EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0390

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM/2018/390 final

Strasburgu, 12.6.2018

COM(2018) 390 final

2018/0210(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

{SEC(2018) 276 final}
{SWD(2018) 295 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, b’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-għan ta’ din il-proposta huwa l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) għall-perjodu tal-2021 sal-2027. Il-mira ta’ dak il-fond hija li jkun hemm parti mill-baġit tal-Unjoni li tiġi ddedikata apposta biex tappoġġa l-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Dan il-finanzjament huwa mezz ewlieni biex jiffaċilita s-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jiffaċilita s-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta’ prodotti tal-frott tal-baħar, jgħin it-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli, u l-ibħra u l-oċeani jinżammu f’saħħithom, sikuri, nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli.

L-Unjoni, li hija attur dinji fil-qasam tal-oċeani u l-ħames fost l-akbar produtturi ta’ frott tal-baħar, għandha responsabbiltà kbira ta’ protezzjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ użu sostenibbli tal-oċeani u r-riżorsi tagħhom. Il-preżervazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani hija tabilħaqq essenzjali għall-popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber b’mod mgħaġġel. Hija wkoll ta’ interess soċjoekonomiku għall-Unjoni: l-ekonomija blu sostenibbli tħeġġeġ l-investiment u tagħti spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir, trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-enerġija mill-oċeani. Barra minn hekk, huma essenzjali l-ibħra u l-oċeani b’element ta’ sigurtà u ta’ sikurezza għall-kontroll tal-fruntieri u għall-ġlieda dinjija kontra l-kriminalità marittima li jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sigurtà. Dawn il-prijoritajiet jeħtieġu l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni permezz tal-FEMS.

Dan l-appoġġ se jkun ikkumplimentat b’finanzjament speċifiku għall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, għall-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli, u għas-sħubija tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, li jgħinu wkoll fl-infurzar tal-politiki tal-Unjoni fis-settur marittimu u f’dak tas-sajd.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti f’dan il-qasam ta’ politika

Il-mira ta’ din il-proposta hija li tgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, li tippromwovi l-implimentazzjoni tal-politika marittima tal-Unjoni, u li ssaħħaħ il-governanza internazzjonali tal-oċeani. Bl-għarfien li l-isfidi u l-opportunitajiet tal-ispazju oċeaniku huma marbutin ma’ xulxin u li jridu jitqiesu bħala ħaġa waħda, jenħtieġ li dawk l-oqsma jkunu kkollegati mill-qrib ma’ xulxin.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali (il-QFP) tal-2021 sal-2027 li ġiet adottata fit-2 ta’ Mejju 2018 iffissat il-qafas tal-baġit għall-finanzjament tal-PKS u l-politika marittima. Barra minn hekk, fid-29 ta’ Mejju 2018 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar “Dispożizzjonijiet Komuni” biex ittejjeb il-koordinazzjoni u tarmonizza l-implimentazzjoni tal-appoġġ minn Fondi b’ġestjoni kondiviża (“il-Fondi”) bl-għan ewlieni li jiġi l-implimentazzjoni tal-politika tiġi ssimplifikata b’mod koerenti. Dawk id-dispożizzjonijiet komuni japplikaw għall-parti tal-FEMS li hija taħt ġestjoni kondiviża.

Il-Fondi għandhom għanijiet komplimentari u l-istess mod ta’ ġestjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jistipula sensiela ta’ għanijiet ġenerali komuni u prinċipji ġenerali, bħas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli. Fih ukoll l-elementi komuni tal-ippjanar strateġiku u tal-ipprogrammar, fosthom dispożizzjonijiet dwar il-Ftehim ta’ Sħubija li se jiġi konkluż ma’ kull Stat Membru, u jistabbilixxi approċċ komuni biex il-Fondi jintużaw f’direzzjonijiet li jtejbu l-prestazzjoni. Għalhekk, dan jinkludi kundizzjonijiet abilitanti, analiżi tal-prestazzjoni, u arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni. Ġew stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tar-regoli ta’ eliġibbiltà, u ġew iddefiniti arranġamenti speċjali għall-istrumenti finanzjarji u għall-użu tal-InvestEU, għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u għall-ġestjoni finanzjarja. Xi arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll huma wkoll komuni għall-Fondi kollha.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta u l-għanijiet tagħha huma konsistenti mal-politiki tal-Unjoni, speċjalment mal-politiki ambjentali, mal-politiki dwar il-klima, mal-politiki ta’ koeżjoni, mal-politiki soċjali, mal-politiki tas-suq u mal-politiki kummerċjali.

Il-komplementarjetajiet bejn il-Fondi, fosthom il-FEMS, u programmi oħrajn tal-Unjoni se jkunu deskritti fil-Ftehim ta' Sħubija, bi qbil mar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

B’direzzjoni diretta, il-FEMS se jiżviluppa sinerġiji u komplementarjetajiet ma’ fondi u programmi oħrajn rilevanti tal-Unjoni. Se jippermetti wkoll il-finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit bi qbil mar-Regolament dwar l-InvestEU.

L-appoġġ fil-qafas tal-FEMS jenħtieġ li jintuża biex jindirizza l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew l-esklużjoni tal-finanzjament privat, u jrid ikollu valur miżjud Ewropew ċar. Dan ikun jiżgura l-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-FEMS u r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikoli 42, 43(2), 91(1), 100(2), 173(3), 175, 188, 192(1), 194(2), 195(2) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Id-dispożizzjonijiet tal-proposta huma implimentati fl-oqfsa tal-ġestjoni kondiviża, tal-ġestjoni diretta, u tal-ġestjoni indiretta, bi qbil mar-Regolament Finanzjarju.

