EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0114

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni li jkunu affettwati serjament minn emerġenza tas-saħħa pubblika kbira

COM/2020/114 final

Brussell, 13.3.2020

COM(2020) 114 final

2020/0044(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni li jkunu affettwati serjament minn emerġenza tas-saħħa pubblika kbira


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-UE ilha taħdem bla heda, sa mill-ewwel każijiet ta’ kontaġju tal-COVID-19, biex tappoġġa lill-Istati Membri u liċ-ċittadini tagħhom biex jindirizzaw il-kriżi.

Il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni tal-kriżijiet tal-ARGUS tal-Kummissjoni ġie attivat u l-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Kriżijiet jiltaqa’ regolarment biex ikun hemm sinerġija bejn l-azzjonijiet tad-dipartimenti u s-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tal-aġenziji tal-UE. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll tim ta’ rispons ta’ koordinazzjoni fil-livell politiku, magħmul mill-ħames kummissarji responsabbli għall-aktar politiki affettwati.

Wara l-vidjokonferenza tal-mexxejja tal-UE dwar ir-rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 fl-10 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni se tkompli żżid ir-rispons tagħha għat-tifqigħa tal-Coronavirus, jew COVID-19, fuq il-fronti kollha u se tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Il-kriżi li qed inħabbtu wiċċna magħha minħabba l-Coronavirus għandha kemm dimensjoni umana sinifikanti ħafna, kif ukoll impatt ekonomiku potenzjali kbir. Għalhekk huwa essenzjali li l-UE u l-Istati Membri tagħha jaġixxu b’mod deċiżiv u kollettiv, biex irażżnu l-firxa tal-virus u jgħinu lill-pazjenti, u biex jegħlbu l-konsegwenzi ekonomiċi.

Bħala parti minn dan ir-rispons ikkoordinat konġunt, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (FSUE) jista’ jkollu rwol importanti biex juri s-solidarjetà tal-UE mal-Istati Membri biex tiġi ttrattata s-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Ir-rispons xieraq fil-livell tal-UE għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri bħall-COVID-19 bl-istrument eżistenti bħalissa huwa impossibbli.

L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa għalhekk li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-FSUE biex jinkludi emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri u biex jiddefinixxi operazzjonijiet speċifiċi eliġibbli għall-finanzjament.

Il-FSUE nħoloq fl-2002 biex jappoġġa lill-Istati Membri tal-UE u lill-pajjiżi ta’ adeżjoni f’sitwazzjonijiet ta’ diżastri maġġuri kkawżati minn avvenimenti naturali bħal għargħar, maltempati, terremoti, żbroffi vulkaniċi, nirien fil-foresti jew nixfa. Il-Fond jista’ jiġi mobilizzat wara applikazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat jekk l-avveniment ta’ diżastru jkollu dimensjoni li tiġġustifika intervent fil-livell Ewropew. Il-funzjonament tagħha huwa espressjoni tanġibbli ta’ solidarjetà ġenwina tal-UE, fejn l-Istati Membri jaqblu li jappoġġaw lil xulxin billi jagħmlu disponibbli riżorsi finanzjarji addizzjonali permezz tal-baġit tal-UE. Madankollu, il-FSUE attwali huwa strettament limitat għal diżastri naturali li jikkawżaw ħsara fiżika bħall-għargħar, il-maltempati, it-terremoti u simili. Huwa jista’ jagħti għajnuna finanzjarja lil Stati eliġibbli li jammontaw għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet tal-2011 fis-sena.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta għandha l-għan li timmodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem: “Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002”) sabiex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex ikopri emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri.

Il-karatteristiċi ewlenin u d-differenzi ta’ sustanza huma dawn li ġejjin:

Il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku jibqa’ l-istess: huwa limitat għall-Istati Membri u l-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-UE. Il-kamp ta' applikazzjoni tematiku, madankollu, jitwessa’ biex ikopri sitwazzjonijiet ta’ kriżi maġġuri li jirriżultaw minn theddid għas-saħħa pubblika.

