Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0471

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

COM/2018/471 final

Strasburgu, 12.6.2018

COM(2018) 471 final

2018/0248(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

{SWD(2018) 347}
{SWD(2018) 348}
{SEC(2018) 315}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Waqt li kienu qegħdin iseħħu l-flussi migratorji fl-2015 - 2016, l-appoġġ finanzjarju u tekniku li l-UE pprovdiet lill-Istati Membri tagħha kien ta’ kontribut għall-immaniġġar aħjar tal-isfidi fl-oqsma tal-ażil, il-migrazzjoni u l-fruntieri esterni. Tabilħaqq, ir-rwol tal-baġit tal-Unjoni kien kruċjali fl-appoġġ għall-ġestjoni ta’ persuni li qegħdin ifittxu ażil u tal-migranti, fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ tfittxija u salvataġġ sabiex jiġu salvati l-ħajjiet ta’ dawk li jkunu qegħdin jippruvaw jaslu sal-Ewropa, fil-ġestjoni ta’ ritorni effettivi u f’azzjonijiet oħra li jkollhom bżonn ta’ reazzjoni kkoordinata f'qafas imfassal mill-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni.

Il-baġit tal-UE huwa wkoll essenzjali biex jiġu ffinanzjati miżuri komuni għall-kontroll u s-sorveljanza effettiva tal-fruntieri esterni tal-Unjoni bħala kumpens għall-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Pereżempju, l-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni imxiet pass mill-akbar ’il quddiem bl-istabbiliment tal-approċċ tal-hotspots u ta’ tisħiħ sinifikanti tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (European Border and Coast Guard Agency, EBCGA). Dawn l-iżviluppi huma appoġġati bis-sħiħ mill-baġit tal-UE.

F’Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi segwit approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni li jkollu l-għan li jerġa’ jkun hemm il-kontroll tal-fruntieri esterni, jitnaqqas in-numru ta’ wasliet irregolari u tal-imwiet fuq il-baħar, u li jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-użu flessibbli u koordinat tal-istrumenti kollha disponibbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

Quddiem dan l-isfond, fil-proposta tagħha tat-2 ta’ Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ b’mod sinifikanti l-baġit kumplessiv tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-fruntieri esterni, billi żżidu b’aktar minn 2,6 darba, inkluż iżżid il-finanzjament allokat għall-Aġenziji ddeċentralizzati f’dan il-qasam. Din il-proposta, bħala tali, ma tkoprix il-finanzjament allokat lill-Aġenziji u tirregola biss il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni li se jippovdi appoġġ għall-ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni mill-Istati Membri b’pakkett ta’ EUR 10 415 000 000 (fi prezzijiet kurrenti).

L-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara b'mod espliċitu li l-politiki komuni dwar l-ażil, il-migrazzjoni u l-fruntieri esterni huma bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u fuq id-distribuzzjoni ġusta tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri. Il-finanzjament tal-UE jipprovdi l-mezzi finanzjarji konkreti biex dawn iż-żewġ prinċipji jiġu trasformati fil-prattika.

Il-Fond se jikkontribwixxi lejn politika tal-migrazzjoni tal-UE li tkun robusta, realistika, u ġusta. Politika li tagħraf il-ħtiġijiet tas-soċjetajiet ospitanti u taċ-ċittadini tal-UE u li taħdem mill-qrib mal-imsieħba madwar id-dinja. Il-Fond se jiżgura li l-UE tkompli taqdi l-obbligi tagħna lejn dawk kollha li għandhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, li jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta’ dawk il-persuni li ma jkollhomx dritt li jibqgħu, u li jiġu appoġġati soluzzjonijiet li jissostitwixxu l-flussi irregolari u mhux kontrollati b’perkorsi sikuri u ġestiti tajba. Hemm bżonn li nagħtu ħarsa lejn l-isfidi profondi li jinsabu fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari, bħalma hu n-nuqqas ta’ żvilupp, id-demografija, in-nuqqas ta’ opportunitajiet, it-tibdil fil-klima u inugwaljanza. Hija biss il-ġestjoni komprensiva tal-migrazzjoni, ibbażata fuq il-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà li tista’ twassal għal riżultati sostenibbli. Dan jinkludi distribuzzjoni adegwata ta’ finanzjament tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li dawk l-Istati Membri li jkunu l-aktar milquta jkollhom kapaċità suffiċjenti fl-indirizzar tal-isfidi li jkunu kkonfrontati bihom, għall-benefiċċju tal-UE kollha kemm hi. F’dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni tieħu f’kunsiderazzjoni l-isforzi li għaddejjin għal riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u l-istat preżenti ta’ negozjati dwar ir-Regolament ta’ Dublin u l-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni u xi elementi jkunu jridu jiġu adattati sabiex ir-riżultati tagħhom jiġu riflessi hekk kif dawn jiġu konklużi.

Is-suċċess tal-ġestjoni tal-UE tal-migrazzjoni jiddependi wkoll fuq politiki effettivi ta’ integrazzjoni. Għal dan il-għan, il-Fondi tal-politika tal-Koeżjoni u l-ESF+ b’mod partikolari se jipprovdu appoġġ għall-iffaċilitar tal-integrazzjoni fuq perjodu medju u twil ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi wara l-fażi inizjali ta’ akkoljenza inkluża l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Biex dawn l-isforzi jiġu kkumplimentati, il-Fond se jappoġġa azzjoni minn gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet lokali u reġjonali u minn gruppi tas-soċejtà ċivili impenjati fil-promozzjoni tal-integrazzjoni għal perjodu qasir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-komunitajiet ospitanti kif ukoll il-fiduċja reċiproka. Din il-proposta se tappoġġa l-miżuri ta’ akkoljenza u ta’ integrazzjoni bikrija għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jgħixu b’mod legali fl-UE li ġeneralment jiġu implimentati fl-istadju bikri tal-integrazzjoni fil-perjodu wara l-wasla fit-territorju tal-UE. Hija se tkun ta’ appoġġ ukoll għall-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ miżuri orizzontali bħal ma huma l-bini ta’ kapaċitajiet, l-iskambji mas-soċjetà ospitanti, il-qawmien tal-għarfien jew il-kooperazzjoni u t-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jgħixu b’mod legali fit-territorju tal-UE.

Il-Fond se jagħmel ukoll kontribuzzjoni finanzjarja lejn politika ta’ ritorn effettiva li hija element essenzjali ta’ sistema ta’ migrazzjoni ġestita tajjeb fl-Unjoni. Hija wkoll aspett komplimentari neċessarju għal politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil legali u kredibbli, kif ukoll għodda importanti fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari.

Il-Fond se jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi mill-Istati Membri bil-ħsieb ta’ implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 , b’sistema ta’ ritorn aktar rapida li tmur id f’id mar-rispett tal-proċeduri u l-istandards li jippermettu lill-Ewropa tiżgura trattament uman u dinjituż ta’ dawk li jirritornaw kif ukoll użu proporzjonat ta’ miżuri ta’ koerċizzjoni f’konformita mad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta’ non-refoulement. Fil-każ ta’ linji ta’ politika sostenibbli ta’ ritorn, il-Fund se jagħti appoġġ lil approċċ integrat u kkoordinat għall-ġestjoni ta’ ritorn u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi biex jonoraw l-obbligi tagħhom billi jiġi offrut appoġġ bħalma hu l-bini ta’ kapaċitajiet għall-ġestjoni tar-ritorni, kampanji ta’ informazzjoni u għarfien, u appoġġ għal miżuri ta’ riintegrazzjoni.

Il-Fond se jindirizza l-bżonnijiet kontinwi fl-oqsma tal-ażil, l-integrazzjoni u r-ritorn filwaqt li jaġġusta l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex ikun ta’ appoġġ għall-iżviluppi u l-mandati tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta (EBCGA) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil li għandha tiġi stabbilita fil-futur. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali hija kruċjali biex jinkisbu dawn l-għanijiet. Il-Fond se jkun jista’ jappoġġa azzjoni fid-dimensjoni esterna, komplementari għal azzjonijiet appoġġati mill-istrument esterni relevanti.

L-isfida ewlenija li l-proposta għandha l-għan li tindirizza hija l-ħtieġa ta’ flessibbiltà akbar fil-ġestjoni tal-Fond, kif imqabbel mal-perjodu ta’ pprogrammar preżenti, iżda wkoll ta’ għodda biex jiġi żgurat li l-iffinanzjar ikun direzzjonat lejn prijoritajiet u azzjonijiet tal-Unjoni b’valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni. Se jkun hemm bżonn ta’ mekkaniżmi ġodda għall-allokazzjoni ta’ fondi għal ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta, sabiex ikunu jistgħu jiġu indirizzati sfidi u prijoritajiet ġodda.

Iċ-ċavetta għad-distribuzzjoni tal-finanzjament hija l-flessibbiltà fid-determinazzjoni tal-mod it-tajjeb ta’ twettiq u t-temi li għalihom jeħtieġ li jiġu allokati fondi, filwaqt li tinżamm massa kritika ta’ finanzjament bil-quddiem għal investimenti pluriennali strutturali u kbar, f’konformità mal-ħtiġijiet tal-Istati Membri fl-iżvilupp ulterjuri tas-sistemi ta’ migrazzjoni tagħhom. L-allokazzjoni tal-fondi se tieħu wkoll kont sħiħ tal-ħtieġa li l-Istati Membri jkunu konformi għal kollox mal-acquis tal-Unjoni u l-ħtieġa li l-investimenti jiġu ffukati fuq prijoritajiet ċentrali tal-UE.

L-allokazzjoni tal-fondi lill-programmi tal-Istati Membri se tkun tikkonsisti minn ammont fiss ta’ EUR 5 000 000 flimkien ma’ ammont allokat fuq il-bażi ta’ gwida għat-tqassim li tirrifletti l-ħtiġijiet u l-pressjonijiet esperjenzati mill-Istati Membri differenti fi tliet oqsma kruċjali koperti mill-Fond: l-ażil, il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni u l-miżuri kontra l-migrazzjoni irregolari, inklużi r-ritorni.

Il-gwida għat-tqassim se tieħu kont tad-diversi “stokks” u “flussi” tal-kategorji u tirrifletti dawn l-ispeċifiċitajiet bejn l-Istati Membri fejn xi wħud jistgħu jesperjenzaw pressjonijiet akbar fejn jidħol ritorn, u oħrajn fil-qasam tal-integrazzjoni u jħossu impatt b’mod differenti fl-istadji differenti tal-akkoljenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Huwa propost li jingħata piż ta’ 30 % għall-qasam tal-ażil, 30 % għall-qasam tal-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni, u 40 % għall-qasam tal-ħidma kontra l-migrazzjoni irregolari inklużi r-ritorni. F’dan il-kuntest, fl-ażil, qiegħed jiġi propost li jingħata piż ta’ 60 % lill-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil għall-ewwel darba, piż ta’ 30 % lill-għadd ta’ persuni bi status ta’ protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru u ta’ 10 % lill-għadd ta’ persuni sistemati mill-ġdid. Fil-qasam tal-integrazzjoni, jingħata piż ta’ 60 % lill-għadd ta’ permessi ta’ residenza għall-ewwel darba u ta’ 40 % għall-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi Stat Membru f’sena partikolari. Għar-rigward tal-kriterji fil-qasam tal-ħidma kontra l-migrazzjoni irregolari inklużi r-ritorni, tieħu kont tal-għadd ta’ ordnijiet ta’ tkeċċija (50 %) u r-ritorni effettivi (50 %) biex b’hekk jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċifika ta’ Stat Membru partikolari.

Is-sehem għall-programmi tal-Istati Membri huwa ta’ 60 % tal-pakkett finanzjarju totali tal-Fond. Qiegħed jiġi propost li l-Istati Membri jiġu pprovduti b’50 % tal-pakkett ta’ finanzjament fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li l-ammont ta’ dawn il-pakketti jiżdied minn żmien għal żmien. Huwa previst li tingħata żieda waħda fissa ta’ 10 % tal-pakkett ta’ finanzjament f’nofs it-terminu (aġġustament tekniku tal-gwida għad-distribuzzjoni soġġett għall-prestazzjoni finanzjarja li skontha, Stat Membru jkun messu ppreżenta talbiet għall-ħlas li jkopru mill-inqas 10 % tal-ammont inizjali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament).

L-40 % li jifdal jenħtieġ li jiġu ġestiti permezz ta’ faċilità tematika, li se tkun qiegħda tiffinanzja minn żmien għal żmien għadd ta’ temi definiti fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament tal-Kummissjoni. Din il-faċilità toffri flessibbiltà fil-ġestjoni tal-Fond billi tippermetti l-iżborż ta’ fondi għall-assistenza teknika b'inizjattiva tal-Kummissjoni u għall-elementi li ġejjin:

·appoġġ għal azzjonijiet speċifiċi, il-provvista ta’ finanzjament addizzjonali għal azzjonijiet iddedikati ta’ valur miżjud tal-UE għoli, permezz tal-programmi tal-Istati Membri; f’dan il-kuntest, se tingħata attenzjoni speċifika lill-promozzjoni ta’ ritorni effettivi;

·appoġġ għall-azzjonijiet tal-Unjoni, ġestiti permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta;

·appoġġ għar-risistemazzjoni u għall-isforzi ta’ solidarjetà u responsabbiltà bejn l-Istati Membri;

·l-assistenza ta’ emerġenza; kif ukoll

·appoġġ għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.

L-azzjonijiet permezz tal-faċilità tematika jkunu pprogrammati permezz ta’ programmi ta’ ħidma, annwali jew pluriennali adottati permezz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Permezz tal-faċilità se jkun possibbli li jiġu indirizzati prijoritajiet ġodda jew li tittieħed azzjoni urġenti permezz tal-modalità ta’ twettiq li tkun l-aktar idonea għall-objettiv ta’ politika.

Simplifikazzjoni ulterjuri fl-implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-Fond, b’mod partikolari billi jiġi żgurat li jkun hemm approċċ koerenti mar-regoli applikabbli għall-ġestjoni ta’ Fondi oħra tal-Unjoni (“il-ġabra unika tar-regoli”), l-għoti ta’ gwida aħjar fejn jidħu l-ġestjoni u s-sistemi ta’ kontroll u r-rekwiżiti ta’ awditjar, u jiġi żgurat li r-regoli ta’ eliġibbiltà bil-ġestjoni kondiviża jagħmlu użu sħiħ mill-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (simplified cost options, SCOs).

Huwa importanti li jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-UE fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u li jiġi implimentat qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni mtejjeb b’tali mod li jsaħħaħ il-ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni. Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi biex jiġi żgurat approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni bbażat fuq is-solidarjetà u r-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, u sabiex jitwettaq l-objettiv li tiġi żgurata politika komuni sostenibbli tal-Unjoni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni, jenħtieġ li jiġi stabbili Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (Asylum and Migration Fund, AMF) sabiex l-Istati Membri jiġu sostnuti b’riżorsi finanzjarji adegwati.

Din il-proposta tistipula data ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.

   Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni li jibni fuq l-investimenti u l-kisbiet magħmula bl-appoġġ ta’ dak li kien hemm qablu: il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (European Refugee Fund, ERF) 2 , il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (EIF) 3 u l-Fond Ewropew għar-Ritorn (European Return Fund, RF) 4 fil-perjodu 2007-2013 u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum Migration and Integration Fund, AMIF) kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 5 , fl-2014-2020.

Il-Fond jkompli jappoġġa l-politiki ġenerali tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni, l-integrazzjoni u r-ritorn bħalma huma l-appoġġ sabiex tissaħħaħ u tiżviluppa s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (inkluża d-dimensjoni esterna tagħha), l-appoġġ għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari favur dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil, l-appoġġ għall-migrazzjoni legali fl-Istati Membri u l-iżvilupp ta’ strateġiji tal-immigrazzjoni proattivi li jirrispettaw il-proċess ta’ integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, appoġġ biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri u li jippromwovu strateġiji ta’ ritorn ġusti u effettivi u l-iżvilupp ta’ sħubiji u kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE.

Madankollu, politika intensifikata tal-UE dwar il-migrazzjoni għandha bżonn ta’ azzjoni madwar l-ispettru sħiħ tal-għodda għad-dispożizzjoni tagħha. F’dan ir-rigward, il-ħidma tal-Istati Membri appoġġata mill-Fondi se tkun aktar effettiva jekk tkun ikkumplimentata u mwieżna bl-attivitajiet relevanti tal-aġenziji tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (European Asylum Support Office, EASO) u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta li se jkollhom rwol ċentrali fl-identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet u fl-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri biex jindirizzawhom, inkluż permezz ta’ operazzjonijiet konġunti, taħriġ u skjerament ta’ għarfien espert.

Il-Fond se jaħdem b’komplimentarjetà sħiħa ma’ dawn l-aġenziji li dwarhom qiegħda ssir proposta ta’ tisħiħ sinifikanti fil-futur. Fil-Komunikazzjoni tagħha “Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi”, il-Kummissjoni tipproponi li talloka ammont ta’ EUR 865 000 000 (fi prezzijiet kurrenti) lil aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni 6 . Dan ir-Regolament ma jkoprix l-iffinanzjar għal dawn l-aġenziji. Il-finanzjament tagħhom huwa ddeterminat fil-proċedura baġitarji annwali regolari. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li talloka ammont ta’ EUR 12 013 000 000 (fi prezzijiet preżenti) biex tappoġġa estensjoni maġġuri tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta, b’mod li tibda topera bis-sħiħ, b’korp permanenti ta’ madwar 10 000 gwardja tal-fruntiera 7 u Aġenzija Ewropea li tkun taħdem tajjeb għall-ġestjoni operattiva ta’ sistemi tal-IT ta’ skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (eu-LISA).

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni, u b’estensjoni il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni jiddependu fuq is-sinerġiji u l-koerenza ma’ politiki relevanti tal-UE bħalma huma l-ġestjoni tal-fruntieri, is-sigurtà interna, l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjomi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-politiki esterni tal-Unjoni li jappoġġaw lil pajjiżi terzi.

Il-varjetà ta’ elementi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tfisser li hemm bżonn ta’ approċċ koordinat minn għadd ta’ strumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni li jservu ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-aspetti esterni u interni tal-politika tal-Unjoni. L-istrumenti esterni tal-Unjoni għandhom rwol ċentrali fl-indirizzar tal-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni, u jiżguraw aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, itejbu l-ġestjoni tal-fruntieri u jsegwu sforzi fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin, fl-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ ritorn kif ukoll il-ġestjoni tal-politika ta’ migrazzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, il-migrazzjoni se tkun qasam ta’ attenzjoni fil-proposti tal-Unjoni għall-istrumenti esterni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-Fond jiġu implimentati f’sinerġija u koerenza sħiħa u jenħtieġ li jikkumplimentaw azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz tal-istrumenti esterni ta’ finanzjament tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni fir-rigward mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, jenħtieġ li l-Fond jimmira li jsostni t-titjib tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u t-tisħiħ tal-aspetti ewlenin ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni ta’ interess tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew+ (ESF+), min-naħa l-oħra, jinkludu dispożizzjonijiet importanti biex tiġi koperta l-integrazzjoni għat-tul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi filwaqt li dan il-fond se jiffoka pjuttost fuq miżuri bikrija ta’ intergrazzjoni. Programmi oħra bħalma huma l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Erasmus+ se jsaħħu wkoll id-dispożizzjonijiet li jolqtu l-migranti u r-refuġjati. Dawn l-istrumenti kollha se jkollhom jaħdmu f’koerenza sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-appoġġ li jagħtu.

Se jiġu żgurati wkoll sinerġiji mal-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri li jikkontribwixxi għall-prijoritajiet u l-objettivi marbuta mal-ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, il-promozzjoni tal-inklużjoni u l-indirizzar tal-problema tat-traffikar tal-bnedmin. Barra min hekk, se jkun hemm sforz għal konsistenza u sinerġiji mal-Istrument tal-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi bħala parti mill-Fond Integrat għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Fond għas-Sigurtà Interna, barra mill-Fondi msemmija hawn fuq.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 3(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jistipula li "l-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma’ miżuri xierqa f’dak li jirrigwarda l-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-ażil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha".