Proporzjonalità

Id-dispożizzjonijiet proposti jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi huma xierqa u meħtieġa, filwaqt li ma hemmx miżuri inqas restrittivi oħrajn disponibbli biex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa tal-politika.

Għażla tal-istrument

L-istrument li qed jiġi propost: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ir-riżultati tal-Evalwazzjoni ex post tal-Fond Ewropew għas-Sajd 2007-2013 tqiesu bħala element ewlieni fil-Valutazzjoni tal-impatt li sar biex tiġi evalwata l-possibbiltà li jitkompla l-appoġġ finanzjarju tas-settur tas-sajd wara l-2020. L-Evalwazzjoni ex post hija bbażata fuq il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati li saret bejn Frar u Mejju tal-2016, bil-ħsieb li tinstema’ l-opinjoni pubblika ġenerali dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond Ewropew għas-Sajd (l-FES).

Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tagħha għal wara l-2020 kienu li tittejjeb ir-rabta bejn il-finanzjament u l-għanijiet tal-politiki, l-isfruttament sostenibbli tas-sajd u l-ħarsien u t-titjib tal-ambjent u tar-riżorsi naturali billi jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti negattivi fuq l-ambjent tal-baħar. Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa li jittieħed approċċ aktar strateġiku biex l-akkwakultura ssir aktar kompetittiva u tiżdied il-produzzjoni, u biex jitqiesu iktar l-isfidi speċifiċi li jiltaqgħu magħhom is-sajjieda kostali ż-żgħar.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-akbar attività ta’ konsultazzjoni dwar il-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020 kienet il-konferenza tal-partijiet ikkonċernati tal-FEMS bit-titolu “Beyond 2020: Supporting Europe’s Coastal Communities” (Wara l-2020: l-Appoġġ tal-Komunitajiet Kostali Ewropej) li saret f’Tallinn f’Ottubru tal-2017. Dan l-avveniment, li ħadu sehem fih aktar minn 300 ruħ u fejn kien hemm 70 kelliema, ta l-opportunità lill-partijiet ikkonċernati jagħtu sehemhom fil-valutazzjoni tal-għajnuna finanzjarja li jagħti l-FEMS lill-PKS u lill-politika marittima tul il-perjodu bejn l-2014 u l-2020. Tahom ukoll l-opportunità li jantiċipaw il-forma li jista’ jieħu dan l-appoġġ wara l-2020. Fil-konferenza tal-FEMS kienu rrappreżentati diversi partijiet ikkonċernati. Minn 300 parteċipant, aktar minn 50% kienu rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi, kien hemm 12% li kienu jirrappreżentaw lill-industrija, 11% lill-NGOs, 14% lill-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tas-sajd u 7% kienu mill-qasam akkademiku.

Ingħataw ukoll żewġ opportunitajiet lill-Membri tal-Grupp ta’ Esperti tal-FEMS (amministrazzjonijiet tal-Istati Membri) li jikkontribwixxu għal din id-diskussjoni u jagħtu l-fehmiet tagħhom fil-proċess ta’ riflessjoni. Dawn il-laqgħat saru fis-06 ta’ Novembru 2017 u fil-15 ta’ Jannar 2018. Id-dibattiti fost il-Gruppi ta’ Esperti tal-FEMS kienu appoġġati b’dokumenti ta’ diskussjoni u mistoqsijiet direzzjonali li pprovdiet il-Kummissjoni qabel il-laqgħat. Waslu wkoll kontributi bil-miktub mingħand l-Istati Membri.

Barra minn hekk, intbagħtu l-ittri lill-Kunsilli Konsultattivi, lill-NGOs u lill-Imsieħba soċjali Ewropej, fejn intalbu jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar il-finanzjament tal-Unjoni għas-sajd u għas-setturi marittimi wara l-2020. Ġew organizzati laqgħat individwali mal-Imsieħba Soċjali għal din il-konsultazzjoni.

Waslu wkoll kontributi mill-Konferenza tar-Reġjuni Marittimi Periferiċi, (is-CPMR) bħad-dokument tekniku ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġejjieni tal-FEMS, “Future of the EMFF post-2020: Elements of analysis and possible scenarios”, u n-noti li saru mis-CPMR bejn Ottubru tal-2017 u Marzu tal-2017 dwar il-FEMS wara l-2020. Il-Pożizzjoni Politika finali dwar il-ġejjieni tal-FEMS ġiet adottata mill-Bureau Politiku tas-CPMR f’Marzu tal-2018.

Għadd ta’ sessjonijiet ta’ ħidma u rapporti wkoll ikkontribwew għall-valutazzjoni, bħas-sessjoni dwar il-Politiki waqt il-konferenza tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ekonomisti tas-Sajd (f’April tal-2017) u sessjoni ta’ ħidma tal-partijiet ikkonċernati dwar l-appoġġ għall-Politika Marittima waqt il-Jiem Marittimi Ewropej (f’Mejju tal-2017).

Ir-riżultat tal-konsultazzjoni jistgħu jingħataw kif ġej:

Sejħa qawwija mill-partijiet interessati kważi kollha għall-kontinwità u l-ħtieġa ċara ta’ strument finanzjarju li fil-ġejjieni jkun iddedikat għas-sajd u għall-politika marittima, li jibqgħu jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, u li jintużaw l-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu.

L-Istati Membri qablu li l-għanijiet tal-fond ta’ wara l-2020 jenħtieġ li jsostnu l-ambjent u s-sostenibbiltà soċjali u ekonomika. Bħala prijorità għall-fond li jmiss, il-partijiet ikkonċernati mmarkaw il-ksib tal-għanijiet tal-PKS.