Il-pagamenti bil-quddiem ġew introdotti bir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-FSUE fl-2014 u dawn saru effettivi mill-2015. Il-ġustifikazzjoni ewlenija għall-introduzzjoni tagħhom kienet li l-proċedura meħtieġa għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE u l-ħlas tal-assistenza sħiħa hija twila wisq (tipikament iddum sa sena) u li s-sitwazzjoni ta’ kriżi serja titlob rispons aktar malajr. Tqies ukoll li d-dewmien twil biex tingħata l-għajnuna kien jidher ikrah fuq l-UE.

Il-livell ta’ pagamenti bil-quddiem ġie stabbilit għal 10 % tal-kontribuzzjoni mistennija tal-FSUE, limitat għal massimu ta’ EUR 30 miljun. Irriżulta li dan il-livell ma kienx sodisfaċenti. F’każ ta’ diżastri iżgħar meta l-kontribuzzjoni mill-FSUE tammonta għal ftit miljuni ta’ euro, il-ħlas bil-quddiem ma jkunx ħafna aktar minn xi mitt elf euro li bilkemm jagħmlu differenza. Fil-każ ta’ diżastri kbar ħafna bħat-terremot fl-Abruzzo b’EUR 22 biljun ħsara u kontribuzzjoni mill-FSUE ta’ EUR 1,2 biljun, ħlas bil-quddiem ta’ mhux aktar minn EUR 30 miljun huwa totalment inadegwat. Fiż-żewġ xenarji, il-ħlas bil-quddiem huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-effetti tiegħu fuq il-post. L-evalwazzjoni ex-post reċenti tal-FSUE (2002–2017) tikkonferma din l-analiżi.

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tgħolli l-livell tal-ħlasijiet bil-quddiem għal diżastri individwali tal-kategoriji kollha għal 25 % tal-kontribuzzjoni mistennija mill-FSUE, limitata għal massimu ta’ EUR 100 miljun.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li żżid il-livell totali ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet bil-quddiem tal-FSUE fil-baġit annwali minn EUR 50 miljun għal EUR 100 miljun.

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond, kif inhi taħt il-proċedura kurrenti, tkun possibbli biss wara li tintalab minn Stat eliġibbli. Wara l-valutazzjoni u l-proposta tal-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja ta’ ammont ta’ assistenza finanzjarja li għandha tingħata, l-istess awtorità baġitarja tadotta baġit supplimentari korrispondenti. Il-Kummissjoni mbagħad tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, li twassal għall-ħlas tal-kontribuzzjoni mill-FSUE.

L-operazzjonijiet eliġibbli jibqgħu limitati għall-operazzjonijiet ta’ emerġenza pubblika. Dawn jiġu estiżi biex jinkludu assistenza lill-popolazzjoni fil-każ ta’ kriżijiet tas-saħħa, inklużi miżuri mediċi, u miżuri biex jitrażżan it-tixrid ulterjuri ta’ mard infettiv.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta hija parti mill-miżuri b’reazzjoni għall-pandemija attwali tal-COVID-19. Hija tkompli tibni fuq strument ta’ politika eżistenti. Billi jitwessa’ l-kamp ta' applikazzjoni tal-FSUE attwali, dan isodd lakuna fil-leġiżlazzjoni attwali u jippermetti azzjoni komprensiva tal-Unjoni b’reazzjoni għal emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri. Il-konsistenza ma’ politiki tal-Unjoni oħrajn, b’mod partikolari mal-politika ta’ koeżjoni, hija żgurata minn għadd ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li, fost l-oħrajn, jeskludu l-finanzjament doppju u jirrikjedu rispett għar-regoli tal-akkwist pubbliku u l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Billi din hija modifika tar-Regolament eżistenti, issegwi d-dispożizzjonijiet li huma l-bażi legali għar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, jiġifieri l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 212 TFUE fir-rigward tal-pajjiżi li bħalissa qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-UE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta għandha l-għan li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE biex tintwera solidarjetà Ewropea mal-Istati Membri billi tipprovdi assistenza mill-Fond biex tassisti l-popolazzjoni affettwata, tikkontribwixxi għal ritorn rapidu lejn kundizzjonijiet ta’ għajxien normali fir-reġjuni affettwati u biex trażżan it-tixrid ta’ mard infettiv.