Il-bażi ġuridika għall-azzjoni tal-Unjoni proposta tinstab fil-lista ta’ miżuri li hemm fl-Artikolu 77(2) kif ukoll fl-Artikolu 79(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni (TFUE), bħal ma hi l-politika komuni dwar il-viżi, il-verifiki fuq persuni fil-fruntieri esterni, kull miżura għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni għall-fruntieri esterni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.

Qed tinġibed l-attenzjoni wkoll għall-Artikolu 80 TFUE, li jenfasizza li l-politiki tal-Unjoni stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri.

Barra minn dan, fid-29 ta’ Mejju 2018 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni 8 sabiex titjieb il-koordinazzjoni u tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tal-appoġġ bil-ġestjoni kondiviża, bil-għan ewlieni li jiġi ssimplifikat it-twettiq tal-politika. Il-parti ta’ ġestjoni kondiviża tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil hija koperta minn dawn id-dispożizzjonijiet komuni.

Il-Fondi differenti f’ġestjoni kondiviża isegwu objettivi kumplimentari u jikkondividu l-istess modalità ta’ ġestjoni, u għalhekk ir-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar Dispożizzjoniiet Komuni] jistabbilixxi sensiela ta’ prinċipji ġenerali bħal ma hu t-tisħib. Dan ir-Regolament fih ukoll l-elementi komuni ta’ ppjanar u pprogrammar strateġiku, inklużi dispożizzjoniiet dwar il-Ftehim ta’ Tisħib li għandu jiġi konkluż ma’ kull Stat Membru, u jistabbilixxi approċċ komuni għall-orjentazzjoni ta’ prestazzjoni tal-Fondi. Għaldaqstant, huwa jinkludi kundizzjonijiet u arranġamenti abilitanti għall-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ u l-evalwazzjoni. Jiġu stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet komuni għar-rigward tar-regoli dwar l-eliġibbiltà, il-ġestjoni finanzjarja u l-arranġamenti dwar ġestjoni u kontroll.

Il-Fond se jkun miftuħ biex miegħu jassoċjaw pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkun ikopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, u li jispeċifika l-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tiegħu.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-ġestjoni tal-flussi migratorji tpoġġi quddiemna sfidi li kull ma jmur qegħdin isiru dejjem aktar transnazzjonali, u ta’ tali proporzjon li ma jistgħux jiġu trattati mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Billi l-azzjoni dwar il-migrazzjoni tirrekjedi riżorsi u kapaċitajiet sostanzjali mill-Istati Membri u sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv imsejjes fuq il-fiduċja reċiproka, is-solidarjetà, il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà, il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, hemm valur miżjud ċar fl-interventi tal-Unjoni f’dan il-qasam u biex jiġi mmobilizzat il-baġit tal-UE.

F’dan il-kuntest, il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni u l-Ażil huwa mistenni li jżid il-valur billi jiġi żgurat użu aktar effiċjenti ta’ fondi pubbliċi bit-tisħiħ tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil permezz tal-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri komuni, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri li jirċievu persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, il-promozzjoni tal-użu ta’ mezzi legali għall-migranti, l-iżgurar tal-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-futur tal-mudell soċjali tagħha, l-appoġġ għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż legalment, u billi jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari permezz ta’ politika ta’ ritorn u ta’ riammissjoni.

B’rabta mad-dimensjoni esterna tal-Affarijiet Interni, is-sħubijiet u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi huma komponent essenzjali tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni biex tkun żgurata l-ġestjoni adegwata tal-flussi u tiġi espressa solidarjetà ma’ pajjiżi terzi li jkunu għaddejjin minn pressjonijiet migratorji permezz ta’ inizjattivi ta’ risistemazzjoni. Huwa ċar li l-adozzjoni ta’ miżuri u l-ġbir flimkien ta’ riżorsi fil-livell tal-UE se jżidu b’mod sinifikanti l-possibbiltà li l-UE tkun tista’ tinfluwenza lil pajjiżi terzi biex tikkonvinċihom jimpenjaw ruħhom magħha dwar dawk il-kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni li huma primarjament fl-interess tal-UE u l-Istati Membri.

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà minħabba li l-biċċa l-kbira tal-finanzjament se jiġi implimentat skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża u r-rispett tal-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri, filwaqt li jirrikonoxxi bis-sħiħ li jenħtieġ li l-interventi jsiru fil-livell xieraq u li jenħtieġ li r-rwol tal-Unjoni ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u taqa’ fl-ambitu għal azzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, kif definiti fit-Titolu V TFUE. L-objettivi u l-livelli ta’ finanzjament korrispondenti huma fi proporzjon ma’ dak li l-istrument jimmira li jikseb. L-azzjonijiet previsti minn din il-proposta jindirizzaw id-dimensjoni Ewropea tal-ażil u l-immigrazzjoni.

Għażla tal-istrument

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil ul-Migrazzjoni.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet retrospettivi/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-proposta tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-istrumenti ta’ finanzjament preċedenti. Hija tibni fuq l-evalwazzjoni ex post tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Ritorn 9 , u l-evalwazzjoni interim tal-AMIF (il-perjodu ta’ pprogrammar 2014-2020). F’termini tal-kriterji ta’ valutazzjoni differenti ġie ikkostatat dan li ġej:

F’termini ta’ effettività, l-AMIF kellu rwol importanti fit-titjib tas-sistemi tal-ażil u għat-tisħiħ tal-kapaċità ta’ akkoljenza fl-Istati Membri. Minħabba l-kriżi tal-migrazzjoni, il-qasam tal-ażil ingħata prijorità speċjali f’ħafna pajjiżi. L-AMIF irreġistra wkoll progress sinifikanti fejn jidħlu dawk li huma l-aktar vulnerabbli, inklużi minorenni mhux akkumpanjati, kif ukoll rifuġjati u l-persuni li jfittxu ażil f’reġjuni bħalma huma l-Afrika ta’ Fuq u l-Qarn tal-Afrika, biex b’hekk żdiedet il-viżibbiltà tad-dimensjoni esterna tagħha. Madankollu, ftit hemm evidenza ta’ żieda fil-kapaċità għall-iżvilupp, is-sorveljar u l-evalwazzjoni tas-sistemi tal-ażil, u filwaqt li l-programm ta’ risistemazzjoni tal-UE mexa ’l quddiem kien biss ta’ kontribut limitat lejn l-istabbiliment, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ risistemazzjoni.

Bl-AMIF sar progress tajjeb rigward l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, fejn fil-biċċa l-kbira ġew prijoritizzati miżuri ta’ integrazzjoni fuq żmien qasir aktar milli miżuri għal perjodu twil, filwaqt li ftit sar progress sa issa fejn tidħol il-migrazzjoni legali, x’aktarx minħabba fatturi kuntestwali. Ir-riżultati ta’ dawn il-miżuri għadhom ma jidhrux, billi l-integrazzjoni hija proċess fit-tul.

L-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ ritorn ġusti, sostenibbli u effettivi ilu żmien objettiv ta’ importanza dejjem tikber fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u minkejja li r-rati kemm tar-ritorn volontarju u kif ukoll dak bil-forza qegħdin jiżdiedu b’mod konsistenti bl-appoġġ tal-Fond, hemm x’juri li l-AMIF għamlet kontribuzzjoni limitata fejn tidħol l-implimentazzjoni effettiva ta’ strateġiji ta’ ritorn.

Is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri ġew imsaħħa prinċipalment permezz ta’ assistenza ta’ emerġenza, mekkaniżmi ta’ rilokazzjoni, kif ukoll permezz ta’ programmi ta’ risistemazzjoni tal-UE. Il-kostatazzjonijiet disponibbli jindikaw li l-programmi nazzjonali għamlu kontributi addizzjonali limitati kemm għat-trasferiment ta’ dawk li qed ifittxu ażil kif ukoll għat-trasferiment tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, meta mqabbla mal-mekkaniżmu ta’ risistemazzjoni.

L-AMIF għamel kontribuzzjonijiet sinifikanti lill-Istati Membri f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-aktar permezz ta’ assistenza ta’ emerġenza, li kienet strument essenzjali fit-tisħiħ tas-solidarjetà. Huwa ffaċilita reazzjoni malajr u mmirata, f'koordinazzjoni u f’sinerġija mal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza 10 .

Għar-rigward tal-effiċjenza, kollox ma’ kollox, fil-limiti tad-data disponibbli, l-evalwazzjoni indikat li r-riżultati tal-Fond inkisbu b’kosti raġonevoli f’termini kemm ta’ riżorsi umani kif ukoll finanzjarji. Għalkemm il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali iddewwem, b’mod ġenerali l-implimentazzjoni tal-Fond tidher li tinsab fit-triq it-tajba, bis-saħħa tal-assistenza ta’ emerġenza li tikkumpensa għan-nuqqas fil-finanzjament u li taqdi l-ħtiġijiet immedjati, megħjuna mill-approċċ flessibbli applikat għall-ġestjoni tagħha. Il-miżuri ta’ ġestjoni u kontroll kienu wkoll adattati u effettivi, b’mekkaniżmi strinġenti biex jiżguraw li l-Fond jiġi implimentat b’mod korrett u biex jiġu eliminati l-frodi u l-irregolaritajiet.

F’dan l-istadju, ftit hemm evidenza ta’ tnaqqis sinifikanti fil-piż amministrattiv, għalkemm l-AMIF wassal għal simplifikazzjoni meta mqabbel mal-passat. Ġew introdotti diversi proċeduri amministrattivi u maniġerjali ġodda, fil-kunsiderazzjoni ta’ lezzjonijiet miksuba mill-fondi preċedenti. Dawn jinkludu l-adozzjoni ta’ linji gwida u għodod dwar regolamentazzjoni aħjar u l-ġabra ta’ indikaturi sabiex jiġi żgurat kejl aktar xierqa ta’ prestazzjoni.

B’mod ġenerali, il-biċċa l-kbira tal-miżuri innovattivi (pereż. l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikati, l-ipprogrammar pluriennali) jitqiesu bħala partikolarment utli mill-benefiċjarji u jidher li wasslu għal simplifikazzjoni. Minkejja titjib fis-simplifikazzjoni, ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali li japplikaw taħt il-programmi nazzjonali jidher li jwasslu għal piż amministrattiv minn moderat sa għoli, u b’hekk tiġi affettwata l-effiċjenza.

Minkejja l-isfidi kollha, l-AMIF għadu relevanti ħafna billi deher bil-provi li huwa suffiċjentement flessibbli, wiesa’ u komprensiv sabiex ikun jista’ jirreaġixxi għal ħtiġijiet differenti, u l-programmi nazzjonali huma konformi mal-ħtiġijiet tal-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri ffaċċjaw ħtiġijiet dejjem jinbidlu matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni u minħabba f’hekk hemm bżonn ta’ flessibbiltà ikbar ta’ kif isiru l-allokazzjonijiet finanzjarji. Il-ħtiġijiet fost l-Istati Membri u l-oqsma differenti (jiġifieri, l-ażil, l-integrazzjoni u r-ritorn), ivarjaw, il-volumi u l-ambitu tagħhom kienu fluwidi, iżda b’mod ġenerali żdiedu. Il-qasam tal-ażil ingħatat prijorità f’ħafna pajjiżi. Minħabba l-kriżi tal-migrazzjoni, l-iskala tal-AMIF spiċċat f’livell differenti għal dak li kien previst fil-bidu, u l-livell oriġinali ta’ finanzjament deher li ma kienx suffiċjenti.

Ittieħdu miżuri matul l-istadji ta’ tfassil, ippjanar u pprogrammar tal-Fond sabiex ikun hemm garanzija li dan ikun koerenti u komplimentari ma’ strumenti finanzjarji oħra tal-UE, u li jkun allinjat magħhom, kif ukoll ma’ strateġiji ta’ politika kruċjali relevanti tal-UE. Matul l-istadju ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni żgurat li l-fondi tal-UE b’għanijiet simili kienu użati b’mod ikkoordinat. Fil-livell nazzjonali, il-maġġoranza kbira tal-Istati Membri żguraw il-koerenza u l-kumplimentarjetà permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, l-aktar fil-forma ta’ kumitati ta’ monitoraġġ li jiġbru l-awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-Fondi.

Madankollu, jidher li hemm lok għal titjib fil-komunikazzjoni fir-rigward tal-koerenza interna fost il-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni differenti tal-AMIF billi xi benefiċjarji ma tantx kienu jafu ħafna dwar l-azzjonijiet u l-proġetti appoġġati fil-qafas tal-AMIF, speċjalment fir-rigward ta’ azzjonijiet tal-Unjoni u l-assistenza ta’ emerġenza. Madankollu, ftit hemm evidenza ta’ inkoerenza, trikkib u duplikazzjonijiet, la internament u lanqas esternament.

B’mod ġenerali l-AMIF iġġenera valur miżjud tal-UE sinifikanti, minkejja d-daqs relattivament żgħir tiegħu meta mqabbel mal-isfidi imposti mill-kriżi li seħħew matul dan il-perjodu. Il-benefiċċju prinċipali fil-livell tal-UE joħroġ mid-dimensjoni transnazzjonali ta’ ċerti azzjonijiet (azzjonijiet tal-Unjoni u n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni) kif ukoll mill-kondiviżjoni tal-piż fil-livell tal-UE, bl-appoġġ b’mod partikolari minn assistenza ta’ emerġenza u l-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni skont programmi nazzjonali, li t-tnejn li huma huma prova li kien applikat il-prinċipju tas-solidarjetà.

L-AMIF kiseb valur miżjud sinifikanti tal-UE fejn jidħlu:

(i)    l-iżgurar ta’ ġestjoni effettiva u effiċjenti ta’ flussi migratorji fil-livell tal-UE (effetti ta’ volum);

(ii)    proċeduri mtejba marbuta mal-ġestjoni tal-migrazzjoni u għarfien u kapaċità akbar (effetti ta’ proċess);

(iii)    il-possibbiltà li l-Istati Membri jilħqu aktar migranti, persuni li qegħdin ifittxu ażil, refuġjati u ċittadini ta’ pajjiżi terzi (effetti ta’ ambitu); kif ukoll

(iv)    innovazzjonijiet iġġenerati fil-livell nazzjonali u Ewropew permezz tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet (effetti ta’ rwol).

In-nuqqas ta’ finanzjament mill-AMIF kien ikun ta’ dannu għall-kwalità tar-rispons tal-UE għall-kriżi tal-migrazzjoni u l-abilità tal-Istati Membri li jikkooperaw u jimplimentaw soluzzjonijiet. Kieku kellu jkun hemm interruzzjoni tal-appoġġ x’aktarx li jkun hemm konsegwenzi negattivi sinifikanti u dan ikun iwassal għal tnaqqis fl-ambitu u l-kwalità tal-azzjonijiet implimentati, kif ukoll għal implimentazzjoni mdewma, jew anki sospiża, tal-azzjonijiet, inkluż fejn tidħol l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-solidarjetà, il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-fiduċja reċiproka.

Is-sostenibbiltà ġiet ikkunsidrata bir-reqqa mill-AMIF permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti matul l-istadji ta’ programmar u ta’ implimentazzjoni madwar il-biċċa l-kbira tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, għalkemm f’livell anqas fil-kuntest ta’ assistenza ta’ emerġenza (minħabba n-natura tal-azzjonijiet). Irid jittieħed kont akbar tal-kriterji ta’ sostenibbiltà fit-tfassil tal-interventi AMIF.

Is-sostenibbiltà tal-effetti tal-azzjonijiet (effetti li jibqgħu wara li jkun spiċċa l-intervent) u s-sostenibbiltà finanzjarja (azzjonijiet li jistgħu jkomplu wara li jintemm il-finanzjament tal-AMIF) jvarjaw bejn id-diversi mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, Stati Membri u objettivi speċifiċi, u jiddependi fuq l-adozzjoni ta’ approċċ olistiku. Is-sostenibbiltà tal-effetti fuq gruppi fil-mira x’aktarx li tvarja skont l-oqsma ta’ prijorità – ir-riżultati fejn jidħlu l-integrazzjoni u l-ażil x’aktarx li jkunu aktar dejjiema jekk ikunu jindirizzaw ħtiġijiet għat-tul, filwaqt li r-riżultati fejn jidħu r-ritorni jkunu aktar sostenibbli jekk ikunu bbażati fuq skemi ta’ ritorn volontarju u jkunu appoġġati minn sforzi ta’ riintegrazzjoni.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Saru żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa bejn l-10 ta’ Jannar 2018 u d-9 ta’ Marzu 2018 dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni u tas-sigurtà. B’mod ġenerali, dawk li wieġbu emfasizzaw il-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni fit-twettiq ta’ strumenti finanzjarji tal-affarijiet interni, flessibbiltà akbar (b’mod speċifiku fir-rigward tal-abilità ta’ reazzjoni għal kriżijiet marbuta mal-migrazzjoni u s-sigurtà), u għal aktar finanzjament u appoġġ f’oqsma b’kondiviżjoni qawwija tar-responsabbiltà (l-ażil u l-ġestjoni tal-fruntieri) u / jew livell għoli ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll kooperazzjoni ma’ Aġenziji tal-Affarijiet Interni. Dawk li wieġbu ppreżentaw l-argument li tali miżuri jistgħu jtejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-istrumenti ta’ finanzjament u l-valur miżjud tal-UE. Dawk involuti semmew ukoll il-ħtieġa li jkun hemm ingranaġġ akbar fejn jidħlu l-affarijiet interni f’pajjiżi terzi.

L-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-qafas tal-Kumitat AMIF-ISF. L-Istati Membri pprovdew kontribut dwar il-prijoritajiet ewlenin ta’ finanzjament, il-problemi u l-arkitettura tal-fondi, u l-modi ta’ twettiq. Ġew ukoll ikkonsultati partijiet interessati ewlenin, u benefiċjarji oħra ta’ finanzjament tal-AMIF u tal-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta, bħal ma huma organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili, kif ukoll aġenziji tal-affarijiet interni.

Il-partijiet interessati qablu li biex jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-UE, jenħtieġ li l-infiq tal-UE jkun jirrifletti l-prijoritajiet u l-impenji politiċi fil-livell tal-UE u għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-acquis tal-affarijiet interni tal-UE. Huma appellaw għad-disponibbiltà ta’ finanzjament suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jiġu affaċċati sfidi attwali u emerġenti ġodda. Jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll finanzjament suffiċjenti għall-aġenziji tal-affarijiet interni, f’konformità mal-attivitajiet tagħhom, li dejjem qegħdin jiżdiedu. Il-partijiet interessati qablu dwar il-ħtieġa li fl-istruttura tal-Fondi tiġi inkorporata aktar flessibbiltà. Huma sabu li, bil-għan li tinżamm biżżejjed flessibbiltà biex jista’ jkun hemm reazzjoni għal ċirkostanzi li qegħdin jinbidlu, jenħtieġ li l-programmi pluriennali jinżammu. L-organizzazzjonijiet mhux governattivi kienu tal-fehma li jenħtieġ li l-ġestjoni diretta titkompla wkoll.

Il-konsultazzjonijiet ikkonfermaw li jeżisti kunsens fost il-partijiet interessati ewlenin dwar il-ħtieġa ta’ ambitu usa’ ta’ azzjoni għall-finanzjament tal-UE, inkluż fir-rigward tad-dimensjoni esterna tagħha, sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-politiki tal-affarijiet interni, ta’ aktar simplifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ twettiq u ta’ flessibbiltà akbar, b’mod partikolari għar-reazzjoni għall-emerġenzi.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Il-ħidma fuq il-preparazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-ġejjieni għall-Affarijiet Interni bdiet fl-2016 u kompliet fl-2017 u fl-2018. Bħala parti minn din il-ħidma, sar studju tal-QFP fl-2017 u l-2018 biex jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt imnedija f’Settembru 2017. Dawn l-istudji ġabru flimkien riżultati disponibbli minn evalwazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji eżistenti, kif ukoll minn konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati, u esploraw il-problemi, l-objettivi u l-għażliet ta’ politika, inkluż dwar l-impatt probabbli tagħhom, kif ġew eżaminati fil-valutazzjoni tal-impatt.

Valutazzjoni tal-impatt

Saret valutazzjoni tal-impatt dwar il-proposta. Il-valutazzjoni tal-impatt kopriet dan li ġej: il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, li hu magħmul mill-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi, u l-Istrument għat-Tagħmir tal-Kontroll Doganali. L-iskeda tas-sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt u l-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jinsabu fuq is-sit web li ġej: http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia .

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt tanalizza opzjonijiet differenti ta’ politika f’termini ta’ kif għandu jiġi pprovdut il-finanzjament bl-indirizzar ta’ kwistjonijiet bħal ma huma l-koerenza u l-kumplimentaritajiet ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE, id-dimensjoni esterna tal-finanzjament tal-migrazzjoni u s-sigurtà, il-flessibbiltà f’ambjent finanzjarju stabbli (inkluża l-faċilità tematika), il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni (ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta), il-possibbiltà ta’ provvediment ta’ assistenza ta’ emerġenza kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ rieżami ta’ nofs il-perjodu. L-opzjoni preferuta hija taħlita ta’ opzjonijiet li jibnu fuq ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex post tal-Fondi preċedenti (perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013) u tal-evalwazzjoni interim tal-Fondi preżenti (perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020).

Il-valutazzjoni tal-impatt tindirizza r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. It-tabella ta’ hawn taħt tfisser il-kunsiderazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin għal titjib li saru għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, l-Istrument tal-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (bħala parti mill-Fond Integrat għall-Ġestjoni tal-Fruntieri) u l-Fond għas-Sigurtà Interna u kif ġie emendat ir-rapport dwar l-evalwazzjoni tal-impatt sabiex ikun jirriflettihom.

Kunsiderazzjonijiet ewlenin tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

Modifiki fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapport ma jispjegax kif iż-żieda fil-kompetenza tal-UE f’dawn l-oqsma (tal-affarijiet interni) u t-tkabbir tal-irwol tal-aġenziji se jaffettwaw s-sistema globali.

Il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża (bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri) u l-Fond għas-Sigurtà Interna, ir-rapport ġie rivedut biex jispjega kif l-estensjoni tal-kompetenza tal-UE u r-rwol akbar tal-Aġenziji jaffettwa r-rwoli tal-Fondi rispettivi (it-Taqsima 3.2). Billi għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta’ migrazzjoni tal-Unjoni u l-politiki ta’ sigurtà, l-Aġenziji tal-Affarijiet Interni se jkollhom rwol importanti matul il-fażi ta’ programmazzjoni tal-programmi nazzjonali filwaqt li l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom se jikkontribwixxu għar-rieżami ta’ nofs it-terminu. Mandat imkabbar tal-Aġenziji ma jkollux bħala għan li jissostitwixxi l-kompiti attwali mwettqa mill-Istati Membri iżda pjuttost li jtejjeb u jaġġorna l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-qasam tal-migrazzjoni, tal-ġestjoni tal-fruntieri u tas-sigurtà.

Aktar kunsiderazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet għal titjib

Modifiki fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt

(1) Jenħtieġ li r-rapport jippreżenta t-tibdiliet ewlenin fl-istruttura tal-programm u l-prijoritajiet meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rapport jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm, jiġifieri l-komplimentarjetà tiegħu ma’ strumenti esterni.

Ir-rapport ġie rivedut biex jippreżenta l-bidliet ewlenin fl-istruttura tal-programm meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (it-Taqsima 3.2) u biex jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-komponent estern u l-komplementarjetà tiegħu mal-istrumenti esterni (it-Taqsima 3.3). L-objettivi tal-Fondi huma bbażati fuq l-ambitu tal-predeċessuri tagħhom li, b’mod ġenerali, kienu kkunsidrati bħala wiesa’ biżżejjed biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE, li jipprovdu valur miżjud tal-UE. L-adattamenti għal prijoritajiet u l-azzjonijiet jirriflettu l-iżviluppi tal-politika u l-ħtieġa ta’ sinerġiji ma’ fondi oħra tal-UE. L-interventi fid-dimensjoni esterna se jitfasslu u jiġu implimentati f’koerenza mal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-UE, b’mod partikolari l-Istrument estern tal-UE.

(2) Jenħtieġ li r-rapport jispjega wkoll kif l-estensjoni tal-kompetenza tal-UE u rwol akbar għal aġenziji jaffettwa r-rwoli tal-programmi rispettivi. Dan iżid il-ħtieġa għal azzjonijiet fuq livell nazzjonali, għad-delega lill-aġenziji, jew it-tnaqqis ta’ prijorità ta’ xi interventi?

Ara l-modifiki li saru lir-rapport li jakkomodaw il-kunsiderazzjoni ewlenija mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ppreżentat aktar ’il fuq.

(3) Il-Bord jifhem li l-mekkaniżmu l-ġdid għal riżervi ta’ prestazzjoni kien għadu qiegħed jiġi żviluppat meta kien qiegħed jabbozza r-rapport. Madankollu, jenħtieġ li l-verżjoni finali tiegħu taġġorna u tiċċara l-mekkaniżmu magħżul u tiġġustifikah fid-dawl tal-esperjenza minn fondi oħra tal-UE (kif spjegat oralment lill-Bord).

Ir-rapport ġie rivedut biex jiġi aġġornat u ċċarat il-mekkaniżmu preferut, billi jiġu meqjusa l-esperjenza minn Fondi oħra tal-UE u żviluppi fil-qafas tat-tħejjija tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni futur għal ġestjoni kondiviża (it-Taqsima 4.1.4). L-ebda riżerva ta’ prestazzjoni apposta mhija ppreżentata fl-opzjoni preferuta. Livell minimu ta' implimentazzjoni finanzjarja huwa inkluż għall-allokazzjoni tal-finanzjament aġġuntiv fl-aġġustament tekniku f’nofs it-terminu filwaqt li l-elementi tal-prestazzjoni se jiġu kkunsidrati meta jkunu qegħdin jiġu pprovduti fondi addizzjonali permezz tal-faċilità tematika.

(4) Jenħtieġ li r-rapport jiċċara kif il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ emerġenza se jiffunzjona fil-pakketti ta’ kull wieħed mit-tliet fondi għall-migrazzjoni u s-sigurtà, u jenħtieġ li l-użu ta’ assistenza ta’ emerġenza jkun limitat minħabba l-flessibbiltà l-ġdida pprovduta mill-faċilità tematika. Jenħtieġ li jispjega l-vantaġġ ta’ dan il-mekkaniżmu fuq finanzjament ta’ emerġenza fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti.

Ir-rapport ġie rivedut biex jipprovdi kjarifiki dwar kif se jiffunzjona l-mekkaniżmu l-ġdid ta’ emerġenza (it-Taqsima 4.1.3). Jenħtieġ li l-assistenza ta’ emerġenza pprovduta permezz tal-Fondi tkun komplementari għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (fil-livell tal-baġit tal-UE) u tintuża f’sitwazzjonijiet definiti b’mod ċar. Minħabba l-flessibbiltà inkorporata fil-faċilità tematika, l-użu ta’ assistenza ta’ emerġenza huwa mistenni li jkun aktar limitat milli fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali. L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tiġi implimentata permezz ta’ ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta.

(5) L-arranġamenti ta’ monitoraġġ mhumiex żviluppati sew. Jenħtieġ li r-rapport jiċċara kif is-suċċess tal-programmi se jiġu definiti u mkejla.

Ir-rapport ġie rivedut (it-Taqsima 5.1) biex jippreżenta il-kejl tas-suċċess tal-programmi. Dan se jkun ibbażat fuq l-objettivi stabbiliti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li għandu jintlaħaq qbil dwarhom fil-programmi nazzjonali, u l-kejl sussegwenti ta’ kisbiet fil-konfront ta’ dawn l-objettivi, permezz ta’ indikaturi tal-output u tar-riżultat inklużi fil-proposti legali. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għal ġestjoni kondiviża huma stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

   Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (komuni f’diversi oqsma ta’ politika tal-ġestjoni kondiviża) se jiżgura simplifikazzjoni tal-Fond permezz tal-użu ta’ regoli komuni, monitoraġġ, kontroll u awditjar għall-implimentazzjoni ta’ programmi, inkluż permezz ta’ użu aħjar tal-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikati. L-approċċ tal-awditjar se jkun issimplifikat biex jiffoka aktar fuq kampjunar għall-awditjar ibbażat fuq ir-riskju,u biex ikun segwit il-prinċipju ta’ “awditu uniku” sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

Se tinkiseb aktar simplifikazzjoni fuq il-bażi tal-ġestjoni diretta permezz tal-użu tal-għodod komuni tal-IT użati madwar il-Kummissjoni kollha (sistema ta’ ġestjoni e-Grants).

Drittijiet fundamentali

L-appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni huwa indispensabbli għat-twettiq tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm regoli u proċeduri komuni meta jirċievu persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, permezz tal-promozzjoni ta’ aktar mezzi legali għall-migranti, bl-appoġġ għall-integrazzjoni ta’ ċittadini li mhumiex mill-UE u billi jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari permezz ta’ politika sostenibbli ta’ ritorn u ta’ riammissjoni. Dawn l-objettivi se jiġu segwiti f’konformità sħiħa mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali. Dan se jkun sorveljat mill-qrib waqt l-implimentazzjoni tal-Fond.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju pluriennali jinkludi EUR 10 415 000 000 (fi prezzijiet attwali) għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u ta’ EUR 865 000 000 (fi prezzijiet kurrenti) għall-aġenziji deċentralizzati rilevanti għall-perjodu 2021-2027.

L-implimentazzjoni se issir permezz ta’ ġestjoni kondiviża jew ġestjoni diretta / indiretta. Ir-riżorsi globali se jiġu allokati kif ġej: 60 % għall-programmi tal-Istati Membri implimentati b'ġestjoni kondiviża; u 40 % għal faċilità tematika, għal azzjonijiet speċifiċi fuq livell nazzjonali jew transnazzjonali, azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza għal risistemazzjoni ta’ emerġenza, sforzi ta’ solidarjetà u responsabbiltà u n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. Il-pakkett ta’ faċilità tematika se jintuża’ ukoll għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-għoti tal-fondi huwa implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża mill-Istati Membri u l-ġestjoni diretta / indiretta mill-Kummissjoni.

Il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni se jiġi mtejjeb, inkluż permezz ta’ metodoloġija aħjar għal intraċċar ta’ investimenti fil-fondi rilevanti kollha tal-UE, sabiex jistimula prestazzjoni f’waqtha u biex jiġi żgurat li l-evalwazzjonijiet ikunu jistgħu jipprovdu kontribut effettiv għal kull reviżjoni futura ta’ interventi ta’ politika. Dan se jsir permezz ta’ indikaturi aħjar, kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-imsieħba rilevanti u permezz ta’ mekkaniżmu li jinċentivizza l-prestazzjoni. Se jitwettqu evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni retrospettiva mill-Kummissjoni. Dawn l-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-13 ta’ April 2016 11 , fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni u politika eżistenti għandhom jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ opzjonijiet għal aktar azzjoni. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-Fond fil-post ibbażati fuq indikaturi u miri u fuq analiżi dettaljata tal-grad safejn il-Fond jista’ jiitqies bħala rilevanti, effettiv, effiċjenti u jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħrajn tal-UE. Se jinkludu lezzjonijiet miksuba għall-identifikazzjoni ta’ kull nuqqas / problema jew kull potenzjal sabiex ikomplu jittejbu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jgħinu jimmassimizzaw l-impatt tagħhom.

L-Istati Membri b'ġestjoni kondiviża huma mistennija li wkoll jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom regolarment u biex jagħtu rapport finali dwar il-prestazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Kapitolu I — Dispożizzjonijiet ġenerali tar-regolament propost jistabbilixxi l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet ewlenin tiegħu. Dan jirrikjedi li l-azzjonijiet kollha appoġġati skont ir-Regolament jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. Dan jistabbilixxi wkoll l-objettivi tar-Regolament. Il-kamp ta’ applikazzjoni propost ta’ dawn l-artikoli fil-biċċa l-kbira jibni fuq ir-Regolament attwali AMIF (asylum, migration and integration fund), filwaqt li jitqiesu żviluppi ġodda ta’ politika, bħall-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, u l-ħtieġa li tingħata risposta rapida għall-isfidi tal-migrazzjoni li qegħdin jevolvu kemm fl-UE kif ukoll f’kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħra.

Il-Kapitolu II — Dispożizzjonijiet finanzjarji u qafas ta’ implimentazzjoni jistipula l-prinċipji ġenerali għall-appoġġ mogħti skont ir-Regolament u jindika l-importanza tal-konsistenza u tal-kumplementarjetà mal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE rilevanti. Dan il-kapitolu jistipula l-modalitajiet ta’ twettiq għall-azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament: ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta It-taħlita ta’ modalitajiet proposta ta’ twettiq hija bbażata fuq l-esperjenza pożittiva b’ din il-kombinazzjoni fl-implimentazzjoni tal-istrument ta’ finanzjament attwali.

L-ewwel taqsima ta’ dan il-kapitolu jistipula l-qafas finanzjarju. Il-proposta tindika ammont għall-pakkett finanzjarju globali għall-Fond u l-użu tiegħu permezz ta’ diversi arranġamenti ta’ implimentazzjoni.

It-tieni, it-tielet u r-raba’ taqsimiet jiddeskrivu l-qafas ta’ implimentazzjoni għall-Fond permezz tal-mod ta’ implimentazzjoni, bħal ma huma programmi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Din tagħti dettalji tal-arranġamenti għar-rieżami ta’ nofs it-terminu u għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza, assistenza teknika, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u appoġġ operattiv.

L-aħħar taqsima tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar ir-rapporti ta’ prestazzjoni mill-Istati Membri, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Il-Kapitolu III — Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali fih dispożizzjonijiet dwar id-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati, u dwar il-proċedura tal-Kumitat. Dan ikopri wkoll l-applikabbiltà tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għar-Regolament propost, jipproponi t-tħassir tal-istrument ta’ finanzjament ta’ qabel u jistipula għadd ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji. Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost hija stabbilita u huwa stipulat li r-Regolament se jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati mill-1 ta’ Jannar 2021.

2018/0248 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) u l-Artikolu 79(2) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 12 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 13 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Fil-kuntest tal-isfidi migratorji li qegħdin jevolvu, li huma kkaratterizzat mill-bżonn li jingħata sostenn biex ikun hemm sistemi qawwija ta’ akkoljenza, ta’ ażil, ta’ integrazzjoni u ta’ migrazzjoni tal-Istati Membri, biex ma jitħallewx li jinqalgħu sitwazzjoni ta’ pressjoni, u meta jinqalgħu, biex jiġu ġestiti b’mod xieraq, u sabiex il-wasliet irregolari u perikolużi jiġu sostitwiti b’rotot legali u bla perikli, l-investiment fil-ġestjoni effiċjenti u koordinata fl-Unjoni huwa ċentrali għat-twettiq tal-objettiv tal-Unjoni li tikkostitwixxi żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(2)L-importanza ta’ approċċ ikkoordinat mill-Unjoni u l-Istati Membri hija riflessa fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni ta’ Mejju 2015, li enfasizzat il-ħtieġa għal politika komuni ċara u konsistenti biex terġa’ tinbena l-fiduċja fil-kapaċità tal-Unjoni li nlaqqgħu l-isforzi Ewropej u dawk nazzjonali biex nindirizzaw il-migrazzjoni u naħdmu flimkien b’mod effettiv, skont il-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, u ġie kkonfermat f’nofs it-term tagħha ta’ Settembru 2017 u r-rapport ta’ progress ta’ Marzu u Mejju 2018.

(3)Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-19 ta’ Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi segwit approċċ komprensiv, prammatiku u determinat fil-ġestjoni tal-migrazzjoni li jkollha l-għan li terġa’ tistabbilixxi l-kontroll tal-fruntieri esterni u jitnaqqas l-għadd ta’ wasliet irregolari u tal-imwiet fuq il-baħar, u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-użu flessibbli u koordinat tal-istrumenti kollha disponibbli tal-Unjoni u tal-Istat Membru. Il-Kunsill Ewropew talab ukoll biex jiġu żgurati prospetti mtejba b’mod sinifikanti permezz ta’ azzjonijiet kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, bħalma huma ftehimiet u arranġamenti ta’ riammissjoni.

(4)Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi biex jiġi żgurat approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni bbażata fuq il-fiduċja reċiproka, is-solidarjetà u l-qsim tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bl-għan li tiġi żgurata politika komuni sostenibbli dwar l-ażil u l-immigrazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu appoġġati b’riżorsi finanzjarji adegwati fil-forma tal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (minn hawn ’il quddiem riferut bħala “il-Fond”).

(5)Jenħtieġ li l-Fond jiġi implimentat f’konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali.

(6)Jenħtieġ li l-Fond jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti miksuba bl-appoġġ tal-fondi predeċessuri tiegħu: il-Fond Ewropew għar-Refuġjati stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 573/2007/KE  tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE, il-Fond Ewropew għar-Ritorn stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020, kif stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fl-istess ħin, jenħtieġ li dan jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi ġodda kollha rilevanti.

(7)Jenħtieġ li l-Fond isostni l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta’ migrazzjoni billi, fost affarijiet oħra, jippromwovi miżuri komuni fil-qasam tal-ażil, inklużi l-isforzi tal-Istati Membri fl-akkoljenza ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali permezz tar-risistemazzjoni u t-trasferiment ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-benefiċjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, u li tappoġġa strateġiji ta’ integrazzjoni kif ukoll politika aktar effettiva dwar il-migrazzjoni legali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-futur tal-mudell soċjali tagħha u jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari permezz ta’ politika sostenibbli ta’ ritorn u ta’ riammissjoni. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa t-tisħiħ ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi biex isaħħaħ il-ġestjoni ta’ flussi ta’ persuni li japplikaw għall-ażil u forom oħra ta’ protezzjoni internazzjonali, rimedji għal migrazzjoni legali u biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali u tiġi żgurata sostenibbiltà ta’ ritorn u riammissjoni effettiva lejn pajjiżi terzi.

(8)Il-kriżi tal-migrazzjoni enfasizzat il-ħtieġa li tiġi riformata s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil sabiex jiġu żgurati proċeduri effiċjenti ta’ ażil biex jiġu evitati movimenti sekondarji, biex jiġu pprovduti uniformi u kundizzjonijiet xierqa ta’ akkoljenza għall-applikanti ta’ protezzjoni internazzjonali, standards uniformi għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u drittijiet u benefiċċji xierqa għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Fl-istess ħin, kien hemm bżonn ta’ riforma biex tiddaħħal fis-seħħ sistema aktar ġusta u aktar effettiva biex tiġi stabbilità r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-applikanti ta’ protezzjoni internazzjonali kif ukoll qafas tal-Unjoni għall-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, huwa xieraq li l-Fond jipprovdi aktar appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u kif jixraq is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata.

(9)Jenħtieġ li l-Fond jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA - European Union Agency for Asylum) stabbilità bir-Regolament (UE) Nru.../.. [Regolament EUAA] 14 bil-għan li jiffaċilita u jtejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, billi jikkoordina u jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta’ uniformità fuq il-bażi ta’ protezzjoni għolja fir-rigward tal-proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, b’mod li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, jiffaċilita l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, jappoġġa l-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-Istati Membri u jipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, b’mod partikolari dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

(10)Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi mill-Unjoni u l-Istati Membri dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil fid-dawl tal-obbligi tagħhom skont il-liġi eżistenti tal-Unjoni.

(11)Is-soċjetajiet u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi huma komponent essenzjali tal-politika tal-Unjoni dwar l-ażil biex tiġi żgurata l-ġestjoni adegwata ta’ flussi ta’ persuni li japplikaw għall-ażil jew forom oħra ta’ protezzjoni internazzjonali. Bil-għan li l-wasliet mimlija perikoli, u irregolari, jiġu sostitwiti b’wasliet legali u bla perikoli fit-territorju tal-Istati Membri ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni apolidi fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, li tintwera solidarjetà ma’ pajjiżi f’reġjuni li lejhom, jew fi ħdanhom, numru kbir ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jkunu ġew spustjati, billi tingħata għajnuna biex tittaffa l-pressjoni fuq dawn il-pajjiżi, li tingħata għajnuna fil-kisba tal-objettivi ta’ politika ta’ migrazzjoni tal-Unjoni biż-żieda tal-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta’ pajjiżi terzi, u biex jingħata kontribut effettiv għal inizjattivi dinjija ta’ risistemazzjoni permezz ta’ vuċi waħda f’fora internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi inċentivi finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja].