B’riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-partijiet ikkonċernati qablu li wieħed mill-ikbar difetti tal-FEMS tal-2014 sal-2020 kien li dam biex jiġi adottat, u l-Programmi Operazzjonali ġew implimentati tard; dan ġara minħabba li l-approvazzjoni tal-qafas leġiżlattiv dam biex ġie approvat. Dan kollu, flimkien mal-leġiżlazzjoni preskrittiva wisq fil-livell tal-Unjoni, mar-riġidità u n-nuqqas ta’ flessibbiltà fl-interpretazzjoni tagħha, u wisq attenzjoni fuq l-eliġibbiltà minflok fuq li jintlaħqu l-għanijiet u l-miri, huma l-isfida li jridu jiffaċċaw l-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati għamlu sejħa qawwija għal inqas kumplessità legali u għal qafas leġiżlattiv aktar sempliċi.

Ġie nnutat kunsens wiesa’ fost il-partijiet ikkonċernati, li talbu ċertu livell ta’ stabbiltà, b’mod partikolari permezz ta’ aktar simplifikazzjoni fil-livelli kollha (kemm f’dak tal-Unjoni, kif ikoll f’dak nazzjonali) tal-implimentazzjoni tal-FEMS. Madankollu, ġew innutati wkoll fehmiet diversi dwar kif irid jinstab bilanċ bejn aktar enfasi fuq li jinkisbu r-riżultati u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet filwaqt li tiġi żgurata nefqa korretta.

Fil-kontributi tagħhom, l-Istati Membri nnutaw li s-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni hija importanti ħafna biex turi l-effikaċja tal-fond, billi din tagħti l-informazzjoni dwar il-kawżalitajiet tal-iżvilupp tas-setturi tas-sajd u tal-ekonomija blu.

Ġie nnutat ukoll li kien hemm żewġ opinjonijiet kompletament diverġenti dwar l-appoġġ tal-flotot tas-sajd, u l-partijiet ikkonċernati kienu maqsuma kważi nofs b’nofs bejn dawk li jiffavorixxu li jitkomplew il-miżuri għall-flotot u dawk li huma kontra.

Dwar is-settur tal-akkwakultura, il-partijiet ikkonċernati kollha qablu li jenħtieġ aktar xogħol fuq is-simplifikazzjoni amministrattiva u leġiżlattiva biex jitnaqqas iż-żmien li jieħdu l-proċeduri tal-għotja tal-liċenzji mingħajr ma jitbaxxew l-istandards għoljin ambjentali, ta’ protezzjoni tal-konsumatur, u tas-saħħa tal-annimali li jiffurmaw parti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Huma affermaw mill-ġdid li huma l-piżijiet amministrattivi, flimkien mar-rekwiżiti proċedurali kumplessi wisq (kemm biex jingħataw il-liċenzji u l-aċċess għall-finanzjament) li għadhom l-ostaklu ewlieni għall-iżvilupp ta’ dan is-settur. Barra minn hekk intwera appoġġ kbir minn grupp ta’ 11-il Stat Membru favur li jitkompla l-appoġġ attwali mill-Unjoni għas-settur tal-akkwakultura fil-fond li jmiss, b’mod partikolari għall-akkwakultura tal-ilma ħelu.

Rigward is-sajd artiġjanali u s-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-Istati Membri huma favur li l-appoġġ li jingħata jkun aktar immirat u mfassal apposta, li jkun ikbar, u li tingħata l-possibbiltà li dawn jiġu ttrattati b’mod aktar favorevoli billi jingħataw pagamenti minn qabel. Skont xi Stati Membri, jenħtieġ li jitkompla t-trattament finanzjarju preferenzjali tas-sajd kostali artiġjanali u s-sajd tal-ilmijiet interni wara l-2020. Il-partijiet ikkonċernati rrikonoxxew ukoll li hemm bżonn ta’ flessibbiltà skont l-ispeċifiċitajiet lokali, u biex tgħin ir-rinnovazzjoni tal-ġenerazzjonijiet f’forza tax-xogħol li qed tikber fl-età.

L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati kollha wrew il-fehma li huwa importanti li l-appoġġ għall-ġbir tad-data, għall-kontroll u l-infurzar tar-regoli tas-sajd, u l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi jibqgħu parti mill-fond tas-sajd taħt ġestjoni kondiviża.

It-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni permezz tal-FEMS f’oqsma differenti fil-kuntest tal-politika marittima (it-taħriġ, l-ippjanar spazjali marittimu, is-sikurezza u s-sorveljanza marittima, il-finanzjament ta’ proġetti innovattivi, eċċ.) tqis bħala valur miżjud għall-Ewropa u għar-reġjuni minn għadd ta’ partijiet ikkonċernati. Meta jitqies li l-ekonomija blu hija żviluppata f’ambjent kumpless ħafna, jenħtieġ li l-kumplimentarità fost l-istrumenti diversi tkompli tiġi żgurata biex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni.

Maġġoranza ta’ partijiet ikkonċernati rrikonoxxew ukoll ir-rwol importanti tal-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) biex il-komunitajiet kostali jadottaw soluzzjonijiet lokali għall-problemi lokali, u rrikonoxxewh bħala opportunità siewja biex is-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura jkollhom rwol attiv fi kwistjonijiet b’rabta mal-gvernijiet u l-governanza lokali. Ħafna partijiet ikkonċernati jixtiequ li s-CLLD jkollu rwol aktar mifrux fl-iżvilupp tal-ekonomija blu fil-livell lokali.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

L-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt tħejja mis-servizzi tal-Kummissjoni. Għall-valutazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni, ingħatat l-għajnuna minn esperti esterni. Din l-għajnuna tkopri proposta għal qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għal wara l-2020 ibbażata fuq is-sistema li kienet ġiet żviluppata għall-perjodu tal-2014 sal-2020, flimkien ma’ għadd limitat ta’ indikaturi tar-riżultati, fosthom valutazzjoni tal-ħtiġiet ta’ ġbir tad-data, tas-sorsi u tad-disponibbiltà.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt tiżviluppa l-għanijiet ġenerali ewlenin tal-programm, flimkien mal-għanijiet speċifiċi. L-għanijiet jinkludu l-għanijiet trażversali tal-QFP ta’ flessibbiltà, koerenza u sinerġiji, simplifikazzjoni u l-fokus fuq il-prestazzjoni.