Il-FSUE huwa bbażat fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan ifisser li jenħtieġ li l-UE tintervjeni biss f’każijiet meta jitqies li Stat Membru ma jkunx jista’ jlaħħaq ma’ kriżi waħdu u jkun jeħtieġ l-assistenza. Il-leġiżlatur ikkunsidra li, għal diżastri naturali, sitwazzjoni bħal din tkun teżisti meta l-ħsara diretta totali taqbeż ċertu limitu. Il-ħsara ekonomika li ssegwi mhijiex inkluża minħabba li hija meqjusa kumplessa wisq biex tiġi ddeterminata b’mod rapidu, affidabbli u paragunabbli. Għaldaqstant, il-livell limitu għad-diżastri naturali ġie stabbilit għal ħsara diretta li taqbeż iż-0,6 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) jew EUR 3 biljun (bil-prezzijiet tal-2011), u japplika l-aktar ammont baxx. Dan il-kriterju doppju ntgħażel għax ammont fiss wieħed ma jkunx jirrifletti d-differenzi kbar fis-saħħa ekonomika (u għaldaqstant il-kapaċitajiet ta’ rispons baġitarju) tal-Istati Membri u jwassal għal inġustizzji kbar u trattament inugwali tal-Istati Membri. Rata perċentwali waħda tista’ twassal jew għal ammonti estremament baxxi għall-Istati Membri iżgħar, jew livelli limitu għoljin wisq għall-akbar ekonomiji.

Fil-każ ta’ emerġenzi ta’ saħħa maġġuri, ftit li xejn ikun possibbli li ssir stima tal-ħsara diretta. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li jintuża l-istess approċċ li jiġi applikat għad-diżastri naturali. Minflok, il-Kummissjoni tipproponi li jittieħed il-piż finanzjarju fuq il-baġits tal-Istati Membri sabiex jiġu ffaċċjati l-ħtiġijiet addizzjonali. Dan fil-biċċa l-kbira jikkorrispondi għas-sehem pubbliku tal-ħsara diretta eliġibbli għall-finanzjament (bħall-kost tal-irkupru tal-infrastruttura pubblika, assistenza għall-popolazzjoni, servizzi ta’ salvataġġ eċċ.) fil-każ ta’ diżastri naturali. Dan is-sehem pubbliku eliġibbli ta’ ħsara totali jvarja ħafna skont id-diżastru u l-pajjiż affettwat. Bħala medja huwa jkun madwar 50 % tal-ħsara totali.

Il-Kummissjoni għaldaqstant qed tipproponi li żżomm il-prinċipji li l-aċċess għall-FSUE jkun ibbażat fuqhom. Għaldaqstant, dak li jkun l-iktar baxx bejn 0,3 % tal-ING u EUR 1,5 biljun bil-prezzijiet tal-2011, jiġifieri nofs dak applikabbli għad-diżastri naturali, ikun iddefinit bħala l-livell minimu ta’ nefqa pubblika relatat mal-piż finanzjarju pubbliku mitfugħ fuq l-Istat eliġibbli għall-miżuri ta’ rispons ta’ emerġenza.

·Prinċipju ta’ proporzjonalità

Il-proposta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. Hija ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet diġà stipulati fl-istrument attwali.

·Għażla tal-istrumenti

Qed jiġi propost li jiġi mmodifikat ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 eżistenti biex jintużaw il-proċeduri u l-prattiki stabbiliti biex jitħejjew u jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għall-assistenza u biex l-għajnuna tiġi implimentata u rrappurtata.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni ex post 2002-2017 ikkonkludiet li l-Fond huwa strument siewi fis-sett ta’ għodod tal-UE għall-interventi f’sitwazzjonijiet ta’ diżastru, li jagħti valur miżjud Ewropew lir-rispons għal wara d-diżastri fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta’ adeżjoni. L-evalwazzjoni talbet ukoll li tingħata aktar konsiderazzjoni għal azzjonijiet politiċi li jżidu l-potenzjal biex il-Fond jintervjeni.

