EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0633

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-UE, fil-Kunsill Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġustament ta’ ċerti kwantitajiet ta’ referenza elenkati fl-Anness IV tal-FSE

COM/2020/633 final

Brussell, 5.10.2020

COM(2020) 633 final

2020/0284(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-UE, fil-Kunsill Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġustament ta’ ċerti kwantitajiet ta’ referenza elenkati fl-Anness IV tal-FSE


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-Proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-UE, fil-Kunsill Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (“il-FSE” jew il-“Ftehim”) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati EPA tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (“SADC”, Southern African Development Community), fir-rigward tal-aġġustament tal-kwantitajiet ta’ referenza għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness IV tal-FSE għall-fini tal-Artikolu 35 tal-FSE.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-Artikolu 35 tal-FSE jipprevedi possibbiltà għall-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika li tapplika miżura ta’ salvagwardja fil-forma ta’ dazju fuq l-importazzjoni jekk, matul kwalunkwe perjodu ta’ tnax-il xahar, il-volumi tal-importazzjonijiet fl-SACU ta’ prodott agrikolu elenkat fl-Anness IV tal-FSE li joriġina mill-UE jaqbżu l-kwantità ta’ referenza għall-prodott elenkata fih.

L-Anness IV tal-FSE fih tabella li telenka l-kwantitajiet ta’ referenza għal tlieta u għoxrin (23) prodott għal tnax-il (12) sena (“sena 1”, “sena 2” eċċ.). In-nota (1) f’qiegħ il-paġna tat-tabella tgħid li “għal-linji tat-tariffa indikati b’asterisk, fil-każ li d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim tiġi wara l-2015, il-kwantità ta’ referenza għas-Sena 1 għandha tkun il-medja tal-importazzjonijiet mill-UE għall-SACU tat-tliet (3) snin preċedenti. Il-kwantitajiet ta’ referenza għas-snin ta’ wara (wara s-Sena 1) għandhom jiġu aġġustati proporzjonalment għall-kwantitajiet ta’ referenza f’din it-tabella”.

L-Artikolu 113(8) tal-FSE jipprevedi li “jekk, waqt l-istennija tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Partijiet jiddeċiedu li japplikawh provviżorjament, ir-referenzi kollha f’dan il-Ftehim għad-data tad-dħul fis-seħħ jitqiesu li jirreferu għad-data li fiha din l-applikazzjoni provviżorja tkun daħlet fis-seħħ”.

L-FSE ġie applikat b’mod proviżorju sa mill-10 ta’ Ottubru 2016. Għalhekk, jenħtieġ li l-kwantitajiet ta’ referenza ta’ ħdax-il (11) prodott elenkati fl-Anness IV tal-FSE (dawk indikati b’asterisk) jiġu aġġustati skont in-nota f’qiegħ il-paġna tat-tabella tal-Anness IV.

2.2.Il-Kunsill Konġunt tal-Istati EPA SADC u l-UE

L-Artikolu 100 tal-FSE jistabbilixxi Kunsill Konġunt “li għandu jissorvelja u jamministra l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim”.

L-Artikolu 101(1) tal-Ftehim jipprevedi li “il-Kunsill Konġunt għandu jkun magħmul, min-naħa l-waħda, mill-membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-membri rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea jew mir-rappreżentanti tagħhom, u, min-naħa l-oħra, mill-Ministri tal-Istati EPA SADC jew mir-rappreżentanti tagħhom”.

L-Artikolu 101(3) jelenka l-funzjonijiet tal-Kunsill Konġunt kif ġej:

(a)ikun responsabbli mit-tħaddim u mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandu jissorvelja li jiġu sodisfatti l-għanijiet tiegħu;

(b)jeżamina kwalunkwe kwistjoni ewlenija li tinqala’ skont dan il-Ftehim li tkun ta’ interess komuni u taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet;

(c)jeżamina proposti u rakkomandazzjonijiet mill-Partijiet biex jiġi evalwat dan il-Ftehim;

(d)jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa;

(e)jissorvelja l-iżvilupp tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn il-Partijiet;

(f)jissorvelja u jivvaluta l-impatt tad-dispożizzjonijiet ta’ kooperazzjoni ta’ dan il-Ftehim dwar l-iżvilupp sostenibbli;

(g)jissorvelja u jevalwa l-progress fuq il-kwistjonijiet kollha koperti minn dan il-Ftehim;

(h)jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess;

(i)jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp;

(j)jissorvelja ħidmet il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp; u

(k)iwettaq kwalunkwe dmir ieħor skont dan il-Ftehim.

