bidliet kuntestwali fundamentali rigward is-swieq, u l-iżviluppi soċjetali u teknoloġiċi li jiskattaw ħtiġijiet ġodda tal-utent u tas-suq.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Konsultazzjoni pubblika miftuħa tnediet fl-24 ta’ Lulju 2020 u ngħalqet fit-2 ta’ Ottubru 2020. B’kollox, il-Kummissjoni rċeviet 318-il kontribuzzjoni. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll 106 tweġiba għal stħarriġ immirat tal-partijiet ikkonċernati. Inġabru wkoll opinjonijiet mill-Istati Membri f’varjetà ta’ laqgħat u stħarriġiet bilaterali u multilaterali organizzati mill-bidu tal-2020. Dan jinkludi b’mod partikolari stħarriġ tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tan-Network ta’ Kooperazzjoni tal-eIDAS f’Lulju-Awwissu 2020 u diversi workshops dedikati. Il-Kummissjoni organizzat ukoll intervisti fil-fond ma’ rappreżentanti tal-industrija u ltaqgħet ma’ partijiet ikkonċernati kummerċjali f’diversi setturi (eż. il-kummerċ elettroniku, is-saħħa, is-servizzi finanzjarji, l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet, il-manifatturi tat-tagħmir eċċ.) f’laqgħat bilaterali.

Maġġoranza kbira ta’ rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika miftuħa laqgħu l-ħolqien ta’ identità diġitali unika u aċċettata b’mod universali li tiddependi fuq l-identitajiet legali maħruġa mill-Istati Membri. L-Istati Membri jappoġġaw fil-biċċa l-kbira l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-Regolament eIDAS attwali li jagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li jaċċessaw kemm is-servizzi pubbliċi kif ukoll dawk privati u jirrikonoxxu l-ħtieġa li jiġi stabbilit servizz fiduċjarju li jippermetti l-ħruġ u l-użu transfruntier ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi. B’mod ġenerali, l-Istati Membri enfasizzaw il-ħtieġa li jinbena Qafas Ewropew tal-Identità Diġitali dwar l-esperjenza u s-saħħa tas-soluzzjonijiet nazzjonali, li jfittex li jsib is-sinerġiji u li jibbenefika minn investimenti li jkunu saru. Ħafna partijiet ikkonċernati semmew kif il-pandemija tal-COVID-19 kienet uriet il-valur ta’ identifikazzjoni sigura u mill-bogħod biex kulħadd jaċċessa s-servizzi pubbliċi u privati. Fir-rigward tas-servizzi fiduċjarji, il-biċċa l-kbira tal-atturi jaqblu li l-qafas attwali kien suċċess, madankollu, xi miżuri addizzjonali kienu meħtieġa biex jiġu armonizzati aktar ċerti prattiki relatati mal-identifikazzjoni mill-bogħod u mas-superviżjoni nazzjonali. Il-partijiet ikkonċernati bi klijentela fil-biċċa l-kbira nazzjonali esprimew aktar dubji dwar il-valur miżjud ta’ qafas Ewropew tal-Identità Diġitali.

Il-Kartieri tal-Identità Diġitali huma pperċepiti aktar u aktar mis-settur pubbliku u privat bħala l-aktar strument xieraq li jippermetti lill-utenti jagħżlu meta u ma’ liema fornitur ta’ servizzi privati jikkondividu diversi attributi, skont il-każ ta’ użu u s-sigurtà meħtieġa għat-tranżazzjoni rispettiva. L-identitajiet diġitali bbażati fuq il-kartieri diġitali maħżuna b’mod sigur fuq apparati mobbli ġew identifikati bħala assi ewlieni għal soluzzjoni li tibqa’ valida fil-futur. Kemm is-suq privat (eż. Apple, Google, Thales) kif ukoll il-gvernijiet diġà jimxu f’din id-direzzjoni.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Il-proposta hija bbażata fuq l-informazzjoni miġbura bħala parti mill-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati għall-fini tar-rapporti ta’ valutazzjoni tal-impatt u ta’ evalwazzjoni tar-Regolament eIDAS fid-dawl tal-obbligi ta’ rieżami stabbiliti fl-Artikolu 49 tar-Regolament eIDAS. Ġew organizzati diversi laqgħat mar-rappreżentanti u mal-esperti tal-Istati Membri.

Valutazzjoni tal-impatt

Għal din il-proposta saret valutazzjoni tal-impatt. Fid-19 ta’ Marzu 2021, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni negattiva b’xi kummenti. Wara tressiq mill-ġdid rivedut, fil-5 ta’ Mejju 2021, il-Bord ta opinjoni pożittiva.

Il-Kummissjoni teżamina għażliet ta’ politika differenti biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva, li huwa li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, b’mod partikolari fir-rigward tal-forniment u l-użu ta’ soluzzjonijiet siguri u affidabbli ħafna tal-identità elettronika.

Il-valutazzjoni tal-impatt teżamina x-xenarju bażi, l-għażliet ta’ politika u l-impatti tagħhom għat-tliet għażliet ta’ politika meqjusa. Kull għażla tippreżenta għażla għal kunsiderazzjoni politika bbażata fuq il-livell ta’ ambizzjoni. L-ewwel għażla tippreżenta livell baxx ta’ ambizzjoni u sett ta’ miżuri li prinċipalment għandhom l-għan li jsaħħu l-effettività u l-effiċjenza tar-Regolament eIDAS attwali. Bl-impożizzjoni ta’ notifika obbligatorja tal-eIDs nazzjonali u bis-simplifikazzjoni tal-istrumenti eżistenti disponibbli biex jinkiseb rikonoxximent reċiproku, l-ewwel għażla hija bbażata fuq l-issodisfar tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini permezz tad-dipendenza fuq id-disponibbiltà ta’ skemi nazzjonali differenti tal-eID li għandhom l-għan li jsiru interoperabbli.

It-tieni għażla tippreżenta livell medju ta’ ambizzjoni u għandha l-għan ewlieni li testendi l-possibbiltajiet għall-iskambju sigur ta’ data marbuta mal-identità, filwaqt li tikkomplementa l-eIDs tal-gvern u tappoġġa l-bidla attwali lejn servizzi tal-identità bbażati fuq l-attributi. L-għan ta’ din l-għażla kien ikun li tissodisfa d-domanda tal-utenti u toħloq servizz fiduċjarju kwalifikat ġdid għall-forniment ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi marbuta ma’ sorsi affidabbli u transfruntieri infurzabbli. Dan kien jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament eIDAS attwali u jappoġġa kemm jista’ jkun każijiet ta’ użu li jiddependu fuq il-ħtieġa li jiġu vverifikati l-attributi tal-identità marbuta ma’ persuna b’livell għoli ta’ assigurazzjoni.

It-tielet għażla u l-għażla ppreferuta tippreżenta l-ogħla livell ta’ ambizzjoni u għandha l-għan li tirregola l-forniment ta’ kartiera personali sigura ħafna tal-identità diġitali maħruġa mill-Istati Membri. L-għażla ppreferuta tqieset li tindirizza bl-aktar mod effettiv l-objettivi ta’ din l-inizjattiva. biex jiġu indirizzati bis-sħiħ l-objettivi tal-politika, l-għażla ppreferuta tibni fuq il-biċċa l-kbira tal-miżuri vvalutati fl-ewwel għażla (dipendenza fuq identitajiet legali attestati mill-Istati Membri u d-disponibbiltà ta’ mezzi tal-eID rikonoxxuti b’mod reċiproku) u t-tieni għażla (attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi rikonoxxuti legalment b’mod transfruntier).

Fir-rigward tal-qafas ġenerali għas-Servizzi Fiduċjarji, il-livell ta’ ambizzjoni jitlob sett ta’ miżuri li ma jeħtiġux approċċ pass pass biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika.

Is-servizz fiduċjarju kwalifikat ġdid għall-ġestjoni ta’ apparati għall-ħolqien ta’ firem u siġilli elettroniċi mill-bogħod iġib sigurtà konsiderevoli, uniformità, ċertezza legali u benefiċċji tal-għażla tal-konsumatur kemm marbuta maċ-ċertifikazzjoni tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien tal-firem u anki rigward ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji li jiġġestixxu dawn l-apparati. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda jsaħħu l-qafas regolatorju u ta’ superviżjoni ġenerali għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji.

L-impatti tal-għażliet ta’ politika fuq kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati huma spjegati fid-dettal fl-Anness 3 tal-Valutazzjoni tal-Impatt li tappoġġa din l-inizjattiva. Il-valutazzjoni hija kemm kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva. L-istudju tal-Valutazzjoni tal-Impatt jindika li l-kostijiet kwantifikabbli minimi jistgħu jiġu stmati għal EUR 3,2+ biljun, peress li xi wħud mill-elementi tal-kostijiet ma jistgħux jiġu kkwantifikati. Il-benefiċċji kwantifikabbli totali ġew stmati għal EUR 3,9 biljun – 9,6 biljun. Fir-rigward tal-impatti ekonomiċi usa’, l-għażla ppreferuta hija mistennija li jkollha impatt pożittiv fuq l-innovazzjoni, il-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u twassal għal investiment addizzjonali f’soluzzjonijiet tal-identità diġitali. Pereżempju, investiment addizzjonali ta’ EUR 500 miljun skattat mill-bidliet leġiżlattivi fl-għażla 3 mistenni jiġġenera benefiċċji ta’ EUR 1 268 miljun wara 10 snin (b’adozzjoni ta’ 67 %).

L-għażla ppreferuta hija mistennija wkoll li tiġġenera impatt pożittiv fuq l-impjiegi, billi tiġġenera bejn 5 000 u 27 000 impjieg addizzjonali matul il-5 snin wara l-implimentazzjoni. Dan huwa spjegat mill-investiment addizzjonali u mill-kostijiet imnaqqsa għan-negozji li jiddependu fuq l-użu ta’ soluzzjonijiet tal-eID.

L-impatt ambjentali pożittiv huwa mistenni li jkun l-akbar għat-tielet għażla, li hija mistennija li ttejjeb sal-punt massimu l-adozzjoni u l-użu tal-eID, filwaqt li ġġib impatti pożittivi fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet relatat mat-twassil ta’ servizzi pubbliċi.

Ir-reġistri elettroniċi jagħtu lill-utenti prova u rekord tal-awditjar immutabbli għas-sekwenzjar ta’ tranżazzjonijiet u rekords tad-data, filwaqt li jissalvagwardjaw l-integrità tad-data. Filwaqt li dan is-servizz fiduċjarju ma kienx parti mill-valutazzjoni tal-impatt, dan jibni fuq is-servizzi fiduċjarji eżistenti peress li jgħaqqad flimkien l-ittimbrar tal-ħin tad-data u s-sekwenzjar tagħha maċ-ċertezza dwar l-oriġinatur tad-data, simili għall-iffirmar elettroniku. Dan is-servizz fiduċjarju huwa meħtieġ biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, billi jiġi ddefinit qafas pan-Ewropew uniku li jippermetti r-rikonoxximent transfruntier tas-servizzi fiduċjarji li jappoġġaw it-tħaddim ta’ reġistri elettroniċi kwalifikati. L-integrità tad-data, min-naħa tagħha, hija importanti ħafna għall-ġbir flimkien ta’ data minn sorsi deċentralizzati, għal soluzzjonijiet tal-identità awtosovrana, għall-attribuzzjoni tas-sjieda lill-assi diġitali, għar-reġistrazzjoni ta’ proċessi kummerċjali biex tiġi awditjata l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u għal diversi każijiet ta’ użu fis-swieq kapitali.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din il-proposta tistabbilixxi miżuri li se japplikaw għall-awtoritajiet pubbliċi, għaċ-ċittadini u għall-fornituri ta’ servizzi online. Dan se jnaqqas il-kost amministrattiv u tal-konformità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-kostijiet operazzjonali u n-nefqa mnaqqsa relatati mas-sigurtà għall-fornituri ta’ servizzi online. Iċ-ċittadini se jibbenefikaw minn iffrankar minn piż amministrattiv imnaqqas, billi jiddependu bis-sħiħ fuq mezzi diġitali għall-identifikazzjoni u fuq il-faċilità li jiskambjaw b’mod sigur attributi tal-identità diġitali bl-istess valur legali b’mod transfruntier. Il-fornituri ta’ identitajiet elettroniċi se jibbenefikaw ukoll minn iffrankar fil-kostijiet tal-konformità.

Drittijiet fundamentali

Peress li d-data personali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ xi elementi tar-Regolament, il-miżuri huma mfassla biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Pereżempju, il-proposta ttejjeb l-għażliet għall-kondiviżjoni tad-data u biex tippermetti żvelar diskrezzjonali. Bl-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, l-utent se jkun jista’ jikkontrolla l-ammont ta’ data pprovduta lil partijiet dipendenti u jiġi infurmat dwar l-attributi meħtieġa għall-forniment ta’ servizz speċifiku. Il-fornituri tas-servizzi għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri bl-intenzjoni tagħhom li jiddependu fuq Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, u dan jippermetti lill-Istati Membri jikkontrollaw li settijiet tad-data sensittivi, pereżempju, relatati mas-saħħa jintalbu biss mill-fornituri tas-servizzi f’konformità mal-liġi nazzjonali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

biex jintlaħqu bl-aħjar mod l-objettivi ta’ din l-inizjattiva, huwa meħtieġ li jiġu ffinanzjati għadd ta’ azzjonijiet kemm fil-livell tal-Kummissjoni, meta l-allokazzjoni ta’ madwar 60 FTE tkun prevista fil-perjodu 2022-2027 kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri permezz tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-gruppi u l-kumitati ta’ esperti marbuta mal-ħidma tal-inizjattiva u li jkunu magħmula mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. Ir-riżorsi finanzjarji totali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proposta fil-perjodu 2022-2027 se jkunu sa EUR 30,825 miljun, inkluż EUR 8,825 miljun ta’ kostijiet amministrattivi u sa EUR 22 miljun f’nefqa operazzjonali koperti mill-Programm Ewropa Diġitali (ftehim pendenti). Il-finanzjament se jappoġġa l-kostijiet marbuta maż-żamma, l-iżvilupp, il-hosting, it-tħaddim u l-appoġġ tal-elementi kostitwenti tal-eID u tas-servizzi fiduċjarji. Dan jista’ jappoġġa wkoll għotjiet għall-konnessjoni ta’ servizzi mal-ekosistema tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, l-iżvilupp ta’ standards u speċifikazzjonijiet tekniċi. Fl-aħħar nett, il-finanzjament se jappoġġa wkoll l-effettività tat-twettiq ta’ stħarriġiet u studji annwali u l-effiċjenza tar-regolament fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Id-“dikjarazzjoni finanzjarja” marbuta ma’ din l-inizjattiva tagħti ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-kostijiet involuti.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

L-impatti se jiġu mmonitorjati u evalwati f’konformità mal-Linji Gwida għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopru l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament propost. L-arranġament ta’ monitoraġġ jikkostitwixxi parti importanti mill-proposta, b’mod partikolari fid-dawl tan-nuqqasijiet tal-qafas ta’ rapportar attwali, kif muri mill-istudju tal-evalwazzjoni. Minbarra r-rekwiżiti ta’ rapportar introdotti fir-Regolament propost, li għandhom l-għan li jiżguraw bażi aħjar għad-data u l-analiżi, il-qafas ta’ monitoraġġ se jimmonitorja: 1) il-punt sa fejn ġew implimentati l-bidliet meħtieġa f’konformità mal-miżuri adottati; 2) jekk il-bidliet meħtieġa fis-sistemi nazzjonali rilevanti ġewx implimentati; 3) jekk il-bidliet meħtieġa fl-obbligi ta’ konformità mill-entitajiet regolati ġewx rispettati. Il-Kummissjoni Ewropea (1, 2 u 3) u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (2 u 3) se jkunu responsabbli għall-ġbir tad-data abbażi ta’ indikaturi predefiniti.

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istrument propost, il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti se jivvalutaw permezz ta’ stħarriġiet annwali: 1) l-aċċess għal mezzi tal-eID għaċ-ċittadini kollha tal-UE; 2) iż-żieda fir-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni transfruntieri tal-iskemi tal-eID; 3) miżuri biex tiġi stimulata l-adozzjoni mis-settur privat u l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda tal-identità diġitali.

L-informazzjoni kuntestwali se tinġabar mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ stħarriġiet annwali dwar: 1) id-daqs tas-suq għall-identitajiet diġitali; 2) in-nefqa fuq l-akkwist pubbliku marbuta mal-identità diġitali; 3) is-sehem tan-negozji li jipprovdu s-servizzi tagħhom online; 4) is-sehem ta’ tranżazzjonijiet online li jirrikjedu identifikazzjoni b’saħħitha tal-klijenti; 5) is-sehem taċ-ċittadini tal-UE li jużaw servizzi privati u pubbliċi online.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-abbozz tar-Regolament jirrikjedi li l-Istati Membri fl-Artikolu 6a joħorġu Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali bi skema notifikata tal-eID għal standards tekniċi komuni wara valutazzjoni obbligatorja tal-konformità u ċertifikazzjoni volontarja fi ħdan il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, kif stabbilit mill-Att dwar iċ-Ċibersigurtà. Dan jinkludi dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu u jiksbu, jaħżnu, jikkombinaw u jużaw b’mod sikur id-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna u l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi biex jawtentikaw online u offline u biex jippermettu aċċess għall-prodotti u għal servizzi pubbliċi u privati online fil-kontroll tal-utent. Din iċ-ċertifikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-GDPR fis-sens li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ data personali relatati mal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jistgħu jiġu ċċertifikati biss skont l-Artikoli 42 u 43 tal-GDPR.

Il-proposta tistabbilixxi fl-Artikolu 6b dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rekwiżiti applikabbli għall-partijiet dipendenti għall-prevenzjoni tal-frodi u biex tiġi żgurata l-awtentikazzjoni ta’ data ta’ identifikazzjoni personali u ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi li joriġinaw mill-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali.

Għall-fini li jsiru disponibbli aktar mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika għall-użu transfruntier u tittejjeb l-effiċjenza tal-proċess ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati, in-notifika ta’ mill-inqas skema ta’ identifikazzjoni elettronika waħda mill-Istati Membri ssir obbligatorja fl-Artikolu 7. Barra minn hekk, jiżdiedu dispożizzjonijiet għall-iffaċilitar tal-identifikazzjoni unika biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni unika u persistenti tal-persuni fiżiċi fl-Artikolu 11a. Dan jikkonċerna każijiet fejn l-identifikazzjoni tkun meħtieġa bil-liġi bħal fil-qasam tas-saħħa, fil-qasam tal-finanzi biex jitwettqu obbligi kontra l-ħasil tal-flus, jew għall-użu ġudizzjarju. Għal dan il-fini, l-Istati Membri se jkunu meħtieġa jinkludu identifikatur uniku u persistenti fis-sett minimu ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna. Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddependu fuq iċ-ċertifikazzjoni biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament u b’hekk jissostitwixxu l-proċess ta’ rieżami bejn il-pari, ittejjeb l-effiċjenza tar-rikonoxximent reċiproku.