·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba l-urġenza biex titħejja l-proposta u biex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-koleġiżlaturi, ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

·• Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-proposta tibqa’ konsistenti mal-Fond ta’ Solidarjetà eżistenti billi tipprovdi assistenza finanzjarja għal assistenza immedjata wara talba minn Stat Membru jew pajjiż kandidat.

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tgħolli l-livell tal-ħlasijiet bil-quddiem għal diżastri individwali tal-kategoriji kollha għal 25 % tal-kontribuzzjoni mistennija mill-FSUE, limitata għal massimu ta’ EUR 100 miljun.

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li żżid il-livell totali ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet bil-quddiem tal-FSUE fil-baġit annwali minn EUR 50 miljun għal EUR 100 miljun. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha tar-riżorsi meta jkunu meħtieġa, il-Kummissjoni se tipproponi li ddaħħal approprjazzjonijiet addizzjonali għal massimu ta’ EUR 50 miljun fil-baġit għall-2020.

Il-pakkett finanzjarju previst għall-Fond isegwi wkoll il-Fond ta’ Solidarjetà eżistenti, b’ammont annwali ta’ EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011). F’kull każ, l-ammont ta’ assistenza meqjus bħala meħtieġ jiġi mmobilizzat permezz ta’ baġit emendatorju. Kif inhu bħalissa, nhar l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, mill-inqas kwart l-ammont annwali jibqa’ disponibbli sabiex ikopri l-bżonnijiet li jistgħu jinqalgħu sal-aħħar tas-sena.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Huwa meħtieġ li jkun hemm trasparenza massima u monitoraġġ kif suppost tal-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-UE. L-obbligi ta’ rapportar għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni japplikaw kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

2020/0044 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni li jkunu affettwati serjament minn emerġenza tas-saħħa pubblika kbira

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 3 . Il-Fond inħoloq biex jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri wara diżastri maġġuri, bħala sinjal konkret ta’ solidarjetà Ewropea f’sitwazzjonijiet ta’ diffikultà.

(2)Fil-każ ta’ emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri, jenħtieġ li l-Unjoni turi s-solidarjetà tagħha mal-Istati Membri u l-popolazzjoni kkonċernata billi tipprovdi assistenza finanzjarja biex tassisti l-popolazzjoni affettwata, tikkontribwixxi għal ritorn rapidu lejn kundizzjonijiet ta’ għajxien normali fir-reġjuni affettwati u biex trażżan it-tixrid ta’ mard infettiv.

(3)Jenħtieġ li l-Unjoni turi wkoll is-solidarjetà fil-każ ta’ emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri mal-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea.

(4)Sitwazzjoni ta’ kriżi maġġuri tista’ tirriżulta minn emerġenzi tas-saħħa pubblika, b’mod partikolari pandemija virali ddikjarata uffiċjalment. Il-Fond jippermetti lill-Unjoni tgħin fil-mobilizzazzjoni tas-servizzi ta’ emerġenza biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet immedjati tan-nies u tikkontribwixxi għar-restawr tal-infrastruttura ewlenija danneġġata sabiex l-attività ekonomika tkun tista’ tkompli fir-reġjuni milqutin mid-diżastru. Dak il-Fond bħalissa huwa madankollu limitat għal diżastri naturali li jikkawżaw ħsara fiżika u ma jinkludix diżastri maġġuri minħabba perikli bijoloġiċi. Jenħtieġ li jkun hemm provvediment biex l-Unjoni tkun tista’ tintervjeni fil-każ ta’ emerġenzi ta’ saħħa pubblika maġġuri.

(5)L-għan tal-azzjoni li trid tittieħed huwa li tikkomplementa l-isforzi tal-Istati kkonċernati f’każijiet bħal dawn meta l-effetti ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi jkunu ta’ tali gravità li dawk l-Istati ma jkunux jistgħu jindirizzaw is-sitwazzjoni bil-mezzi tagħhom stess waħedhom. Peress li dan l-għan ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(6)F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li l-azzjoni skont dan ir-Regolament tkun limitata għal emerġenzi tas-saħħa pubblika maġġuri. Jenħtieġ li dawn jiġu definiti skont il-bażi tan-nefqa pubblika meħtieġa biex jiġu indirizzati.