L-Artikolu 102(1) jistabbilixxi li l-Kunsill Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet rigward il-kwistjonijiet kollha koperti minn dan il-Ftehim. In-nota 1 f’qiegħ il-paġna tal-Anness IV tal-FSE timplika li għandha tittieħed deċiżjoni sabiex jiġu aġġustati l-kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti mmarkati b’asterisk meta d-data tad-dħul fis-seħħ tal-FSE tiġi wara l-2015 (bħal fil-każ preżenti).

2.3.Id-deċiżjoni prevista tal-Kunsill Konġunt tal-FSE

Fil-ħames laqgħa tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-FSE UE-SADC (li r-rwol tiegħu huwa li jassisti lill-Kunsill Konġunt “fit-twettiq ta’ dmirjietu” u li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet “normalment fuq il-livell ta’ uffiċjali anzjani”), il-Partijiet tal-FSE laħqu ftehim informali dwar l-aġġustament tal-livelli ta’ attivazzjoni tas-salvagwardji agrikoli skont in-nota 1 f’qiegħ il-paġna tal-Anness IV tal-FSE. Il-Kunsill Konġunt fl-ewwel laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Frar 2019 approva dan il-ftehim u kkonkluda li se “jadotta din id-deċiżjoni bi proċedura bil-miktub jew b’mezzi elettroniċi kif previst fir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu”. Għal dan il-għan, l-Istati EPA SDAC impenjaw ruħhom li jikkondividu mal-UE, abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt sal-15 ta’ Marzu 2019. L-UE rċeviet dan l-abbozz madwar sena wara, fid-19 ta’ Frar 2020.

3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Id-deċiżjoni tal-Kunsill proposta tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fil-Kunsill Konġunt stabbilit mill-FSE, fir-rigward tal-aġġustament ta’ ċerti kwantitajiet ta’ referenza fl-Anness IV tal-FSE.

Dan il-pożizzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ftehim preliminari tal-Partijiet tal-FSE fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konġunt tal-FSE.

Is-suġġett tal-proposta jikkonċerna l-politika kummerċjali, qasam li fir-rigward tiegħu l-Unjoni għandha kompetenza esterna esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) tat-TFUE.

4.Bażi ġuridika

4.1.Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali bis-saħħa tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw is-sede kkonċernata. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni”.

4.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

Il-Kunsill Konġunt hu stabbilit mill-FSE.

Id-deċiżjoni li għandha tiġi adottata mill-Kunsill Konġunt għandu jkollha effetti legali. Ladarba tiġi adottata, l-emenda prevista se jkollha effetti legali skont id-dritt internazzjonali skont l-Artikolu 35 u tal-Anness IV tal-Ftehim.

Id-deċiżjoni prevista ma tissupplimentax jew ma temendax il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u mill-kontenut tad-deċiżjoni prevista li dwarha tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk id-deċiżjoni prevista jkollha żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk waħda minn dawn il-għanijiet jew wieħed minn dawn il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tissejjes fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

L-objettiv u l-kontenut tad-deċiżjoni prevista huma relatati mal-politika kummerċjali komuni.

Għalhekk, il-bażi ġuridika sostantiva għad-deċiżjoni proposta hi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta tkun l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

5.Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni prevista

Billi d-deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt se temenda l-FSE, huwa xieraq li din tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha.

2020/0284 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-UE, fil-Kunsill Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġustament ta’ ċerti kwantitajiet ta’ referenza elenkati fl-Anness IV tal-FSE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Istati EPA tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (“SADC”), min-naħa l-oħra, ġie ffirmat mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-10 ta’ Ġunju 2016 1 (“il-Ftehim”).

(2)Il-Ftehim jiġi applikat b’mod proviżorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Botswana, il-Lesoto, in-Namibja, l-Eswatini u l-Afrika t’Isfel u, min-naħa l-oħra, mill-10 ta’ Ottubru 2016, u bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Mozambique, min-naħa l-oħra, mill-4 ta’ Frar 2018.