It-Taqsima 3 tippreżenta dispożizzjonijiet ġodda dwar id-dipendenza transfruntiera fuq il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali biex jiġi żgurat li l-utenti jkunu jistgħu jiddependu fuq l-użu ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali biex jaċċessaw servizzi online pprovduti minn korpi tas-settur pubbliku u minn fornituri ta’ servizzi privati li jirrikjedu l-użu ta’ awtentikazzjoni b’saħħitha tal-utenti.

Fil-Kapitolu III dwar is-servizzi fiduċjarji, l-Artikolu 14 dwar l-Aspetti internazzjonali huwa emendat biex jagħti lill-Kummissjoni l-possibbiltà li tadotta deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni li jiċċertifikaw l-ekwivalenza tar-rekwiżiti applikati għas-servizzi fiduċjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi u tas-servizzi li dawn jipprovdu, minbarra l-użu ta’ ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku f’konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE.

Fir-rigward tal-forniment ġenerali applikabbli għas-servizzi fiduċjarji, inkluż il-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji, l-Artikoli 17, 18, 20, 21 u 24 huma emendati biex jallinjaw mar-regoli applikabbli għas-Sigurtà tan-Networks u tal-Informazzjoni fl-UE. Fir-rigward tal-metodi li għandhom jintużaw mill-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji biex jivverifikaw l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għalihom jinħarġu ċ-ċertifikati kwalifikati, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni mill-bogħod ġew armonizzati u ċċarati biex jiġi żgurat li l-istess regoli jiġu applikati madwar l-UE kollha.

Il-Kapitolu III jippreżenta Artikolu 29a ġdid biex jiddefinixxi r-rekwiżiti għal servizz kwalifikat għall-ġestjoni ta’ apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod. Is-servizz fiduċjarju kwalifikat ġdid ikun marbut direttament u jibni fuq miżuri msemmija u vvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt b’mod partikolari miżuri dwar l-“Armonizzazzjoni tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni għall-iffirmar elettroniku mill-bogħod” u miżuri oħrajn li jitolbu l-armonizzazzjoni tal-prattiki ta’ superviżjoni mill-Istati Membri.

biex jiġi żgurat li l-utenti jkunu jistgħu jidentifikaw lil min ikun responsabbli għal sit elettroniku, l-Artikolu 45 hu emendat biex jirrikjedi li l-fornituri ta’ web-browsers jiffaċilitaw l-użu ta’ ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi.

Il-Kapitolu III jippreżenta tliet taqsimiet ġodda.

It-Taqsima 9 ġdida ddaħħal dispożizzjonijiet dwar l-effetti legali tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi, l-użu tagħhom f’setturi definiti u r-rekwiżiti għall-attestazzjonijiet kwalifikati tal-attributi. biex jiġi żgurat livell għoli ta’ fiduċja, fl-Artikolu 45d tiddaħħal dispożizzjoni dwar il-verifika tal-attributi kontra sorsi awtentiċi. biex jiġi żgurat li l-utenti tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-disponibbiltà tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi u jkollhom dawn l-attestazzjonijiet maħruġa lill-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, jiddaħħal rekwiżit fl-Artikolu 45e. Minflok, l-Artikolu 45f fih regoli addizzjonali għall-forniment ta’ servizzi ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi, inkluż dwar il-protezzjoni ta’ data personali.

It-Taqsima 10 il-ġdida tippermetti l-forniment ta’ servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat fil-livell tal-UE. L-Artikolu 45g dwar is-servizzi kwalifikati ta’ arkivjar elettroniku jikkumplimenta l-Artikoli 34 u 40 dwar is-servizzi kwalifikati ta’ preservazzjoni għall-firem elettroniċi kwalifikati u għas-siġilli elettroniċi kwalifikati.

It-Taqsima 11 ġdida tistabbilixxi qafas għas-servizzi fiduċjarji fir-rigward tal-ħolqien u l-manutenzjoni ta’ reġistri elettroniċi u ta’ reġistri elettroniċi kwalifikati. Reġistru elettroniku jikkombina l-ittimbrar tal-ħin tad-data u s-sekwenzjar tagħha maċ-ċertezza dwar l-oriġinatur tad-data simili għall-iffirmar elettroniku bil-benefiċċju addizzjonali li jippermetti governanza aktar deċentralizzata li hija adattata għall-kooperazzjoni multipartitika. Dan huwa importanti għal diversi każijiet ta’ użu li jistgħu jinbnew fuq ir-reġistri elettroniċi.

Ir-reġistri elettroniċi jgħinu lill-kumpaniji jiffrankaw il-kostijiet billi jagħmlu l-koordinazzjoni multipartitika aktar effiċjenti u aktar sikura, u jiffaċilitaw is-superviżjoni regolatorja. Fin-nuqqas ta’ regolament Ewropew, hemm riskju li l-leġiżlaturi nazzjonali jistabbilixxu standards nazzjonali diverġenti. biex tiġi evitata l-frammentazzjoni, jeħtieġ li jiġi ddefinit qafas pan-Ewropew uniku li jippermetti r-rikonoxximent transfruntier tas-servizzi fiduċjarji li jappoġġaw it-tħaddim tar-reġistri elettroniċi. Dan l-istandard pan-Ewropew għall-operaturi tan-nodi se japplika minkejja leġiżlazzjoni sekondarja oħra tal-UE. Meta jintużaw ir-reġistri elettroniċi biex jiġi appoġġat il-ħruġ u/jew in-negozjar tal-bonds, jew għall-kriptoassi, il-każijiet ta’ użu jenħtieġ li jkunu kompatibbli mar-regoli finanzjarji applikabbli kollha pereżempju mad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji 11 , mad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament 12 u mar-Regolament futur dwar is-Swieq fil-Kriptoassi 13 . Meta l-każijiet ta’ użu jinvolvu data personali, il-fornituri tas-servizzi se jkunu meħtieġa jikkonformaw mal-GDPR.

75 % tal-każijiet ta’ użu kollha għar-reġistri elettroniċi kienu fl-ibbankjar u fil-finanzi lura fl-2017. Il-każijiet ta’ użu għar-reġistri elettroniċi llum qed isiru dejjem aktar varjati, bi 17 % fil-komunikazzjoni u l-midja; 15 % fil-manifattura u r-riżorsi naturali, 10 % fis-settur governattiv, 8 % fl-assigurazzjoni, 5 % fil-bejgħ bl-imnut, 6 % fit-trasport, u 5 % fl-utilitajiet 14 .

Fl-aħħar nett, il-Kapitolu VI għandu Artikolu 48b ġdid biex jiġi żgurat li tinġabar statistika dwar l-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali għall-monitoraġġ tal-effettività tar-Regolament emendat.

2021/0136 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward l-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 15 ,

Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2020, intitolata “Insawru l-Futur Diġitali tal-Ewropa” 16 tħabbar reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-għan li tittejjeb l-effettività tiegħu, jiġu estiżi l-benefiċċji tiegħu għas-settur privat u jiġu promossi identitajiet diġitali affidabbli għall-Ewropej kollha.

(2)Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1-2 ta’ Ottubru 2020 17 , il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni tipproponi l-iżvilupp ta’ qafas għall-UE kollha għal identifikazzjoni elettronika pubblika sigura, inkluż firem diġitali interoperabbli, biex in-nies jingħataw kontroll fuq l-identità u d-data online tagħhom kif ukoll biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal servizzi diġitali pubbliċi, privati u transfruntieri.

(3)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 intitolata “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali” 18 tistabbilixxi l-objettiv ta’ qafas tal-Unjoni li, sal-2030, iwassal għal skjerament wiesa’ ta’ identità affidabbli u kkontrollata mill-utent, li jippermetti lil kull utent jikkontrolla l-interazzjonijiet u l-preżenza online tiegħu stess.

(4)Approċċ aktar armonizzat għall-identifikazzjoni diġitali għandu jnaqqas ir-riskji u l-kostijiet tal-frammentazzjoni attwali minħabba l-użu ta’ soluzzjonijiet nazzjonali diverġenti u se jsaħħaħ is-Suq Uniku billi jippermetti liċ-ċittadini, lil residenti oħrajn kif iddefinit bil-liġi nazzjonali u lin-negozji jidentifikaw online b’mod konvenjenti u uniformi madwar l-Unjoni kollha. Jenħtieġ li kulħadd ikun jista’ jaċċessa b’mod sigur is-servizzi pubbliċi u privati li jiddependu fuq ekosistema mtejba għas-servizzi fiduċjarji u fuq provi tal-identità u attestazzjonijiet tal-attributi vverifikati, bħal lawrja tal-università rikonoxxuta legalment u aċċettata kullimkien fl-Unjoni. Il-qafas Ewropew tal-Identità Diġitali għandu l-għan li jikseb bidla mid-dipendenza fuq soluzzjonijiet nazzjonali tal-identità diġitali biss, għall-forniment ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi validi fil-livell Ewropew. Il-fornituri ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jenħtieġ li jibbenefikaw minn sett ċar u uniformi ta’ regoli u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq dokumenti elettroniċi f’format partikolari.

(5)biex tiġi appoġġata l-kompetittività tan-negozji Ewropej, il-fornituri ta’ servizzi online jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq soluzzjonijiet tal-identità diġitali rikonoxxuti madwar l-Unjoni kollha, irrispettivament mill-Istat Membru li fih dawn ikunu nħarġu, u b’hekk jibbenefikaw minn approċċ Ewropew armonizzat għall-fiduċja, is-sigurtà u l-interoperabbiltà. Kemm l-utenti kif ukoll il-fornituri tas-servizzi jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess valur legali mogħti lil attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi madwar l-Unjoni kollha.

(6)Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 19 japplika għall-ipproċessar ta’ data personali fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi salvagwardji speċifiċi biex jiġi evitat li l-fornituri ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u dawk ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi jikkombinaw data personali minn servizzi oħra mad-data personali relatata mas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(7)Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet armonizzati għall-istabbiliment ta’ qafas għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri, li jenħtieġ li jagħti s-setgħa liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u lil residenti oħrajn kif iddefinit bil-liġi nazzjonali li jikkondividu b’mod sigur data relatata mal-identità tagħhom b’mod faċli għall-utent u konvenjenti fil-kontroll uniku tal-utent. Jenħtieġ li jiġu żviluppati teknoloġiji użati biex jintlaħqu dawk l-objettivi bil-għan li jintlaħaq l-ogħla livell ta’ sigurtà, ta’ konvenjenza għall-utenti u ta’ użu wiesa’. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali għall-identifikazzjoni diġitali għaċ-ċittadini u r-residenti kollha tagħhom.

(8)biex tiġi żgurata l-konformità fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali konformi mad-dritt tal-Unjoni, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi jikkomunikaw l-intenzjoni tagħhom li jiddependu fuq il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali lill-Istati Membri. Dak se jippermetti lill-Istati Membri jipproteġu lill-utenti mill-frodi u jipprevjenu l-użu illegali ta’ data dwar l-identità u ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi kif ukoll jiżguraw li l-ipproċessar ta’ data sensittiva, bħad-data dwar is-saħħa, jista’ jiġi vverifikat minn partijiet dipendenti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali.

(9)Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kollha jenħtieġ li jippermettu lill-utenti jidentifikaw u jawtentikaw b’mod elettroniku online u offline bejn il-fruntieri biex jaċċessaw firxa wiesgħa ta’ servizzi pubbliċi u privati. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni taċ-ċittadini u tar-residenti tagħhom, il-Kartieri jistgħu jservu wkoll il-ħtiġijiet istituzzjonali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. L-użu offline ikun importanti f’ħafna setturi, inkluż fis-settur tas-saħħa fejn is-servizzi ta’ spiss jiġu pprovduti permezz ta’ interazzjoni wiċċ imb’wiċċ u l-preskrizzjonijiet elettroniċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq il-kodiċijiet QR jew teknoloġiji simili biex tiġi vverifikata l-awtentiċità. Billi jiddependu fuq il-livell ta’ assigurazzjoni “għoli”, il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jenħtieġ li jibbenefikaw mill-potenzjal offrut minn soluzzjonijiet li ma jippermettux tbagħbis bħal elementi siguri, biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sigurtà skont dan ir-Regolament. Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jenħtieġ li jippermettu wkoll lill-utenti joħolqu u jużaw firem u siġilli elettroniċi kwalifikati li huma aċċettati madwar l-UE kollha. biex jinkisbu benefiċċji ta’ simplifikazzjoni u ta’ tnaqqis tal-kostijiet għall-persuni u għan-negozji madwar l-UE kollha, inkluż billi jiġu permessi setgħat ta’ rappreżentanza u mandati elettroniċi, l-Istati Membri jenħtieġ li joħorġu Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li jiddependu fuq standards komuni biex jiżguraw interoperabbiltà mingħajr xkiel u livell għoli ta’ sigurtà. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss jistgħu jipprovdu grad għoli ta’ kunfidenza fl-istabbiliment tal-identità ta’ persuna u għalhekk jipprovdu assigurazzjoni li l-persuna li tiddikjara jew li tasserixxi identità partikolari hija fil-fatt il-persuna li hija tiddikjara li hija. Għalhekk, jeħtieġ li l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jiddependu fuq l-identità legali taċ-ċittadini, ta’ residenti oħrajn jew ta’ entitajiet ġuridiċi. Il-fiduċja fil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali tissaħħaħ mill-fatt li l-partijiet emittenti huma meħtieġa jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw livell ta’ sigurtà proporzjonat għar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

(10)Biex jinkiseb livell għoli ta’ sigurtà u fiduċja, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali. Il-konformità tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali ma’ dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li tiġi ċċertifikata minn korpi akkreditati tas-settur pubbliku jew privat maħtura mill-Istati Membri. Id-dipendenza fuq skema ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq id-disponibbiltà ta’ standards maqbula komunement mal-Istati Membri jenħtieġ li tiżgura livell għoli ta’ fiduċja u interoperabbiltà. B’mod partikolari, iċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li tiddependi fuq l-iskemi ta’ ċertifikazzjonijiet taċ-ċibersigurtà Ewropej rilevanti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2019/881 20 . Din iċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għaċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont ir-Regolament (KE) 2016/679

(11)Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jenħtieġ li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sigurtà għad-data personali użata għall-awtentikazzjoni irrispettivament minn jekk din id-data tinħażinx lokalment jew fuq soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud, filwaqt li jqisu l-livelli differenti ta’ riskju. L-użu tal-bijometrika għall-awtentikazzjoni huwa wieħed mill-metodi ta’ identifikazzjoni li jipprovdu livell għoli ta’ fiduċja, b’mod partikolari meta jintużaw flimkien ma’ elementi oħra ta’ awtentikazzjoni. Peress li l-bijometrika tirrappreżenta karatteristika unika ta’ persuna, l-użu tal-bijometrika jirrikjedi miżuri organizzattivi u ta’ sigurtà, proporzjonati għar-riskju li dan l-ipproċessar jista’ jinvolvi għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi u f’konformità mar-Regolament 2016/679.

(12)Biex jiġi żgurat li l-qafas Ewropew tal-Identità Diġitali jkun miftuħ għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp teknoloġiku, u jibqa’ validu fil-futur, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jistabbilixxu b’mod konġunt sandboxes għall-ittestjar ta’ soluzzjonijiet innovattivi f’ambjent ikkontrollat u sigur b’mod partikolari biex itejbu l-funzjonalità, il-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà u l-interoperabbiltà tas-soluzzjonijiet u biex jinfurmaw dwar aġġornamenti futuri tar-referenzi tekniċi u tar-rekwiżiti legali. Dan l-ambjent jenħtieġ li jrawwem l-inklużjoni ta’ Intrapriżi Żgħar u Medji Ewropej, negozji ġodda u innovaturi u riċerkaturi individwali.

(13)Ir-Regolament (UE) 2019/1157 21 isaħħaħ is-sigurtà tal-karti tal-identità b’karatteristiċi tas-sigurtà mtejba sa Awwissu 2021. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-fattibbiltà li jinnotifikawhom skont l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika biex jestendu d-disponibbiltà transfruntiera tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika.

(14)Il-proċess tan-notifika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika jenħtieġ li jiġi ssimplifikat u aċċellerat biex jiġi promoss l-aċċess għal soluzzjonijiet konvenjenti, affidabbli, siguri u innovattivi ta’ awtentikazzjoni u identifikazzjoni u, meta jkun rilevanti, biex il-fornituri tal-identità privata jiġu mħeġġa joffru skemi ta’ identifikazzjoni elettronika lill-awtoritajiet tal-Istati Membri għan-notifika bħala skemi nazzjonali tal-karti tal-identità elettroniċi skont ir-Regolament Nru 910/2014.

(15)Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri attwali ta’ notifika u ta’ rieżami bejn il-pari se tipprevjeni approċċi eteroġeni għall-valutazzjoni ta’ diversi skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati u se tiffaċilita l-bini tal-fiduċja bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-mekkaniżmi ġodda u simplifikati jrawmu l-kooperazzjoni tal-Istati Membri dwar is-sigurtà u l-interoperabbiltà tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati tagħhom.

(16)Jenħtieġ li l-Istati Membri jibbenefikaw minn għodod ġodda u flessibbli biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tal-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri jużaw rapporti u valutazzjonijiet imwettqa minn korpi akkreditati tal-valutazzjoni tal-konformità jew skemi ta’ ċertifikazzjoni tas-sigurtà tal-ICT volontarji, bħal skemi ta’ ċertifikazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/881, biex jappoġġaw l-asserzjonijiet tagħhom dwar l-allinjament tal-iskemi jew ta’ partijiet minnhom mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati.

(17)Il-fornituri tas-servizzi jużaw id-data dwar l-identità pprovduta mis-sett ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna disponibbli mill-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 biex iqabblu l-utenti minn Stat Membru ieħor mal-identità legali ta’ dak l-utent. Madankollu, minkejja l-użu tas-sett tad-data tal-eIDAS, f’ħafna każijiet l-iżgurar ta’ tqabbil preċiż jirrikjedi informazzjoni addizzjonali dwar l-utent u proċeduri ta’ identifikazzjoni unika speċifiċi fil-livell nazzjonali. biex jiġi appoġġat ulterjorment l-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw tqabbil korrett tal-identità fil-proċess ta’ identifikazzjoni elettronika. Għall-istess fini, dan ir-Regolament jenħtieġ li jestendi wkoll is-sett tad-data minimu obbligatorju u jirrikjedi l-użu ta’ identifikatur elettroniku uniku u persistenti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni f’dawk il-każijiet fejn ikun meħtieġ li l-utent jiġi identifikat legalment fuq talba tiegħu b’mod uniku u persistenti.