(7)Jenħtieġ li l-assistenza tal-Unjoni tkun komplementari għall-isforzi ta’ l-Istati kkonċernati u tintuża sabiex tkopri sehem min-nefqa pubblika impenjata biex tittratta l-aktar operazzjonijiet ta’ emerġenza essenzjali li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ta' emerġenza.

(8)F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li l-assistenza tal-Unjoni tingħata biss wara applikazzjoni tal-Istat affettwat. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura trattament ekwu tat-talbiet ippreżentati mill-Istati.

(9)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjoni rapida li timpenja riżorsi finanzjarji speċifiċi u li timmobilizzahom malajr kemm jista’ jkun. Jenħtieġ għalhekk li d-dispożizzjonijiet eżistenti biex isiru l-ħlasijiet bil-quddiem jissaħħu billi jiżdiedu l-ammonti tagħhom.

(10)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 huwa emendat kif ġej:

1.L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.Wara talba ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż involut fin-negozjati tal-adeżjoni mal-Unjoni, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Stat eliġibbli”, l-assistenza mill-Fond tista’ tiġi mobilizzata meta jseħħu riperkussjonijiet serji għall-kundizzjonijiet tal-għajxien, is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent naturali jew l-ekonomija f’reġjun wieħed jew iktar ta’ dak l-Istat eliġibbli bħala konsegwenza ta’ diżastru naturali maġġuri jew reġjonali li jkun seħħ fit-territorju tal-istess Stat eliġibbli jew emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri li tkun seħħet fit-territorju tal-Istat eliġibbli.

Ħsara diretta kkawżata bħala l-konsegwenza diretta ta’ diżastru naturali għandha titqies bħala parti mill-ħsara kkawżata minn dak id-diżastru naturali.

2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “diżastru naturali maġġuri” tfisser kwalunkwe diżastru naturali li, fi Stat eliġibbli, jirriżulta fi ħsara diretta stmata li jew tkun iktar minn EUR 3 000 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew iktar minn 0,6 % tal-ING tiegħu.

3.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “emerġenza ta’ saħħa pubblika maġġuri” tfisser kull periklu ta’ theddid għall-ħajja jew ta’ periklu serju ieħor għas-saħħa ta’ oriġini bijoloġika fi Stat eliġibbli li jaffettwa b’mod serju s-saħħa tal-bniedem u li jeħtieġ azzjoni deċiżiva biex jitrażżan it-tixrid ulterjuri li jirriżulta f’piż finanzjarju pubbliku impost fuq l-Istat eliġibbli għal miżuri ta’ rispons għal emerġenza li jkun stmat li jkun aktar minn EUR 1 500 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew aktar minn 0,3 % tal-ING tiegħu.

4.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “diżastru naturali reġjonali” tfisser kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta, f’reġjun tal-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli, bi ħsara diretta li taqbeż il-1,5 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tar-reġjun. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, meta r-reġjun ikkonċernat, fejn ikun seħħ diżastru naturali, ikun reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, “diżastru naturali reġjonali” tfisser kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta fi ħsara diretta li taqbeż il-1 % tal-PDG ta’ dak ir-reġjun. Meta d-diżastru naturali jkun jikkonċerna bosta reġjuni fil-livell NUTS 2, il-limitu minimu għandu jiġi applikat għall-medja tal-PDG ta’ dawk ir-reġjuni, ponderata skont is-sehem mill-ħsara totali f’kull reġjun.

5.L-assistenza mill-Fond tista’ tkun mobilizzata wkoll għal kwalunkwe diżastru naturali fi Stat eliġibbli li jkun ukoll diżastru naturali maġġuri fi Stat eliġibbli ġar.

6.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandha tintuża data statistika, armonizzata pprovduta mill-Eurostat.’.

2.Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.L-assistenza għandha tieħu l-forma ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond. Għal kull diżastru eliġibbli għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja waħda lil Stat eliġibbli.