(12)Meta wieħed jikkunsidra l-livelli għoli tal-flussi migratorji lejn l-Unjoni fl-aħħar snin u l-importanza li tiġi żgurata l-koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna, huwa kruċjali li jiġu appoġġati l-politiki tal-Istati Membri għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment, inkluż fl-oqsma ta’ prijorità identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi adottat mill-Kummissjoni fl-2016.

(13)Sabiex tiżdied l-effiċjenza, jinkiseb l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u tiġi żgurata l-konsistenza tar-rispons tal-Unjoni biex titrawwem l-integrazzjoni tal-barranin, l-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond jenħtieġ li jkunu speċifiċi u kumplimentari għall-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Il-miżuri ffinanzjati skont dan il-Fond jenħtieġ li jappoġġaw miżuri mfassla apposta għall-bżonnijiet ta’ ċittadini ta' pajjiż terz li huma ġeneralment implementati fl-istadju bikri ta’ integrazzjoni, u azzjonijiet orizzontali li jappoġġaw il-kapaċitajiet ta’ Stati Membri fil-qasam ta’ integrazzjoni, filwaqt li l-interventi għal ċittadini ta' pajjiż terz b’impatt fuq perjodu itwal jenħtieġ li jiġu ffinanzjati skont il-FEŻR u l-FSE+.

(14)F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fond jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jikkooperaw u li jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni mal-awtoritajiet identifikati mill-Istati Membri bl-għan tal-ġestjoni tal-interventi tal-FSE+ u tal-FEŻR u kull fejn meħtieġ mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ fondi oħra tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-barranin.

(15)L-implimentazzjoni tal-Fond f’dan il-qasam jenħtieġ li tkun konsistenti mal-prinċipji bażiċi komuni tal-Unjoni dwar l-integrazzjoni, kif speċifikat fil-programm komuni għall-integrazzjoni.

(16)Huwa xieraq li dawk l-Istati Membri li jixtiequ dan li jitħallew jipprevedu fil-programmi tagħhom li l-azzjonijiet ta' integrazzjoni jistgħu jinkludu membri immedjati tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiż terz, safejn dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta' tali azzjonijiet. It-terminu "membru immedjat tal-familja" jenħtieġ li jinftiehem li jfisser il-konjuġi, is-sieħeb jew is-sieħba, u kull persuna li għandha rabtiet familjari diretti fil-linja dixxendentali jew axxendentali maċ-ċittadin ta' pajjiż terz li huwa fil-mira tal-azzjonijiet ta' integrazzjoni u li ma jkunx kopert b'mod ieħor mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond.

(17)Filwaqt li jiġi meqjus ir-rwol kruċjali li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam ta’ integrazzjoni u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ta’ dawn l-entitajiet għall-finanzjament fil-livell tal-Unjoni, il-Fond jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fil-qasam ta’ integrazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-użu tal-faċilità tematika u permezz ta’ rata ta' kofinanzjament ogħla għal dawn l-azzjonijiet.

(18)Meta wieħed iqis l-isfidi ekonomiċi u demografiċi fit-tul li qiegħda taffaċċa l-Unjoni, huwa kruċjali li jiġu stabbiliti kanali ta’ migrazzjoni legali lejn l-Unjoni li jiffunzjonaw sew bħala destinazzjoni attraenti għall-migranti u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u t-tkabbir tal-ekonomija tal-Unjoni.

(19)Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fit-twaqqif ta’ strateġiji għall-organizzazzjoni ta’ migrazzjoni legali, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri kollha tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni għal ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu qegħdin jissoġġornu b’mod illegali, inklużi l-istrumenti legali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni, l-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni u l-livelli ta’ governanza, u bejn l-Istati Membri.

(20)Politika effiċjenti dwar ir-ritorn hija parti integrali tal-approċċ komprensiv tal-migrazzjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi mill-Istati Membri bil-ħsieb ta’ implimentazzjoni effettiva u żvilupp ulterjuri ta’ standards komuni dwar ir-ritorn, b’mod partikolari kif stabbilit fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), u ta’ approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn. Għal politiki ta’ ritorn sostenibbli, il-Fond jenħtieġ ukoll li jappoġġa miżuri relatati f’pajjiżi terzi, bħalma huma r-riintegrazzjoni ta’ persuni rimpatrijati.

(21)Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preferenza għar-ritorn volontarju. Sabiex jiġi promoss ir-ritorn volontarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw inċentivi bħal trattament preferenzjali fil-forma ta’ għajnuna mtejba għar-ritorn. Dan it-tip ta’ ritorn volontarju huwa fl-interessi kemm tal-persuni rimpatrijati kif ukoll tal-awtoritajiet f'termini tal-kosteffettività tiegħu.

(22)Madankollu, ir-ritorni volontarji u infurzati huma interkonnessi, b’effett ta' rinfurzar reċiproku u, għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex isaħħu l-kumplimentaritajiet bejn dawn iż-żewġ forom ta’ ritorn. Il-possibbiltà ta’ tneħħijiet hija element importanti li jikkontribwixxi għall-integrità tas-sistemi tal-ażil u tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-Istati Membri li jiffaċilitaw u jwettqu tneħħijiet f'konformità mal-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-persuni rimpatrijati.

(23)Il-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ għal dawk li jirritornaw fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta’ ritorn jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tar-ritorn u r-riintegrazzjoni tagħhom.

(24)Il-ftehimiet ta’ riammissjoni u arranġamenti oħra huma komponent integrali tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni u għodda ċentrali għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji billi jiffaċilitaw ir-ritorn ta’ malajr ta’ migranti irregolari. Dawk il-ftehimiet huma element importanti fil-qafas tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi tal-oriġini u t-tranżitu ta’ migranti irregolari u l-implimentazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun appoġġat fl-interess ta' politiki ta’ ritorn effettivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(25)Minbarra l-appoġġ għar-ritorn ta’ persuni kif previst f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali, jiġu indirizzati l-inċentivi għall-migrazzjoni illegali jew l-evitar ta’ regoli eżistenti dwar l-immigrazzjoni legali, biex b’hekk tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri.

(26)L-impjieg ta’ migranti irregolari toħloq fattur ta’ ġibda għall-migrazzjoni illegali u ddgħajjef l-iżvilupp ta’ politika dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol mibnija fuq l-iskemi tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 li tipprojbixxi l-impjieg ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali u tipprovdi għal sanzjonijiet kontra l-impjegaturi li jiksru dik il-projbizzjoni.

(27)Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar assistenza, appoġġ u protezzjoni ta’ vittmi ta’ traffikar ta' bnedmin.

(28)Jenħtieġ li l-Fond jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa fil-kamp tar-ritorn mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilità bir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , biex b’hekk jikkontribwixxi għall-Ġestjoni Ewropea Integrata tal-Fruntieri effiċjenti, kif definit fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

(29)Jenħtieġ li s-sinerġiji, il-konsistenza u l-effiċjenza jiġu mfittxija ma’ fondi oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li l-koinċidenza bejn l-azzjonijiet tiġi evitata.

(30)Jenħtieġ li l-miżuri f'rabta ma’ pajjiżi terzi li huma appoġġati permezz tal-Fond ikunu jikkumplimentaw azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz tal-istrumenti esterni ta’ finanzjament tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, jenħtieġ li l-Fond jimmira li jsostni t-titjib tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u t-tisħiħ tal-aspetti ewlenin ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni ta’ interess tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni.

(31)Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjoni li Istati Membri jieħdu waħedhom. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju pprovdut skont dan ir-Regolament jikkontribwixxi, b'mod partikolari, biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni fl-oqsma tal-ażil u tal-migrazzjoni.

(32)Stat Membru jista’ jitqies bħala mhux konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti, inkluż dwar l-użu ta’ sostenn operattiv skont dan il-Fond, jekk ikun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati fil-qasam tal-ażil u tar-ritorn, jekk hemm riskju ċar ta’ ksur serju mill-Istat Membru tal-valuri tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-acquis dwar l-ażil u r-ritorn jew jekk rapport ta’ evalwazzjoni skont Schengen jew l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-evalwazzjoni tal-Ażil u l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ identifika nuqqasijiet fil-qasam rilevanti.

(33)Jenħtieġ li l-Fond jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta’ politika u l-objettivi speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament.

(34)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali lill-Istati Membri li jikkonsistu f’ammont fiss u ammont ikkalkulat fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti fl-Anness I, li jirriflettu l-ħtiġijiet u l-pressjoni esperjenzata minn Stati Membri differenti fl-oqsma tal-ażil, l-integrazzjoni u r-ritorn.

(35)Jenħtieġ li dawn l-ammonti inizjali jifformaw bażi għall-investimenti ta' terminu twil tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont ta’ bidliet fil-flussi migratorji u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fil-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu qegħdin f’soġġorn legali, u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali permezz ta’ politika ta’ ritorn effiċjenti u sostenibbli, jenħtieġ li ammont addizzjonali jiġi allokat lill-Istati Membri f’nofs it-terminu filwaqt li jitqiesu r-rati ta’ assorbiment. Jenħtieġ li dan l-ammont ikun ibbażat fuq id-data tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli kif stabbilita fl-Anness I sabiex jirrifletti l-bidliet fix-xenarju ta' referenza tal-Istati Membri.

(36)Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv ta’ politika tal-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi tagħhom jinkludu azzjonijiet li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi ta' dan ir-Regolament, u li l-prijoritajiet magħżula huma konformi mal-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II u li l-allokazzjoni ta' riżorsi bejn l-objettivi tiżgura li l-objettiv ta’ politika ġenerali jista’ jintlaħaq.

(37)Billi l-isfidi fil-qasam tal-migrazzjoni qegħdin jevolvu b’mod kontinwu, hemm ħtieġa li tiġi adattata l-allokazzjoni ta’ finanzjament għall-bidliet fil-flussi migratorji. Biex twieġeb għal ħtiġijiet pressanti u bidliet fil-politika u l-prijoritajiet tal-Unjoni, u biex ikun hemm finanzjament għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud tal-Unjoni, parti mill-finanzjament se tiġi allokata għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza, risistemazzjoni u biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ solidarjetà u responsabbiltà permezz ta’ faċilità tematika.

(38)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu inkoraġġuti sabiex jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom għall-finanzjament tal-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV billi jibbenefikaw minn livell ogħla ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni.

(39)Parti mir-riżorsi disponibbli skont il-Fond tista’ ukoll tiġi allokata għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi barra mill-allokazzjoni inizjali. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jkunu identifikati fil-livell tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkonċernaw azzjonijiet li jeħtieġu sforz kooperattiv jew azzjonijiet neċessarji biex jiġu indirizzati l-iżviluppi fl-Unjoni li jeħtieġu finanzjament addizzjonali li għandu jkun disponibbli għal Stat Membru wieħed jew aktar.

(40)Jenħtieġ li l-Fond jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-ażil u mar-ritorn u jippermetti li l-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għal dak is-servizz għall-Unjoni fl-intier tagħha. It-tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ spejjeż speċifiċi relatati mal-objettivi skont il-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.

(41)Biex jikkumplimenta l-implimentazzjoni tal-objettiv ta’ politika ta’ dan il-Fond fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tali azzjonijiet iservu objettivi strateġiċi globali fl-ambitu tal-intervent tal-Fond dwar l-analiżi u l-innovazzjoni politika, it-tagħlim reċiproku u s-soċjetajiet transnazzjonali u l-ittestjar ta’ inizjattivi u azzjonijiet ġodda madwar l-Unjoni.

(42)Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza minnufih pressjoni migratorja qawwija mhux prevista jew disproporzjonali fi Stat Membru wieħed jew aktar ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta' pajjiż terz, li tpoġġi piżijiet sinifikanti u eżigenzi urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni tagħhom, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, pressjonijiet migratorji qawwija f’pajjiżi terzi minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta’ emerġenza skont il-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament.

(43)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura t-tkomplija tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE 19 u jenħtieġ li jipprovdi assistenza finanzjarja skont l-objettivi u l-funzjonijiet tiegħu.

(44)L-objettiv politiku ta’ dan il-Fond se jiġi indirizzat ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-twieqi ta’ politika tal-InvestEU. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jintuża’ sabiex jiġu indirizzati b’mod proporzjonat in-nuqqasijiet tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u jenħtieġ li l-azzjonijiet ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq Intern. Jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(45)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil kollu li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens ta’ [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 20 ], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(46)Ir-Regolament (UE) Nru …/… (ir-Regolament Finanzjarju) japplika għal dan il-Fond. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premji, akkwist, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(47)Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fuq il-bażi ta’ ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Fond jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE).../2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

(48)Ir-Regolament (UE) .../2021 [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMF - Asylum and Migration Fund), il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI - Border Management and Visa Instrument) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF - Integrated Border Management Fund), u jistabbilixxi, b’mod partikolari, ir-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni kondiviża. Għalhekk hemm bżonn li jiġu speċifikati l-objettivi ġenerali tal-AMF, u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-AMF.

(49)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somma f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta’ unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(50)Skont ir-Regolament Finanzjarju 21 , ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 23 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 24 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 25 , jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF - European Anti-Fraud Office) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 . Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(51)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu t-twettiq ta’ verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u effettiva tal-finanzjament mill-UE.

(52)Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 27 , persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (overseas countries and territories, OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettiv tal-Fond u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li bihom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(53)Skont l-Artikolu 349 TFUE u f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” 28 , li ġew approvati mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ April 2018, jenħtieġ li l-Istati Membri rilevanti jiżguraw li l-istrateġiji u l-programmi nazzjonali tagħhom jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi fil-ġestjoni tal-migrazzjoni. Il-Fond jappoġġa dawn l-Istati Membri b’riżorsi adegwati biex igħin lil dawn ir-reġjuni fil-ġestjoni sostenibbli tal-migrazzjoni u fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet possibbli ta’ pressjoni.

(54)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dan il-Fondi jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjonijiet żejda u piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond b’mod prattiku. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi komuni u miri relatati b'rabta ma' kull objettiv speċifiku tal-Fond. Permezz ta’ dawn l-indikaturi komuni u rapportar finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE).../2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u dan ir-Regolament.

(55)Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(56)Biex tissupplimenta u temenda xi elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jiġu delegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkati fl-Anness IV, appoġġ operattiv u biex tiżviluppa aktar il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

(57)Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 . Il-proċedura ta’ eżami jenħtieġ li tintuża għal atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni marbuta mal-formoli mudell għall-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-programmar u r-rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

(58)Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji fl-Unjoni f'konformità mal-politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni internazzjonali u l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħedhom u jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(59)Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, l-Irlanda [mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu / innotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

(60)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(61)Huwa adatt li jiġi allinjat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) …/2021 [ir-Regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (“il-Fond”).

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-Fond, il-baġit għall-perjodu mill-2021 sal-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ finanzjament bħal dan.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“Applikant applikant għal protezzjoni internazzjonali” tfisser applikant kif definit fil-punt [x] tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament dwar il-Proċedura ta’ Ażil] 30 ;

(b)“benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali” fis-sens tal-punt (2) tal-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika] 31 ;

(c)“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inklużi dawk fiil-faċilitajiet ta’ taħlit skont il-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborżabbli u / jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli għall-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(d)“membru tal-familja” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġata taħt il-Fond;

(e)“Ammissjoni umanitarja” fis-sens tal-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) ../.. Qafas għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja] 32 ;

(f)“tneħħija” tfisser “tneħħija” kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(g)“risistemazzjoni” tfisser “risistemazzjoni” kif definit fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE)  ../.. Qafas għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja];

(h)"ritorn" tfisser “ritorn” kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(i)“ċittadini ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 20(1) TFUE. Ir-referenza għal ċittadini ta' pajjiż terz għandha tinftiehem li tinkludi persuni apolidi u persuni b’ nazzjonalità mhux iddeterminata;

(j)“persuna vulnerabbli” tfisser kwalunkwe persuna kif definita skont il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġata taħt il-Fond.

Artikolu 3

L-għanijiet tal-Fond

1.L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi tal-migrazzjoni f’konformità mal-acquisrilevanti tal-Unjoni u f’konformità mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali.

2.Fl-għan tal-politika stabbilit fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li jmiss:

(a)it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluża d-dimensjoni esterna tagħha;

(b)l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż għall-kontrobuzzjoni tal-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(c)il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività ta’ ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi.

3.Fl-għanijiet speċifiċi stipulati fil-paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4

L-ambitu tal-appoġġ

1.Fl-għanijiet imsemmija f’Artikolu 3 u f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ miżuri elenkati fl-Anness II, il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

2.Biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Fond jistà jappoġġa l-azzjonijiet f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness III b’rabta ma’ pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq f’konformità mal-Artikolu 5 u 6.

3.L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jappoġġaw l-azzjonijiet li jiffukaw fuq gruppi fil-mira jew aktar fl-ambitu tal-Artikoli 78 u 79 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Fond

Il-Fond se jkun miftuħ għal pajjiżi terzi, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkun ikopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, sakemm il-ftehim:

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-Fond;

jistipula l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Fond, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Fond u l-kostijiet amministrattivi tiegħu. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

ma jagħtux lill-pajjiż terz setgħa ta’ deċiżjoni dwar il-Fond;

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 6

Entitajiet eliġibbli

1.L-entitajiet li jmiss jistgħu jkunu eliġibbli:

(a)l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(1)Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(2)pajjiżi terzi assoċjati mal-Fond;

(3)pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk;

(b)kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

2.Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

3.L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f’konsorzji ta’ mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew pajjiżi jew territorji extra-Ewropej marbuta ma’ dawk l-istati jew pajjiżi terzi,huma eliġibbli.

KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

taqsima 1
dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali

1.Appoġġ ipprovdut taħt dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta lill-interventi nazzjonali, reġjonali u lokali u għandu jiffoka fuq il-valur miżjud mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u huwa kumplimentari ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni.

3.Il-Fond għandu jiġi implimentat b’ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta f’konformità mal-Artikoli [62(1) (a), (b) u (c)] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 10 415 000 000 fi prezzijiet attwali.

2.Ir-riżorsi finanzjarji għandhom jintużaw kif ġej:

(a)EUR 6 249 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża;;

(b)EUR 4 166 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

3.Sa 0,42 % tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament UE ../.. [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

 

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika

1.Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(2)(b) għandu jkun allokat b’mod flessibbli permezz tal-faċilità tematika bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta, kif stabbilit fil-programmi ta’ ħidma. Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu:

a)azzjonijiet speċifiċi;

b)azzjonijiet tal-Unjoni;

c)assistenza ta’ emerġenza;

d)risistemazzjoni;

e)appoġġ lil Stati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ solidarjetà u responsabbiltà; kif ukoll

f)In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.

L-assistenza teknika b’inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata wkoll mill-pakkett finanzjarju għal-faċilità tematika.

2.Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jindirizza l-prijoritajiet b’valur miżjud għoli għall-Unjoni jew jintuża biex iwieġeb għal bżonnijiet urġenti f’konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif imniżżel fl-Anness II.

3.Meta l-finanzjament mill-faċilità tematika jingħata f’ġestjoni diretta jew indiretta lilI Stati Membri, għandu jiġi żgurat li l-proġetti magħżula ma jiġux affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jipperikola l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.

4.Meta jiġi implimentat il-finanzjament mill-faċilità tematika fil-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għall-għan tal-Artikoli 18 u 19(2) tar-Regolament (UE) ../.. għandha [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tivvalulta jekk il-azzjonijiet previsti ma jiġux affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jipperikola l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.

5.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika skont l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika li tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull komponent tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet finanzjarji jenħtieġ li fejn applikabbli jistabbilixxu l-ammont globali riżervat għall-operazzjoni ta' taħlit.

6.Il-faċilità tematika għandha b’mod partikolari tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura ta’ implimentazzjoni 2(b) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet ċivili.

7.Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finanzjarja kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi implimentati skont il-ġestjoni kondiviża kif xieraq.

8.Dawn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent jew aktar tal-faċilità tematika.

TAQSIMA 2

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B'ĠESTJONI KONĠUNTA

L-Artikolu 10

Kamp ta’ applikazzjoni

1.Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(2)(a), u riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati skont il-ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 9.