(18)F’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882 22 , il-persuni b’diżabilità jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, is-servizzi fiduċjarji u l-prodotti ta’ utenti finali użati fil-forniment ta’ dawk is-servizzi fuq bażi ugwali ma’ utenti oħra.

(19)Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkoprix aspetti relatati mal-konklużjoni u l-validità tal-kuntratti jew obbligi legali oħra fejn ikun hemm rekwiżiti rigward il-forma stabbiliti mil-liġi nazzjonali jew mid-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ma jaffettwax ir-rekwiżiti nazzjonali dwar il-forma li jappartjenu għar-reġistri pubbliċi, b’mod partikolari r-reġistri kummerċjali u dawk tal-artijiet.

(20)Il-forniment u l-użu tas-servizzi fiduċjarji qed isiru dejjem aktar importanti għall-kummerċ u l-kooperazzjoni internazzjonali. Is-sħab internazzjonali tal-UE qed jistabbilixxu oqfsa fiduċjarji ispirati mir-Regolament (UE) Nru 910/2014. Għalhekk, biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent ta’ dawn is-servizzi u tal-fornituri tagħhom, il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tista’ tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-oqfsa fiduċjarji ta’ pajjiżi terzi jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għall-qafas fiduċjarju għas-servizzi u l-fornituri fiduċjarji kwalifikati f’dan ir-Regolament, bħala kumpliment għall-possibbiltà tar-rikonoxximent reċiproku ta’ servizzi u fornituri fiduċjarji stabbiliti fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 218 tat-Trattat.

(21)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibni fuq atti tal-Unjoni li jiżguraw swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali. B’mod partikolari, dan jibni fuq ir-Regolament XXX/XXXX [l-Att dwar is-Swieq Diġitali], li jintroduċi regoli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pjattaforma ewlenija maħtura bħala gwardjani u, fost l-oħrajn, jipprojbixxi lill-gwardjani milli jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jużaw, joffru jew jinteroperaw ma’ servizz ta’ identifikazzjoni tal-gwardjan fil-kuntest tas-servizzi offruti mill-utenti kummerċjali li jużaw is-servizzi ta’ pjattaforma ewlenija ta’ dak il-gwardjan. L-Artikolu 6(1)(f) tar-Regolament XXX/XXXX [l-Att dwar is-Swieq Diġitali] jirrikjedi li l-gwardjani jippermettu lill-utenti kummerċjali u lill-fornituri ta’ servizzi anċillari aċċess għal u interoperabbiltà mal-istess karatteristiċi tas-sistema operattiva, tal-hardware jew tas-software li jkunu disponibbli jew jintużaw fil-forniment mill-gwardjan ta’ kwalunkwe servizz anċillari. Skont l-Artikolu 2(15) tal-[Att dwar is-Swieq Diġitali], is-servizzi ta’ identifikazzjoni jikkostitwixxu tip ta’ servizzi anċillari. Għalhekk, l-utenti kummerċjali u l-fornituri ta’ servizzi anċillari jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċessaw dawn il-karatteristiċi tal-hardware jew tas-software, bħal elementi siguri fl-ismartphones, u li jinteroperaw magħhom permezz tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jew tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati tal-Istati Membri.

(22)biex jiġu ssimplifikati l-obbligi taċ-ċibersigurtà imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji, kif ukoll biex dawn il-fornituri u l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-qafas legali stabbilit mid-Direttiva XXXX/XXXX (id-Direttiva NIS2), is-servizzi fiduċjarji huma meħtieġa jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa skont id-Direttiva XXXX/XXXX (id-Direttiva NIS2), bħal miżuri li jindirizzaw il-fallimenti tas-sistema, l-iżball uman, azzjonijiet malizzjużi jew fenomeni naturali biex jiġu ġestiti r-riskji għas-sigurtà tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni li dawk il-fornituri jużaw fil-forniment tas-servizzi tagħhom kif ukoll biex jiġu notifikati inċidenti sinifikanti u theddid ċibernetiku f’konformità mad-Direttiva XXXX/XXXX (id-Direttiva NIS2). Fir-rigward tar-rapportar ta’ inċidenti, il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jenħtieġ li jinnotifikaw kwalunkwe inċident li jkollu impatt sinifikanti fuq il-forniment tas-servizzi tagħhom, inkluż dak ikkawżat minn serq jew telf ta’ apparati, danni jew inċidenti fil-kejbils tan-network li seħħew fil-kuntest tal-identifikazzjoni tal-persuni. Ir-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà u l-obbligi ta’ rapportar skont id-Direttiva XXXXXX [NIS2] jenħtieġ li jitqiesu bħala komplementari għar-rekwiżiti imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji skont dan ir-Regolament. Meta jkun xieraq, il-prattiki jew il-gwida nazzjonali stabbiliti fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà u ta’ rapportar u tas-superviżjoni tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jenħtieġ li jkomplu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva XXXX/XXXX (id-Direttiva NIS2). Kwalunkwe rekwiżit skont dan ir-Regolament ma jaffettwax l-obbligu li jiġi notifikat ksur ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

(23)Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa biex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet tal-NIS u tal-eIDAS. F’każijiet fejn il-korp superviżorju skont dan ir-Regolament ikun differenti mill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva XXXX/XXXX [NIS2], dawk l-awtoritajiet jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib u fil-ħin billi jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti biex jiġu żgurati superviżjoni u konformità effettivi tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva XXXX/XXXX [NIS2]. B’mod partikolari, il-korpi superviżorji skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu intitolati jitolbu lill-awtorità kompetenti skont id-Direttiva XXXXX/XXXX [NIS2] biex tagħti l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jingħata l-istatus kwalifikat u biex jitwettqu azzjonijiet superviżorji biex tiġi vverifikata l-konformità tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji mar-rekwiżiti rilevanti skont l-NIS2 jew jintalbu jirrimedjaw in-nuqqas ta’ konformità.

(24)Huwa essenzjali li jiġi previst qafas legali biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent transfruntier bejn is-sistemi legali nazzjonali eżistenti relatati mas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata. Dak il-qafas jista’ jiftaħ ukoll opportunitajiet ġodda tas-suq għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji tal-Unjoni biex joffru servizzi elettroniċi Pan-Ewropej ta’ konsenja reġistrata u jiżguraw li l-identifikazzjoni tar-riċevituri tiġi żgurata b’livell ta’ kunfidenza ogħla mill-identifikazzjoni tal-mittent.

(25)Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, iċ-ċittadini u residenti oħrajn ma jistgħux jiskambjaw b’mod diġitali, bejn il-fruntieri, informazzjoni relatata mal-identità tagħhom, bħal indirizzi, l-età u kwalifiki professjonali, liċenzji tas-sewqan u permessi oħra, u data dwar il-ħlas, b’mod sikur u b’livell għoli ta’ protezzjoni tad-data.

(26)Jenħtieġ li jkun possibbli li jinħarġu u li jiġu ġestiti attributi diġitali affidabbli u li wieħed jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-piż amministrattiv, filwaqt li tingħata s-setgħa liċ-ċittadini u lil residenti oħrajn biex jużawhom fit-tranżazzjonijiet privati u pubbliċi tagħhom. Iċ-ċittadini u residenti oħra jenħtieġ li jkunu jistgħu, pereżempju, juru s-sjieda ta’ liċenzja tas-sewqan valida maħruġa minn awtorità fi Stat Membru wieħed, li tista’ tiġi vverifikata u invokata mill-awtoritajiet rilevanti fi Stati Membri oħra, u jiddependu fuq il-kredenzjali tas-sigurtà soċjali tagħhom jew fuq dokumenti diġitali futuri tal-ivvjaġġar f’kuntest transfruntier.

(27)Kwalunkwe entità li tiġbor, toħloq u toħroġ attributi attestati bħal diplomi, liċenzji, u ċertifikati tat-twelid jenħtieġ li tkun tista’ ssir fornitur ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi. Il-partijiet dipendenti jenħtieġ li jużaw l-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi bħala ekwivalenti għall-attestazzjonijiet f’forma stampata. Għalhekk, attestazzjoni elettronika tal-attributi jenħtieġ li ma tiġix miċħuda effett legali minħabba li tkun f’forma elettronika jew li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ġenerali biex jiġi żgurat li attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi jkollha l-effett legali ekwivalenti ta’ attestazzjonijiet maħruġa legalment f’forma stampata. Madankollu, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni jew għal-liġi nazzjonali li jiddefinixxu rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-settur fir-rigward tal-forma b’effetti legali sottostanti u, b’mod partikolari, għar-rikonoxximent transfruntier ta’ attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi, meta jkun xieraq.

(28)Id-disponibbiltà u l-użu wiesgħa tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jirrikjedu l-aċċettazzjoni tagħhom mill-fornituri ta’ servizzi privati. Partijiet dipendenti privati li jipprovdu servizzi fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija, tas-servizzi bankarji u finanzjarji, tas-sigurtà soċjali, tas-saħħa, tal-ilma tax-xorb, tas-servizzi postali, tal-infrastruttura diġitali, tal-edukazzjoni jew tat-telekomunikazzjoni jenħtieġ li jaċċettaw l-użu ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għall-forniment ta’ servizzi fejn awtentikazzjoni b’saħħitha tal-utenti għal identifikazzjoni online tkun meħtieġa bil-liġi nazzjonali jew bid-dritt tal-Unjoni jew minn obbligu kuntrattwali. Meta pjattaformi online kbar ħafna kif definit fl-Artikolu 25.1. tar-Regolament [żid referenza għar-Regolament DSA] jirrikjedu li l-utenti jawtentikaw biex jaċċessaw is-servizzi online, dawk il-pjattaformi jenħtieġ li jingħataw mandat biex jaċċettaw l-użu ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali fuq talba volontarja tal-utent. Jenħtieġ li l-utenti ma jkollhom l-ebda obbligu li jużaw il-Kartiera biex jaċċessaw is-servizzi privati, iżda jekk jixtiequ jagħmlu dan, il-pjattaformi online kbar jenħtieġ li jaċċettaw il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali għal dan il-fini filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data. Minħabba l-importanza tal-pjattaformi online kbar ħafna, minħabba l-firxa tagħhom, b’mod partikolari kif espress fl-għadd ta’ riċevituri ta’ tranżazzjonijiet ta’ servizzi u dawk ekonomiċi, dan huwa meħtieġ biex tiżdied il-protezzjoni tal-utenti mill-frodi u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-data. Jenħtieġ li jiġu żviluppati kodiċijiet tal-kondotta awtoregolatorji fil-livell tal-Unjoni (“kodiċijiet tal-kondotta”) biex jikkontribwixxu għal disponibbiltà u użu wiesgħa tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika inkluż il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-kodiċijiet tal-kondotta jenħtieġ li jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni wiesgħa tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika inkluż il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali minn dawk il-fornituri tas-servizzi li ma jikkwalifikawx bħala pjattaformi kbar ħafna u li jiddependu fuq servizzi ta’ identifikazzjoni elettronika ta’ partijiet terzi għall-awtentikazzjoni tal-utenti. Dawn jenħtieġ li jiġu żviluppati fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-effettività ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu għall-utent tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali wara 18-il xahar mill-iskjerament tagħhom u tirrevedi d-dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni tagħhom permezz ta’ atti delegati fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni.

(29)Il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jenħtieġ li tippermetti b’mod tekniku l-iżvelar selettiv tal-attributi lill-partijiet dipendenti. Din il-karatteristika jenħtieġ li ssir karatteristika bażika tat-tfassil u b’hekk jissaħħu l-konvenjenza u l-protezzjoni tad-data personali inkluż il-minimizzazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali.

(30)L-attributi pprovduti mill-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji bħala parti mill-attestazzjoni kwalifikata tal-attributi jenħtieġ li jiġu vverifikati mas-sorsi awtentiċi jew direttament mill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jew permezz ta’ intermedjarji maħtura rikonoxxuti fil-livell nazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mad-dritt tal-Unjoni għall-fini ta’ skambju sigur ta’ attributi attestati bejn il-fornituri tas-servizzi u l-partijiet dipendenti tal-identità jew tal-attestazzjoni tal-attributi.

(31)L-identifikazzjoni elettronika sigura u l-forniment ta’ attestazzjoni tal-attributi jenħtieġ li joffru flessibbiltà u soluzzjonijiet addizzjonali għas-settur tas-servizzi finanzjarji biex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni tal-klijenti u l-iskambju ta’ attributi speċifiċi meħtieġa għall-konformità ma’, pereżempju, ir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta tal-klijenti skont ir-Regolament dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus, [għandha tiżdied referenza wara l-adozzjoni tal-proposta], b’rekwiżiti tal-adegwatezza li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-investitur, jew biex jiġi appoġġat l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-awtentikazzjoni b’saħħitha tal-konsumaturi għad-dħul fil-kontijiet u għall-bidu ta’ tranżazzjonijiet fil-qasam tas-servizzi ta’ pagament.

(32)Is-servizzi ta’ awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi jipprovdu lill-utenti b’assigurazzjoni li hemm entità ġenwina u leġittima wara s-sit elettroniku. Dawk is-servizzi jikkontribwixxu għall-bini tal-fiduċja u l-kunfidenza fit-twettiq tan-negozji online, billi l-utenti jkollhom fiduċja f’sit elettroniku li jkun ġie awtentikat. L-użu tas-servizzi ta’ awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi mis-siti elettroniċi huwa volontarju. Madankollu, biex l-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi ssir mezz biex tiżdied il-fiduċja, filwaqt li tipprovdi esperjenza aħjar għall-utent u tkattar it-tkabbir fis-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi minimi tas-sigurtà u tar-responsabbiltà għall-fornituri ta’ servizzi ta’ awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi u għas-servizzi tagħhom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-web-browsers jiżguraw appoġġ u interoperabbiltà maċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014. Dawn jenħtieġ li jirrikonoxxu u juru ċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi biex jipprovdu livell għoli ta’ assigurazzjoni, filwaqt li jippermettu lis-sidien tas-siti elettroniċi jasserixxu l-identità tagħhom bħala sidien ta’ sit elettroniku u lill-utenti jidentifikaw is-sidien tas-siti elettroniċi b’livell għoli ta’ ċertezza. biex ikomplu jippromwovu l-użu tagħhom, l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-inkorporazzjoni taċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi fis-siti elettroniċi tagħhom.

(33)Ħafna Stati Membri introduċew rekwiżiti nazzjonali għal servizzi li jipprovdu arkivjar diġitali sikur u affidabbli biex jippermettu ż-żamma fit-tul ta’ dokumenti elettroniċi u servizzi fiduċjarji assoċjati. biex jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-fiduċja legali, huwa essenzjali li jiġi pprovdut qafas legali biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent transfruntier tas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat. Dak il-qafas jista’ jiftaħ ukoll opportunitajiet ġodda tas-suq għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji tal-Unjoni.

(34)Ir-reġistri elettroniċi kwalifikati jirreġistraw id-data b’mod li jiżgura l-uniċità, l-awtentiċità u s-sekwenzjar korrett tal-entrati tad-data b’mod li ma jippermettix tbagħbis. Reġistru elettroniku jikkombina l-effett tal-ittimbrar tal-ħin tad-data maċ-ċertezza dwar l-oriġinatur tad-data simili għall-iffirmar elettroniku u għandu l-benefiċċju addizzjonali li jippermetti mudelli ta’ governanza aktar deċentralizzata li huma adattati għall-kooperazzjonijiet multipartitiċi. Pereżempju, dan joħloq rekord tal-awditjar affidabbli għall-provenjenza ta’ komoditajiet fil-kummerċ transfruntier, jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jippermetti swieq ta’ flessibbiltà fl-elettriku, jipprovdi l-bażi għal soluzzjonijiet avvanzati għall-identità awtosovrana u jappoġġa servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u trasformattivi. biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern, huwa importanti li jiġi definit qafas legali pan-Ewropew li jippermetti r-rikonoxximent transfruntier tas-servizzi fiduċjarji għar-reġistrazzjoni tad-data fir-reġistri elettroniċi.

(35)Iċ-ċertifikazzjoni bħala fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji jenħtieġ li tipprovdi ċertezza legali għall-każijiet ta’ użu li jibnu fuq ir-reġistri elettroniċi. Dan is-servizz fiduċjarju għar-reġistri elettroniċi u għar-reġistri elettroniċi kwalifikati u ċ-ċertifikazzjoni bħala fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji għar-reġistri elettroniċi jenħtieġ li jkunu, minkejja li jeħtieġ li l-każijiet ta’ użu jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Il-każijiet ta’ użu li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali jridu jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2016/679. Il-każijiet ta’ użu li jinvolvu l-kriptoassi jenħtieġ li jkunu kompatibbli mar-regoli finanzjarji applikabbli kollha pereżempju mad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji 23 , mad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament 24 u mar-Regolament futur dwar is-Swieq fil-Kriptoassi 25 .

(36)biex jiġu evitati l-frammentazzjoni u l-ostakli, minħabba standards diverġenti u restrizzjonijiet tekniċi, u biex jiġi żgurat proċess ikkoordinat biex jiġi evitat li tiġi pperikolata l-implimentazzjoni tal-qafas Ewropew futur tal-Identità Diġitali, huwa meħtieġ proċess għal kooperazzjoni mill-qrib u strutturata bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-settur privat. biex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw fil-qafas stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni XXX/XXXX [Sett ta’ għodod għal approċċ koordinat għal Qafas Ewropew tal-Identità Diġitali] 26 biex jiġi identifikat Sett ta’ Għodod għal qafas Ewropew tal-Identità Diġitali. Is-Sett ta’ Għodod jenħtieġ li jinkludi arkitettura teknika komprensiva u qafas ta’ referenza, sett ta’ standards komuni u referenzi tekniċi u sett ta’ linji gwida u deskrizzjonijiet tal-aħjar prattiki li jkopru mill-inqas l-aspetti kollha tal-funzjonalitajiet u l-interoperabbiltà tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, inkluż il-firem elettroniċi, u tas-servizz fiduċjarju kwalifikat għall-attestazzjoni tal-attributi kif stabbilit f’dan ir-Regolament. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri jenħtieġ li jilħqu wkoll ftehim dwar l-elementi komuni ta’ mudell kummerċjali u struttura tat-tariffi tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni, b’mod partikolari minn kumpaniji żgħar u medji f’kuntest transfruntier. Il-kontenut tas-sett ta’ għodod jenħtieġ li jevolvi b’mod parallel ma’ u jirrifletti l-eżitu tad-diskussjoni u tal-proċess tal-adozzjoni tal-qafas Ewropew tal-Identità Diġitali.