Il-valutazzjoni tal-impatt tidentifika u tispjega l-isfidi u l-problemi ewlenin li jridu jiġu indirizzati fil-programm li ġej abbażi ta’ dak li joħroġ mill-evalwazzjonijiet tal-perjodi ta’ programmazzjoni u attivitajiet ta’ konsultazzjoni preċedenti, tal-għanijiet trażversali tal-QFP l-ġdid u tal-prijoritajiet politiċi ġodda u l-problemi li qed jibdew jidhru li jeħtieġu l-intervent tal-Unjoni.

Il-valutazzjoni tal-impatt, li hi bbażata fuq l-esperjenza ta’ programmi preċedenti, b’mod ġenerali tipprijoritizza l-azzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati (fis-sens li jilħqu l-għanijiet deskritti hawn fuq) billi l-allokazzjoni tal-baġit ma kinitx magħrufa meta saret il-valutazzjoni tal-impatt.

Ġew ivvalutati d-dimensjonijiet tas-sussidjarjetà (il-valur miżjud tal-Unjoni / il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-Unjoni) u tal-proporzjonalità tal-prijoritajiet għall-finanzjament. Il-bidliet fl-ambitu u fl-istruttura tal-programm ġew analizzati wkoll.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Minkejja li din il-proposta m’għandhiex rabta mar-REFIT, il-mira tagħha hija li tissolleva l-piżijiet regolatorji u li tissimplifika l-għotja tal-fond.

Hija tagħti wkoll trattament preferenzjali lill-benefiċjarji ż-żgħar, b’rata ogħla ta’ intensità tal-għajnuna u tipi ta’ appoġġ speċifiku għall-benefiċjarji sajjieda kostali ż-żgħar.

Drittijiet fundamentali

Ir-rispett għas-saltna tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni finanzjarja soda u finanzjament tal-Unjoni effettiv. Fir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni hemm ir-regoli stipulati għall-każ li jkun hemm defiċjenzi ġenerali b’rabta mas-saltna tad-dritt fl-Istati Membri. Iddaħħlet kundizzjoni abilitanti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni li tiżgura r-rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Din tapplika għall-FEMS.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-qafas finanzjarju pluriennali jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jeħtieġ li jkompli jappoġġa s-sajd u l-politiki marittimi. L-ammonti proposti tal-baġit tal-FEMS, bil-prezzijiet attwali, jammontaw għal EUR 6 140 000 000. Ir-riżorsi tal-FEMS huma maqsumin fost il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 311 000 000 huma allokati għall-appoġġ taħt ġestjoni kondiviża u EUR 829 000 000 għall-appoġġ taħt ġestjoni diretta u indiretta. Id-dettalji dwar l-impatt finanzjarju tal-FEMS huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-proposta hija marbuta mal-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtaġġ tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Dawn l-arranġamenti jiġu implimentati permezz ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni stabbilit fil-proposta.

L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016, fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u tal-politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet biex tittieħed aktar azzjoni. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti prattiċi tal-programm skont l-indikaturi u l-miri tiegħu, u se joħorġu b’analiżi ddettaljata ta’ kemm jista’ jitqies li hu rilevanti, effettiv, u effiċjenti l-programm b’mod li jagħti biżżejjed valur miżjud u ta’ kemm huwa koerenti mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni. L-evalwazzjonijiet se jkunu jinkludu t-tagħlimiet li diġà nkisbu biex jiġu identifikati kull difett u problema li jista’ jkun hemm, jew xi potenzjal għal aktar titjib tal-azzjonijiet jew tar-riżultati tagħhom, u biex jgħin biex dawn jiġu sfruttati bl-aħjar mod u jkollhom l-ikbar impatt possibbli.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Ma japplikax

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Għanijiet

Din il-proposta għal Regolament dwar il-FEMS għandha l-miri li tappoġġa l-kisba tal-għanijet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg tal-QFP, li tippromwovi l-implimentazzjoni tal-politika marittima tal-Unjoni, u li tappoġġa l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani. Hija bbażata fuq l-erba’ prijoritajiet li ġejjin, li jirriflettu l-għanijiet ta’ politika rilevanti li huma stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, u li l-għan tagħhom huwa li jimmassimizza l-kontribut tal-Unjoni għall-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli:

(1)il-promozzjoni tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(2)il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli;

(3)il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu;

(4)it-tisħiħ tal-governanza internazzjonali tal-oċeani u l-promozzjoni ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli.