2.Għandu jiġi implimentat appoġġ skont din it-taqsima bil-ġestjoni kondiviża f’konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament UE ../.. [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

Artikolu 11

Riżorsi baġitarji

1.Riżorsi msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) għandhom jiġu allokati għall-programmi nazzjonali (il-"programmi") implimentati mill-Istati Membri bil-ġestjoni kondiviża indikattivament kif imiss:

(a)EUR 5 207 500 000 għall-Istati Membri f’konformità mal-Anness I;

(b)EUR 1 041 500 000 lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 14(1).

2.Fejn l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) ma jkunx allokat, l-ammont li jifdal jista’ jiżdied mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 8(2)(b).

Artikolu 12

Rati ta' kofinanzjament

1.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta’ proġett.

2.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal proġetti implimentati skont azzjonijiet speċifiċi..

3.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.

4.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal appoġġ operazzjonali.

5.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza f’emerġenza.

6.Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ minn dan il-Fond għat-tipi ta’ azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

7.Għal kull għan speċifiku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan speċifiku għandhiex tiġi applikata:

(a)għall-kontribuzzjonijiet totali, inklużi l-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati; jew

(b)għall-kontribuzzjoni pubblika biss.

L-Artikolu 13

Programmi

1.Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu huma konsistenti ma’ u jwieġbu għall-prijoritajiet u l-isfidi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u huma f’konformità sħiħa mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programmi tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II jiġu indirizzati b’mod adegwat.

2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil dwar l-abbozzi ta’ programmi biex tiġi żgurata konsistenza u kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-aġenziji u dawk tal-Istati Membri.

3.Il-Kummissjoni tista’ tassoċja lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-kompiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5 fejn xieraq, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond huma konformi mal-acquis rileanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni .

4.Wara eżerċizzju ta’ monitoraġġ kif imwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) [ ../..] [ir-Regolament EUAA] jew l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, u fejn ikun rilevanti mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif jiġu indirizzati l-konklużjonijiet, inklużi kwalunkwe nuqqasijiet jew kwistjonijiet ta’ kapaċità u preparatezza, u għandu jeżamina r-rakkomandazzjonijiet permezz tal-programm tiegħu.

5.Fejn ikun meħtieġ, il-programm inkwistjoni għandu jkun emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Skont l-impatt tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni.

6.B’kooperazzjoni u konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti, f’konformità mal-kompetenzi tagħhom, kif applikabbli, ir-riżorsi skont il-programm jistgħu jiġu allokati mill-ġdid bil-għan li jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 4 li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji.

7.L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jfittxu l-azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla fl-Anness IV. Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew ċirkostanzi ġodda, jew biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV.

8.Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma’ pajjiż terz jew fih bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta l-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett.

9.L-ipprogrammar kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], għandu jiġi bbażat fuq it-tipi ta’ interventi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness VI.

L-Artikolu 14

Reviżjoni ta' nofs it-terminu

1.Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka lill-programmi tal-Istati Membri kkonċernati l-ammont addizzjonali msemmi fl-Artikolu 11(1)(b) f’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu minn 1(b) sa 5 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu li jibda mis-sena kalendarja 2025.

2.Jekk mill-anqas 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ programm imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) ma jkunx kopert minn applikazzjonijiet ta’ pagament ippreżentati f’konformità mal-Artikolu [85] tar-Regolament (UE) Nru .../2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1.

3.L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 fejn xieraq għandha tqis il-progress li sar fil-kisba tat-tragwardji tal-qafas ta’ prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu [12] tar-Regolament (UE) Nru .../2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u n-nuqqasijiet ta’ implimentazzjoni identifikati.

Artikolu 15

Azzjonijiet speċifiċi

1.Azzjonijiet speċifiċi huma proġetti transnazzjonali jew nazzjonali f’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li għalih Stat Membru wieħed, diversi jew kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom.

2.L-Istati Membri barra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1), jistgħu jirċievu ammont addizzjonali sakemm dan jiġi allokat konsegwentement bħala tali fil-programm u li jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.Il-finanzjament m’għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

Artikolu 16

Riżorsi għall-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja]

1.L-Istati Membri barra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandhom jirċievu kontribuzzjoni ta’ EUR 10,000 għal kull persuna risistemata f’konformità mal-iskema ta’ risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni. Din il-kontribuzzjoni għandha tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu [125] tar-Regolament Finanzjarju.

2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat lill-Istati Membri permezz ta’ emenda tal-programm tagħhom sakemm il-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata l-kontribuzzjoni tkun risistemata b’mod effettiv f’konformità mal-Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja].

3.Il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

4.L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni xierqa tal-persuni risistemati u tad-data tar-risistemazzjoni tagħhom.

Artikolu 17

Riżorsi għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament ../.. [ir-Regolament ta’ Dublin]

1.Stat Membru barra l-akkolazzjoni tiegħu kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta’ EUR [10 000] għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li għalih dak l-Istat Membru jsir responsabbli minn meta dak l-Istat Membru jkun jinsab f’ċirkostanzi diffiċli kif definit fir-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament ta’ Dublin].

2.Stat Membru barra l-akkolazzjoni tiegħu kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta’ EUR [10 000] għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li allokat għal dak l-Istat Membru li jkun 'il fuq mis-sehem ġust tal-Istati Membru benefiċjarju.

3.Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jirċievi kontribut addizzjonali ta’ EUR [10 000] għal kull applikant li jkun ingħata l-protezzjoni internazzjonali għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ integrazzjoni.

4.Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jirċievi kontribuzzjoni addizzjonali ta’ EUR [10 000] għal kull persuna li għaliha l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi fuq il-bażi tal-aġġornament tad-data msemmija fl-Artikolu 11(d) tar-Regolament UE ../.. [ir-Regolament Eurodac] li l-persuna telqet mit-territorju tal-Istat Membru, jew b’mod furzat inkella b’mod volontarju, f’konformità ma’ deċiżjoni ta’ ritorn jew ordni ta’ tneħħija.

5.Stat Membru barra l-allokazzjoni tiegħu kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta’ EUR [500] għal kull applikant ta’ protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru għall-ieħor, għal kull applikant ittrasferit f’konformità mal-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 34(i) tar-Regolament (UE) ../… [ir-Regolament ta’ Dublin] u fejn applikabbli, għal kull applikant ittrasferit skont il-punt (g) tal-Artikolu 34 (j) tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament ta’ Dublin].

6.[L-ammonti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jieħdu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu [125] tar-Regolament Finanzjarju.

7.L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fil-programmi tagħhom sakemm il-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata l-kontribuzzjoni, kif applikabbli, tkun ġiet trasferita lejn Stat Membru, irritornata jew irreġistrata bħala applikant fl-Istat Membru responsabbli f’konformità mar-Regolament (UE) ../... [ir-Regolament ta’ Dublin].

8.Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

Artikolu 18

Appoġġ operazzjonali

1.L-appoġġ operattiv huwa parti mill-allokazzjoni ta’ Stat Membru li jista’ jintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni;

2.Stat Membru jista’ juża sa 10 % tal-ammont allokat taħt il-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja l-appoġġ operattiv skont l-għanijiet fl-Artikolu 3(2)(a) u (c).

3.L-Istat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil u r-ritorn.

4.L-Istati Membri, fil-programm u fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 30 għandhom jiġġustifikaw l-użu tal-appoġġ operazzjonali biex jiksbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konfirmità mal-Artikolu 13 għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tax-xenarju bażi fi Stati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-appoġġ operattiv. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl tal-eżerċizzji ta’ monitoraġġ, kif imwettqa skont ir-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament EUAA ] u r-Regolament (UE) Nru 1053/2013, li huma fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

5.L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq karigi u servizzi speċifiċi kif stabbilit fl-Anness VII.

6.Biex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti jew biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta’ kompiti u servizzi speċifiċi fl-Anness VII.

TAQSIMA 3

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA

L-Artikolu 19

Kamp ta’ applikazzjoni

L-appoġġ taħt din it-taqsima Unjoni għandu jiġi implimentat jew direttament mill-Kummissjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità il-punt (c) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 20

Azzjonijiet tal-Unjoni

1.L-azzjonijiet tal-Unjoni huma proġetti transnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari tal-Unjoni implimentati f’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.Bl-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fl-Artikolu 3 u f’konformità mal-Anness III.

3.L-azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku. Jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit.

4.Għotjiet implimentati taħt il-ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

5.Il-kumitat ta’ evalwazzjoni li jevalwa din il-proposta jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

6.Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Id-dispożizzjonijiet stipulati fi [l-Artikolu X] tar-Regolament (UE) ../.. [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandha tapplika.

Artikolu 21

In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni

1.Il-Fond għandu jappoġġa n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi l-assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet u l-iżvilupp futur tiegħu.

2.L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija b' konformità mal-Artikolu 4(5)(a) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE (kif emendata). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni dwar finanzjament skont l-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju. Biex tiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta’ riżorsi, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-programm ta’ ħidma għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni f’deċiżjoni ta’ finanzjament separata.

3.Assistenza finanzjarja pprovduta għall-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni għandha tieħu l-forma ta' għotjiet lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/381/KE u kuntratti pubbliċi kif ikun xieraq, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 22

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi skont dan il-Fond għandhom jiġu implimentati skont ir-[ir-Regolament dwar l-InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 23

Assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni

Il-Fond jista’ jappoġġa miżuri ta’ għajnuna teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta’ 100 %.

Artikolu 24

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Artikolu 25

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Taqsima 4

appoġġ u implimentazzjoni taħt ġestjoni diretta u indiretta

Artikolu 26

Assistenza ta’ emerġenza

1.Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta’ emerġenza li tirriżulta minn wieħed jew aktar minn dawn li jmiss:

(a)Pressjoni migratorja qawwija fi Stat Membru jew ieħor ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li jpoġġi pressjoni sinifikanti u talbiet urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ lqugħ u detenzjoni, u s-sistemi u proċeduri ta’ ġestjoni ta’ ażil u migrazzjoni tagħhom.

(b)l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni temporanji fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE 33 ;

(c)Pressjoni migratorja qawwija f’pajjiżi terzi, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi,  l-aktar fejn jista’ jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi migratorji lejn l-UE.

2.Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun fil-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati.

3.L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun allokata lill-programmi tal-Istati Membri barra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 11(1) u l-Anness I, sakemm din tkun allokata bħala tali fil-programm. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

4.Għotjiet implimentati taħt il-ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 27

Finanzjament kumulattiv, kumplimentarju u kkombinat

1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

2.L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b’Siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

(a)dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont l-istrument;

(b)dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti;

(c)ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew + jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) ../.. [L-iffinanzjar, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], sakemm dawn l-azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.

 

Taqsima 5

Monitoraġġ, Rappurtar u evalwazzjoni

sub-taqsima I Dispożizzjonijiet Komuni

Artikolu 28

Monitoraġġ u rappurtar

1.F’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu [43(3)(h)(i)(iii)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Anness V.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness V biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha tingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tar-rendiment, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

4.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni u, fejn rilevanti l-Istati Membri.

5.Biex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn ikun meħtieġ u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni inkluż għall-informazzjoni tal-proġett li għandha tingħata mill-Istati Membri.

Artikolu 29

Evalwazzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni retrospettiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi azzjonijiet implimentati taħt il-Fond.

2.L-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u dik retrospettiva għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

sub-Taqsima 2 regoli għal ġestjoni kondiviża

Artikolu 30

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

1.Sal-15 ta’ Frar 2023 u sal-istess data ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2031, l-Istati Membru għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm fil-perjodu sat-30 ta’ Ġunju 2022.

2.Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jistabbilixxi informazzjoni b’mod partikolari dwar:

(a)Il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tat-tragwardji u l-miri, filwaqt li titqies l-aktar data riċenti kif meħtieġ mill-Artikolu [37] tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni];

(b)dawk il-kwistjonijiet li qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u l-azzjoni li tkun ittieħdet biex tittrattahom;

(c)il-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-appoġġ mogħti minn Fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom;

(d)kontribuzzjoni tal-programm għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u pjanijiet ta’ azzjoni;

(e)l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà;

(f)l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni applikabbli u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni;

(g)l-għadd għadd ta’ persuni risistemati bl-għajnuna tal-Fond f’konformità mal-ammonti msemmija fl-Artikolu 16(1);

(h)l-għadd ta’ applikanti għal u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali trasferiti minn Stat Membru għal ieħor f’konformità mal-Artikolu 17.

3.Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahrejn mid-data li tirċevieh. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li huwa aċċettat.

4.Biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 31

Monitoraġġ u rappurtar

1.Il-monitoraġġ u r-rappurtar f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], għandu jiġi bbażat fuq it-tipi ta’ interventi stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness VI. Biex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti jew biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda t-tipi ta’ intervent f’konformità mal-Artikolu 32.

2.Dawn l-indikaturi għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikoli 12(1), 17 u 37 tar-Regolament (UE) .../...2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 32

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13,18, 28 u 31.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13, 18, 28 u 31 tista’ tiġi revokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’din id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 13, 18, 28 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 33

Proċedura ta' kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni dwar il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament UE Nru 182/2011.

3.Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan m’għandux japplika għall-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 30(4).

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Dan ir-Regolament ma għandux jeffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perjodu 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.Il-pakkett finanzjarju għall-Fond jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 516/2014.

Artikolu 35

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta / tal-inizjattiva

1.2.Qasam (oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta / tal-inizjattiva

1.5.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

1.6.Modi ta’ ġestjoni ppjanati

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri ta’ prevenzjoni mill-frodi u mill-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet mingħand terzi persuni

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta / tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (Asylum and Migration Fund, AMF).

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernati (Raggruppament ta’ programmi)

Intestatura 4 (Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri). Titolu 10. Il-Migrazzjoni

1.3.Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata ma’:

☑ azzjoni ġdida

azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja 34

◻ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

◻fużjoni jew dirottar ta' azzjoni waħda jew aktar lejn / ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida

1.4.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-UE se tkompli tiffaċċja sfidi importanti fil-qasam tal-migrazzjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027. L-aġenda dwar il-migrazzjoni 35 , kif ikkonfermat mir-rapporti regolari dwar it-twettiq tagħha 36 , stabbilixxiet azzjonijiet biex tnaqqas l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, sforzi biex issalva l-ħajjiet fuq il-baħar u tiżgura l-fruntieri esterni tal-Unjoni, u azzjonijiet li jappoġġaw politika komuni għall-ażil b’saħħitha u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, l-implimentazzjoni kontinwa tad-dikjarazzjoni UE-Turkija 37 , il-qafas ta’ sħubija 38 u l-azzjonijiet konġunti meħuda dwar ir-rotta tal-Mediterran ċentrali naqqsu l-għadd ta’ wasliet bi kważi 30 % meta mqabbel mal-2014.

Sabiex jiġu kkonsolidati dawn ix-xejriet, il-Kummissjoni varat riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, b’komponent ta’ solidarjetà u responsabbiltà fis-sistema ta’ Dublin 39 filwaqt li proposta biex jiġi stabbilit qafas permanenti tal-tal-UE għar-risistemazzjoni 40 , tinsab għaddejja minn negozjati. Il-pjan ta’ azzjoni dwar l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi 41 u l-pjan ta’ azzjoni mġedded għall-promozzjoni ta’ politika ta’ ritofn effikaċi fl-Unjoni Ewropea 42 ġew varati fl-2016 u fl-2017 rispettivament. Il-Kummissjoni għamlet proposti wkoll dwar il-migrazzjoni legali, u qed isiru negozjati rigward ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Karta Blu 43 , filwaqt li qed tagħmel evalwazzjoni tal-qafas tal-migrazzjoni legali sabiex tidentifika d-dgħufijiet kif ukoll il-metodi possibbli biex din tiġi ssimplifikata u razzjonalizzata.

Il-Fond se jsostni l-bżonnijiet kontinwi fl-oqsma tal-ażil, l-integrazzjoni u r-ritorn filwaqt li jaġġusta l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha biex tappoġġa l-iżviluppi leġislattivi futuri rilevanti u l-mandati tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil li għandha tiġi stabbilita fil-futur. Hija kruċjali kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jinkisbu dawn l-għanijiet. Il-Fond se jkun jista’ jappoġġa azzjonijiet fid-dimensjoni esterna, komplementari għal azzjonijiet appoġġati mill-Istrument estern li għandu jiġi stabbiliti fil-futur..

Mingħajr preġudizzju għal xi żvilupp futur fil-politika, kull proposta futura f’dan il-qasam se tkun tinkludi id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva proprja li r-riżorsi finanzjarji għailha jistgħu jkunu koperti jew mill-pakkett ta’ dan il-Fond jew minn xi finanzjament ieħor addizzjonali disponibbli fil-pakkett tal-QFP.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jinkiseb minn fatturi differenti, pereż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jinkiseb bl-intervent tal-Unjoni li hu addizzjonali għall-valur li l-Istati Membri jistgħu joħolqu waħedhom.

Raġunijiet biex tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

L-isfidi fl-oqsma tal-ażil u l-migrazzjoni huma min-natura tagħhom fenomeni transnazzjonali kollegati u ma jistgħux ikunu ttrattati b’mod adegwat mill-Istati Membru waħedhom. L-Artikolu 80 TFUE jiddikjara li l-politiki komuni dwar l-ażil, il-migrazzjoni u l-fruntieri esterni huma bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u fuq id-distribuzzjoni ġusta tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri. Il-finanzjament tal-UE huwa l-mekkaniżmu li jagħti effett lill-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ dan il-prinċipju. Il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-UE u t-tlestija ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil huma l-metodi l-aktar effikaċi biex jinqasmu b’mod ġust dawn ir-responsabbiltajiet u l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom bejn l-Istati Membri. Il-finanzjament tal-UE fil-qasam tal-integrazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi huwa indispensabbli biex titjieb il-kwalità tal-appoġġ lil dawk li jkunu għadhom kif jaslu fl-ewwel fażi tal-wasla tagħhom, u hija komponent kruċjali biex tiġi żgurata l-inklużjoni totali tagħhom fis-soċjetajiet Ewropej fit-tul jekk jirċievu protezzjoni permanenti. Id-dritt tal-UE li taġixxi fil-qasam tal-affarijiet interni jiġi primarjament mit-Titolu V TFUE (“Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja”): il-politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja inklużi s-sħubija u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (l-Artikolu 78 TFUE) u l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni u l-politika ta’ ritorn, inkluża l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni ma’ pajjiżi terzi (b’mod partikolari l-Artikolu 79(2) u (4) TFUE).    

Il-valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

L-evalwazzjoni interim tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum, Migration and Integration Fund, AMIF) uriet li l-finanzjament tal-UE, billi huwa parti mir-rispons tal-politika, ikkontribwixxa għar-riżultati tal-politika u pprovda valur miżjud. Minkejja d-daqs relattivament żgħir tagħhom meta mqabbla mal-isfidi li pproduċiet il-kriżi, il-fondi tal-UE taw valur miżjud billi sostnew azzjonijiet b’dimensjoni transnazzjonali, taw spinta lill-kapaċitajiet nazzjonali u ottimizzaw il-proċeduri relatati mal-ġestjoni tal-migrazzjoni, u saħħew il-kondiviżjoni tas-solidarjetà u r-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tal-assistenza ta’emerġenza u l-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni. Il-valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat mill-Fond ikopri oqsma simili ta’ intervent, filwaqt li huwa kapaċi jappoġġa l-implimentazzjoni tal-acquis futur kif ukoll l-iżviluppi fil-politika fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni u r-ritorn.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-evalwazzjonijiet interim tal-AMIF fil-perjodu ta’ programmar 2014-2020, kif ukoll l-evalwazzjonijiet ex post tal-fondi fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (l-istrumenti li jirfdu l-programm “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” (Solidarity and Management of Migration Flows, SOLID) ipproduċew il-kostatazzjonijiet li ġejjin:

Rilevanza, kamp ta’ applikazzjoni u daqs

Bis-saħħa ta’ kamp ta’ applikazzjoni wiesa, l-AMIF attwali jista’ jappoġġa l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni. Kienu meħtieġa rinforzi baġitarji sinifikanti minħabba l-kriżi migratorja. Il-possibbiltà li tingħata assistenza ta’emerġenza, permezz tal-ġestjoni diretta, ikkontribwixxiet biex tiġi ggarantita r-rilevanza tal-Fond billi tikber il-flessibbiltà tiegħu, iżda ntużat fuq skala ħafna akbar minn dak li kien oriġinarjament maħsub, biex ikun rispons adegwat għall-isfidi migratorji kbar ħafna mingħajr preċedent. Barra minn hekk, l-allokazzjonijiet li kienu ġew iffissati fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni, fuq il-bażi ta’ data statistika, ma jirriflettux it-tibdil fil-ħtiġijiet tal-Istati Membri matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni. Għal dak li jirrigwarda l-forniment ta’ appoġġ finanzjarju addizzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni, il-gwida għat-tqassim stabbilita fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni ma tippermettix li jkun hemm flessibbiltà, u jista’ jkollha impatt fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond.