(37)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 .

(38)Għalhekk, ir-Regolament (UE) 910/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 910/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jipprovdi livell adegwat ta’ sigurtà tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u tas-servizzi fiduċjarji. Għal dawn il-finijiet, dan ir-Regolament:

(a)jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri għandhom jipprovdu u jirrikonoxxu l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jaqgħu skont skema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata ta’ Stat Membru ieħor;

(b)jistabbilixxi r-regoli għas-servizzi fiduċjarji, b’mod partikolari għat-tranżazzjonijiet elettroniċi;

(c)jistabbilixxi qafas legali għall-firem elettroniċi, għas-siġilli elettroniċi, għat-timbri tal-ħin elettroniċi, għad-dokumenti elettroniċi, għas-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata, għas-servizzi taċ-ċertifikati għall-eawtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi, għall-arkivjar elettroniku u l-attestazzjoni elettronika tal-attributi, għall-ġestjoni ta’ apparati għall-ħolqien ta’ firem u siġilli elettroniċi mill-bogħod, u għar-reġistri elettroniċi;

(d)jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali mill-Istati Membri.”;

(2)l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Dan ir-Regolament japplika għall-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati minn Stat Membru, għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa mill-Istati Membri u għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fl-Unjoni.”;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-liġi nazzjonali jew id-dritt tal-Unjoni relatati mal-konklużjoni u l-validità ta’ kuntratti jew obbligi legali jew proċedurali oħrajn relatati ma’ rekwiżiti speċifiċi għas-settur fir-rigward tal-forma b’effetti legali sottostanti.”;

(3)l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2)    ‘mezz ta’ identifikazzjoni elettronika’ tfisser unità fiżika u/jew mhux fiżika, inkluż il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jew il-karti tal-ID skont ir-Regolament 2019/1157, li jkun fiha data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna u li tintuża għall-awtentikazzjoni ta’ servizz online jew offline;”;

(b)il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)    ‘skema ta’ identifikazzjoni elettronika’ tfisser sistema għall-identifikazzjoni elettronika li permezz tagħha jinħarġu mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew lil persuni fiżiċi li jkunu qed jirrappreżentaw persuni ġuridiċi;”;

(c)il-punt (14) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(14)    ‘ċertifikat għal firma elettronika’ tfisser attestazzjoni elettronika jew sett ta’ attestazzjonijiet li jikkollegaw data dwar il-validazzjoni ta’ firma elettronika ma’ persuna fiżika u jikkonfermaw mill-inqas l-isem jew il-psewdonimu ta’ dik il-persuna;”;

(d)il-punt (16) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(16)    ‘servizz fiduċjarju’ tfisser servizz elettroniku normalment fornut bi ħlas li jikkonsisti minn:

(a)il-ħolqien, il-verifika, u l-validazzjoni ta’ firem elettroniċi, siġilli elettroniċi jew timbri tal-ħin elettroniċi, servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrata, attestazzjoni elettronika tal-attributi u ċertifikati relatati ma’ dawk is-servizzi;

(b)il-ħolqien, il-verifika u l-validazzjoni ta’ ċertifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi;

(c)il-preservazzjoni ta’ firem, siġilli jew ċertifikati elettroniċi relatati ma’ dawk is-servizzi;

(d) l-arkivjar elettroniku ta’ dokumenti elettroniċi;

(e)il-ġestjoni ta’ apparat għall-ħolqien ta’ firem u siġilli elettroniċi mill-bogħod;

(f)ir-reġistrazzjoni ta’ data elettronika f’reġistru elettroniku.”;

(e)il-punt (21) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(21)    ‘prodott’ tfisser hardware jew software, jew komponenti rilevanti ta’ hardware u/jew software, li jkunu maħsuba biex jintużaw għall-forniment ta’ identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji;”;

(f)jiddaħħlu l-punti (23a) u (23b) li ġejjin:

“(23a)    ‘apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem mill-bogħod’ tfisser apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi fejn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jiġġenera, jiġġestixxi jew jidduplika d-data għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem firmatarju;

(23b)    ‘apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ siġilli mill-bogħod’ tfisser apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi fejn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jiġġenera, jiġġestixxi jew jidduplikata d-data għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem kreatur tas-siġilli;”;

(g)il-punt (29) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(29)    ‘ċertifikat għas-siġill elettroniku’ tfisser attestazzjoni elettronika jew sett ta’ attestazzjonijiet li jikkollegaw data dwar il-validazzjoni ta’ siġill elettroniku ma’ persuna ġuridika u jikkonfermaw l-isem ta’ dik il-persuna;”;

(h)il-punt (41) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(41)    ‘validazzjoni’ tfisser il-proċess ta’ verifika u konferma li firma elettronika jew siġill jew data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna jew attestazzjoni elettronika tal-attributi hija valida;”

(i)jiżdiedu l-punti (42) sa (55) li ġejjin:

“(42)    ‘Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali’ hija prodott u servizz li jippermetti lill-utent jaħżen data, kredenzjali u attributi dwar l-identità marbuta mal-identità tiegħu, biex jipprovdihom lil partijiet dipendenti fuq talba u biex jużahom għall-awtentikazzjoni, online u offline, ta’ servizz f’konformità mal-Artikolu 6a; u biex joħloq firem u siġilli elettroniċi kwalifikati;

(43)    ‘attribut’ huwa karatteristika jew kwalità ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew ta’ entità, f’forma elettronika;

(44)    ‘attestazzjoni elettronika tal-attributi’ tfisser attestazzjoni f’forma elettronika li tippermetti l-awtentikazzjoni tal-attributi;

(45)    ‘attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi’ tfisser attestazzjoni elettronika tal-attributi, li tinħareġ minn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji u tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V;

(46)    ‘sors awtentiku’ huwa repożitorju jew sistema, miżmum fir-responsabbiltà ta’ korp tas-settur pubbliku jew ta’ entità privata, li jkun fih attributi dwar persuna fiżika jew ġuridika u li jitqies is-sors primarju ta’ dik l-informazzjoni jew huwa rikonoxxut bħala awtentiku fil-liġi nazzjonali;

(47)    ‘arkivjar elettroniku’ tfisser servizz li jiżgura l-wasla, il-ħżin, it-tħassir u t-trasmissjoni ta’ data jew dokumenti elettroniċi biex jiġu żgurati l-integrità tagħhom, u l-preċiżjoni tal-oriġini u tal-karatteristiċi legali tagħhom matul il-perjodu ta’ konservazzjoni;

(48)    ‘servizz ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat’ tfisser servizz li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 45g;

(49)    ‘Marka Fiduċjarja tal-UE għall-Kartieri tal-Identità Diġitali’ tfisser indikazzjoni b’mod sempliċi, rikonoxxibbli u ċar li nħarġet Kartiera tal-Identità Diġitali f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(50)    ‘awtentikazzjoni b’saħħitha tal-utenti’ tfisser awtentikazzjoni bbażata fuq l-użu ta’ żewġ elementi jew aktar ikkategorizzati bħala għarfien, pussess u inerenza tal-utent li jkunu indipendenti, b’tali mod li l-ksur ta’ wieħed ma jikkompromettix l-affidabbiltà tal-oħrajn, u hija mfassla b’tali mod li tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-data ta’ awtentikazzjoni;

(51)    ‘kont tal-utent’ tfisser mekkaniżmu li jippermetti lil utent jaċċessa servizzi pubbliċi jew privati skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-fornitur tas-servizzi;

(52)    ‘kredenzjali’ tfisser prova tal-ħiliet, tal-esperjenza, tad-dritt jew tal-permess ta’ persuna;

(53)    ‘reġistru elettroniku’ tfisser rekord elettroniku tad-data li ma jippermettix tbagħbis, li jipprovdi l-awtentiċità u l-integrità tad-data miżmuma fih, u l-preċiżjoni tad-data u tal-ħin tagħha, u tal-ordni kronoloġika tagħha”;

(54)    data personali’ tfisser kwalunkwe informazzjoni kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679.”;

(55)    ‘identifikazzjoni unika’ tfisser proċess fejn id-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna jew il-mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ persuna jitqabblu jew jiġu kkollegati ma’ kont eżistenti li jappartjeni għall-istess persuna.”;

(4)l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 5

Psewdonimi fi tranżazzjoni elettronika

Mingħajr preġudizzju għall-effett legali mogħti lil psewdonimi skont il-liġi nazzjonali, l-użu tal-psewdonimi fi tranżazzjonijiet elettroniċi ma għandux jiġi pprojbit.”;

(5)fil-Kapitolu II, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“TAQSIMA I

IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA”;

(6)jitħassar l-Artikolu 6;

(7)jiddaħħlu l-Artikoli (6a, 6b, 6c u 6d) li ġejjin:

Artikolu 6 a

Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali

1.    Għall-fini li jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha fl-Unjoni jkollhom aċċess sigur, affidabbli u mingħajr xkiel għas-servizzi pubbliċi u privati transfruntieri, kull Stat Membru għandu joħroġ Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.    Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandhom jinħarġu:

(a)minn Stat Membru;

(b)skont mandat minn Stat Membru;

(c)b’mod indipendenti iżda rikonoxxuti minn Stat Membru.

3.    Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandhom jippermettu lill-utent:

(a)jitlob u jikseb, jaħżen, jagħżel, jikkombina u jikkondividi b’mod sigur, b’mod li jkun trasparenti għal u traċċabbli mill-utent, id-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna ġuridika u l-attestazzjoni elettronika tal-attributi meħtieġa biex jawtentika online u offline biex juża servizzi pubbliċi u privati online;

(b)jiffirma permezz ta’ firem elettroniċi kwalifikati.

4.    Il-Kartieri tal-Identità Diġitali għandhom, b’mod partikolari:

(a)jipprovdu interfaċċa komuni:

(1)lil fornituri kwalifikati u mhux kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji li joħorġu attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati u mhux kwalifikati tal-attributi jew ċertifikati kwalifikati u mhux kwalifikati oħrajn għall-fini tal-ħruġ ta’ dawn l-attestazzjonijiet u ċ-ċertifikati lill-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali;

(2) għal partijiet dipendenti biex jitolbu u jivvalidaw data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna u attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi;

(3)għall-preżentazzjoni lil partijiet dipendenti ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna, attestazzjoni elettronika tal-attributi jew data oħra bħall-kredenzjali, f’modalità lokali li ma tirrikjedix aċċess għall-internet għall-Kartiera;

(4)għall-utent biex jippermetti interazzjoni mal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali u juri “Marka Fiduċjarja tal-UE għall-Kartieri tal-Identità Diġitali”;

(b)jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji tal-attestazzjonijiet kwalifikati tal-attributi ma jkunu jistgħu jirċievu l-ebda informazzjoni dwar l-użu ta’ dawn l-attributi;

(c)jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 fir-rigward tal-livell ta’ assigurazzjoni “għoli”, b’mod partikolari kif applikat għar-rekwiżiti għall-prova u l-verifika tal-identità, u għall-ġestjoni u l-awtentikazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika;

(d)jipprovdu mekkaniżmu biex jiġi żgurat li l-parti dipendenti tkun tista’ tawtentika l-utent u tirċievi attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi;

(e)jiżguraw li d-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 12(4) tirrappreżenta b’mod uniku u persistenti lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun assoċjata magħha.

5.    L-Istati Membri għandhom jipprovdu mekkaniżmi ta’ validazzjoni għall-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali:

(a)biex jiġi żgurat li l-awtentiċità u l-validità tagħhom ikunu jistgħu jiġu vverifikati;

(b)biex il-partijiet dipendenti jkunu jistgħu jivverifikaw li l-attestazzjonijiet tal-attributi jkunu validi;

(c)biex il-partijiet dipendenti u l-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji jkunu jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tad-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna attribwita.

6.    Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandhom jinħarġu bi skema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata ta’ livell ta’ assigurazzjoni “għoli”. L-użu tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandu jkun mingħajr ħlas għall-persuni fiżiċi.

7.    L-utent għandu jkollu kontroll sħiħ tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali. L-emittent tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali ma għandux jiġbor informazzjoni dwar l-użu tal-Kartiera li ma tkunx meħtieġa għall-forniment tas-servizzi tal-Kartiera, u lanqas ma għandu jikkombina data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna u kwalunkwe data personali oħra maħżuna jew relatata mal-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali ma’ data personali minn xi servizz ieħor offrut minn dan l-emittent jew minn servizzi ta’ partijiet terzi li ma tkunx meħtieġa għall-forniment tas-servizzi tal-Kartiera, dment li l-utent ma jkunx talab dan b’mod espliċitu. Id-data personali relatata mal-forniment tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandha tinżamm fiżikament u loġikament separata minn kwalunkwe data oħra miżmuma. Jekk il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali tiġi pprovduta minn partijiet privati f’konformità mal-paragrafu 1(b) u (c), id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 45f għandhom japplikaw mutatis mutandis.

8.    L-Artikolu 11 għandu japplika mutatis mutandis għall-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali.

9.    Il-punti (b), (e), (g), u (h) tal-Artikolu 24(2) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Istati Membri li joħorġu l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali.

10.    Il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali għandha ssir aċċessibbli għal persuni b’diżabilità f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva 2019/882.

11.    Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali u standards ta’ referenza għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 6b

Partijiet Dipendenti tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali

1.    Meta l-partijiet dipendenti jkollhom l-intenzjoni li jiddependu fuq il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jikkomunikaw dan lill-Istat Membru fejn il-parti dipendenti tkun stabbilita biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi. Meta jikkomunikaw l-intenzjoni tagħhom li jiddependu fuq il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, dawn għandhom jinfurmaw ukoll dwar l-użu maħsub tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali.

2.    L-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmu komuni għall-awtentikazzjoni ta’ partijiet dipendenti.

3.    Il-partijiet dipendenti għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċedura għall-awtentikazzjoni ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna u ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi li joriġinaw mill-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali.

4.    Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 6a(10).

Artikolu 6c

Ċertifikazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali

1.    Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità skont skema taċ-ċibersigurtà skont ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu preżunti li jkunu f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 6a sa fejn iċ-ċertifikat taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità jew partijiet minnhom jkopru dawk ir-rekwiżiti.

2.    Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 6a relatati mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ data personali mwettqa mill-emittent tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għandha tiġi ċċertifikata skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

3.    Il-konformità tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 6a għandha tiġi ċċertifikata minn korpi pubbliċi jew privati akkreditati maħtura mill-Istati Membri.

4.    Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta’ standards għaċ-ċertifikazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali msemmija fil-paragrafu 3.

5.    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi pubbliċi jew privati msemmija fil-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri.

6.    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 47 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-korpi maħtura msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 6d

Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali ċċertifikati

1.    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed dwar il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li jkunu nħarġu skont l-Artikolu 6a u ġew iċċertifikati mill-korpi msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 6c. Dawn għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed, meta tiġi kkanċellata ċ-ċertifikazzjoni.

2.    Abbażi tal-informazzjoni li tkun waslitilha, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, tippubblika u żżomm lista ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali ċċertifikati.

3.    Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi formati u proċeduri applikabbli għall-finijiet tal-paragrafu 1. permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 6a(10).

(8)tiddaħħal l-intestatura li ġejja qabel l-Artikolu 7:

“TAQSIMA II

SKEMI TA’ IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA”;

(9)is-sentenza introduttorja tal-Artikolu 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Skont l-Artikolu 9(1), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, mill-inqas skema ta’ identifikazzjoni elettronika waħda li tinkludi mill-inqas mezz ta’ identifikazzjoni wieħed:”;

(10)fl-Artikolu 9, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.    Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni bażika dwarhom.

3.    Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-emendi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien xahar mid-data tal-wasla ta’ dik in-notifika.”;

(11)jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

Artikolu 10 a

Ksur ta’ sigurtà tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali

1.    Meta l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa skont l-Artikolu 6a u l-mekkaniżmi ta’ validazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 6a(5) jinkisru jew jiġu parzjalment kompromessi b’mod li jaffettwa l-affidabbiltà tagħhom jew l-affidabbiltà tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali l-oħra, l-Istat Membru emittenti għandu, mingħajr dewmien, jissospendi l-ħruġ u jirrevoka l-validità tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali u jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni kif xieraq.

2.    Meta jinstab rimedju għall-ksur jew il-kompromess imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru emittenti għandu jerġa’ jistabbilixxi l-ħruġ u l-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali u jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

3.    Jekk il-ksur jew il-kompromess imsemmi fil-paragrafu 1 ma jiġix irrimedjat fi żmien tliet xhur mis-sospensjoni jew ir-revoka, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali kkonċernata u jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar l-irtirar kif xieraq. Meta jkun iġġustifikat mis-severità tal-ksur, il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali kkonċernata għandha tiġi rtirata mingħajr dewmien.

4.    Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-emendi korrispondenti fil-lista msemmija fl-Artikolu 6d mingħajr dewmien żejjed.

5.    Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tispeċifika aktar il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3 permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 6a(10).

(12)jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

Artikolu 11 a

Identifikazzjoni Unika

1.    Meta jintużaw mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għall-awtentikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw identifikazzjoni unika.

2.    L-Istati Membri għandhom, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jinkludu fis-sett minimu ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna msemmi fl-Artikolu 12.4.(d), identifikatur uniku u persistenti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jidentifika l-utent fuq talba tagħhom f’dawk il-każijiet fejn l-identifikazzjoni tal-utent tkun meħtieġa bil-liġi.

3.    Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tispeċifika aktar il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 6a(10).

(13)l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 3, jitħassru l-punti (c) u (d);

(b)fil-paragrafu 4, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)    referenza għal sett minimu ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna meħtieġa biex tirrappreżenta b’mod uniku u persistenti persuna fiżika jew legali;”;

(c)fil-paragrafu 6, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)    l-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenza u prassi tajba rigward skemi ta’ identifikazzjoni elettronika u b’mod partikolari rekwiżiti tekniċi relatati mal-interoperabbiltà, l-identifikazzjoni unika u l-livelli ta’ assigurazzjoni;”;

(14)jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej:

Artikolu 12 a

Ċertifikazzjoni ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika

1.    Il-konformità tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6a, fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 10 tista’ tiġi ċċertifikata minn korpi pubbliċi jew privati maħtura mill-Istati Membri.