Is-settur marittimu Ewropew jimpjega aktar minn ħames miljun ruħ u jiġġenera kważi EUR 500 biljun fis-sena, b’potenzjal li joħloq ħafna aktar impjiegi. L-output tal-ekonomija globali tal-oċeani attwalment huwa stmat EUR 1.3 triljun, u dan jaf jiżdied aktar mid-doppju sal-2030. (Ir-Rapport tal-OECD, The Ocean Economy in 2030). Il-ħtieġa li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, li tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u li titnaqqas l-impronta ambjentali tal-ekonomija blu mexxiet l-impenn lejn l-innovazzjoni f’setturi oħrajn, bħal dak tat-tagħmir marittimu, tal-bini tal-bastimenti, tal-osservazzjoni tal-oċeani, tat-tħammil, tal-protezzjoni tal-kosta, u tal-bini marittimu. L-investiment fl-ekonomija marittima ġie ffinanzjat bil-fondi strutturali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-FEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Jenħtieġ li jintużaw għodod ġodda tal-investiment, bħall-InvestEU biex jintlaħaq il-potenzjal tat-tkabbir tas-settur.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 tistabbilixxi għan aktar ambizzjuż biex il-klima tiġi ttrattata b’mod ewlieni fil-programmi kollha tal-Unjoni, bil-mira li 25% tal-infiq tal-Unjoni jkunu mqassma b’mod ġenerali fuq l-infiq li jikkontribwixxi għall-għanijiet klimatiċi. Il-kontribut tal-FEMS biex tintlaħaq din il-mira globali se jkun rintraċċat permezz ta’ sistema ta’ mmarkar klimatiku f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, anki bl-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli. Il-Kummissjoni se tkompli tippreżenta l-informazzjoni kull sena dwar l-approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit annwali. Biex tappoġġa l-użu sħiħ tal-potenzjal tal-FEMS li jikkontribwixxi għall-għanijiet klimatiċi, il-Kummissjoni se tfittex li tidentifika l-azzjonjiet rilevanti tul il-proċessi kollha tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni, tar-rieżami u tal-evalwazzjoni.

Huwa mistenni li l-FEMS jikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet ambjentali tal-Unjoni. Din il-kontribuzzjoni se tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b’mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

Simplifikazzjoni

Il-mira tal-proposta hija li tissimplifika t-twassil tal-FEMS meta mqabbel mal-istruttura kumplessa ħafna tal-perjodu tal-2014 sal-2020. Il-FEMS tal-2014 sal-2020 tabilħaqq huwa bbażat fuq deskrizzjoni preċiża u riġida tal-possibbiltajiet ta’ finanzjament u regoli tal-eliġibbiltà (“miżuri”), li kkumplika l-implimentazzjoni għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji. Għalhekk, il-FEMS ta’ wara l-2020 se javviċina struttura ssimplifikata li timxi mal-elementi li ġejjin:

Erba’ prijoritajiet – Dawn il-prijoritajiet jiddeskrivu l-ambitu tal-appoġġ tal-FEMS, bi qbil mal-għanijiet tal-QFP, tal-politika marittima u tal-azzjonijiet ta’ governanza tal-oċeani internazzjonali.

Oqsma għall-appoġġ – L-artikoli tar-Regolament ma jistipulawx miżuri preskrittivi, iżda jiddeskrivu l-oqsma differenti għall-appoġġ f’kull prijorità, u dan jipprovdi qafas flessibbli għall-implimentazzjoni.

Ma hemmx miżuri jew regoli għall-eliġibbiltà predefiniti fil-livell tal-Unjoni – Il-kompitu tat-tfassil tal-programm huwa tal-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża, u fih iridu jindikaw l-aħjar mezzi biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-FEMS. Se jingħataw il-flessibbiltà biex ifasslu r-regoli tal-eliġibbiltà. Għadd ta’ miżuri diversi identifikati fil-programmi mill-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati skont ir-regoli stabbiliti fil-FEMS u fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, dment li jkunu koperti mill-oqsma tal-appoġġ.

Il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet f’ċerti oqsma – Jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ operazzjonijiet li mhumiex eliġibbli biex jiġu evitati impatti detrimentali għall-konservazzjoni tas-sajd, pereżempju projbizzjoni ġenerali ta’ investimenti li jżidu l-kapaċità tas-sajd. Barra minn hekk, l-investimenti u l-kumpensi għall-flotta tas-sajd (il-waqfien permanenti ta’ attivitajiet tas-sajd, il-waqfien straordinarju tal-attivitajiet tas-sajd, ix-xiri ta’ bastimenti jew it-tibdil ta’ magni) se jkunu strettament ikkundizzjonati mill-konsistenza mal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS. Dan huwa kruċjali biex ikun żgurat li l-appoġġ finanzjarju jkun immirat lejn il-ksib ta’ dawk l-għanijiet.

Indikaturi tar-riżultati – Kemm ikun qed jagħti riżultati tajbin l-appoġġ tal-FEMS se jiġi vvalutat skont l-indikaturi. L-Istati Membri se jirrappurtaw dwar il-progress li jkunu għamlu biex jilħqu l-istadji importanti u l-miri, u l-Kummissjoni se twettaq eżami annwali tal-prestazzjoni li jippermetti s-sejbien bikri ta’ problemi potenzjali fl-implimentazzjoni u li joffri azzjonijiet korrettivi, ibbażat fuq ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni li jħejju l-Istati Membri. Għal dan se jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

Minflok ma jelenkaw il-miżuri li jkunu ntgħażlu minn lista ta’ azzjonijiet eliġibbli, kif jagħmlu bħalissa, il-programmi nazzjonali jenħtieġ li jiffukaw fuq il-prijoritajiet li jagħżel kull Stat Membru. Din l-istruttura se ttejjeb l-implimentazzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politiki abbażi tal-prestazzjoni fil-kuntest ta’ djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar kif jinkisbu r-riżultati. Għaldaqstant, il-flessibilità, l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati u l-fiduċja reċiproka bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma t-tliet prinċipji ta’ simplifikazzjoni effettiva.