Effikaċja

L-AMIF attwali huwa kkunsidrat effikaċi, u jikkontribwixxi għall-għanijiet tiegħu. Il-kriżi tal-migrazzjoni kellha impatt fuq l-effikaċja tiegħu, billi l-isfidi li ried jittratta l-Fond żdiedu. Il-possibbiltà li tintuża assistenza ta' emerġenza kienet ġeneralment enfasizzata bħala kruċjali biex tiġi żgurata l-kapaċità ta’ rispons tal-fondi f’ċirkostanzi li qed jinbidlu. L-evalwazzjonijiet juru li bis-saħħa ta’ taħlita ta’ mudelli ta’ implimentazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà seta’ jkun hemm mezz effikaċi biex jinkisbu l-għanijiet tal-fondi. Id-disinn ħolistiku tal-mekkaniżmi eżekuttivi jenħtieġ li jinżammu.

Min-naħa l-oħra, l-evalwazzjonijiet jindikaw li għad hemm nuqqas ta’ flessibbiltà, li trid tiġi bbilanċjata fil-prevedibbiltà, billi l-awtoritajiet u l-benefiċjarji responsabbli għandhom bżonn ta’ ċertezza finanzjarja u tad-dritt biex jippjanaw l-implimentazzjoni tal-Fond matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, bħala limitazzjoni għall-effikaċja tagħhom. L-AMIF attwali ma jinkludix pakkett finanzjarju biex jitqassam madwar il-programmi nazzjonali fil-qafas tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, li mbagħad iqiegħed limitu fuq il-possibbiltà li jkun hemm finanzjament addizzjonali għall-programmi nazzjonali. Limitu ieħor jirrigwarda l-fatt li r-rieżami ta’ nofs it-terminu jista’ jintuża’ biss fi żmien predefinit biss matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni. Il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sigurtà wriet li kien hemm bżonn ta’ flessibbiltà sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni ’l quddiem sabiex ikun hemm rispons fil-post għat-tibdil.

L-evalwazzjonijiet interim indikaw ukoll il-bżonn ta’ loġika ċara għall-intervent, u li programmi nazzjonali aktar iffukati jżidu l-effikaċja billi jippermettu li ssir prijoritizzazzjoni ta’ xi għanijiet, kif ukoll l-importanza ta’ sistema kompleta ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, għall-ġestjoni kemm diretta kif ukoll kondiviża. Jekk titfassal fi stadju bikri, din tiżgura li jkun hemm monitoraġġ konsistenti u uniformi sa mill-bidu nett.

L-effiċjenza (inkluża s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv)

Il-partijiet ikkonċernati osservaw li sar progress fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri. Miżuri innovattivi (għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (simplified cost options - SCO), programmar pluriennali) huma kkunsidrati ta’ benefiċċju. It-twaqqif ta’ regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-AMIF u tal-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) sostna r-rabtiet ta’ ġestjoni bejn it-tliet strumenti ta’ finanzjament, biex b’hekk wassal li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn — u f’xi każi l-unifikazzjoni ta’ — l-entitajiet responsabbli għall-ġestjoni taż-żewġ fondi.

Madankollu, kemm l-amministrazzjonijiet kif ukoll il-benefiċjarji jqisu li l-piż amministrattiv xorta għadu għoli wisq, u dan idgħajjef l-effikaċja tal-fondi. Pereżempju, minkejja li l-użu tar-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà għandu l-potenzjal li jnaqqas il-piż amministrattiv, ir-regoli ta’ eliġibbiltà li huma applikati xi drabi jibqgħu tqal wisq. Is-SCO mhumiex applikati sal-limitu sħiħ. Hemm ukoll piż amministrattiv relattivament għoli kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni fil-forniment ta’ assistenza għall-emerġenza permezz tal-ġestjoni diretta. Dan jimplika li jiġi stabbilit ftehim ta’ għotja dettaljat fi żmien qasir u rekwiżiti ta’ rappurtar aktar dettaljat lejn il-Kummissjoni mingħand il-benefiċjarji (meta mqabbel mal-ġestjoni kondiviża). Hemm bżonn ta’ livell suffiċjenti ta’ assistenza teknika sabiex il-ġestjoni tal-Fond tirnexxi u ta’ aktar sforzi sabiex jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-fondi minn benefiċjarji potenzjali billi tingħata aktar informazzjoni rigward azzjonijiet u opportunitajiet għal finanzjament. Barra minn hekk, fl-AMIF attwali ma hemmx mekkaniżmu immirat biex titjieb il-prestazzjoni, bħal pereżempju, sistema ta’ inċentivi li jkomplu jsaħħu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond. Fin-nuqqas ta’ tali mekkaniżmu, l-Istati Membri li jkollhom prestazzjoni tajba fl-implimentazzjoni tal-Fond ma jkunux jistgħu jiġu ppremjati. Dan kien jista’ jwassal biex tiżdied l-effikaċja tal-Fond biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

Koerenza

L-evalwazzjonijiet ex post jenfasizzaw li uħud mill-Istati Membri rrappurtaw li l-kumplimentarjetajiet jistgħu jittejbu permezz tal-FSE f’dak li jirrigwarda l-miżuri ta’ integrazzjoni, u permezz tal-istrumenti esterni fir-rigward tal-attivitajiet ta’ integrazzjoni. L-implimentazzjoni tal-fondi attwali turi li l-passi li ttieħdu matul it-tfassil, l-ippjanar u l-ipprogrammar iffaċilitaw il-koerenza u l-kumplimentarjetà tagħhom mal-istrumenti ta’ finanzjament l-oħrajn tal-UE. Il-format tal-fondi (programmi nazzjonali li jimmiraw lejn kapaċitajiet ta’ terminu twil, assistenza ta’ emerġenza bil-għan li ttaffi l-pressjoni immedjata u l-azzjonijiet tal-Unjoni mfassla biex jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali) kien ikkunsidrat pożittiv. Madankollu, il-garanzija tal-koerenza u s-sinerġiji għadha tippreżenta sfida fi tliet oqsma prinċipali: l-appoġġ għall-objettivi tal-ażil u tal-integrazzjoni permezz tal-FSIE, l-appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri, u l-miżuri ta’ ritorn u riintegrazzjoni kif ukoll l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni f’pajjiżi terzi u , fl-aħħar nett, il-garanzija ta’ koerenza bejn l-interventi tal-fondi tal-UE fil-qasam tas-sigurtà.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra.

L-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni se jiġu appoġġati permezz ta’ sett kompletament ikkoordinat ta’ strumenti ta’ finanzjament, inklużi ż-żewġ aspetti interni u interni tagħhom. Huwa importanti li jiġi evitat it-trikkib mal-finanzjament ipprovdut permezz tal-istrumenti tal-UE billi jiġu stabbiliti linji ta’ demarkazzjoni u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effikaċi. L-AMR futur se jaġixxi bħala l-istrument dedikat tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni, apparti strumenti oħra rilevanti ta’ finanzjament li, mill-perspettivi u oqsma ta’ appoġġ tagħhom, isaħħu l-għanijiet tal-politika tal-ażil u l-migrazzjoni. Dan se jiżgura li jkun hemm kumplimentarjetajiet mal-istrumenti l-oħrajn ta’ finanzjament fil-Qasam tal-Affarijiet Interni, inkluż il-komponent tal-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi tal-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, li se jappoġġa l-ġestjoni tal-migrazzjoni fil-kuntest tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni.

Il-FEŻR u l-FSE+ se jappoġġaw il-migrazzjoni fl-ambitu tagħhom ta’ intervent u fil-perspettiva ta’ terminu twil, billi jintegrawha f’menù ta’ għanijiet ta’ politika.

L-appoġġ tal-integrazzjoni għal ċittadin ta' pajjiżi terzi huwa proċess fit-tul. Il-bżonn li jkompli jsir investiment f’dan il-qasam se jkompli jew tabilħaqq jiżdied matul il-perjodu 2021-2027. Il-gruppi li għandhom l-aktar bżonn ta’ appoġġ għall-integrazzjoni huma dawk li japplikaw għall-ażil li x’aktarx ikollhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, kif ukoll il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u l-migranti li jaslu fl-UE permezz ta’ proċeduri ta’ riunifikazzjoni tal-familja. Dawn il-gruppi ta’ persuni għandhom ħtiġijiet speċjali. Għad hemm bżonn ta’ finanzjament dedikat għal dawn il-gruppi fil-mira, b’mod partikolari fl-istadji bikrin tal-proċess ta’ integrazzjoni.

Għaldaqstant, il-Fond se jipprovdi finanzjament dedikat għal azzjonijiet li speċifikament jimmiraw ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-fażi bikrija tal-integrazzjoni għall-inklużjoni soċjali u ekonomika taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż billi jingħata appoġġ għall-edukazzjoni tat-tfal, kif ukoll għal miżuri orizzontali li jappoġġaw il-politiki u strateġiji ta’ integrazzjoni tal-Istati Membri. Rigward l-applikanti għall-ażil li huma koperti mill-iskema riformata ta’ Dublin, l-AMF se jkopri l-ewwel miżuri ta’ akkoljenza, l-assistenza bażika u t-taħriġ u se jipprovdi appoġġ lil dawk li jkollhom bżonn jintbagħtu lura. L-intervenzjonijiet f’oqsma tematiċi differenti għal miżuri fit-tul, bħall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali inkluż l-appoġġ għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi se jkollhom l-appoġġ mill-FEŻR futur, l-FSE+ futur b’mod partikolari, u minn fondi rilevanti oħra tal-UE.

Għal dak li jirrigwarda d-dimensjoni esterna, il-Fond se jkun jista’ jsostni l-proġettazzjoni esterna tal-politiki interni tal-UE. Tali sostenn se jkun komplementari għall-istrument estern futur, li se jkun jappoġġa l-ġestjoni tal-migrazzjoni permezz tal-komponenti ġeografiċi u tematiċi tiegħu. Il-Fond se jkun ikompli jappoġġa r-risistemazzjoni, il-bini tal-kapaċità ta’ pajjiżi terzi sabiex ikunu jistgħu jimmaniġġaw il-flussi tal-migrazzjoni u jiżguraw il-protezzjoni tal-migranti u l-miżuri ta’ qabel it-tluq mill-Istati Membri, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE. Fil-qasam tar-ritorn, se jkompli jappoġġa l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ riammissjoni ma’ pajjiżi terzi u r-riintegrazzjoni ta’ dawk li jmorru lura, kif ukoll azzjonijiet li jostakolaw il-migrazzjoni irregolari (jiġifieri l-kampanji ta’ informazzjoni, il-ġbir ta’ data u t-traċċar tal-flussi u r-rotot, eċċ.). Fi żvilupp ġdid, il-Fond ikun jipprovdi l-possibbiltà li jingħata appoġġ għall-iżvilupp tal-iskemi ta’ mobbiltà lill-UE fil-qasam tal-migrazzjoni legali u l-possibbiltà li jingħataw inċentivi u sostenn lil pajjiżi terzi, u anki fihom, sabiex dawk li jirritornaw mill-UE jiġu aċċettati u riintegrati fil-qasam tar-ritorn.

Il-bżonn ta’ komplimentarjetà bejn l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE se jinkludi referenza rigward id-dimensjoni esterna fl-Artikolu 10(2).

1.5.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

tul ta’ żmien limitat

   fis-seħħ mill-1.1.2021 sal-31.12.2027

   L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2021 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

tul ta’ żmien mingħajr limitu

Il-perjodu tal-bidu tal-implimentazzjoni minn YYYY sa YYYY, segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ġodda ta’ pestjoni ppjanati 44

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

☑ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

◻ mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarji jingħataw lil:

☑ pajjiżi terzi jew l-entitajiet innominati minnhom;

☑ organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

☑ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑ korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

☑ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

☑ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

☑ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-Fond propost se jiġi implimentat f’ġestjoni kondiviża, jew ġestjoni diretta jew indiretta. Il-parti l-kbira tar-riżorsi se tiġi allokata lill-programmi nazzjonali f’ġestjoni kondiviża. Il-parti li tibqa’ se tiġi allokata lil faċilità tematika u tista’ tintuża’ għal azzjonijiet speċifiċi (implimentati mill-Istati Membri nazzjonalment jew transnazzjonalment), azzjonijiet tal-Unjoni (ġestjoni diretta / indiretta), assistenza tal-emerġenza (ġestjoni kondiviża, jew ġestjoni diretta jew indiretta), it-trasferiment u r-risistemazzjoni (ġestjoni kondiviża) u n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (ġestjoni diretta).

L-assistenza teknika b’inizjattiva tal-Kummissjoni se tiġi implimentata permezz ta’ ġestjoni diretta.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ġestjoni diretta / indiretta:

Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ dirett tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont l-arranġamenti deskritti fil-ftehimiet ta’ għotja rispettivi, il-ftehimiet delegati ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn applikabbli u l-kuntratti mal-benefiċjarji.

Ġestjoni kondiviża:

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programm tiegħu u jiggarantixxi l-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi, b’konformità mar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (Common Provisions Regulation, CPR). Sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni rapida, huwa possibbli li sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li qed jiffunzjonaw tajjeb jitkomplew fil-perjodu ta’ programmar li jmiss.

F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiġu mitluba biex jistabbilixxu kumitat ta’ monitoraġġ li tipparteċipa fih il-Kummissjoni f’kapaċità konsultattiva. Il-kumitat ta' monitoraġġ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Huwa jagħmel rieżami tal-kwistjonijiet kollha li għandhom impatt fuq il-progress tal-programm biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport annwali dwar il-prestazzjoni, li għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu l-istadji importanti u l-miri. Jenħtieġ li r-rapport ukoll isemmi dawk il-kwistjonijiet li qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u jiddeskrivi l-azzjoni li tkun ittieħdet biex tittrattahom.

Fl-aħħar tal-perjodu, kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport finali dwar il-prestazzjoni. Jenħtieġ li r-rapport finali jiffoka fuq il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm u għandu jagħtu ħarsa ġenerali tal-kwistjonijiet prinċipali li jkunu affettwaw il-prestazzjoni tal-programm, il miżuri li jkunu ttieħdu biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet u l-valutazzjoni tal-effikaċja ta’ dawn il-miżuri. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rapport jippreżenta l-kontribut li jkun ta’ l-programm biex jiġu ttrattati l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-UE indirizzati lill-Istat Membru, il-progress li jkun sar biex jinkisbu l-miri stabbiliti fil-qafas ta’ prestazzjoni, il-kostatazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet rilevanti, is-segwitu għal dawn il-kostatazzjonijiet u r-riżultati tal-azzjonijiet komuni.

Skont l-abbozz tal-proposta CPR, l-Istati Membri kull sena għandhom jibagħtu pakkett ta’ aċċertament li jinkludi l-kontijiet annwali, id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni u l-opinjoni tal-awtorità tal-tal-Awditjar dwar il-kontijiet, is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata fil-kontijiet annwali. Dan il-pakkett ta’ aċċertament se jintuża’ mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-ammont li għandu jitħallas mill-Fond għas-sena kontabilistika.

Kull sentejn għandha tiġi organizzata laqgħa ta’ rieżami bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru sabiex jeżaminaw il-prestazzjoni ta’ kull programm.

Sitt darbiet fis-sena l-Istati Membri jibagħtu d-data għal kull programm imqassma skont l-għanijiet speċifiċi. Din id-data tirreferi għall-kost tal-operazzjonijiet u għall-valuri tal-indikaturi tal-eżitu u r-riżultati komuni.

B’mod ġenerali:

Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni f’nofs it-terminu u oħra retrospettiva tal-azzjonijiet implimentati skont dan il-Fond, b’konformità mas-CPR. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu jenħtieġ li tkun ibbażata b’mod partikolari fuq l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Iż-żewġ evalwazzjoni ex post tal-fondi DĠ HOME 2007-2013 kif ukoll l-evalwazzjonijiet interim tal-fondi kurrenti ta’ DĠ HOME juru li taħlita ta’ modalitajiet ta’ twassil fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-affarijiet interni ppermettew li jkun hemm metodu effikaċi biex jinkisbu l-għanijiet tal-fondi. Id-disinn ħolistiku tal-mekkaniżmi ta’ twassil qed jinżamm u jinkludi ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

Permezz tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jimplimentaw programmi li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politiki tal-Unjoni, li huma mfassla apposta għall-kuntest nazzjonali tagħhom. Il-ġestjoni kondiviża tiggarantixxi li s-sostenn finanzjarju jkun disponibbli fl-istati kollha parteċipanti. Barra minn hekk, il-ġestjoni kondiviża tippermetti li l-finanzjament ikun prevedibbli u li l-Istati Membri, li għandhom l-aktar għarfien dwar l-isfidi li jkunu qed jiffaċċaw, ikunu jistgħu jippjanaw l-allokazzjonijiet tagħhom fuq terminu twil skont dan. Finanzjament supplimentari għal azzjonijiet speċifiċi (li jirrikjedu sforzi ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew fejn żviluppi ġodda fl-Unjoni jirrikjedu li Stat Membru jew aktar ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom finanzjament addizzjonali) u għal attivitajiet ta’ risistemazzjoni jew trasferiment jista’ jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża. Fi żvilupp ġdid, il-Fond jista’ wkoll jipprovdi assistenza ta’ emerġenza permezz tal-ġestjoni kondiviża, apparti l-ġestjoni diretta u indiretta.

Permezz tal-ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tagħti appoġġ lil azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ politika komuni tal-Unjoni. L-azzjonijiet jippermettu li jkun hemm appoġġ imfassal apposta għal ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fi Stat Membri individwali (“assistenza ta’ emerġenza”), appoġġ lil netwerks u attivitajiet transnazzjonali, jiġu ttestjati attivitajiet innovattivi li jistgħu jespandu bħala parti mill-programmi nazzjonali u jkopru studji fl-interess tal-Unjoni in ġenerali (“azzjonijiet tal-Unjoni”).

Permezz tal-ġestjoni indiretta, il-Fond iżomm il-possibbiltà li l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja jiġu ddelegati, inter alia, lil organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-affarijiet interni għal skopijiet partikolari.

Filwaqt li wieħed iqis l-għanijiet u l-ħtiġijiet differenti, qed tiġi proposta faċilità tematika fuq il-bażi tal-Fond bħala mod kif tiġi bbilanċjata l-prevedibbiltà tal-allokazzjoni pluriennali tal-finanzjament lill-programmi nazzjonali bil-flessibbiltà fl-iżborż perjodiku tal-finanzjament għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud għall-Unjoni. Il-faċilità tematika se tintuża għal azzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri u bejniethom, għal azzjonijiet tal-Unjoni, għall-assistenza tal-emerġenza, għar-risistemazzjoni u għar-rilokazzjoni. Dan se jiżgura li l-fondi jiġu allokati u ttrasferiti fost id-diversi modi msemmijin hawn fuq, fuq il-bażi ta’ ċiklu ta’ programmazzjoni fuq sentejn.

L-arranġamenti ta’ pagament għal għall-ġestjoni kondiviża huma deskritti fl-abbozz tal-proposta tas-CPR, li tipprevedi prefinanzjament annwali, segwit minn massimu ta’ erba’ pagamenti interim għal kull programm u sena fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet ta’ pagament mibgħuta mill-Istati Membri matul is-sena kontabilistika. Kif speċifikat fl-abbozz tal-proposta għal CPR, il-prefinanzjament jiġi kklirjat sal-aħħar sena kontabilistika tal-programmi.