2.    Ir-reviżjoni bejn il-pari ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(6) ma għandhiex tapplika għall-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika jew għal parti minn dawn l-iskemi ċċertifikati f’konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jużaw ċertifikat jew dikjarazzjoni ta’ konformità tal-Unjoni maħruġa f’konformità ma’ skema ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà Ewropea rilevanti stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2019/881 biex juru l-konformità ta’ dawn l-iskemi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(2) rigward il-livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika.

3.    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korp pubbliku jew privat imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri.”;

(15)tiddaħħal l-intestatura li ġejja wara l-Artikolu 12a:

“TAQSIMA III

DIPENDENZA TRANSFRUNTIERA FUQ MEZZI TA’ IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA”;

(16)jiddaħħlu l-Artikoli 12b u 12c li ġejjin:

“Artikolu 12b

Dipendenza transfruntiera fuq il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali

1.    Meta l-Istati Membri jirrikjedu identifikazzjoni elettronika bl-użu ta’ mezz ta’ identifikazzjoni elettronika u awtentikazzjoni skont il-liġi nazzjonali jew permezz ta’ prattika amministrattiva biex jaċċessaw servizz online pprovdut minn korp tas-settur pubbliku, dawn għandhom jaċċettaw ukoll il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.    Meta partijiet dipendenti privati li jipprovdu s-servizzi jkunu meħtieġa bil-liġi nazzjonali jew bid-dritt tal-Unjoni, li jużaw awtentikazzjoni b’saħħitha tal-utenti għal identifikazzjoni online, jew meta tkun meħtieġa awtentikazzjoni b’saħħitha tal-utenti permezz ta’ obbligu kuntrattwali, inkluż fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija, tas-servizzi bankarji u finanzjarji, tas-sigurtà soċjali, tas-saħħa, tal-ilma tax-xorb, tas-servizzi postali, tal-infrastruttura diġitali, tal-edukazzjoni jew tat-telekomunikazzjoni, il-partijiet dipendenti privati għandhom jaċċettaw ukoll l-użu ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa f’konformità mal-Artikolu 6a.

3.    Meta pjattaformi online kbar ħafna kif iddefinit fl-Artikolu 25.1 tar-Regolament [żid referenza għar-Regolament DSA] jirrikjedu li l-utenti jawtentikaw biex jaċċessaw is-servizzi online, dawn għandhom jaċċettaw ukoll l-użu ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġin f’konformità mal-Artikolu 6a strettament fuq talba volontarja tal-utent u fir-rigward tal-attributi minimi meħtieġa għas-servizz online speċifiku li għalih tintalab l-awtentikazzjoni, bħal prova tal-età.

4.    Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ u tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet tal-kondotta awtoregolatorji fil-livell tal-Unjoni (“kodiċijiet tal-kondotta”), biex tikkontribwixxi għal disponibbiltà u użu wiesgħa tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-kodiċijiet tal-kondotta għandhom jiżguraw l-aċċettazzjoni ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika inkluż il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari mill-fornituri tas-servizzi li jiddependu fuq servizzi ta’ identifikazzjoni elettronika ta’ partijiet terzi għall-awtentikazzjoni tal-utenti. Il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ dawn il-kodiċijiet tal-kondotta f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u se tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi biex ilestu l-iżvilupp tal-kodiċijiet tal-kondotta fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u jimplimentawhom b’mod effettiv fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tar-Regolament.

5.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni fi żmien 18-il xahar wara l-iskjerament tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali dwar jekk abbażi ta’ evidenza li turi d-disponibbiltà u l-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali, il-fornituri ta’ servizzi online privati addizzjonali għandhomx jingħataw il-mandat li jaċċettaw l-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali strettament fuq talba volontarja tal-utent. Il-kriterji ta’ valutazzjoni jistgħu jinkludu l-firxa tal-bażi tal-utenti, il-preżenza transfruntiera tal-fornituri tas-servizzi, l-iżvilupp teknoloġiku, u l-evoluzzjoni fix-xejriet tal-użu. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bbażati fuq din il-valutazzjoni, rigward reviżjoni tar-rekwiżiti għar-rikonoxximent tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali skont il-punti 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

6.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9.

Artikolu 12c

Rikonoxximent reċiproku ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika oħra

1.    Meta tkun meħtieġa identifikazzjoni elettronika bl-użu ta’ mezz ta’ identifikazzjoni elettronika u awtentikazzjoni skont il-liġi nazzjonali jew permezz ta’ prattika amministrattiva biex jiġi aċċessat servizz ipprovdut minn korp tas-settur pubbliku fi Stat Membru, il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika, maħruġ fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi rikonoxxut fl-ewwel Stat Membru għall-finijiet ta’ awtentikazzjoni transfruntiera ta’ dak is-servizz online, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika jinħareġ skont skema ta’ identifikazzjoni elettronika li tkun inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 9;

(b)il-livell ta’ assigurazzjoni tal-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika jikkorrispondi għal livell ta’ assigurazzjoni daqs jew ogħla mil-livell ta’ assigurazzjoni mitlub mill-korp rilevanti tas-settur pubbliku biex jiġi aċċessat dak is-servizz online fl-Istat Membru kkonċernat, u fi kwalunkwe każ mhux inqas mil-livell ta’ assigurazzjoni “sostanzjali”;

(c)il-korp rilevanti tas-settur pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat juża l-livell ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” jew “għoli” fir-rigward tal-aċċess għal dak is-servizz online.

Dan ir-rikonoxximent għandu jseħħ mhux aktar tard minn 6 xhur wara li l-Kummissjoni tippubblika l-lista msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

2.    Il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika li jinħareġ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skema ta’ identifikazzjoni elettronika inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 9 u li jikkorrispondi għal-livell ta’ assigurazzjoni “baxx” jista’ jiġi rikonoxxut mill-korpi tas-settur pubbliku għall-finijiet ta’ awtentikazzjoni transfruntiera tas-servizz online pprovdut minn dawk il-korpi.”;

(17)fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Minkejja l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji għandhom ikunu responsabbli għal dannu kkawżat intenzjonalment jew b’negliġenza lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament u mal-obbligi tal-ġestjoni tar-riskju taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva XXXX/XXXX [NIS2].”;

(18)l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 14

Aspetti internazzjonali

1.    Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 48(2), li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom ir-rekwiżiti ta’ pajjiż terz applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fit-territorju tiegħu u għas-servizzi fiduċjarji li dawn jipprovdu jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli għall-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fl-Unjoni u għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li dawn jipprovdu.

2.    Meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 jew tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali dwar ir-rikonoxximent reċiproku tas-servizzi fiduċjarji f’konformità mal-Artikolu 218 tat-Trattat, is-servizzi fiduċjarji pprovduti mill-fornituri stabbiliti fil-pajjiż terz ikkonċernat għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minn fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fl-Unjoni.”;

(19)l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 15

Aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà

Il-forniment ta’ servizzi fiduċjarji u ta’ prodotti ta’ utenti finali użati fil-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jsir aċċessibbli għal persuni b’diżabilità f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva 2019/882 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi.”;

(20)l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(1)il-punt (c) tal-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)    li jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati, maħtura skont id-Direttiva (UE) XXXX/XXXX [NIS2], dwar kwalunkwe ksur sinifikanti ta’ sigurtà jew nuqqas ta’ integrità li dan isir konxju tagħhom fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Meta l-ksur ta’ sigurtà jew in-nuqqas ta’ integrità sinifikanti jikkonċerna Stati Membri oħrajn, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-punt ta’ kuntatt waħdieni tal-Istat Membru kkonċernat maħtur skont id-Direttiva (UE) XXXX/XXXX (NIS2);”;

(2)il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)    li jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari, billi jinfurmahom mingħajr dewmien żejjed, dwar ir-riżultati tal-awditi tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji, meta jkunu nkisru r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, u dwar ksur ta’ sigurtà li jikkostitwixxi ksur ta’ data personali;”;

(b)il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.    Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, kull korp superviżorju għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport dwar l-attivitajiet ewlenin tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti.”;

(c)il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika aktar il-kompiti tal-Awtoritajiet Superviżorji msemmija fil-paragrafu 4 u tiddefinixxi l-formati u l-proċeduri għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(21)l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu tal-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Assistenza reċiproka u kooperazzjoni”;

(b)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Il-korpi superviżorji għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jiskambjaw prassi tajba u informazzjoni rigward il-forniment ta’ servizzi fiduċjarji.”;

(c)jiżdiedu l-paragrafi 4 u 5 li ġejjin:

“4.    Il-korpi superviżorji u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont id-Direttiva (UE) XXXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [NIS2] għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin biex jiġi żgurat li l-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva (UE) XXXX/XXXX [NIS2]. Il-korp superviżorju għandu jitlob lill-awtorità nazzjonali kompetenti skont id-Direttiva XXXX/XXXX [NIS2] twettaq azzjonijiet superviżorji biex tiġi vverifikata l-konformità tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji mar-rekwiżiti skont id-Direttiva XXXX/XXXX (NIS2), titlob lill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, tipprovdi fil-ħin ir-riżultati ta’ kwalunkwe attività superviżorja marbuta mal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u tinforma lill-korpi superviżorji dwar l-inċidenti rilevanti notifikati f’konformità mad-Direttiva XXXX/XXXX [NIS2].

5.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Superviżorji msemmija fil-paragrafu 1.”;

(22)l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej

“1.    Il-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji għandhom jiġu awditjati bi spejjeż għalihom stess mill-inqas kull 24 xahar minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità. L-awditu għandu jikkonferma li l-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minnhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-Artikolu 18 tad-Direttiva (UE) XXXX/XXXX [NIS2]. Il-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji għandhom jippreżentaw ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità li jirriżulta lill-korp superviżorju fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta jirċevuh.”;

(b)fil-paragrafu 2, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fejn ikun jidher li kien hemm ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-awtoritajiet superviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar ir-riżultati tal-awditi tiegħu.”;

(c)il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.    Meta l-fornitur kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji jonqos milli jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, il-korp superviżorju għandu jitolbu jipprovdi rimedju f’limitu ta’ żmien stabbilit, jekk ikun applikabbli.

Meta dak il-fornitur ma jipprovdix rimedju u, meta jkun applikabbli, fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-korp superviżorju, il-korp superviżorju, filwaqt li jqis b’mod partikolari, il-grad, id-durata u l-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas, jista’ jirtira l-istatus kwalifikat ta’ dak il-fornitur jew tas-servizz ikkonċernat li dan jipprovdi u, jitolbu, meta jkun applikabbli f’limitu ta’ żmien stabbilit, jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva XXXX/XXXX [NIS2]. Il-korp superviżorju għandu jinforma lill-korp imsemmi fl-Artikolu 22(3) għall-finijiet ta’ aġġornament tal-listi affidabbli msemmija fl-Artikolu 22(1).

Il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji bl-irtirar tal-istatus kwalifikat tiegħu jew tal-istatus kwalifikat tas-servizz ikkonċernat.

4.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numru ta’ referenza għall-istandards li ġejjin:

(a)l-akkreditament tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1;

(b)ir-rekwiżiti tal-awditjar għall-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità biex iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità tagħhom tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji kif imsemmi fil-paragrafu 1, imwettqa mill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità;

(c)l-iskemi ta’ valutazzjoni tal-konformità għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji mill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-forniment tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità msemmi fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(23)l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Il-korp superviżorju għandu jivverifika jekk il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji pprovduti minnu jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, u b’mod partikolari, mar-rekwiżiti għall-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji u għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li dawn jipprovdu.

biex tiġi vverifikata l-konformità tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 tad-Direttiva XXXX [NIS2], il-korp superviżorju għandu jitlob lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fid-Direttiva XXXX [NIS2] iwettqu azzjonijiet superviżorji f’dak ir-rigward u jagħtu informazzjoni dwar l-eżitu fi żmien tlett ijiem mit-tlestija tagħhom.

Meta l-korp superviżorju jikkonkludi li l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji pprovduti minnu jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-korp superviżorju għandu jagħti status kwalifikat lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u lis-servizzi fiduċjarji li dan jipprovdi u jinforma lill-korp imsemmi fl-Artikolu 22(3) għall-finijiet ta’ aġġornament tal-listi affidabbli msemmija fl-Artikolu 22(1), sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara n-notifika f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-verifika ma tiġix konkluża fi żmien tliet xhur min-notifika, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u jispeċifika r-raġunijiet għad-dewmien u l-perjodu li fih għandha tiġi konkluża l-verifika.”;

(b)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-formati u l-proċeduri tan-notifika u l-verifika għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(24)fl-Artikolu 23, jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.    Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi u għas-servizzi li dawn jipprovdu, dment li dawn ikunu ġew rikonoxxuti fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 14.”;

(25)l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Meta joħroġ ċertifikat kwalifikat jew attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi għal servizz fiduċjarju, fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji għandu jivverifika l-identità u, jekk ikun applikabbli, kwalunkwe attribut speċifiku tal-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jinħareġ iċ-ċertifikat kwalifikat jew l-attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attribut.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi vverifikata mill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji, jew direttament jew permezz tad-dipendenza fuq parti terza, bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)permezz ta’ mezz ta’ identifikazzjoni elettronika notifikat li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 fir-rigward tal-livelli ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” jew “għoli”;

(b)permezz ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi jew ċertifikat ta’ firma elettronika kwalifikata jew ta’ siġill elettroniku kwalifikat maħruġ f’konformità mal-punti (a), (c) jew (d);

(c)bl-użu ta’ metodi ta’ identifikazzjoni oħrajn li jiżguraw l-identifikazzjoni tal-persuna fiżika b’livell għoli ta’ kunfidenza, li l-konformità tagħhom għandha tiġi kkonfermata minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità;

(d)permezz tal-preżenza fiżika tal-persuna fiżika jew ta’ rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika permezz ta’ proċeduri xierqa u f’konformità mal-liġijiet nazzjonali jekk ma jkunx hemm mezzi oħrajn disponibbli.”;

(b)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.    Fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi minimi, standards u proċeduri fir-rigward tal-verifika tal-identità u tal-attributi f’konformità mal-punt c tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(c)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(1)il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)    qabel jidħol f’relazzjoni kuntrattwali, jinforma, b’mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment, fi spazju aċċessibbli għall-pubbliku u individwalment, lil kwalunkwe persuna li tkun qed tfittex li tuża servizz fiduċjarju kwalifikat dwar it-termini u l-kundizzjonijiet preċiżi rigward l-użu ta’ dak is-servizz, inkluż kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tiegħu;”;

(2)jiddaħħlu l-punti (fa) u (fb) li ġejjin:

“(fa)    ikollu politiki xierqa u jieħu miżuri korrispondenti biex jiġġestixxi riskji legali, kummerċjali, operazzjonali u riskji diretti jew indiretti oħrajn għall-forniment tas-servizz fiduċjarju kwalifikat. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tad-Direttiva (UE) XXXX/XXX [NIS2], dawk il-miżuri għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(i) miżuri relatati ma’ proċeduri ta’ reġistrazzjoni u ta’ on-boarding għal servizz;

(ii) miżuri relatati ma’ kontrolli proċedurali jew amministrattivi;

(iii) miżuri relatati mal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tas-servizzi.

(fb)    jinnotifika lill-korp superviżorju u, fejn ikun applikabbli, lil korpi rilevanti oħrajn bi kwalunkwe ksur jew tfixkil relatat fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (i), (ii) u, (iii) tal-paragrafu (fa) li jkollu impatt sinifikanti fuq is-servizz fiduċjarju pprovdut jew fuq id-data personali miżmuma fih.”;

(3)il-punti (g) u (h) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(g)    jieħu miżuri xierqa kontra l-falsifikazzjoni, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni tad-data jew, mingħajr dritt, it-tħassir, il-bdil jew li wieħed jagħmel id-data inaċċessibbli;

(h)    jirreġistra u jżomm aċċessibbli sakemm ikun meħtieġ wara li l-attivitajiet tal-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jkunu waqfu, kull informazzjoni rilevanti dwar data maħruġa u riċevuta mill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji, b’mod partikolari għall-fini li tiġi pprovduta evidenza fi proċedimenti legali u għall-fini li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz. Din ir-reġistrazzjoni tista’ ssir b’mod elettroniku;”;

(4)jitħassar il-punt (j);

(d)jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a.    Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw kif xieraq għar-revoka tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi.”;

(e)il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu meta sistemi u prodotti affidabbli jkunu jissodisfaw dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(f)jiddaħħal il-paragrafu 6 li ġej:

“6.    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati rigward il-miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2(fa).”;

(26)fl-Artikolu 28, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.    Fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għall-firma elettronika. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I meta ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(27)fl-Artikolu 29, jiżdied il-paragrafu 1a ġdid li ġej:

“1a.    Il-ġenerazzjoni, il-ġestjoni u d-duplikazzjoni ta’ data dwar il-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem il-firmatarju jistgħu jsiru biss minn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji li jipprovdi servizz fiduċjarju kwalifikat għall-ġestjoni ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod.”;

(28)jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

Artikolu 29 a

Rekwiżiti għal servizz kwalifikat għall-ġestjoni ta’ apparati għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod

1.    Il-ġestjoni ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod bħala servizz kwalifikat tista’ ssir biss minn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji li:

(a)jiġġenera jew jiġġestixxi data dwar il-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem il-firmatarju;

(b)minkejja l-punt (1)(d) tal-Anness II, jidduplika d-data dwar il-ħolqien ta’ firem elettroniċi biss għal finijiet ta’ riżerva dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

is-sigurtà tas-settijiet tad-data duplikati trid tkun tal-istess livell bħal dik għas-settijiet tad-data oriġinali;

l-għadd ta’ settijiet tad-data duplikati ma għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz.

(c)jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit identifikat fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni tal-apparat kwalifikat speċifiku għall-ħolqien ta’ firem mill-bogħod maħruġ skont l-Artikolu 30.