Il-programmi se jitħejjew mill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża u jiġu approvati mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni, u biex l-Istati Membri jitħeġġew isegwu metodu aktar strateġiku meta jkunu qegħdin iħejju l-programmi, il-Kummissjoni se tiżviluppa analiżi ta’ kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni mill-perspettiva tal-ksib tal-għanijiet tal-PKS. Dik l-analiżi se tgħin kemm lill-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissjoni biex jinnegozjaw kull programm filwaqt li jitqiesu l-isfidi u l-bżonnijiet reġjonali.

Meta tkun qed tivvaluta l-programmi, il-Kummissjoni se tqis l-isfidi ambjentali u soċjoekonomiċi tal-PKS, il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, l-isfidi fil-livell tal-baċiri tal-baħar, il-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi marini, it-tnaqqis tal-iskart fil-baħar u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-addattament għalih.

Is-simplifikazzjoni se tinkiseb ukoll permezz tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni dwar il-Fondi, fejn se jkunu stipulati l-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni, mal-monitoraġġ, u mal-kontroll.

Allokazzjoni tar-riżorsi

Il-FEMS se jiġi implimentat skont żewġ sistemi ta’ twassil:

b’ġestjoni kondiviża mill-Istati Membri permezz tal-programmi tal-FEMS ibbażati fuq l-istrateġiji nazzjonali,

b’mod dirett mill-Kummissjoni b’ġestjoni diretta.

Il-proposta se żżomm il-sehem tar-riżorsi tal-perjodu 2014 sa 2020 bejn il-ġestjoni kondiviża u l-ġestjoni diretta. F’dan il-kuntest huwa propost li EUR 5 311 000 000 jiġu allokati għall-ġestjoni kondiviża (86,5%) u EUR 829 000 000 se jiġu allokati għall-ġestjoni diretta (13,5%). Din l-allokazzjoni tippermetti li jinżamm bilanċ xieraq bejn ir-riżorsi li jkunu taħt ġestjoni kondiviża u r-riżorsi li jkunu ġestiti direttament.

Dwar il-ġestjoni kondiviża, wara li jitnaqqas il-valur tal-programm tar-Renju Unit (EUR 243 miljun), f’termini nominali, l-Istati Membri jżommu 96,5% tal-allokazzjoni tagħhom tal-perjodu 2014 sa 2020. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali se tkun ibbażata fuq l-ishma tal-perjodu 2014 sal-2020.

Huwa propost ukoll li jkunu delimitati l-ammonti għal ċerti oqsma ta’ appoġġ taħt ġestjoni kondiviża:

il-kontroll u l-infurzar u l-ġbir u l-ipproċessar tad-data għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd u għall-finijiet xjentifiċi (minimu ta’ 15% tal-appoġġ finanzjarju allokat lil kull Stat Membru minbarra l-pajjiżi interni),

ir-reġjuni ultraperiferiċi (l-ammont delimitat ikun ikopri sistema ta’ kumpens għal spejjeż addizzjonali, u għajnuna strutturali).

Kondizzjonalità

L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat il-konservazzjoni tal-oċeani u l-użu sostenibbli tagħhom bħala wieħed mis-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG 14). L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak il-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F’dan il-kuntest, impenjat ruħha li tippromwovi ekonomija blu sostenibbli li tkun konsistenti mal-ippjanar Spazjali Marittimu, mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u mal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, li tipprojbixxi ċerti forom ta’ sussidji tas-sajd li jkomplu jżidu mal-kapaċità żejda u mas-sajd eċċessiv, li telimina s-sussidji li jgħinu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u li ma tintroduċix sussidji ġodda ta’ dan it-tip. Huwa mistenni li sal-2020 dan ir-riżultat jinkiseb min-negozjati dwar is-sussidji għas-sajd mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Barra minn hekk, waqt in-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 u fl-2012 fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20), l-Unjoni impenjat ruħha li telimina s-sussidji li jikkontribwixxu għall-kapaċità żejda fis-sajd u għas-sajd eċċessiv.

Minbarra dan, l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-PKS jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fil-kuntest tal-FEMS trid tingħata bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mar-regoli tal-PKS. Għalhekk, l-applikazzjonijiet mingħand benefiċjarji li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS li japplikaw ma jistgħux jintlaqgħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħat li taġixxi kontra dawk l-Istati Membri li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS.

Il-promozzjoni tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Il-PKS għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, u li jkunu ġestiti b’mod li jkun konsistenti mal-għanijiet li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, u li jgħinu biex ikun hemm provvista tal-ikel. Il-mira tal-pjan għandha tkun li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirkupra u jżomm lill-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda f’livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY). Il-pjan għandu jiżgura wkoll li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema marina jitnaqqsu kemm jista’ jkun u li l-attivitajiet tal-akkwakultura u tas-sajd jevitaw li jiddegradaw l-ambjent tal-baħar (l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-PKS).

F’dawn l-aħħar snin irnexxew tajjeb l-isforzi biex l-istokkijiet tal-ħut jinġabu lura f’livelli tajbin, biex tinżied il-profitabbiltà tal-industrija tas-sajd tal-Unjoni, u biex jiġu kkonservati l-ekosistemi marini. Madankollu, għad fadal sfidi sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet soċjoekonomiċi u ambjentali tal-PKS. Dawn jeħtieġu li jitkompla l-appoġġ wara l-2020, speċjalment fil-baċiri tal-baħar, fejn il-progress sar aktar bil-mod. Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta’ bosta komunitajiet kostali fl-Unjoni, speċjalment f’dawk fejn is-sajjieda kostali ż-żgħar għandhom rwol importanti. Billi l-età medja ta’ ħafna komunitajiet ta’ sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet għadhom ta’ sfida.