L-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u fuq is-CPR. Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-abbozz tal-proposta għal CPR jenħtieġ li jestendi l-użu tal-forom simplifikati tas-sovvenzjonijiet bħal somom f’daqqa, rati fissi u kosti unitarji. Jintroduċi wkoll forom ġodda ta’ pagament, ibbażati fuq ir-riżultati miksubin, minflok fuq il-kost. Il-benefiċjarji se jkunu jistgħu jirċievu ammont fiss ta’ flus jekk jagħtu prova li jkunu saru ċerti azzjonijiet bħal korsijiet ta’ taħriġ jew it-twassil tal-assistenza tal-emerġenza. Dan mistenni jissimplifika l-piż tal-kontroll kemm fil-livelli tal-benefiċjarji kif ukoll tal-Istati Membri (pereżempju verifika tal-kontijiet u riċevuti għall-kosti.)

Għall-ġestjoni kondiviża, l-abbozz tal-proposta tas-CPR jibni fuq l-istrateġija ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 iżda jintroduċi xi miżuri li għandhom l-għan li jissimplifikaw l-implimentazzjoni u t-tnaqqis tal-piż tal-kontroll fil-livelli kemm tal-benefiċjarji kif ukoll tal-Istati Membri. L-iżviluppi l-ġodda jinkludu:

- it-tneħħija tal-proċedura ta’ deżinjazzjoni (li għandha tagħmilha possibbli li titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi);

- it-twettiq ta’ verifiki (amministrattivi u fil-post) tal-ġestjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni fuq bażi tar-riskju (meta mqabbla mal-kontrolli amministrattivi 100 % rekwiżiti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020). Barra minn hekk, f’ċerti kundizzjonijiet, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu japplikaw arranġamenti proporzjonali ta’ kontroll b’konformità mal-proċeduri nazzjonali.

- kundizzjonijiet sabiex jiġi evitat li jsiru awditi multipli għall-istess operazzjoni / nefqa.

L-awtoritajiet tal-programmi se jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet interim għall-pagamenti abbażi tal-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarji. L-abbozz tal-proposta tas-CPR jippermetti li l-awtoritajiet tal-ġestjoni jagħmlu verifiki dwar il-ġestjoni fuq il-bażi tar-riskju u jipprevedi wkoll kontrolli speċifiċi (pereżempju kontrolli fil-post mill-awtorità tal-ġestjoni u awditi tal-operazzjonijiet / infiq mill-awtorità tal-awditjar) wara li n-nefqa assoċjata tkun ġiet dikjarata lill-Kummissjoni fit-talbiet interim għall-pagamenti. Sabiex jittaffa r-riskju tar-rimborż ta’ nfiq ineliġibbli, l-abbozz tas-CPR iqiegħed limitu fuq il-pagamenti interim tal-Kummissjoni għal 90 %, billi f’dan il-mument twettqu biss parti mill-kontrolli nazzjonali. Il-Kummissjoni se tħallas il-bilanċ li jibqa’ wara l-eżerċizzju ta’ kklirjar annwali tal-kontijiet, hekk kif tirċievi l-pakkett annwali ta’ aċċertament mingħand l-awtoritajiet tal-programm. Kull irregolarità li jsibu l-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni tal-pakkett annwali ta’ aċċertament tista’ twassal għal korrezzjoni finanzjarja netta.

Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Ġestjoni kondiviża:

DĠ HOME ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat minn assenza rikorrenti ta’ kostatazzjonijiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri. Barra minn hekk, DĠ HOME diġà rreveda l-bażi ġuridika tiegħu (ir-Regolament (UE) 2015/378 u r-Regolament Delegat (UE) 1042/2014 biex ikomplu jiġu allinjati mal-qafas ta’ kontroll tal-FSIE u l-mudell tiegħu ta’ aċċertazzjoni u sabiex jinżamm livell baxx ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu. Dan l-isforz ta’ allinjament qed ikompli jsir mal-proposta attwali, fejn il-Qafas ta’ kontroll huwa konsistenti mad-DGs tal-FSIE.

F’ġestjoni kondiviża, ir-riskji ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi kurrenti jikkonċernaw is-sottoimplimentazzjoni tal-Fond mill-Istati Membri u l-iżbalji possibbli li jirriżultaw mill-kumplessità tar-regoli u d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. L-abbozz tas-CPR jissimplifika l-qafas regolatorju billi jarmonizza r-regoli u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll madwar il-fondi differenti implimentati skont il-ġestjoni kondiviża. Huwa jippermetti wkoll li jkun hemm rekwiżiti ta’ kontroll differenzjati skont ir-riskju (pereżempju il-verifiki tal-ġestjoni abbażi tar-riskju, il-possibbiltà għal arranġamenti ta’ kontroll proporzjonat fuq il-bażi ta’ proċeduri nazzjonali, limitazzjonijiet ta’ ħidma ta' awditjar f’termini ta’ twaqqit u / jew operazzjonijiet speċifiċi.

Ġestjoni diretta / indiretta:

Fuq il-bażi ta’ analiżi reċenti tal-kawżi u t-tipi ewlenin tal-aktar żbalji komuni identifikati fl-awditi ex post, l-oqsma ewlnin ta’ nuqqas ta’ konformità joriġinaw minn ġestjoni finanzjarja batuta tas-sovvenzjonijiet li jingħataw lill-benefiċjarji, dokumenti ta’ sostenn neqsin jew mhux adegwati, akkwist pubbliku mhux korrett, u kosti mhux ibbaġitjati.

Konsegwentement ir-riskji huma l-aktar dovuti għal:

– garanzija tal-kwalità tal-proġetti magħżulin u sussegwentement l-implimentazzjoni teknika tagħhom, gwida mhux ċara jew mhux kompleta li jingħataw il-benefiċjarji jew mhux biżżejjed monitoraġġ;

– riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għal-sovvenzjonijiet (kumplessità tar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli attwali flimkien ma’ possibbiltajiet limitati ta’ kontroll tal-ispejjeż eliġibbli mill-uffiċċju) u għall-akkwist (kultant ikun hemm għadd limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jfisser possibbiltajiet insuffiċjenti biex jiġu paragunati l-offerti tal-prezzijiet);

– riskju li jirrigwarda l-kapaċità ta’ (speċjalment) organizzazzjonijiet iżgħar sabiex jikkontrollaw in-nefqa b’mod effettiv kif ukoll biex jiżguraw it-trasparenza tal-operazzjonijiet li jsiru;

– ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti attivitajiet kriminali jew ta' frodi. jista' jkun hemm biss aċċertament parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern ta' partijiet terzi minħabba l-għadd pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġenji, kull wieħed bis-sistema ta’ kontroll proprja, ħafna drabi ta’ daqs pjuttost żgħir.

Hu mistenni li ħafna minn dawn ir-riskji jitnaqqsu bis-saħħa ta’ tfassil aħjar tas-sejħiet għall-proposti, gwida lill-benefiċjarji, iffukar tal-proposti u użu aħjar tal-kosti simplifikati u d-dipendenza trasversali fuq l-awditi u l-valutazzjonijiet kif inklużi fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

2.2.2.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)

Ġestjoni kondiviża:

Dan il-kost tal-kontrolli mistenni li jibqa’ l-istess jew potenzjalment jitnaqqas għall-Istati Membri. Għal dan iċ-ċiklu ta’ programmar (2014-2020), b’seħħ mill-2017 il-kost kumulattiv tal-kontroll mill-Istati Membri hu stmat li jinsab madwar 5 % tal-ammont totali tal-pagamenti mitluba mill-Istati Membri għas-sena 2017.

Dan il-perċentwal mistenni jonqos minħabba t-titjib tal-effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-programmi u jiżdied fil-pagamenti lill-Istati Membri.

Bl-introduzzjoni fl-abbozz tas-CPR ta’ approċċ għall-ġestjoni u l-kontrolli bbażat fuq ir-riskju flimkien ma’ motivazzjoni msaħħa biex jiġu adottati l-SCO, il-kost tal-kontrolli għall-Istati Membri huwa mistenni li jkompli jonqos.

Ġestjoni diretta / indiretta:

Il-kost tal-kontrolli jammonta għal madwar 2,5 % tal-pagamenti li jagħmel id-DĠ HOME. Dan mistenni li jibqa’ stabbli jew jonqos ftit fil-każ li jsir użu usa’ mill-SCOs fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

2.3.Miżuri ta’ prevenzjoni mill-frodi u mill-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi huwa wieħed mill-għanijiet tal-kontroll intern kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju u kwistjoni ewlenija tal-governanza, li l-Kummissjoni trid tindirizza matul iċ-ċiklu kollu tal-infiq.

Barra minn hekk, l-istrateġija tad-DĠ HOME għal kontra l-frodi (anti-fraud strategy - AFS) għandha l-għan prinċipali ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni u reparazzjoni tal-frodi, filwaqt li inter alia tiżgura li l-kontrolli interni tagħha ta’ kontra l-frodi jkunu allinjati għal kollox mal-istrateġija tal-Kummissjoni ta’ kontra l-frodi (Commission anti-fraud strategy - CAFS) u li l-approċċ tagħha tal-ġestjoni tar-riskji ta’ frodi jkun immirat li jidentifika oqsma b’riskju ta’ frodi kif ukoll reazzjonijiet adegwati.

Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri se jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-infiq inkluż fil-kontijiet tagħhom li jippreżentaw lill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri se jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi. Bħal fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020) 45 , l-Istati Membri huma obbligati li jdaħħlu fis-seħħ proċeduri għall-identifikazzjoni tal-irregolaritajiet u għal kontra l-frodi u li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet, inkluża frodi suspettata u frodi stabbilita fl-oqsma tal-ġestjoni kondiviża. Il-miżuri ta’ kontra l-frodi se jibqgħu prinċipju trasversali u obbligu għall-Istati Membri.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i proposti

Intestatura tal-qafas pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura Nru 4 “Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri”

Diff./Mhux diff. 46 .

mill-pajjiżi EFTA 47

mill-pajjiżi kandidati 48

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

4

10.02.01 — Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (AMF)

Diff.

LE

LE

LE

LE

4

10.01.01 — In-nefqa ta' appoġġ għall-Fond tal-Ażil u

l-Migrazzjoni (Assistenza Teknika)

Mhux Diff.

LE

LE

LE

LE



3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

4

“Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri”

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsumin skont il-linji baġitarji elenkati fi 3.1)

Impenji

(1)

917.755

1 438.910

1 457.632

1 611.404

1 630.882

1 650.750

1 665.667

10 373.000

Pagamenti

(2)

91,058

200,725

432,040

1.106,189

1.557,395

1.557,783

1.539,379

3.888,431

10 373.000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 49  

Impenji = Pagamenti

(3)

5.654

5.767

5.882

6.000

6.120

6.242

6.335

42.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

923.409

1 444.677

1 463.514

1 617.404

1 637.002

1 656.992

1 672.002

10 415.000

Pagamenti

=2+3

96,712

206,492

437,922

1.112,189

1.563,515

1.564,025

1.545,714

3.888,431

10 415.000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-Taqsima trid timtela permezz tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva , li trid tittella’ f’DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjonijiet bejn is-servizzi

 

Miljuni ta’ -EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

10.329

11.473

13.046

13.046

13.046

13.046

13.046

 

87.032

Nefqa amministrattiva oħra

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

 

1.412

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-Intestatura 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

10.531

11.675

13.248

13.248

13.248

13.248

13.248

 

88.444

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-intestaturi kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

933.940

1456.352

1476.762

1630.652

1650.250

1670.240

1685.250

-

10 503.444

Pagamenti

107,242

218,167

451,170

1.125,437

1.576,763

1.577,272

1.558,962

3.888,431

10 503.444



3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ -EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

10.329

11.473

13.046

13.046

13.046

13.046

13.046

87.032

Nefqa amministrattiva oħra

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

1.412

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

10.531

11.675

13.248

13.248

13.248

13.248

13.248

88.444

Barra mill-INTESTATURA 7 50
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

5.654

5.767

5.882

6.000

6.120

6.242

6.335

42.000

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

5.654

5.767

5.882

6.000

6.120

6.242

6.335

42.000

TOTAL

16.185

17.442

19.130

19.248

19.368

19.490

19.583

130.444

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li jkunu ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

[Għal gwida relatata mad-delega possibbli tal-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-programmi ara p. 8/9 hawn fuq].

3.2.2.1.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

   Il-proposta / L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta / L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni

65

73

84

84

84

84

84

Delegazzjonijiet

3

3

3

3

3

3

3

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) — AC, AL, END, INT u JED  51

Intestatura 7

Finanzjat mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

8

8

8

8

8

8

8

1.

- fid-Delegazzjonijiet

Finanzjat mill-pakkett tal-programm 

- fil-Kwartieri Ġenerali

2.

3.

- fid-Delegazzjonijiet

4.

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

76

84

95

95

95

95

95

Ir-riżorsi umani mitluba se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġa skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

L-għadd ta’ 95 persunal FTE sal-2027 jirrappreżenta l-persunal totali meħtieġ għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Fond. huwa magħmul minn ġersunal li diġà jaħdem fid-DĠ HOME għall-AMF (linja bażi: 66 FTE = 6 CA, 22 AST, 36 AD inkl. 1 AD fid-Delegazzjoni, 1 SNE, 1 INT) minn April 2018 u persunal addizzjonali (+6 AST, +23 AD li minnhom 2 għad-Delegazzjonijiet). Ara hawn taħt id-deskrizzjoni tal-kompiti għal dan il-persunal addizzjonali:

Ippjanar, programmar, relazzjoni mal-aġenziji (+1 AST, + 1 AD):

- jingħata input għall-proċedura baġitarja;

- isir kollegament bejn il-fondi u l-aġenziji (pereżempju ftehimiet ta’ għotjiet / delega lill-agenziji

Awditi, OLAF, QEA (+5 AD):

- isiru kontrolli tal-prestazzjoni, kif deskritt hawn fuq (il-verifika ex ante, il-kumitat tal-akkwist, l-awditi ex post, l-awditu intern, l-ikklerjar tal-kontijiet),

- isir segwitu għall-awditi ġestiti bl-IAS u CoA.

Ġestjoni diretta (+2 AST, +3 AD):

- jitħejjew programmi ta’ ħidma annwali / deċiżjonijiet ta’ finanzjament, jiġu stabbiliti prijoritajiet annwali;

- issir komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati (benefiċjarji potenzjali / benefiċjarji attwali, l-Istati Membri, eċċ.);

- jiġu ġestiti s-sejħiet għal proposti u s-sejħiet għal offerti u l-proċeduri ta’ għażla sussegwenti,

- ġestjoni operazzjonali tal-proġetti.

Ġestjoni diretta (inkluż TF) (+1 AST, +6 AD):

- isir id-djalogu dwar il-politiki mal-Istati Membri,

- il-ġestjoni tal-programmi nazzjonali,

- jiġu abbozzati linji gwida għall-Istati Membri,

- jiġu żviluppati u ġestiti l-għodod tal-IT għall-ġestjoni tal-programmi tas-sovvenzjonijiet u nazzjonali.

Sinerġiji ma’ fondi oħra (+2 AD):

- koordinazzjoni mal-fondi ta’ dimensjoni esterna,

- koordinazzjoni fil-kuntest tas-CPR,

- sinerġiji u kumplimentarjetà ma’ fondi oħra.

Ġestjoni finanzjarja (+2 AST):

- inizjazzjoni finanzjarja u verifika finanzjarja,

- kontabbiltà,

- monitoraġġ u rapportar dwar ksib tal-għanijiet, inkluż fir-Rapport dwar l-Attività Annwali

u r-rapporti tal-Uffiċjal ta’Awtorizzazzjoni b’sottodelega.

Persunal minn direttorati oħra assenjat fuq materji ta’ finanzjament (+ 4 AD):

- L-uffiċjali tal-politika involuti fl-implimentazzjoni tal-fondi (pereż. l-evalwazzjoni tar-rapporti tekniċi mill-benefiċjarji tal-ġestjoni diretta, ir-rieżami tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni għall-ġestjoni kondiviża).

Persunal estern

Il-kompiti huma simili għal dawk tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji, ħlief għall-kompiti li ma jistgħux isiru minn persunal estern

Persunal f’delegazzjonijiet

+ 2 AD: Sabiex jakkompanjaw l-iżvilupp tal-implentazzjoni tal-politika fil-qasam tal-affarijiet interni, u b’mod partikolari d-dimensjoni esterna tagħha, id-delegazzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jiġu mgħammra b’kompetenzi suffiċjenti b’rabta mal-affarijiet interni. Dan jista’ jkun persunal mill-Kummissjoni Ewropea u / jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

3.2.3.Kontribuzzjonijiet mingħand terzi persuni

Il-proposta / L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament mingħand partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament mingħand partijiet terzi stmat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

SM

SM

SM

SM

SM

SM

SM

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

irid jiġi deċiż

irid jiġi deċiż

irid jiġi deċiż

irid jiġi deċiż

irid jiġi deċiż

irid jiġi deċiż

irid jiġi deċiż

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Din il-proposta / l-inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Din il-proposta / l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

    fuq dħul ieħor

◻ jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa, indika

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta / inizjattiva 52

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu …………

Rigward id-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħrajn (pereż. il-metodu / il-formula użata għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew xi informazzjoni oħra).

[…]

(1)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(2)    Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1).
(3)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE tat-25 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni (ĠU L 168, 28.6.2007, p. 18).
(4)    Id-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni (ĠU L 144, 6.6.2007, p. 45).
(5)    Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).    
(6)    COM(2018) 321 final.
(7)    “Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi: Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027”, COM(2018) 321, 2.5.2018.
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru ../..
(9)    Dawn huma l-fondi li jippreċedu l-perjodu ta’ pprogrammar AMIF 2007-2013.
(10)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar l-għoti ta' appoġġ ta' emerġenza fl-Unjoni
(11)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
(12)    ĠU C , , p. .
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru ../.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [Regolament EUAA] (ĠU L ...,[data], p …).
(15)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(16)    Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).
(17)    Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).
(18)    Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).
(19)    2008/381/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7).
(20)     ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1;    
http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC
(21)    ĠU C , , p. .
(22)    ĠU C , , p. .
(23)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
(24)    ĠU C , , p. .
(25)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1371 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(26)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(27)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(28)

   COM(2017) 623 final.

(29)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(30)    ĠU C , , p. .    
(31)    ĠU C , , p. .    
(32)    ĠU C , , p. .    
(33)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
(34)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(35)    COM(2015) 240 final tat-13 ta’ Mejju 2015.
(36)    COM(2017) 558 finali tas-27 ta’ Settembru 2017 u COM(2018) 250 finali tal-14 ta’ Marzu 2018.
(37)     http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/03/18/eu-turkey-statement/
(38)    COM(2016) 385 final tas-7 ta’ Ġunju 2016.
(39)    COM(2016) 270 final tal-4 ta’ Mejju 2016.
(40)    COM(2016) 468 final tat-13 ta’ Lulju 2016.
(41)    COM(2016) 377 final tas-7 ta’ Ġunju 2016.
(42)    COM(2017) 200 final tat-2 ta’ Marzu 2017.
(43)    COM(2016) 378 final tas-7 ta’ Ġunju 2016.
(44)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx
(45)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014 tal-25 ta' Lulju 2014, l-Anness I; Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1973 tat-8 ta' Lulju 2015.
(46)    Diff. = approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(47)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(48)    Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(49)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nfiq b’sostenn għall-implimentazzjoni tal-programmi u / jew azzjonijiet tal-UE (ex linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(50)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nfiq b’sostenn għall-implimentazzjoni tal-programmi u / jew azzjonijiet tal-UE (ex linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(51)    AC = aġenti kuntrattwali; AL = persunal lokali; END = espert nazzjonali sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JPD = esperti subordinati fid-delegazzjonijiet.
(52)    Għal dak li jirrigwarda r-riżorsi proprji (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara li jsir it-tnaqqis rilevanti għall-ispejjez tal-ġbir.
Top

Strasburgu,12.6.2018

COM(2018) 471 final

ANNESSI

tar-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni

{SWD(2018) 347}
{SWD(2018) 348}
{SEC(2018) 315}


ANNESS I
Kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi tal-programmi b’ġestjoni kondiviża

1.Ir-riżorsi disponibbli msemmija fl-Artikolu 11 għandhom jiġu maqsuma bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)Kull Stat Membru għandu jirċievi l-ammont fiss ta’ EUR 5 000 000 mill-Fond fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar biss;

(b)Ir-riżorsi li jifdal imsemmija fl-Artikolu 11 għandhom jitqassmu abbażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % għall-ażil;

30 % għall-migrazzjoni legali u għall-integrazzjoni;

40 % għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż ir-ritorn.