2.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u numri ta’ referenza ta’ standards għall-finijiet tal-paragrafu 1.”;

(29)fl-Artikolu 30, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.    Iċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun valida għal 5 snin, soġġetta għal valutazzjoni regolari tal-vulnerabbiltajiet ta’ sentejn. Meta l-vulnerabbiltajiet jiġu identifikati u ma jiġux rimedjati, iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi rtirata.”;

(30)fl-Artikolu 31, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi formati u proċeduri applikabbli għall-fini tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(31)l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu meta l-validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati tkun tissodisfa l-istandards imsemmija fil-paragrafu 3.”;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għall-validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(32)l-Artikolu 34 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 34

Servizz kwalifikat ta’ preservazzjoni għal firem elettroniċi kwalifikati

1.    Servizz kwalifikat ta’ preservazzjoni għal firem elettroniċi kwalifikati jista’ jiġi pprovdut biss minn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji li juża proċeduri u teknoloġiji kapaċi li jestendu l-affidabbiltà tal-firma elettronika kwalifikata lil hinn mill-perjodu ta’ validità teknoloġika.

2.    Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta l-arranġamenti għas-servizz kwalifikat ta’ preservazzjoni għal firem elettroniċi kwalifikati jkunu jissodisfaw l-istandards imsemmija fil-paragrafu 3.

3.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għas-servizz kwalifikat ta’ preservazzjoni għal firem elettroniċi kwalifikati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(33)l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.    Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għal siġilli elettroniċi avvanzati msemmija fl-Artikolu 36 u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu meta siġill elettroniku avvanzat ikun jissodisfa l-istandards imsemmija fil-paragrafu 4.”;

(b)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal siġilli elettroniċi avvanzati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(34)l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Iċ-ċertifikati kwalifikati għal siġilli elettroniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III meta ċertifikat kwalifikat għas-siġill elettroniku jkun jissodisfa l-istandards imsemmija fil-paragrafu 6.”;

(b)il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi avvanzati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(35)jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

Artikolu 39 a

Rekwiżiti għal servizz kwalifikat għall-ġestjoni ta’ apparati għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi mill-bogħod

L-Artikolu 29a għandu japplika mutatis mutandis għal servizz kwalifikat għall-ġestjoni ta’ apparati għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi mill-bogħod.”;

(36)l-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 1a ġdid li ġej:

“1a.    Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta l-konnessjoni tad-data u l-ħin mad-data u s-sors ta’ ħin preċiż ikunu jissodisfaw l-istandards imsemmija fil-paragrafu 2.”;

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej

“2.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għall-konnessjoni tad-data u l-ħin mad-data u għal sorsi ta’ ħin preċiż. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(37)l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.    Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta l-proċess għat-trasmissjoni u r-riċevuta tad-data jkun jissodisfa l-istandards imsemmija fil-paragrafu 2.”;

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għall-proċessi għat-trasmissjoni u r-riċevuta tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(38)l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 45

Rekwiżiti għal ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi

1.    Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV. Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV meta dawn jissodisfaw l-istandards imsemmija fil-paragrafu 3.

2.    Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rikonoxxuti mill-web-browsers. Għal dawk il-finijiet, il-web-browsers għandhom jiżguraw li d-data dwar l-identità pprovduta bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi tintwera b’mod faċli għall-utent. Il-web-browsers għandhom jiżguraw l-appoġġ u l-interoperabbiltà b’ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-intrapriżi, meqjusa bħala mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE fl-ewwel 5 snin ta’ tħaddim bħala fornituri ta’ servizzi tal-web-browsing.

3.    Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprovdi l-ispeċifikazzjonijiet u n-numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(39)jiddaħħlu t-Taqsimiet 9, 10 u 11 li ġejjin wara l-Artikolu 45:

“TAQSIMA 9

ATTESTAZZJONI ELETTRONIKA TAL-ATTRIBUTI

Artikolu 45a

Effetti legali ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi

1.    Attestazzjoni elettronika tal-attributi ma għandhiex tiġi miċħuda effett legali u ammissibbiltà bħala evidenza fi proċedimenti legali għas-sempliċi raġuni li tkun f’forma elettronika.

2.    Attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi għandu jkollha l-istess effett legali bħal attestazzjonijiet maħruġa legalment f’forma stampata.

3.    Attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi maħruġa fi Stat Membru wieħed għandha tiġi rikonoxxuta bħala attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 45b

Attestazzjoni elettronika tal-attributi f’servizzi pubbliċi

Meta identifikazzjoni elettronika li tuża mezz ta’ identifikazzjoni elettronika u awtentikazzjoni tkun meħtieġa skont il-liġi nazzjonali taċċessa servizz online pprovdut minn korp tas-settur pubbliku, id-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna fl-attestazzjoni elettronika tal-attributi ma għandhiex tissostitwixxi l-identifikazzjoni elettronika bl-użu ta’ mezz ta’ identifikazzjoni elettronika u awtentikazzjoni għall-identifikazzjoni elettronika dment li dan ma jkunx speċifikament permess mill-Istat Membru jew mill-korp tas-settur pubbliku. F’dan il-każ, għandha tiġi aċċettata wkoll attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi minn Stati Membri oħrajn.

Artikolu 45c

Rekwiżiti għal attestazzjoni kwalifikata tal-attributi

1.    L-attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V. Attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi għandha titqies konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V, meta din tissodisfa l-istandards imsemmija fil-paragrafu 4.

2.    L-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit obbligatorju minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

3.    Meta attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi tkun ġiet revokata wara ħruġ inizjali, din għandha titlef il-validità tagħha mill-mument tar-revoka tagħha, u l-istatus tagħha ma għandu jitreġġa’ lura fl-ebda ċirkostanza.

4.    Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 6a(10).

Artikolu 45d

Verifika ta’ attributi ma’ sorsi awtentiċi

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-inqas għall-attributi elenkati fl-Anness VI, kull meta dawn l-attributi jiddependu fuq sorsi awtentiċi fis-settur pubbliku, jittieħdu miżuri biex il-fornituri kwalifikati ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jkunu jistgħu jivverifikaw b’mezzi elettroniċi fuq talba tal-utent, l-awtentiċità tal-attribut direttament mas-sors awtentiku rilevanti fil-livell nazzjonali jew permezz ta’ intermedjarji maħtura rikonoxxuti fil-livell nazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mad-dritt tal-Unjoni.

2.    Fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali rilevanti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi minimi, l-istandards u l-proċeduri b’referenza għall-katalogu ta’ attributi u skemi għall-attestazzjoni tal-attributi u għal proċeduri ta’ verifika għal attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 6a(10).

Artikolu 45e

Ħruġ ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi lill-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali

Il-fornituri ta’ attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi għandhom jipprovdu interfaċċa mal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali maħruġa f’konformità mal-Artikolu 6a.

Artikolu 45f

Regoli addizzjonali għall-forniment ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi

1.    Il-fornituri ta’ servizzi ta’ attestazzjoni elettronika kwalifikata u mhux kwalifikata tal-attributi ma għandhomx jikkombinaw data personali relatata mal-forniment ta’ dawk is-servizzi ma’ data personali minn kwalunkwe servizz ieħor offrut minnhom.

2.    Id-data personali relatata mal-forniment ta’ servizzi ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi għandha tinżamm loġikament separata minn data oħra miżmuma.

3.    Id-data personali relatata mal-forniment ta’ servizzi ta’ attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi għandha tinżamm fiżikament u loġikament separata minn kwalunkwe data oħra miżmuma.

4.    Il-fornituri ta’ servizzi ta’ attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi għandhom jipprovdu dawn is-servizzi permezz ta’ entità ġuridika separata.

TAQSIMA 10

SERVIZZI TA’ ARKIVJAR ELETTRONIKU KWALIFIKAT

Artikolu 45g

Servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat

Servizz ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat għal dokumenti elettroniċi jista’ jiġi pprovdut biss minn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji li juża proċeduri u teknoloġiji kapaċi li jestendu l-affidabbiltà tad-dokument elettroniku lil hinn mill-perjodu ta’ validità teknoloġika.

Fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal servizzi ta’ arkivjar elettroniku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

TAQSIMA 11

REĠISTRI ELETTRONIĊI

Artikolu 45h

Effetti legali tar-reġistri elettroniċi

1.    Reġistru elettroniku ma għandux jiġi miċħud effett legali u ammissibbiltà bħala evidenza fi proċedimenti legali għas-sempliċi raġuni li jkun f’forma elettronika jew li ma jissodisfax ir-rekwiżiti għar-reġistri elettroniċi kwalifikati.

2.    Reġistru elettroniku kwalifikat għandu jgawdi l-preżunzjoni tal-uniċità u tal-awtentiċità tad-data miżmuma fih, tal-preċiżjoni tad-data u tal-ħin tagħha, u tal-ordni kronoloġika sekwenzjali tagħha fir-reġistru.

Artikolu 45i

Rekwiżiti għal reġistri elettroniċi kwalifikati

1. Ir-reġistri elettroniċi kwalifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)jinħolqu minn fornitur kwalifikat wieħed jew aktar ta’ servizzi fiduċjarji;

(b)jiżguraw l-uniċità, l-awtentiċità u s-sekwenzjar korrett tal-entrati tad-data rreġistrati fir-reġistru;

(c)jiżguraw l-ordni kronoloġika sekwenzjali korrett tad-data fir-reġistru u l-preċiżjoni tad-data u tal-ħin tal-entrata tad-data;

(d)jirreġistraw id-data b’tali mod li kwalunkwe bidla sussegwenti fid-data tkun tista’ tiġi identifikata minnufih.

2.    Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta reġistru elettroniku jkun jissodisfa l-istandards imsemmija fil-paragrafu 3.

3.    Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għall-proċessi tal-eżekuzzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ sett ta’ data fi, u tal-ħolqien ta’, reġistru elettroniku kwalifikat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).”;

(40)jiddaħħal l-Artikolu 48a li ġej:

Artikolu 48 a

Rekwiżiti ta’ rapportar

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir ta’ statistika fir-rigward tal-funzjonament tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati.

2.    L-istatistika miġbura f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)l-għadd ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkollhom Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali valida;

(b)it-tip u l-għadd ta’ servizzi li jaċċettaw l-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali;

(c)l-inċidenti u l-perjodu ta’ qtugħ tal-infrastruttura fil-livell nazzjonali li jipprevjenu l-użu ta’ Apps tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali.

3.    L-istatistika msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f’format miftuħ u użat b'mod komuni u li jinqara mill-magni.

4.    Sa Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-istatistika miġbura f’konformità mal-paragrafu 2.”;

(41)l-Artikolu 49 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 49

Reviżjoni

1.    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk huwiex xieraq li timmodifika l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tiegħu, filwaqt li tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u dawk legali. Meta jkun meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta għal emendar ta’ dan ir-Regolament.

2.    Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jinkludi valutazzjoni tad-disponibbiltà u l-użu tal-mezzi ta’ identifikazzjoni, inkluż il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jivvaluta jekk il-fornituri ta’ servizzi privati online kollha li jiddependu fuq servizzi ta’ identifikazzjoni elettronika ta’ partijiet terzi għall-awtentikazzjoni tal-utenti, għandhomx jingħataw il-mandat li jaċċettaw l-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati u ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali.

3.    Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull erba’ snin wara r-rapport imsemmi fl-ewwel paragrafu dwar il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

(42)l-Artikolu 51 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 51

Miżuri tranżizzjonali

1.    L-apparati għall-ħolqien ta’ firem siguri li l-konformità tagħhom tkun ġiet iddeterminata f’konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 1999/93/KE għandhom ikomplu jitqiesu bħala apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi skont dan ir-Regolament sa [data – perjodu ta’ erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan Regolament].

2.    Iċ-ċertifikati kwalifikati maħruġa lil persuni fiżiċi skont id-Direttiva 1999/93/KE għandhom ikomplu jitqiesu bħala ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi skont dan ir-Regolament sa [data – perjodu ta’ erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].”.

(43)l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(44)l-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(45)l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(46)l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(47)jiżdied Anness V ġdid kif stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(48)jiżdied Anness VI ġdid ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas Ewropew tal-Identità Diġitali, li jemenda r-Regolament eIDAS

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Qasam ta’ politika:    Is-Suq Intern

       Ewropa lesta għal era diġitali

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 28  

l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq intern, b’mod partikolari fir-rigward tal-forniment u l-użu ta’ servizzi pubbliċi u privati transfruntieri u transsettorjali li jiddependu fuq id-disponibbiltà u l-użu ta’ soluzzjonijiet siguri u affidabbli ħafna tal-identità elettronika. Dan l-objettiv jikkontribwixxi għall-objettivi strateġiċi stabbiliti fil-Komunikazzjoni “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa”.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1

Li jingħata aċċess għal soluzzjonijiet affidabbli u siguri tal-identità diġitali li jistgħu jintużaw bejn il-fruntieri, filwaqt li jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-utenti u d-domanda tas-suq;

Objettiv speċifiku Nru 2

Jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi u privati jkunu jistgħu jiddependu fuq soluzzjonijiet affidabbli u siguri tal-identità diġitali;

Objettiv speċifiku Nru 3

Iċ-ċittadini jingħataw kontroll sħiħ tad-data personali tagħhom u tiġi żgurata s-sigurtà tagħhom meta jużaw soluzzjonijiet tal-identità diġitali;

Objettiv speċifiku Nru 4

Jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati fl-UE u l-aċċettazzjoni tagħhom.

1.4.3.Riżultat(i) mistenni(ja) u impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

B’mod ġenerali, l-akbar benefiċjarji mistennija tal-inizjattiva huma l-utenti finali/iċ-ċittadini, il-fornituri ta’ servizzi online, il-fornituri ta’ Apps tal-Kartiera u l-fornituri pubbliċi u privati ta’ servizzi tal-identità diġitali. L-inizjattiva hija mistennija tagħti aċċess għal soluzzjonijiet affidabbli u siguri tal-identità diġitali li jistgħu jintużaw bejn il-fruntieri, filwaqt li tissodisfa l-aspettattivi tal-utenti u d-domanda tas-suq; li tiżgura li s-servizzi pubbliċi u privati jkunu jistgħu jiddependu fuq soluzzjonijiet affidabbli u siguri tal-identità diġitali b’mod transfruntier; li tagħti liċ-ċittadini kontroll sħiħ tad-data personali tagħhom u tiżgura s-sigurtà tagħhom meta jużaw soluzzjonijiet tal-identità diġitali; u li tiżgura kundizzjonijiet ugwali għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati fl-UE u l-aċċettazzjoni tagħhom.

Minbarra l-faċilità għall-aċċess kemm għas-servizzi pubbliċi kif ukoll għal dawk privati, iċ-ċittadini u l-kumpaniji jibbenefikaw direttament mill-konvenjenza u mill-faċilità tal-użu tal-interfaċċja għall-awtentikazzjoni tal-Kartiera u jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet li jirrikjedu l-livelli kollha ta’ assigurazzjoni (eż. minn dħul fuq il-midja soċjali għal applikazzjonijiet tas-saħħa elettronika).

Approċċ imsaħħaħ ta’ privatezza mid-disinn jista’ jirrendi benefiċċji addizzjonali peress li l-Kartiera ma tkunx teħtieġ intermedjarji fil-proċess tad-dikjarazzjoni tal-attributi, u b’hekk iċ-ċittadin ikun jista’ jikkomunika direttament mal-fornituri tas-servizzi u tal-kredenzjali. Iż-żieda fis-sigurtà tad-data tal-Kartiera tipprevjeni s-serq tal-identità, u b’hekk tipprevjeni t-telf finanzjarju għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej.

F’termini ta’ tkabbir ekonomiku, huwa mistenni li l-introduzzjoni ta’ sistema bbażata fuq standards se tnaqqas l-inċertezza għall-atturi tas-suq, u hija mistennija wkoll li jkollha impatt pożittiv fuq l-innovazzjoni.

U b’mod importanti, din hija mistennija li tagħti aċċess aktar inklużiv għal servizzi pubbliċi u privati marbuta ma’ beni pubbliċi bħall-edukazzjoni u s-saħħa, li għalihom xi gruppi soċjali bħalissa qed jiffaċċjaw xi ostakli. Pereżempju, xi ċittadini b’diżabilità, spiss dawk b’mobbiltà mnaqqsa, jew li jgħixu f’żoni rurali jista’ jkollhom aċċess aktar baxx għal servizzi li normalment jirrikjedu preżenza fiżika jekk ma jiġux ikkonsenjati lokalment.



1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Aspett tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni u l-objettivi rilevanti

Indikatur

Responsabbiltà għall-ġbir

Sors(i)

Applikazzjoni

L-għoti ta’ aċċess għal mezzi tal-eID għaċ-ċittadini kollha tal-UE

L-għadd ta’ ċittadini u negozji Ewropej li nħarġulhom eIDs/Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali notifikati u l-għadd ta’ kredenzjali tal-identità maħruġa (attestazzjonijiet tal-attributi).

