EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9483
Prior notification of a concentration (Case M.9483 — Engie/Powerlines) (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9483 — Engie/Powerlines) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9483 — Engie/Powerlines) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
OJ C 285, 23.8.2019, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 285/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9483 — Engie/Powerlines)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 285/04)
1.
Fis-16 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Engie S.A. (Franza, “Engie”), |
— |
Powerlines Group (l-Awstrija, “Powerlines”) |
Engie takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Powerlines kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Engie hija kumpanija industrijali attiva fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u servizzi tal-enerġija. Hija attiva tul il-katina kollha ta’ valur tal-enerġija. |
— |
Powerlines hija attiva fl-elettrifikazzjoni tal-ferroviji u tas-soluzzjonijiet tal-wires li jgħaddu fuq il-ferroviji prinċipalment fir-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Awstrija u hija attiva fit-trasmissjoni tal-eneġija u fl-istallazzjoni tal-wires tad-distribuzzjoni fil-Ġermanja u l-Awstrija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9483 — Engie/Powerlines
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).