2.Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ażil se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

(a)30 % fi proporzjon għall-għadd ta’ persuni li jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ngħataw l-istatus definit mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra;

Kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jgawdu minn forma ta' protezzjoni sussidjarja skont it-tifsira tad-Direttiva 2011/95/UE riformulata 1 ;

Kull ċittadin ta’ stat terz jew persuna apolida li jgawdu minn protezzjoni temporanja skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/55/KE 2 .

(b)60 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jkunu applikaw għall-protezzjoni internazzjonali.

(c)10 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li qed jiġu risistemati fi Stat Membru jew li diġà ġew risistemati.

3.Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-migrazzjoni legali u tal-integrazzjoni se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

(a)40 % fi proporzjon għall-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti fi Stat Membru.

(b)60 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu l-ewwel permess ta’ residenza.

(c)Madankollu, għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3(b), il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin ma għandhomx ikunu inklużi:

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw l-ewwel permessi ta’ residenza relatati max-xogħol validi għal inqas minn 12-il xahar;

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għall-finijiet ta' studju, skambju tal-istudenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE 3 jew meta applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/801 4 ;

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE 5 jew meta applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/801.

4.Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari inklużi r-ritorni se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

(a)50 % fi proporzjon għall-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal dħul u permanenza fit-territorju ta' l-Istat Membru u li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn taħt il-liġi nazzjonali u / jew dik Komunitarja, jiġifieri deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jkun jiddikjara l-illegalità tal-permanenza u jimponi l-obbligu tar-ritorn;

(b)50 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li effettivament jkunu ħallew it-territorju tal-Istat Membru wara li tkun inħarġet lilhom ordni amministrattiva jew ġudizzjarja biex dawn jitilqu, kemm jekk ikunu telqu b’mod volontarju jew sfurzat.

5.Għall-allokazzjoni inizjali ċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri t-tliet snin kalendarji preċedenti abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri fid-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għar-rieżami ta’ nofs it-terminu, iċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri t-tliet snin kalendarji preċedenti disponibbli waqt ir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024 abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Meta l-Istati Membri ma jkunux taw l-istatistika kkonċernata lill-Kummissjoni (Eurostat), huma għandhom jipprovdu data proviżorja malajr kemm jista' jkun.

6.Qabel taċċetta din id-data bħala ċifri ta' referenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni statistika skond il-proċeduri operattivi normali. Fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jagħtuha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tagħmel dan.

ANNESS II
Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a)tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni u tal-prijoritajiet marbuta mas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil;

(b)tiġi appoġġata l-kapaċità tas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri fir-rigward tal-infrastrutturi u tas-servizzi fejn meħtieġ;

(c)jittejbu s-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari rigward dawk li l-iktar huma affettwati mill-flussi migratorji, kif ukoll jiġi pprovdut appoġġ lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ solidarjetà;

(d)jissaħħu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi affettwati mill-flussi migratorji, inkluż permezz tar-risistemazzjoni u ta’ mezzi legali oħrajn għall-protezzjoni fl-Unjoni kif ukoll sħubija u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi bl-għan li tiġi ġestita l-migrazzjoni.

2.Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a)jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jippromwovu l-migrazzjoni legali u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-migrazzjoni legali;

(b)jiġu promossi miżuri ta’ integrazzjoni bikrija għall-inklużjoni soċjali u ekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, biex ikunu mħejjija jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà riċeventi u jiġu aċċettati minnha, b’mod partikolari bl-involviment tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

3.Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(c) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a)tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni u tal-prijoritajiet tal-politika dwar l-infrastruttura, il-proċeduri u s-servizzi;

(b)jiġi appoġġat approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn fil-livell ta’ Unjoni u tal-Istati Membri, biex jiġu żviluppati kapaċitajiet għal ritorn effettiv u sostenibbli u jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari;

(c)jiġu appoġġati r-ritorn volontarju assistit u r-riintegrazzjoni;

(d)tiġi msaħħa l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u l-kapaċitajiet tagħhom biex jiġu implimentati ftehimiet ta’ riammissjoni u arranġamenti oħra, u jkun jista’ jseħħ ir-ritorn sostenibbli.



ANNESS III
Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

1.Fl-objettiv tal-politika msemmija fl-Artikolu 3(1), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej:

(a)it-twaqqif u l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, ir-ritorn u l-migrazzjoni irregolari;

(b)it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u għodod kif ukoll it-taħriġ tal-persunal, inkluż l-awtoritajiet lokali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

(c)l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, inkluż dwar il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni u data, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ għodod, metodi u indikaturi statistiċi komuni għall-kejl tal-progress u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tal-politika;

(d)l-iskambju tal-informazzjoni, l-aħjar prattiki u strateġiji, tagħlim reċiproku, l-istudji u r-riċerka, u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet u t-twaqqif ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(e)is-servizzi ta’ assistenza u ta’ appoġġ koerenti mal-istatus u l-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari l-gruppi vulnerabbli;

(f)azzjonijiet maħsuba biex itejbu l-għarfien tal-ażil, l-integrazzjoni, il-migrazzjoni legali u l-politiki dwar ir-ritorn fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali;

2.Fl-objettiv tal-politika speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej:

(a)l-għoti ta’ għajnuna materjali, inkluża assistenza fil-fruntiera;

(b)it-twettiq ta’ proċeduri ta’ ażil;

(c)l-identifikazzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet proċedurali jew ta' akkoljenza speċjali;

(d)it-twaqqif jew it-titjib ta’ infrastruttura ta’ akkomodazzjoni għall-akkoljenza, inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta’ dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

(e)it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini;

(f)l-azzjonijiet relatati mat-tmexxija ta’ proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni [u ta’ Ammissjoni Umanitarja] jew skemi ta’ risistemazzjoni nazzjonali li huma kompatibbli mal-Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni;

(g)it-trasferimenti tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;

(h)it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex titjieb il-protezzjoni ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni;

(i)it-twaqqif, l-iżvilupp u t-titjib ta’ alternattivi effettivi għad-detenzjoni, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ minorenni mhux akkumpanjati u familji.

3.Fl-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej:

(a)il-pakketti ta’ informazzjoni u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-mezzi ta’ migrazzjoni legali lejn l-Unjoni, inkluż dwar l-acquis tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali;

(b)l-iżvilupp ta’ skemi ta’ mobbiltà lejn l-Unjoni, bħal skemi ta’ migrazzjoni ċirkolari jew temporanji, inkluż it-taħriġ sabiex titjieb l-impjegabbiltà;

(c)il-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi u l-aġenziji tar-reklutaġġ, is-servizzi tal-impjiegi u s-servizzi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri;

(d)il-valutazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba f’pajjiż terz, kif ukoll t-trasparenza u l-kompatibbiltà tagħhom ma’ dawk ta’ Stat Membru;

(e)l-assistenza fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE 6 ;

(f)l-assistenza b’rabta ma’ bidla fl-istatus għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-akkwist ta’ status ta’ residenza legali definit fil-livell ta’ Unjoni;

(g)il-miżuri ta’ integrazzjoni bikrija bħala appoġġ imfassal skont il-ħtiġijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tal-programmi ta’ integrazzjoni li jiffukaw fuq l-edukazzjoni, il-lingwi u taħriġ ieħor bħal korsijiet ta’ orjentazzjoni ċivika u gwida professjonali;

(h)l-azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza fl-aċċess u fl-għoti ta’ servizzi pubbliċi u privati lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż li dawn jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-grupp fil-mira;

(i)il-kooperazzjoni bejn korpi governattivi u nongovernattivi, b’mod integrat, inkluż permezz ta’ ċentri kkoordinati ta’ appoġġ għall-integrazzjoni, bħal punti uniċi ta' servizz;

(j)l-azzjonijiet li jippermettu u jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fiha, u azzjonijiet li jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi;

(k)il-promozzjoni tal-iskambji u d-djalogu bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz tal-konsultazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u d-djalogu interkulturali u interreliġjuż.

4.Fl-objettiv speċifiku msemmija fl-Artikolu 3(2)(c), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej:

(a)l-infrastruttura għall-akkoljenza jew id-detenzjoni, inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta’ dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

(b)l-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-titjib ta’ miżuri alternattivi għad-detenzjoni effettivi, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma’ minorenni mhux akkumpanjati u familji;

(c)l-introduzzjoni u t-tisħiħ ta’ sistemi indipendenti u effikaċi għall-monitoraġġ tar-ritorn furzat, kif stabbilit fl-Artikolu 8(6), tad-Direttiva 2008/115/KE 7 ;

(d)il-ġlieda kontra l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, inkluż l-impjieg ta’ migranti irregolari, permezz ta’ spezzjonijiet effettivi u xierqa msejsa fuq il-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ tal-persunal, ittwaqqif u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li permezz tagħhom il-migranti irregolari jistgħu jitolbu ħlas b’lura u jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, jew kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni biex limpjegaturi u l-migranti irregolari jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/52/KE 8 ;

(e)il-preparazzjoni tar-ritorn, inklużi miżuri li jwasslu għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-traċċar tal-familji;

(f)il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet konsulari u s-servizzi tal-immigrazzjoni jew awtoritajiet u servizzi rilevanti oħra u ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jinkisbu d-dokumenti l-ivvjaġġar, jiġi ffaċilitat ir-ritorn u tiġi żgurata r-riammissjoni inkluż permezz talingaġġar ta’ uffiċjali ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi;

(g)l-assistenza għar-ritorn, b’mod partikolari r-ritorn volontarju assistit u l-informazzjoni dwar programmi ta’ ritorn volontarju assistit;

(h)l-operazzjonijiet ta’ espulsjoni, inklużi miżuri relatati, f’konformità mal-istandards stipulati fid-dritt tal-UE, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir koersiv;

(i)il-miżuri biex jiġu appoġġati r-ritorn u r-riintegrazzjoni durabbli tal-persuna rimpatrijata;

(j)il-faċilitajiet u s-servizzi f’pajjiżi terzi li jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza xierqa mal-wasla, inkluż għal minorenni mhux akkumpanjati u gruppi vulnerabbli oħra f’konformità mal-istandards internazzjonali;

(k)il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u fuq ir-ritorn effettiv u r-riammissjoni, inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ riammissjoni u arranġamenti oħra;

(l)il-miżuri li għandhom l-għan li jissensibilizzaw dwar il-mezzi legali xierqa għall-immigrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni illegali;

(m)l-appoġġ u l-azzjonijiet f’pajjiżi terzi, inkluż dwar l-infrastruttura, it-tagħmir u miżuri oħra, dment li dawn jikkontribwixxu għat-titjib ta’ kooperazzjoni effettiva bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.

ANNESS IV
Azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla f’kon
formità mal-Artikoli 12(2) u 13(7)

Miżuri ta’ integrazzjoni implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

Azzjonijiet biex jiġu żviluppati u implimentati alternattivi effettivi għad-detenzjoni;

Programmi ta’ Ritorn Volontarju Assistit u Riintegrazzjoni u l-attivitajiet relatati;

Miżuri mmirati lejn persuni vulnerabbli u applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bi bżonnijiet ta’ akkoljenza u / jew bżonnijiet proċedurali speċjali, inklużi miżuri li jiżguraw il-protezzjoni effikaċi tat-tfal migranti, b’mod partikolari dawk mhux akkumpanjati.

ANNESS V
Indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin msemmija fl-Artikolu 28(1)

Għan speċifiku 1: It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha:

1.L-għadd ta’ persuni risistemati bl-appoġġ tal-Fond.

2.L-għadd ta’ persuni fis-sistema ta’ akkoljenza apparagun tal-għadd ta’ applikanti għall-ażil.

3.Il-konverġenza tar-rati ta’ rikonoxximent ta’ protezzjoni għall-applikanti li jfittxu ażil mill-istess pajjiż.

Għan speċifiku 2: L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż il-kontribut għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi:

1.L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ qabel it-tluq appoġġati mill-Fond.

2.L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni appoġġati mill-Fond li rrappurtaw li l-miżuri kienu ta’ benefiċċju għall-integrazzjoni bikrija tagħhom meta mqabbel mal-għadd totali ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni appoġġati mill-Fond.

Għan speċifiku 3: Il-kontribut kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività tar-ritorn u tar-riammissjoni f’pajjiżi terzi:

1.L-għadd ta’ persuni li jirritornaw wara ordni ta’ tkeċċija apparagun tal-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu ordnati jitilqu.

2.L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rċevew assistenza għar-riintegrazzjoni ta’ qabel jew ta’ wara r-ritorn ikkofinanzjat mill-Fond, apparagun tal-għadd totali ta’ persuni li jirritornaw appoġġjati mill-Fond.

ANNESS VI
Tipi ta’ intervent



TABELLA 1: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

I.SEKA

001

Kundizzjonijiet ta’ akkoljenza

002

Proċeduri tal-ażil

003

Implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni

004

Tfal migranti

005

Persuni bi bżonnijiet ta’ akkoljenza u proċedurali speċjali

006

Risistemazzjoni

007

Sforzi ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri

008

Appoġġ operazzjonali

II.Migrazzjoni legali u integrazzjoni

001

Żvilupp ta’ strateġiji ta’ integrazzjoni

002

Vittmi tat-traffikar tal-bnedmin

003

Miżuri ta’ integrazzjoni – informazzjoni u orjentazzjoni, punti uniċi ta’ servizz

004

Miżuri ta’ integrazzjoni – taħriġ fil-lingwa

005

Miżuri ta’ integrazzjoni – taħriġ ċiviku u taħriġ ieħor

006

Miżuri ta’ integrazzjoni – introduzzjoni għas-soċjetà ospitanti, parteċipazzjoni, skambji

007

Miżuri ta’ integrazzjoni – ħtiġijiet bażiċi

008

Miżuri ta’ qabel it-tluq

009

Skemi ta’ mobilità

010

Akkwist ta’ residenza legali

III.Ritorn

001

Alternattivi għad-detenzjoni

002

Kundizzjonijiet ta’ akkoljenza / detenzjoni

003

Proċeduri ta’ ritorn

004

Ritorn volontarju assistit

005

Assistenza għar-riintegrazzjoni

006

Operazzjonijiet ta’ espulsjoni / ritorn

007

Sistema ta’ monitoraġġ tar-ritorn furzat

008

Persuni vulnerabbli / minorenni mhux akkumpanjati (UAMs)

009

Miżuri li jindirizzaw l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari

010

Appoġġ operazzjonali

IV.Assistenza teknika

001

Informazzjoni u komunikazzjoni

002

Tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll

003

Evalwazzjoni u studji, ġbir ta’ data

004

Tisħiħ tal-kapaċitajiet

TABELLA 2: IL-KODIĊIJIET GĦAT-TIP TA’ DIMENSJONI TAL-AZZJONI

001

Żvilupp ta’ strateġiji nazzjonali

002

Tisħiħ tal-kapaċitajiet

003

Edukazzjoni u taħriġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi

004

Żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi ta’ statistika

005

Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki

006

Azzjonijiet / operazzjonijiet konġunti (bejn l-Istati Membri)

007

Kampanji u informazzjoni

008

Skambju u ssekondar ta’ esperti

009

Studji, proġetti pilota, valutazzjonijiet tar-riskju

010

Tħejjija, monitoraġġ, attivitajiet amministrattivi u tekniċi

011

Għoti ta’ assistenza u servizzi ta’ appoġġ għal ċittadini ta' pajjiż terz

012

Infrastruttura

013

Tagħmir

TABELLA 3: IL-KODIĊIJIET GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIMENSJONI TAL-MODALITAJIET

001

Azzjoni speċifika

002

Assistenza ta’ emerġenza

003

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

004

Azzjonijiet f’pajjiżi terzi

005

Azzjonijiet elenkati fl-Anness IV

ANNESS VII
Azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali

Fl-ambitu tal-għan speċifiku għat-tisħiħ u għall-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha, u tal-għan speċifiku li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, filwaqt li jiġu żgurati ritorn u riammissjoni effettivi f’pajjiżi terzi, l-appoġġ operazzjonali għandu jkopri:

l-ispejjeż tal-persunal;

l-ispejjeż tas-servizz, bħall-manutenzjoni jew is-sostituzzjoni ta’ tagħmir;

l-ispejjeż tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija tal-infrastruttura.

ANNESS VIII
Indikaturi tal-outputs u tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 28(3)

Għan speċifiku 1: It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha:

1.L-għadd ta’ persuni mill-grupp fil-mira mogħtija assistenza bl-appoġġ tal-Fond:

(a)L-għadd ta’ persuni mill-grupp fil-mira li jibbenefikaw mill-informazzjoni u l-assistenza waqt il-proċeduri kollha ta’ asil;

(b)L-għadd ta’ persuni mill-grupp fil-mira li jibbenefikaw minn assistenza legali u rappreżentazzjoni;

(c)L-għadd ta’ persuni vulnerabbli, vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin, u minuri mhux akkumpanjati li jibbenefikaw minn assistenza speċifika.

2.Il-kapaċità (l-għadd ta’ postijiet) fl-infrastruttura ġdida ta’ akkomodazzjoni għall-akkoljenza mwaqqfa f’konformità mar-rekwiżiti komuni għall-kundizzjonijiet tal-akkoljenza stabbiliti fl-acquis tal-Unjoni u tal-infrastruttura eżistenti tal-akkomodazzjoni għall-akkoljenza mtejba f’konformità mal-istess rekwiżiti bħala riżultat tal-proġetti appoġġati mill-Fond, u l-perċentwal mill-kapaċità totali tal-akkomodazzjoni għall-akkoljenza;

3.L-għadd ta’ postijiet adattati għall-minorenni mhux akkumpanjati (UAM) appoġġati mill-Fond apparagun tal-għadd totali ta’ postijiet alterati għall-minorenni mhux akkumpanjati;

4.L-għadd ta' persuni mħarrġa f’suġġetti relatati mal-ażil bl-assistenza tal-Fond, u dan l-għadd bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ persunal imħarreġ f’dawn is-suġġetti;

5.L-għadd ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor bl-appoġġ tal-Fond;

6.L-għadd ta’ persuni risistemati bl-appoġġ tal-Fond.

Għan speċifiku 2: L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż il-kontribut għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi:

1.L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ qabel it-tluq appoġġati mill-Fond.

2.L-għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali li implimentaw miżuri ta’ integrazzjoni bl-appoġġ tal-Fond.

3.L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri appoġġati mill-Fond li jiffukaw fuq:

(a)l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(b)l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

(c)l-aċċess għal servizzi bażiċi; kif ukoll

(d)il-parteċipazzjoni attiva u l-inklużjoni soċjali.

4.L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni appoġġati mill-Fond li rrappurtaw li l-miżuri kienu ta’ benefiċċju għall-integrazzjoni bikrija tagħhom meta mqabbel mal-għadd totali ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni appoġġati mill-Fond;

Għan speċifiku 3: Il-kontribut kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività tar-ritorn u tar-riammissjoni f’pajjiżi terzi:

1.L-għadd ta’ postijiet f'ċentri ta' detenzjoni maħluqa / rinnovati b’appoġġ mill-Fond, apparagun mal-għadd totali ta’ postijiet maħluqa / rinnovati f’ċentri ta’ detenzjoni.

2.L-għadd ta persuni mħarrġa dwar suġġetti relatati mar-ritorn bl-assistenza mill-Fond.

3.L-għadd ta’ persuni li r-ritorn tagħhom kien kofinanzjat mill-Fond, apparagun tal-għadd totali ta’ persuni li jirritornaw wara ordni ta’ tkeċċija:

(a)persuni li rritornaw b’mod volontarju;

(b)u persuni espulsi.

4.L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rċevew assistenza għar-riintegrazzjoni ta’ qabel jew ta’ wara r-ritorn ikkofinanzjat mill-Fond, apparagun tal-għadd totali ta’ persuni li jirritornaw appoġġjati mill-Fond.    

(1)    Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9–26).
(2)    Id-data li għandha titqies biss f’każ li tiġi attivata d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12–23).
(3)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12–18).
(4)    Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21–57). 
(5)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15–22).
(6)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, (ĠU L 251, 03/10/2003 p. 12 – 18.).
(7)    Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(8)    Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali, (ĠU L 168, 30.6.2009., p. 24–32).
Top