EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC0703(01)

Avviż ta’ informazzjoni dwar il-posponiment tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet ta’ aċċess miftuħ tal-MiFIR fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża 2020/C 219 I/01

PUB/2020/530

OJ C 219I, 3.7.2020, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 219/1


Avviż ta’ informazzjoni dwar il-posponiment tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet ta’ aċċess miftuħ tal-MiFIR fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża

(2020/C 219 I/01)

L-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“MiFIR”) jipprevedi perjodu tranżitorju li matulu l-Artikoli 35 jew 36 tal-MiFIR ma japplikawx għal dawk il-kontropartijiet ċentrali tal-ikklerjar (central clearing counterparties, “CCPs”) jew ċentri tan-negozjar li għamlu talba biex jibbenefikaw minn dan l-arranġament tranżitorju fir-rigward tad-derivattivi nnegozjati fil-borża.

Il-perjodu tranżitorju jiskadi fit-3 ta’ Lulju 2020. L-ambjent attwali tas-suq, bi grad għoli ta’ inċertezza u volatilità xprunat mill-pandemija tal-COVID-19, iżid ir-riskji operazzjonali għas-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar. Riskju akbar jitlob iffukar akbar fuq il-kontinwità tan-negozju u l-valutazzjoni tat-talbiet għall-aċċess jista’, fl-ambjent attwali, ikollha riperkussjonijiet negattivi fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq fin-negozjar u l-ikklerjar ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża. Il-koleġiżlaturi għalhekk qablu li jestendu l-perjodu tranżitorju sat-3 ta’ Lulju 2021.

B’konsegwenza ta’ dan, il-parteċipanti fis-suq għandhom ikunu konxji li l-koleġiżlaturi qablu li jestendu l-arranġamenti tranżitorji fl-Artikolu 54(2) dwar l-Artikoli 35 jew 36 tal-MiFIR, b’effett mill-4 ta’ Lulju 2020. L-estensjoni tapplika għal dawk is-CCPs jew ċentri tan-negozjar, li għamlu talba lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jibbenefikaw mill-arranġamenti tranżitorji fir-rigward ta’ derivattivi nnegozjati fil-borża.


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.


Top