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (NCA)

Data tal-istħarriġ/tal-M&E annwali miġbura mill-NCAs

L-għoti ta’ aċċess għal mezzi tal-eID għaċ-ċittadini kollha tal-UE

L-għadd ta’ ċittadini u negozji Ewropej li jużaw b’mod attiv eIDs/Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali notifikati u kredenzjali tal-identità (attestazzjonijiet tal-attributi)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (NCA)

Data tal-istħarriġ/tal-M&E annwali miġbura mill-NCAs

Iż-żieda fir-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni transfruntieri ta’ skemi tal-eID, b’ambizzjoni li tintlaħaq aċċettazzjoni universali

L-għadd ta’ fornituri ta’ servizzi online li jaċċettaw eIDs/Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali notifikati u kredenzjali tal-identità (attestazzjonijiet tal-attributi)

Il-Kummissjoni Ewropea

L-istħarriġ annwali

Iż-żieda fir-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni transfruntieri ta’ skemi tal-eID, b’ambizzjoni li tintlaħaq aċċettazzjoni universali

L-għadd ta’ tranżazzjonijiet minn eIDs/Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali notifikati u kredenzjali tal-identità (attestazzjonijiet tal-attributi) (total u transfruntieri)

Il-Kummissjoni Ewropea

L-istħarriġ annwali

L-istimulazzjoni tal-adozzjoni mis-settur privat u l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda tal-identità diġitali

L-għadd ta’ servizzi ta’ attestazzjoni tal-attributi ġodda u maħruġa privatament li jissodisfaw l-istandards għall-integrazzjoni fil-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (NCA)

L-istħarriġ annwali



Informazzjoni kuntestwali

L-istimulazzjoni tal-adozzjoni mis-settur privat u l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda tal-identità diġitali

Id-daqs tas-suq għall-identità diġitali

Il-Kummissjoni Ewropea

L-istħarriġ annwali

L-istimulazzjoni tal-adozzjoni mis-settur privat u l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda tal-identità diġitali

In-nefqa fuq l-akkwist pubbliku marbuta mal-identità diġitali

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti

L-istħarriġ annwali

Iż-żieda fir-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni transfruntieri ta’ skemi tal-eID, b’ambizzjoni li tintlaħaq aċċettazzjoni universali

% ta’ intrapriżi li għandhom bejgħ kummerċjali elettroniku ta’ prodotti jew servizzi

Il-Kummissjoni Ewropea

L-Eurostat

Iż-żieda fir-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni transfruntieri ta’ skemi tal-eID, b’ambizzjoni li tintlaħaq aċċettazzjoni universali

Is-sehem ta’ tranżazzjonijiet online li jirrikjedu identifikazzjoni b’saħħitha tal-klijenti (total)

Il-Kummissjoni Ewropea

l-istħarriġ annwali

L-għoti ta’ aċċess għal mezzi tal-eID għaċ-ċittadini kollha tal-UE

% ta’ individwi li jagħmlu kummerċ elettroniku

% ta’ individwi li jaċċessaw servizzi pubbliċi online

Il-Kummissjoni Ewropea

L-Eurostat



1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit jew rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluż skeda ta’ żmien dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membri se jiġu obbligati joħorġu Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali fi żmien 24-48 xahar (b’mod indikattiv) mill-adozzjoni tar-Regolament. Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-istandards ta’ referenza għall-arkitettura teknika tal-qafas Ewropew tal-Identità Diġitali fi żmien 12-24 xahar (b’mod indikattiv) mill-adozzjoni tar-Regolament.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

Meta wieħed iqis id-domanda dejjem tikber miċ-ċittadini, min-negozji u mill-fornituri ta’ servizzi online għal soluzzjonijiet faċli għall-utent, sikuri u favur il-privatezza tal-identità diġitali li jistgħu jintużaw b’mod transfruntier, azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE tista’ ġġib valur akbar minn azzjoni minn Stati Membri individwali, kif muri mill-evalwazzjoni tar-Regolament eIDAS.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

Approċċ aktar armonizzat fil-livell tal-UE bbażat fuq il-bidla fundamentali mid-dipendenza fuq soluzzjonijiet tal-identità diġitali biss għall-forniment ta’ attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jista’ jkollhom aċċess għal servizzi pubbliċi u privati fi kwalunkwe post fl-UE li jiddependu fuq provi verifikati tal-identità u tal-attributi. Il-fornituri ta’ servizzi online jkunu jistgħu jaċċettaw soluzzjonijiet tal-identità diġitali indipendentement minn fejn dawn ikunu nħarġu, filwaqt li jiddependu fuq approċċ Ewropew komuni għall-fiduċja, is-sigurtà u l-interoperabbiltà. Kemm l-utenti kif ukoll il-fornituri tas-servizzi jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-istess valur legali mogħti lil attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi madwar l-UE kollha, li huwa partikolarment importanti meta tkun meħtieġa azzjoni koordinata, bħal f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċertifikati tas-saħħa diġitali. Is-servizzi fiduċjarji li jipprovdu attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jibbenefikaw ukoll mid-disponibbiltà ta’ suq Ewropew għas-servizzi tagħhom. Pereżempju, l-irkupru tal-kostijiet biex jiġi żgurat ambjent affidabbli u sigur ħafna għall-forniment ta’ Servizz Fiduċjarju Kwalifikat jiġi kkumpensat aktar faċilment fil-livell tal-UE minħabba ekonomiji ta’ skala. Qafas tal-UE biss jista’ jiżgura portabbiltà transfruntiera sħiħa tal-identitajiet legali u tal-attestazzjoni elettronika tal-attributi marbuta miegħu u dan jagħmilha possibbli li jiġu fdati d-dikjarazzjonijiet tal-identità li jkunu saru minn Stati Membri oħra.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ir-Regolament eIDAS (ir-Regolament 910/2014) (eIDAS) huwa l-uniku qafas transfruntier għall-identifikazzjoni elettronika affidabbli (eID) ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, u servizzi fiduċjarji. Filwaqt li l-eIDAS għandha rwol mhux kontestat fis-suq intern, saru ħafna bidliet minn meta ġiet adottata. L-eIDAS, adottata fl-2014, hija bbażata fuq sistemi nazzjonali tal-eID li jsegwu standards diversi u tiffoka fuq parti relattivament żgħira tal-ħtiġijiet tal-identifikazzjoni elettronika taċ-ċittadini u tan-negozji: l-aċċess transfruntier sigur għas-servizzi. Is-servizzi mmirati jikkonċernaw l-aktar it-3 % tal-popolazzjoni tal-UE li jgħixu fi Stat Membru differenti minn dak li jkunu twieldu fih.

Minn dak iż-żmien, id-diġitalizzazzjoni tal-funzjonijiet kollha tas-soċjetà żdiedet b’mod drammatiku. Mhux l-inqas, il-pandemija tal-COVID-19 kellha effett qawwi ħafna fuq il-veloċità tad-diġitalizzazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-forniment kemm ta’ servizzi pubbliċi kif ukoll privati qed isir dejjem aktar diġitali. L-aspettattivi taċ-ċittadini u tan-negozji huma li jiksbu sigurtà u konvenjenza għolja għal kwalunkwe attività online bħas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa, ir-reġistrazzjoni f’università barranija, il-ftuħ mill-bogħod ta’ kont bankarju jew it-talba għal self, il-kiri ta’ karozza, l-istabbiliment ta’ negozju fi Stat Membru ieħor, l-awtentikazzjoni għal pagamenti fuq l-internet, offerti għal sejħa online għal offerta, u aktar.

B’konsegwenza ta’ dan, id-domanda għal mezzi ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni online, kif ukoll għall-iskambju diġitali ta’ informazzjoni relatata mal-identità, l-attributi jew il-kwalifiki tagħna (identità, indirizzi, età, iżda wkoll kwalifiki professjonali, liċenzji tas-sewqan u permessi u sistemi ta’ pagament oħrajn), b’mod sikur u b’livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, żdiedet b’mod radikali.

Dan skatta bidla fil-mudell, billi mexa lejn soluzzjonijiet avvanzati u konvenjenti li jistgħu jintegraw data u ċertifikati verifikabbli differenti tal-utent. L-utenti jistennew ambjent awtodeterminat fejn varjetà ta’ kredenzjali u attributi differenti jistgħu jiġu ttrasferiti u kondiviżi bħal pereżempju l-eID nazzjonali, iċ-ċertifikati professjonali, il-passes tat-trasport pubbliku jew, f’ċerti każijiet, anke l-biljetti tal-kunċerti diġitali tiegħek. Dawn huma l-hekk imsejħa kartieri awtosovrani bbażati fuq l-apps ġestiti permezz tal-apparat mobbli tal-utent li jippermettu aċċess sigur u faċli għal servizzi differenti, kemm pubbliċi kif ukoll privati, fil-kontroll sħiħ tiegħu.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

L-inizjattiva tappoġġa l-isforz ta’ rkupru Ewropew billi tipprovdi liċ-ċittadini u lin-negozji bl-għodod meħtieġa, eż. eID u servizzi fiduċjarji konvenjenti biex jgħinuhom iwettqu l-attivitajiet ta’ kuljum tagħhom online b’mod affidabbli u sigur. Għalhekk, din hija kompletament konformi mal-objettivi tal-QFP.

In-nefqa operazzjonali għandha tiġi ffinanzjata permezz tad-DEP SO5. Il-kuntratti ta’ akkwist li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ standards u speċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll il-kost taż-żamma tal-elementi kostitwenti tal-eID u tas-servizzi fiduċjarji huma stmati sa EUR 3-4 miljun kull sena. L-allokazzjoni eżatta ta’ din il-ħtieġa baġitarja għandha tiġi deċiża fid-definizzjoni ta’ programmi ta’ ħidma futuri. L-għotjiet li jappoġġaw il-konnessjoni ta’ servizzi pubbliċi u privati mal-ekosistema tal-eID jappoġġjaw ħafna l-ilħuq tal-objettivi tal-proposta. Il-kost għal fornitur tas-servizzi biex jintegra l-API meħtieġa tal-Kartiera tal-eID huwa stmat għal madwar EUR 25,000 bħala kost ta’ darba għal kull fornitur. Jekk ikun disponibbli, ladarba tiġi diskussa d-distribuzzjoni tal-baġit għall-programm ta’ ħidma li jmiss, il-baġit għal għotjiet ta’ mhux aktar minn EUR 0,5 miljun għal kull Stat Membru jappoġġa l-konnessjoni ta’ massa kritika ta’ servizzi.

Il-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti relatati mal-iżvilupp tal-atti ta’ implimentazzjoni se jkunu spejjeż tal-parti amministrattiva tad-DEP għal ammont totali ta’ mhux aktar minn EUR 0,5 miljun.

Sinerġiji ma’ strumenti oħra

Din l-inizjattiva se tipprovdi qafas għall-forniment ta’ identità elettronika u ta’ servizzi tal-identità elettronika fl-UE, li fuqu jistgħu jiddependu setturi speċifiċi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti legali speċifiċi għas-settur, pereżempju relatati ma’ dokumenti tal-ivvjaġġar diġitali, liċenzji tas-sewqan diġitali eċċ. Bl-istess mod, il-proposta hija allinjata mal-objettivi tar-Regolament 2019/1157 li jsaħħaħ is-sigurtà tal-karti tal-ID u tad-dokumenti ta’ residenza. Skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri huma obbligati jimplimentaw karti tal-identità ġodda bil-karatteristiċi tas-sigurtà aġġornati sa Awwissu 2021. Ladarba jiġu żviluppati, l-Istati Membri jistgħu jaġġornaw il-karti tal-identità l-ġodda biex ikunu jistgħu jiġu nnotifikati bħala skemi tal-eID kif iddefinit skont ir-Regolament eIDAS.

L-inizjattiva se tikkontribwixxi wkoll għat-trasformazzjoni tad-dominju doganali f’ambjent elettroniku mingħajr karti fil-kuntest tal-inizjattiva għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ Single Window tal-UE għad-dwana. Jenħtieġ li jiġi nnutat ukoll li l-proposta futura se tikkontribwixxi għall-politiki ta’ mobbiltà Ewropej billi tiffaċilita r-rekwiżiti ta’ rapportar legali tal-operaturi marittimi stabbiliti fil-kuntest tas-sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea li se tibda tapplika mill-15 ta’ Awwissu 2025. L-istess jgħodd għall-artikolazzjoni mar-Regolament dwar l-Informazzjoni Elettronika dwar it-Trasport tal-Merkanzija li jobbliga lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jaċċettaw informazzjoni elettronika dwar il-merkanzija. L-App tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali se tkun tista’ tittratta wkoll il-kredenzjali relatati mas-sewwieqa, mal-vetturi u mal-operazzjonijiet meħtieġa mill-qafas legali tal-UE fil-qasam tat-trasport bit-triq (eż. liċenzji tas-sewqan diġitali/id-Direttiva 2006/126/KE). L-ispeċifikazzjonijiet se jiġu żviluppati aktar fil-kuntest ta’ dan il-qafas. L-inizjattiva futura tista’ tikkontribwixxi wkoll għat-tfassil ta’ inizjattivi futuri fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, bħall-iżvilupp possibbli ta’ Pass Ewropew tas-Sigurtà Soċjali li jista’ jibni fuq l-ankri ta’ fiduċja offruti mill-identitajiet notifikati skont l-eIDAS.

Din l-inizjattiva tappoġġa l-implimentazzjoni tal-GDPR (2016/679) billi tpoġġi lill-utent fil-kontroll fuq kif qed tintuża d-data personali. Din tipprovdi livell għoli ta’ komplementarjetà mal-Att il-ġdid dwar iċ-Ċibersigurtà u mal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà komuni tiegħu. Barra minn hekk, il-ħtieġa għall-identità unika tal-IoT mill-eIDAS tiżgura konsistenza mal-Att dwar iċ-Ċibersigurtà u mal-ħtieġa li tiġi koperta firxa usa’ ta’ atturi minbarra persuni u kumpaniji bħal magni, oġġetti, fornituri u apparati tal-IoT.

Ir-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika (SDGR) għandu wkoll punti ta’ riferiment importanti u huwa konformi ma’ din l-inizjattiva. L-objettiv tal-SDGR huwa li jiġu mmodernizzati għalkollox is-servizzi amministrattivi pubbliċi u li jiġi ffaċilitat l-aċċess online għall-informazzjoni, għall-proċeduri amministrattivi u għas-servizzi ta’ assistenza li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jeħtieġu meta jgħixu jew joperaw f’pajjiż ieħor tal-UE. Din l-inizjattiva tipprovdi elementi fundamentali biex jiġu appoġġati l-objettivi li l-prinċipju ta’ darba biss isir operattiv bil-Gateway Diġitali Unika.

Barra minn hekk, hemm koerenza mal-Istrateġija Ewropea għad-Data u mar-Regolament propost dwar il-Governanza Ewropea tad-Data, u dan jipprovdi qafas biex jiġu appoġġati applikazzjonijiet xprunati mid-data f’każijiet meta t-trasmissjoni tad-data dwar l-identità personali tkun meħtieġa u jippermetti lill-utenti jkunu fil-kontroll u anonimizzati għalkollox.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet ta’ finanzjament disponibbli differenti, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni għar-riallokazzjoni

L-inizjattiva se tibni fuq l-elementi kostitwenti għall-eID u għas-servizzi fiduċjarji li ġew żviluppati permezz tal-programm CEF, u li qed jiġu integrati fid-DEP.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jitolbu finanzjament għat-twaqqif/għat-titjib tal-infrastruttura meħtieġa mill-RRF.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 29  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil:

 pajjiżi terzi jew korpi li dawn ikunu ħatru;

 organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

 il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

 korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

 korpi regolati bil-liġi pubblika;

 korpi regolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 korpi regolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

[…]

[…]

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-Regolament se jiġi rieżaminat għall-ewwel darba sentejn wara l-applikazzjoni sħiħa tiegħu u mbagħad kull erba’ snin. Il-Kummissjoni trid tirrapporta dwar is-sejbiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Barra minn hekk, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-miżuri, l-Istati Membri għandhom jiġbru statistika fir-rigward tal-użu u l-funzjonament tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati. L-istatistika għandha tinġabar f’rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Ir-Regolament jistabbilixxi regoli aktar armonizzati għall-forniment ta’ eID u servizzi fiduċjarji fis-suq intern filwaqt li jiżgura r-rispett tal-fiduċja u l-kontroll tal-utenti fuq id-data tagħhom stess. Dawn ir-regoli l-ġodda jirrikjedu l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u standards, u s-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, l-elementi kostitwenti relatati għall-eID, għall-firma elettronika eċċ se jiġu ġestiti u pprovduti permezz tad-DEP. Hemm ukoll il-ħtieġa li jitqiesu r-riżorsi meħtieġa għall-komunikazzjoni u n-negozjar ta’ ftehim ma’ pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ servizzi fiduċjarji.

biex jitwettqu dawn il-kompiti, jeħtieġ li s-servizzi tal-Kummissjoni jingħataw biżżejjed riżorsi kif xieraq. L-infurzar tar-Regolament il-ġdid huwa stmat li jirrikjedi 11-il FTE; 4-5 FTEs għall-ħidma legali, 4-5 FTEs għall-enfasi fuq il-ħidma teknika, u 2 FTEs għall-koordinazzjoni, għall-influwenza internazzjonali u għall-appoġġ amministrattiv.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li jwasslu għal nuqqasijiet fil-qafas leġiżlattiv attwali hija n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali. biex tingħeleb din il-problema fl-inizjattiva attwali, se jkun hemm dipendenza qawwija fuq l-istandards ta’ referenza u fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu ddefiniti fl-atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni se tkun appoġġata minn grupp ta’ esperti fl-iżvilupp ta’ dawn l-atti ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taħdem flimkien mal-Istati Membri diġà minn issa biex taqbel dwar in-natura teknika tas-sistema futura, biex tipprevjeni aktar frammentazzjoni matul in-negozjar tal-proposta.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Għan-nefqa tal-laqgħa tal-grupp ta’ esperti, minħabba l-valur baxx għal kull transazzjoni (eż. ir-rifużjoni tal-kostijiet tal-ivvjaġġar għal delegat għal laqgħa jekk il-laqgħa tkun fiżika), il-proċeduri standard ta’ kontroll intern jidhru suffiċjenti.

Barra minn hekk, biex il-proġetti pilota jitwettqu permezz tad-DEP, il-proċeduri standard normali tad-DĠ CNECT għandhom ikunu suffiċjenti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri eżistenti għall-prevenzjoni tal-frodi applikabbli għall-Kummissjoni se jkopru l-approprjazzjonijiet addizzjonali meħtieġa għal dan ir-Regolament.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati 

Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 30

mill-pajjiżi tal-EFTA 31

mill-pajjiżi kandidati 32

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2

02 04 05 01
Skjerament

Diff./

IVA

LE

/LE

LE

2

02 01 30 01
Nefqa ta’ appoġġ għall-Programm Ewropa Diġitali

ND

7

20 02 06
Nefqa amministrattiva

ND

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

2

DĠ: CNECT

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

L-allokazzjoni tal-baġit se tiġi deċiża matul il-formulazzjoni tal-programmi ta’ ħidma. In-numri indikati huma l-minimu meħtieġ għall-manutenzjoni u għat-titjib 33 .

Linja baġitarja 34  02 04 05

Impenji

(1a)

2,000

4,000

4,000

4,000

4,000

4,000

22,000

Pagamenti

(2a)

1,000

3,000

4,000

4,000

4,000

4,000

2,000

22,000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 35  

Linja baġitarja 02 01 03 01

(3)

0,048

0,144

0,144

0,072

0,072

0,072

0,552

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ CNECT

Impenji

=1a+1b+3

2,048

4,144

4,144

4,072

4,072

4,072

22,552

Pagamenti

=2a+2b

+3

1,048

3,144

4,144

4,072

4,072

4,072

2,000

22,552




□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

2,000

4,000

4,000

4,000

4,000

4,000

22,000

Pagamenti

(5)

1,000

3,000

4,000

4,000

4,000

4,000

2,000

22,000

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,048

0,144

0,144

0,072

0,072

0,072

0,552

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

2,048

4,144

4,144

4,072

4,072

4,072

22,552

Pagamenti

=5+6

0,048

4,144

4,144

4,072

4,072

4,072

2,000

22,552





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Jenħtieġ li din it-Taqsima timtela permezz tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ f’DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjonijiet bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

DĠ: CNECT

Riżorsi umani 

0,776

1,470

1,470

1,470

1,470

1,318

7,974

Nefqa amministrattiva oħra 

0,006

0,087

0,087

0,087

0,016

0,016

0,299

TOTAL tad-DĠ CNECT

Approprjazzjonijiet

0,782

1,557

1,557

1,557

1,486

1,334

8,273

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,782

1,557

1,557

1,557

1,486

1,334

8,273

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

2,830

5,701

5,701

5,629

5,558

5,408

30,825

Pagamenti

1,830

4,701

5,701

5,629

5,558

5,406

2,000

30,825

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

Tip 36

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 37

Li jingħata aċċess għal soluzzjonijiet affidabbli u siguri tal-identità diġitali li jistgħu jintużaw bejn il-fruntieri, filwaqt li jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-utenti u d-domanda tas-suq

Stħarriġiet/studji annwali

1

0,050

1

0,050

1

0.050.05

1

0,050

1

0,050

1

0,050

6

0,300

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

6

0,300

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

Jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi u privati jkunu jistgħu jiddependu fuq soluzzjonijiet affidabbli u siguri tal-identità diġitali bejn il-fruntieri;

Stħarriġiet/studji

1

0,050

1

0,050

1

0.050.05

1

0,050

1

0,050

1

0,050

6

0,300

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

6

0,300

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3 ...