L-appoġġ skont l-ewwel Prijorità għandu l-miri li jilħaq l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-PKS. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b’mod li jkun konsistenti mal-għanijiet li jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, u li jikkontribwixxi lejn id-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

B’mod partikolari, l-appoġġ mill-FEMS se jkun immirat biex jinkiseb u jinżamm is-sajd sostenibbli bbażat fuq ir-rendiment massimu sostenibbli u biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Dak l-appoġġ se jinkludi l-innovazzjoni u l-investiment fis-sajd b’impatt baxx, u fi prattiki u tekniki tas-sajd li huma reżiljenti għall-klima u li jemittu livell baxx ta’ karbonju.

L-obbligu ta’ ħatt l-art huwa wieħed mill-isfidi ewlenin tal-PKS. Huwa ssarraf f’tibdil sinifikanti għas-settur fil-prattiki tas-sajd, kultant bi spiża finanzjarja importanti. Għaldaqstant il-FEMS se jappoġġa l-innovazzjoni u l-investimenti li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, b’rata ta’ intensità ta’ għajnuna ogħla minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn, bħall-investiment fi rkaptu tas-sajd selettiv, fit-titjib tal-infrastrutturi tal-portijiet, u fil-kummerċ ta’ qabdiet mhux mixtieqa. Il-FEMS se jagħti intensità massima tal-għajnuna ta’ 100% għat-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni ta’ sistemi trasparenti għall-iskambju ta’ opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri (“skambji ta’ kwoti”), biex jiġi mmitigat l-effett tal-“ispeċijiet bi kwota limitanti” li jikkawża l-obbligu ta’ ħatt l-art.

L-appoġġ skont l-ewwel Prijorità jista’ jkopri wkoll l-innovazzjoni u l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-kwalità tal-qabdiet. Madankollu, dan l-appoġġ ma għandux iwassal għal żieda fil-kapaċità tas-sajd jew fil-kapaċità tas-sejba tal-ħut, u ma għandux jingħata sempliċiment biex jiġu ssodisfati rekwiżiti li huma obbligatorji skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, se jkun permess li tingħata għajnuna b’rata ta’ intensità ogħla minn ta’ operazzjonijiet oħrajn.

Il-kontroll tas-sajd huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-PKS. Għalhekk, b’ġestjoni kondiviża, il-FEMS se jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni, kif speċifikat fir-Regolament dwar il-Kontroll. Ċerti obbligi previsti fir-Regolament dwar il-Kontroll (sistemi ta’ trekkjar tal-bastimenti u sistemi elettroniċi tar-rappurtar, sistemi ta’ sorveljanza elettronika, il-kejl u r-reġistrazzjoni kontinwi tal-potenza propulsiva tal-magni) jiġġustifikaw l-appoġġ speċifiku biex ikun hemm infurzar mgħaġġel u effiċjenti mill-Istati Membri u mis-sajjieda. Barra minn hekk, jenħtieġ li jintużaw ukoll l-investimenti tal-Istati Membri fl-assijiet tal-kontroll li jintużaw għas-sorveljanza marittima u għall-kooperazzjoni fil-funzjonijiet tal-gwardja kostali.

Is-suċċess tal-PKS jiddependi wkoll mid-disponibbiltà tal-pariri xjentifiċi għall-ġestjoni tas-sajd, u minħabba f’hekk jiddependi wkoll mid-disponibbiltà tad-data dwar is-sajd. Minħabba l-isfidi u l-ispejjeż meħtieġa biex tinkiseb data li tkun affidabbli u sħiħa, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġbru u jipproċessaw id-data skont ir-Regolament dwar il-Qafas tal-Ġbir ta’ Data u biex jikkontribwixxu għall-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Dak l-appoġġ se jippermetti sinerġiji mal-ġbir u l-ipproċessar ta’ tipi oħra ta’ data marina.

Il-FEMS se jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni effettiva bbażata fuq l-għarfien, u governanza tal-PKS b’ġestjoni diretta u indiretta permezz tal-pariri xjentifiċi li jingħataw, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema tal-Unjoni ta’ kontroll tas-sajd, il-funzjonament ta’ Kunsilli Konsultattivi, u l-kontribuzzjonijiet volontarji lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-ġestjoni tal-flotot iffukata fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni

Minħabba l-isfidi li jeżistu biex jinkiseb sfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar bi qbil mal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS, il-FEMS se jappoġġa l-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd. F’dan il-kuntest, kultant għadu meħtieġ l-appoġġ għall-addattament ta’ ċerti segmenti tal-flotta u għal ċerti baċiri tal-baħar. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jkun strettament immirat lejn il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u jkun immirat biex jikseb bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Għalhekk, il-FEMS jista’ jappoġġa l-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd f’segmenti tal-flotta li fihom il-kapaċità tas-sajd ma tkunx proporzjonata mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Tali appoġġ se jkun għodda tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-aġġustament tas-segmenti tal-flotta li jkollhom kapaċità strutturali żejda identifikata, kif previst fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament dwar il-PKS, u se jkun implimentat billi jiġi skrappjat il-bastiment tas-sajd, inkella billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti. Jekk il-modifika retroattiva tkun se twassal biex ikun hemm aktar pressjoni tas-sajd rikreattiv fuq l-ekosistema tal-baħar, l-appoġġ jingħata biss jekk jikkonforma mal-PKS u mal-għanijiet tal-pjanijiet pluriennali rilevanti.