(3)Skont l-Artikolu 102(1) tal-Ftehim, il-Kunsill Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-aspetti kollha koperti minn dan il-Ftehim. Skont l-Artikolu 101(3)(h) u (i), il-Kunsill Konġunt jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess u r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp.

(4)L-Artikolu 35 tal-Ftehim jistabbilixxi l-possibbiltà għall-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar tal-Afrika li tapplika miżura ta’ salvagwardja fil-forma ta’ dazju fuq l-importazzjoni jekk, matul kwalunkwe perjodu ta’ tnax-il xahar, il-volumi tal-importazzjonijiet fl-SACU ta’ prodott agrikolu elenkat fl-Anness IV tal-FSE li joriġina fl-UE jaqbżu l-kwantità ta’ referenza għall-prodott elenkata fih.

(5)In-nota 1 f’qiegħ il-paġna tal-Anness IV tal-FSE tipprevedi li l-kwantitajiet ta’ referenza għal-linji tat-tariffa indikati b’asterisk għandhom jiġu aġġustati, fil-każ li d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi wara l-2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Konġunt fir-rigward tal-aġġustament, għall-finijiet tal-Artikolu 35 tal-Ftehim, ta’ ċerti kwantitajiet ta’ referenza tal-prodotti elenkati fl-Anness IV tal-FSE u mmarkati b’asterisk, għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt anness ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3).
Top

Brussell, 5.10.2020

COM(2020) 633 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-UE, fil-Kunsill Konġunt stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġustament ta’ ċerti kwantitajiet ta’ referenza elenkati fl-Anness IV tal-FSE


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/2020

TAL-KUNSILL KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA L-WAĦDA, U L-ISTATI EPA SADC, MIN-NAĦA L-OĦRA

dwar l-adozzjoni ta’ livelli ta’ attivazzjoni għal prodotti eliġibbli għal miżuri ta’ salvagwardja u mmarkati b’asterisk, skont in-nota 1 f’qiegħ il-paġna tal-Anness IV tal-Ftehim

IL-KUNSILL KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 35 u 102 tiegħu, u d-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kunsill Konġunt (ir-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill Konġunt).

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skont in-nota 1 f’qiegħ il-paġna tal-Anness IV tal-Ftehim, il-kwantitajiet ta’ referenza għall-prodott immarkat b’asterisk huma aġġustati, għall-finijiet tal-Artikolu 35 tal-Ftehim, skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għall-Kunsill Konġunt

Rappreżentant tal-Istati EPA SADC

Rappreżentant tal-UE

PEGGY O. SERAME

VALDIS DOMBROVSKIS

Data:

Data:

Anness: Kwantitajiet ta’ referenza aġġustati (tunnellati metriċi) tal-Anness IV tal-Ftehim (paġna L 250/1917–18 tal-FSE UE-SADC)

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Linji tariffarji

Sena 1

Sena 2

Sena 3

Sena 4

Sena 5

Sena 6

Sena 7

Sena 8

Sena 9

Sena 10

Sena 11

Sena 12

02062100

100

110

121

133

146

161

177

195

215

237

261

287

02062900

1 005

1 106

1 206

1 307

1 407

1 508

1 609

1 709

1 810

1 910

2 011

2 111

02064900

5 000

5 500

6 000

6 500

7 000

7 500

8 000

8 500

9 000

9 500

10 000

10 500

11041910

150

165

182

200

220

242

266

293

322

354

390

429

11071010

2 373

2 613

2 874

3 161

3 478

3 825

4 204

4 628

5 089

5 595

6 152

6 771

04012007

6 353

6 986

7 701

8 457

9 315

10 234

11 256

12 379

13 625

14 973

16 485

18 119

20011000

1 302

1 432

1 576

1 732

1 905

2 096

2 305

2 536

2 791

3 069

3 376

3 714

20019010

270

297

328

360

396

436

480

527

580

638

701

771

180631

3 046

3 350

3 655

3 959

4 264

4 569

4 873

5 178

5 482

5 787

6 091

6 396

180632

938

1 032

1 126

1 220

1 314

1 408

1 501

1 595

1 689

1 783

1 877

1 971

180690

7 196

7 916

8 635

9 355

10 074

10 794

11 514

12 233

12 953

13 672

14 392

15 112

Top