2.L-għan tal-Fond huwa li jikkomplementa l-isforzi tal-Istati kkonċernati u li jkopri parti min-nefqa pubblika tagħhom sabiex jgħinu lill-Istat eliġibbli jwettaq, skont it-tip ta’ diżastru eliġibbli, l-operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u rkupru li ġejjin:

(a)ir-restawr tal-infrastruttura u l-impjanti biex jerġgħu jiġu jiffunzjonaw fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma u d-drenaġġ, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, is-saħħa u l-edukazzjoni;

(b)il-provvediment ta’ akkomodazzjoni temporanja u l-finanzjament ta’ servizzi ta’ salvataġġ sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-popolazzjoni kkonċernata;

(c)l-iżgurar ta’ infrastrutturi preventivi u ta’ miżuri ta’ protezzjoni ta’ wirt kulturali;

(d)it-tindif ta’ żoni milquta minn diżastri, inklużi żoni naturali, f’konformità, meta jkun il-każ, ma’ approċċi bbażati fuq l-ekosistema kif ukoll ir-restawr immedjat ta’ żoni naturali affettwati biex jiġu evitati effetti immedjati mill-erożjoni tal-ħamrija;

(e)miżuri li għandhom l-għan li jipprovdu assistenza, inkluża dik medika, lill-popolazzjoni affettwata minn emerġenza ta’ saħħa pubblika maġġuri u li jipproteġu l-popolazzjoni mir-riskju li jiġu affettwati, inklużi l-prevenzjoni, il-monitoraġġ jew il-kontroll tat-tixrid tal-mard, il-ġlieda kontra riskji serji għas-saħħa pubblika jew il-mitigazzjoni tal-impatt tagħhom fuq is-saħħa pubblika.

Għall-finijiet tal-punt (a), “restawr biex jerġgħu jiġu jiffunzjonaw” tfisser restawr tal-infrastruttura u l-impjanti għall-kundizzjoni tagħhom ta’ qabel ma seħħ id-diżastru naturali. Meta ma jkunx legalment possibbli jew ekonomikament ġustifikat li tinġieb lura l-kondizzjoni għal kif kienet qabel ma seħħ id-diżastru naturali, jew meta l-istat benefiċjarju jiddeċiedi li jirriloka jew itejjeb il-funzjonament tal-infrastruttura jew l-impjant affettwat sabiex itejjeb il-kapaċità tiegħu biex ikun jiflaħ għal diżastri naturali futuri, il-Fond jista’ jikkontribwixxi għall-ispiża tar-restawr sal-ispiża stmata biex tinġab lura għall-istatus quo ante tagħha biss.

Spejjeż li jaqbżu l-livell tal-ispiża msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom jiġu ffinanzjati mill-Istat benefiċjarju mill-fondi tiegħu stess, jew meta jkun possibbli, minn fondi oħra tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b), “akkomodazzjoni temporanja” tfisser akkomodazzjoni li ddum sakemm in-nies tal-popolazzjoni kkonċernata jkunu jistgħu imorru lura d-dar oriġinali tagħhom wara li jkunu saru t-tiswijiet jew jkunu nbnew mill-ġdid.”

3.Fl-Artikolu 4a, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.L-ammont tal-ħlas bil-quddiem ma għandux jaqbeż il-25 % tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata u fl-ebda każ ma għandu jaqbeż il-EUR 100 000 000. Ladarba jkun ġie determinat l-ammont definittiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra s-somma tal-ħlas bil-quddiem qabel ma jitħallas il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu indebitament.”

4.Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.Mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ tmintax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat benefiċjarju għandu jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b’dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa, filwaqt li jindika kwalunkwe sors ta’ finanzjament ieħor li jkun wasal għall-operazzjonijiet ikkonċernati, inklużi saldi tal-assigurazzjoni u kumpens minn partijiet terzi.

Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni għandu jkun iddettaljat, skont in-natura tad-diżastru eliġibbli:

(a)il-miżuri preventivi, meħudin jew proposti mill-Istat benefiċjarju biex jillimita l-ħsara futura u biex jevita, kemm jista’ jkun, ir-rikorrenza ta’ diżastri naturali jew emerġenzi tas-saħħa pubblika simili, inkluż l-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għal din il-fini;

(b)l-istat ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri naturali;

(c)l-esperjenza miksuba mid-diżastru naturali u l-miżuri meħudin jew proposti biex ikunu żgurati l-protezzjoni u r-reżiljenza ambjentali rigward it-tibdil fil-klima, id-diżastri naturali u l-emerġenzi tas-saħħa pubblika; u

(d)kull informazzjoni rilevanti oħra dwar miżuri ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni meħudin relatati man-natura tad-diżastru naturali, jew emerġenza tas-saħħa pubblika.

Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni ta’ korp tal-awditjar indipendenti, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, li tistabbilixxi li d-dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa tagħti dehra reali u ġusta u li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond tkun legali u regolari, f’konformità mal-Artikolu 59(5) u l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Fi tmiem il-proċedura msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha ttemm l-assistenza mill-Fond.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.    Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni li jkunu affettwati serjament minn emerġenza tas-saħħa pubblika kbira

1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

13. Politika reġjonali; 13 06 01. Assistenza lill-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

1.3.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.3.1.    Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.3.2.    Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Ir-raġuni li il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) twaqqaf għaliha kienet biex tintwera solidarjetà mal-Istati Membri affettwati minn kriżi serja li tirriżulta mill-okkorrenza ta’ diżastru naturali serju u meqjus li jegħleb il-kapaċità ta’ rispons baġitarju tal-Istat Membru. Din il-proposta testendi dik il-loġika għall-piż finanzjarju li jirriżulta minn emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri.

1.3.3.    Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-FSUE wera li huwa strument tassew effettiv biex tingħata l-assistenza lill-Istati Membri wara diżastri naturali, kif intqal f’evalwazzjoni maġġuri tal-Fond 4 .

1.3.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Dan ir-Regolament jibqa’ fil-limiti tal-allokazzjonijiet massimi previsti għall-FSUE fil-QFP u għaldaqstant huwa kompatibbli mal-QFP.

1.3.5.    Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż il-kamp ta' applikazzjoni għar-riallokazzjoni

Dan ir-Regolament mhux se jżid l-allokazzjoni massima għall-FSUE. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-interventi se tiġi ffinanzjata permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

1.4.    Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta ta’ durata mhux limitata.

Il-limitu tal-allokazzjoni massima tal-FSUE għall-2020 huwa rrispettat (EUR 597,546 miljun magħduda mal-EUR 552,978 riportati mill-2019).

1.5.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 5  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Mhux applikabbli

2.    MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (għad-diżastri naturali)

2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-istess kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

- Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 6  

minn pajjiżi tal-EFTA 7

mill-pajjiżi kandidati 8

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

Intestatura 9: Strumenti Speċjali

13 06 01 - Assistenza lill-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

Differenzjati

LE

LE

LE

LE

3.2.    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Dan ir-Regolament ma għandu l-ebda impatt finanzjarju.

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, li jibqgħu fil-limiti tal-allokazzjonijiet massimi pprovduti għall-FSUE fil-QFP.

EUR



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

9

Strumenti Speċjali

2019

2020

2021

2022

2023

Is-snin ta’ wara

TOTAL

Approprjazzjoni operazzjonali

13 06 01 - Assistenza lill-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali maġġuri b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

Impenji

=1a+1b +3

Pagamenti

=2a+2b

+3





TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 9
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk il-proposta/l-inizjattiva tolqot iktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Meta timtela din it-taqsima jenħtieġ li tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tad-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 9

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

Pagamenti

3.2.2.    Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2020

Sena

Sena

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 10

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 11

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

-    Il-proposta ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

- L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

-    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 12

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi Umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra l-INTESTATURA 5 13
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi Umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

3.2.3.1.    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

-    Il-proposta ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

-    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 14  

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali")

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  15

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02/12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kollha kemm hi taħt l-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

     teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġu proposti li jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

X ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR




3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa X    

EUR



Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Mhux applikabbli

Rimarki oħrajn (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    ĠU C , , p. .
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(4)    SWD(2019) 187.
(5)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx
(6)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(7)    L-EFTA: L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(8)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(9)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(10)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(11)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi.
(12)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(13)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(14)    AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD= Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(15)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
Top