Iċ-ċittadini jingħataw kontroll sħiħ tad-data personali tagħhom u tiġi żgurata s-sigurtà tagħhom meta jużaw soluzzjonijiet tal-identità diġitali;

Stħarriġiet/studji

1

0,050

1

0,050

1

0.050.05

1

0,050

1

0,050

1

0,050

6

0,300

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 3

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

6

0,300

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4 ...

Jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-forniment ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati fl-UE u l-aċċettazzjoni tagħhom.

Stħarriġiet/studji

1

0,050

1

0,050

1

0.050.05

1

0,050

1

0,050

1

0,050

6

0,300

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 4

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

1

0,050

6

0,300

TOTAL

4

0,200

4

0,200

4

0,200

4

0,200

4

0,200

4

0,200

24

1,200

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,776

1,470

1,470

1,470

1,470

1,318

7,974

Nefqa amministrattiva oħra

0,006

0,087

0,087

0,087

0,0162

0,0162

0,299

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,782

1,557

1,557

1,557

1,486

1,334

8,273

Barra mill-INTESTATURA 7 38
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

Poġġi l-kostijiet amministrattivi permezz tad-DEP

0,048

0,144

0,144

0,072

0,072

0,072

0,552

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,048

0,144

0,144

0,072

0,072

0,072

0,552

TOTAL

0,830

1,701

1,701

1,629

1,558

1,406

8,825

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

4

8

8

8

8

7

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

2

3

3

3

3

3

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz 39

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

6

11

11

11

11

10

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

L-uffiċjali prinċipalment se jwettqu xogħol legali, attivitajiet ta’ koordinazzjoni u negozjati ma’ pajjiżi terzi u korpi relatati mar-rikonoxximent reċiproku ta’ servizzi fiduċjarji.

Persunal estern

L-esperti nazzjonali jenħtieġ li jappoġġaw l-istruttura teknika u funzjonali tas-sistema. L-AC jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-kompiti tekniċi inkluż il-ġestjoni tal-elementi kostitwenti.

3.2.5.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella tal-excel fil-każ ta’ riprogrammazzjoni maġġuri.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat fl-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif iddefinit fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhuwa meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.6.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 40

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa 

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 41

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħrajn (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

ANNESS
tad-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Isem il-proposta/l-inizjattiva:

Proposta għal Regolament dwar qafas Ewropew tal-Identità Diġitali li jemenda r-Regolament eIDAS

1.L-GĦADD u l-KOST tar-RIŻORSI UMANI MEQJUSA NEĊESSARJI

2.Il-KOST ta’ NEFQA AMMINISTRATTIVA OĦRA

3.KOSTIJIET AMMINISTRATTIVI TOTALI

4.Il-METODI tal-KALKOLU UŻATI għall-ISTIMI tal-KOSTIJIET

4.1.Riżorsi umani

4.2.Nefqa amministrattiva oħra

Dan l-Anness irid jakkumpanja d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva meta titnieda l-konsultazzjoni bejn is-servizzi.

It-tabelli tad-data jintużaw bħala sors għat-tabelli inklużi fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva. Dawn huma strettament għall-użu intern fil-Kummissjoni.

(1)Il-kost tar-riżorsi umani meqjusa neċessarji

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

4.3.Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Barra mill-INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

TOTAL

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

01 01 01 01 Riċerka Indiretta 42

01 01 01 11 Riċerka Diretta

Oħrajn (speċifika)

AD

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AST

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji “BA”).

- fil-Kwartieri Ġenerali

AC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

END

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

INT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

- fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

AC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

END

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

INT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

JPD

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

01 01 01 02 Riċerka Indiretta

01 01 01 12 Riċerka Diretta

Oħrajn (speċifika) 43

AC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

END

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

INT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħrajn relatati mal-HR (speċifika)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal ta’ HR – Barra mill-INTESTATURA 7

Total ta’ HR (l-Intestaturi kollha tal-QFP)

6

0,776

11

1,470

11

1,470

11

1,470

11

1,470

10

1,318

60

7,974

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

4.4.Il-kost ta’ nefqa amministrattiva oħra

4.5.Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

4.6.Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Total

Fil-kwartieri ġenerali jew fit-territorju tal-UE:

 

 

 

 

 

 

 

20 02 06 01 - Spejjeż tal-missjonijiet u tar-rappreżentanzi

 0,006

0,015 

0,015 

0,015 

0,015 

0,015 

0,081 

20 02 06 02 - Kostijiet tal-konferenzi u tal-laqgħat

20 02 06 03 - Kumitati 44  

 

0,072

0,072

0,072

0,0012

0,012

 0,218

20 02 06 04 - Studji u konsultazzjonijiet

 

20 04 – Nefqa tal-IT (korporattiva) 45  

 

 

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħrajn mhux relatati mal-HR (speċifika meta jkun meħtieġ)

 

 

 

 

 

 

 

Fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

 

 

 

 

 

 

 

20 02 07 01 - Spejjeż tal-missjonijiet, tal-konferenzi u tar-rappreżentanzi

 

 

 

 

 

 

 

20 02 07 02 - Taħriġ ulterjuri tal-persunal

 

 

 

 

 

 

 

20 03 05 – Infrastruttura u loġistika

 

 

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħrajn mhux relatati mal-HR (speċifika meta jkun meħtieġ)

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal ta’ Oħrajn - INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

 0,006

0,087

 0,087

  0,087

 0,016

 0,016

0,299 

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Barra mill-INTESTATURA 7 

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Total

Nefqa fuq assistenza teknika u amministrattiva (ma tinkludix il-persunal estern) minn approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji “BA”)

0,048

0,144

0,144

0,072

0,072

0,072

0,552

- fil-Kwartieri Ġenerali

 

 

 

 

 

 

 

- fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

 

 

 

 

 

 

 

Nefqa ta’ ġestjoni oħra għar-riċerka

 

 

 

 

 

 

 

Nefqa politika tal-IT fuq programmi operazzjonali 46  

Nefqa korporattiva tal-IT fuq programmi operazzjonali 47

Linji baġitarji oħrajn mhux relatati mal-HR (speċifika meta jkun meħtieġ)

 

 

 

 

 

 

 

Subtotal ta’ Oħrajn – Barra mill-INTESTATURA 7

tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,048

0,144

0,144

0,072

0,072

0,072

0,552

Total ta’ Nefqa amministrattiva oħra
(l-Intestaturi kollha tal-QFP)

0,054

0,231

0,231

0,159

0,088

0,088

0,851



5.Kostijiet amministrattivi totali (l-Intestaturi kollha tal-QFP)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sommarju

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Total

Intestatura 7 - Riżorsi Umani

0,776

1,470

1,470

1,470

1,470

1,318

7,974

Intestatura 7 – Nefqa amministrattiva oħra

0,006

0,087

0,087

0,087

0,016

0,016

0,218

Subtotal ta’ Intestatura 7

Barra mill-Intestatura 7 – Riżorsi Umani

Barra mill-Intestatura 7 – Nefqa amministrattiva oħra

0,048

0,144

0,144

0,072

0,072

0,072

0,552

Subtotal ta’ Intestaturi Oħrajn

TOTAL INTESTATURA 7
u Barra mill-INTESTATURA 7

0,830

1,701

1,701

1,629

1,558

1,406

8,825

(1)L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji eżistenti.

6.Il-metodi tal-kalkolu użati għall-istimi tal-kostijiet

(a) Riżorsi umani

Din il-parti tistabbilixxi l-metodu tal-kalkolu użat għall-istimi tar-riżorsi umani meqjusa neċessarji (assunzjonijiet tal-ammont ta’ xogħol, inkluż impjiegi speċifiċi (il-profili tax-xogħol tas-Sysper 2), kategoriji tal-persunal u kostijiet medji korrispondenti)

1.L-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

2.NB: Il-kostijiet medji għal kull kategorija tal-persunal fil-Kwartieri Ġenerali huma disponibbli fuq BudgWeb:

3. https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/pre/legalbasis/Pages/pre-040-020_preparation.aspx

4.Uffiċjali u persunal temporanju

5.7 uffiċjali tal-AD (inkluż 1 mis-CNECT/F.3 fl-2023-2024) x 152,000 euro / sena fl-2023-2027 (nofs dak fl-2022 minħabba l-adozzjoni mistennija f’nofs l-2022);

6.uffiċjal tal-AST x 152 000 euro / sena fl-2023-2027 1 (nofs dak fl-2022 minħabba l-adozzjoni mistennija f’nofs 2022)

7.

8.Persunal estern

9.AC: 1 x 82 000 euro / sena fl-2023-2027 (nofs dak fl-2022 minħabba l-adozzjoni mistennija f’nofs 2022) (il-fattur ta’ indiċjar applikat);

10.END: 2 x 86 000 euro / sena fl-2023-2027 (nofs dak fl-2022 minħabba l-adozzjoni mistennija f’nofs l-2022) (il-fattur ta’ indiċjar applikat);

11.

12.Barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

13.Pożizzjonijiet iffinanzjati biss mill-baġit tar-riċerka 

14.

15.Persunal estern

16.

7.Nefqa amministrattiva oħra

Agħti dettalji dwar il-metodu tal-kalkolu użat għal kull linja baġitarja

u b’mod partikolari l-assunzjonijiet sottostanti (eż. għadd ta’ laqgħat kull sena, kostijiet medji, eċċ.)

17.L-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

18.Laqgħat tal-kumitat ta’ kull xahrejn x 12 000 euro / laqgħa 2022-2024 biex jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni. Wara dak, laqgħat annwali tal-kumitat għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni aġġornati.

19.Il-missjoni hija prinċipalment vjaġġi bejn il-Lussemburgu u Brussell iżda wkoll li wieħed jattendi konferenzi, laqgħat mal-Istati Membri u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn.

20.

21.Barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

22.Il-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti għandhom ikunu spejjeż tal-linja amministrattiva tad-DEP.

23.Huwa mistenni li jsiru laqgħat ta’ kull xahar (EUR 12 000) matul it-tħejjija tal-att ta’ implimentazzjoni (nofs l-2022-2024) u barra minn dak il-perjodu ta’ żmien, huma previsti laqgħat ta’ kull xahrejn biex tiġi żgurata koordinazzjoni madwar l-UE kollha relatata mal-implimentazzjoni teknika.

24.

(1)    ĠU L 257/73 tat-28.8.2014
(2)    [żid referenza ladarba jiġi adottat]
(3)     https://www.consilium.europa.eu/media/45910/021020-euco-final-conclusions.pdf
(4)    Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tas-16 ta’ Settembru 2020 jinsab hawn https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/SPEECH_20_1655 .
(5)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa.
(6)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali.
(7)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1
(8)     https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_2391 .
(9)    Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1
(10)    Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, COM/2020/790 final.
(11)    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE Test b’rilevanza għaż-ŻEE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349-496.
(12)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35–127.
(13)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, COM/2020/593 final.
(14)    Gartner, Blockchain Evolution, 2020.
(15)    ĠU C , , p. .
(16)    COM/2020/67 final
(17)     https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2020/10/02/european-council-conclusions-1-2-october-2020/
(18)    COM/2021/118 final/2
(19)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1
(20)    Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà), ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15
(21)    Ir-Regolament (UE) 2019/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-Unjoni u tad-dokumenti ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 67).
(22)    Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(23)    Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE Test b’rilevanza għaż-ŻEE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349–496.
(24)    Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35-127.
(25)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, COM/2020/593 final.
(26)    [daħħal referenza ladarba jiġi adottat]
(27)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(28)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(29)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx .
(30)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(31)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(32)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(33)    Jekk il-kost attwali jaqbeż l-ammonti indikati, il-kostijiet se jiġu ffinanzjati minn 02 04 05 01
(34)    Skont in-nomenklatura baġitarja uffiċjali.
(35)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(36)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu fornuti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(37)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(38)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(39)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(40)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi “N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni mistennija (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(41)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
(42)    Agħżel il-linja baġitarja rilevanti, jew speċifika oħra jekk ikun meħtieġ; f’każ li jkunu kkonċernati aktar linji baġitarji, il-persunal jenħtieġ li jkun differenzjat minn kull linja baġitarja kkonċernata
(43)    Agħżel il-linja baġitarja rilevanti, jew speċifika oħra jekk ikun meħtieġ; f’każ li jkunu kkonċernati aktar linji baġitarji, il-persunal jenħtieġ li jkun differenzjat minn kull linja baġitarja kkonċernata
(44)    Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.
(45)    L-opinjoni tad-DĠ DIGIT – Tim tal-Investimenti fl-IT hija meħtieġa (ara l-Linji Gwida dwar il-Finanzjament tal-IT, C(2020)6126 final tal-10.9.2020, paġna 7)
(46)    L-opinjoni tad-DĠ DIGIT – Tim tal-Investimenti fl-IT hija meħtieġa (ara l-Linji Gwida dwar il-Finanzjament tal-IT, C(2020)6126 final tal-10.9.2020, paġna 7)
(47)    Din il-partita tinkludi sistemi amministrattivi lokali u kontribuzzjonijiet għall-kofinanzjament ta’ sistemi korporattivi tal-IT (ara l-Linji Gwida dwar il-Finanzjament tal-IT, C(2020)6126 final tal-10.9.2020)
Top

Brussell, 3.6.2021

COM(2021) 281 final

ANNESS

tal-Proposta għal

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward l-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea

{SEC(2021) 228 final} - {SWD(2021) 124 final} - {SWD(2021) 125 final}


ANNESS I

Fl-Anness I, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)    l-informazzjoni, jew il-post tas-servizzi li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat;”.

ANNESS II

REKWIŻITI GĦALL-APPARAT KWALIFIKAT GĦALL-ĦOLQIEN TAL-FIREM ELETTRONIĊI

1.    L-apparat kwalifikat għall-ħolqien tal-firem elettroniċi għandu jiżgura, b’mezzi tekniċi u proċedurali adatti, li tal-anqas:

(a)il-kunfidenzjalità tad-data tal-ħolqien tal-firem elettroniċi użata għall-ħolqien tal-firem elettroniċi tkun aċċertata raġonevolment;

(b)id-data tal-ħolqien tal-firem użata għall-ħolqien tal-firem elettroniċi tista’ ssir prattikament darba biss;

(c)id-data tal-ħolqien tal-firem elettroniċi użata għall-ħolqien tal-firem elettroniċi ma tistax, b’aċċertament raġonevoli, tinkiseb u l-firma elettronika hija protetta b’mod affidabbli mill-falsifikazzjoni b’teknoloġija disponibbli bħalissa;

(d)id-data tal-ħolqien tal-firem elettroniċi użata għall-ħolqien tal-firem elettroniċi tista’ tkun protetta b’mod affidabbli mill-firmatarju leġittimu kontra l-użu minn persuni oħra.

2.    L-apparat kwalifikat għall-ħolqien tal-firem elettroniċi ma għandux jaltera d-data li trid tiġi ffirmata jew iwaqqaf data bħal din milli tiġi ppreżentata lill-firmatarju qabel il-proċess tal-firma.

ANNESS III

Fl-Anness III, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)    l-informazzjoni, jew il-post tas-servizzi li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat;”.

ANNESS IV

Fl-Anness IV, il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)    l-informazzjoni, jew il-post tas-servizzi tal-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat;”.

ANNESS V

REKWIŻITI GĦAL ATTESTAZZJONI ELETTRONIKA KWALIFIKATA TAL-ATTRIBUTI

Attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi għandu jkun fiha:

(a)indikazzjoni, tal-anqas f’forma idonea għall-ipproċessar awtomatizzat, li l-attestazzjoni nħarġet bħala attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi;

(b)sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità lill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji li joħroġ attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi inkluż tal-anqas, l-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-fornitur u:

għal persuna ġuridika: l-isem u, meta applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali,

għal persuna fiżika: l-isem tal-persuna;

(c)sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità lill-entità li għaliha qed jirreferu l-attributi attestati; jekk jintuża psewdonimu, dan għandu jiġi indikat b’mod ċar;

(d)l-attribut jew l-attributi attestati, inkluż meta applikabbli l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat l-ambitu ta’ dawk l-attributi;

(e)dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-attestazzjoni;

(f)il-kodiċi tal-identità tal-attestazzjoni li jrid ikun uniku għall-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji u meta applikabbli, l-indikazzjoni tal-iskema ta’ attestazzjonijiet li l-attestazzjoni tal-attributi tkun parti minnha;

(g)il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji emittent;

(h)il-post fejn iċ-ċertifikat ta’ appoġġ tal-firma elettronika avvanzata jew tas-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (f) ikun disponibbli mingħajr ħlas;

(i)l-informazzjoni, jew il-post tas-servizzi li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità tal-attestazzjoni kwalifikata.



ANNESS VI

LISTA MINIMA TA’ ATTRIBUTI

B’segwitu għall-Artikolu 45d, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri biex il-fornituri kwalifikati tal-attestazzjonijiet elettroniċi tal-attributi jkunu jistgħu jivverifikaw, b’mezzi elettroniċi meta jintalbu mill-utent, l-awtentiċità tal-attributi li ġejjin kontra s-sors awtentiku rilevanti fil-livell nazzjonali jew permezz ta’ intermedjarji deżinjati rikonoxxuti fil-livell nazzjonali, f’konformità mad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni u meta dawn l-attributi jkunu jiddependu fuq sorsi awtentiċi fis-settur pubbliku:

1.Indirizz;

2.Età;

3.Ġeneru;

4.Status ċivili;

5.Kompożizzjoni tal-familja;

6.Nazzjonalità;

7.Kwalifiki, titli u liċenzji tal-edukazzjoni;

8.Kwalifiki, titli u liċenzji professjonali;

9.Permessi u liċenzji pubbliċi;

10.Data finanzjarja u korporattiva.

Top