Fl-imgħoddi l-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd ma kienx iffukat sew u ma kienx jinidirizza l-iżbilanċi strutturali tal-flotta tas-sajd b’mod effiċjenti. Biex tkun żgurata l-konsistenza tal-addattament strutturali tal-flotta mal-għanijiet ta’ konservazzjoni, dan l-appoġġ se jkun strettament b’kundizzjonijiet preċiżi u marbut mal-kisba tar-riżultati. Għaldaqstant huwa propost li jiġi implimentat biss b’“finanzjament mhux b’rabta mal-ispejjeż” previst fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Skont dan il-mekkaniżmu, l-Istati Membri mhux se jiġu rimburżati mill-Kummissjoni għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd skont l-ispejjeż reali li jkunu ġġarrbu, iżda skont li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u li jkunu nkisbu r-riżultati. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni se tistabbilixxi tali kundizzjonijiet, li se jkunu marbutin mal-kisba tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS, f’att delegat.

Kumpens għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd

Minħabba li fil-biċċa l-kbira l-attivitajiet tas-sajd ma jistgħux ikunu previsti, jista’ jkun hemm ċirkostanzi straordinarji li jwasslu għal telf ekonomiku sinifikanti għas-sajjieda. Biex jittaffew dawk il-konsegwenzi, il-FEMS jista’ jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju tal-attivitajiet tas-sajd li jkun irriżulta mill-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ konservazzjoni (jiġifieri l-pjanijiet pluriennali, il-miri tal-konservazzjoni u l-isfruttament sfruttament sostenibbli tal-istokkijiet, il-miżuri biex il-kapaċità tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tiġi addattata għall-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, u l-miżuri tekniċi), li jkun irriżulta minn miżuri ta’ emerġenza (pereżempju l-għeluq ta’ xi sajd), mill-interruzzjoni tal-applikazzjoni ta’ xi ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli minħabba xi diżastru naturali jew xi inċident ambjentali.

Dan l-appoġġ se jingħata biss jekk l-impatt ta’ dan it-tip ta’ ċirkostanza fuq is-sajjieda jkun sinifikanti, jiġifieri jekk l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 jum konsekuttiv, u jekk it-telf ekonomiku li jirriżulta mill-waqfien tas-sajd jammonta għal aktar minn 30% tad-dħul annwali medju tan-negozju kkonċernat waqt perjodu speċifikat.

Trattament preferenzjali għas-sajjieda kostali żgħar u għar-reġjuni ultraperiferiċi

Is-sajd kostali artiġjanali jsir minn bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat. Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75% tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b’mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b’saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, il-FEMS se jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta’ rata ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100%, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli tagħhom. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta’ appoġġ se jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità tas-sajd tkun f’bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri x-xiri ta’ bastimenti użati u t-tibdil jew il-modernizzazzjoni tal-magni tal-bastimenti. L-Istati Membri fil-programm tagħhom se jinkludu wkoll pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li se jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li se jiffissaw stadji importanti u miri għalihom.

Kif hemm deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, tal-24 ta’ Ottubru 2017 bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, ir-reġjuni ultraperifiċi jiffaċċaw sfidi speċifiki minħabba li huma reġjuni mbiegħda, u minħabba t-topografija u l-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat, u għandhom ukoll vantaġġi speċifiċi li fuqhom jistgħu jiżviluppaw ekonomija blu sostenibbli. Għalhekk, għal kull reġjun ultraperiferiku, irid jinthemeż pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp sostenibbli tas-setturi tal-ekonomija blu, inkluż l-isfruttar sostenibbli tas-sajd u tal-akkwakultura, mal-programm tal-Istati Membri kkonċernati, u trid tkun riżervata allokazzjoni finanzjarja biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni. Il-FEMS jista’ wkoll jappoġġa l-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu r-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-pożizzjoni u l-insularità tagħhom. Dak l-appoġġ se jkun limitat għal perċentwal ta’ din l-allokazzjoni finanzjarja ġenerali. Barra minn hekk se tiġi applikata rata ta’ intensità ta’ għajnuna ogħla fir-reġjuni ultraperifiċi minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn.

Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar

Il-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u kostali huma sfida ewlenija biex jinkisbu ibħra u oċeani f’saħħithom. B’ġestjoni kondiviża, il-FEMS se jgħin biex jinkiseb dan l-għan billi jappoġġa l-ġbir mis-sajjieda ta’ rkaptu tas-sajd li jkun intilef, u l-ġbir tal-iskart mill-ibħra, u jappoġġa l-investiment fil-portijiet biex dawn ikunu jipprovdu faċilitajiet ta’ akkoljenza xierqa għall-irkaptu l-mitluf u għall-iskart mill-baħar. Se jappoġġa wkoll azzjonijiet maħsubin biex jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar, kif stabbiliti skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni tal-ispazju stabbiliti skont dik id-Direttiva, għall-ġestjoni, għar-restawr u għall-monitoraġġ taż-żoni tan-NATURA 2000 u għall-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttivi dwar il-“Ħabitats” u dwar l-“Għasafar”.

B’ġestjoni diretta, il-FEMS se jagħti sehem għall-promozzjoni ta’ ibħra nodfa u f’saħħithom u għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari, li ġiet żviluppata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Jannar 2016, bi qbil mal-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar.

Il-kontribut għas-sigurtà alimentari fl-Unjoni

Is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60% tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b’hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Hemm l-isfida importanti li jiġi promoss il-konsum tal-proteina mill-ħut prodott fl-Unjoni, waħda ta’ standards ta’ kwalità għolja, u li din tkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet affordabbli.

F’dan il-kuntest għandha rwol l-akkwakultura. B’hekk il-FEMS jaf isostni l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta’ annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F’xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament tal-PKS. B’mod partikolari se jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta’ ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta’ kumpens li jipprovdu servizzi ta’ importanza kritika ta’ ġestjoni tal-art u tan-natura. Se jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b’rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, l-appoġġ jingħata biss permezz ta’ strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.  

Is-sigurtà tal-ikel tiddependi wkoll minn swieq effiċjenti u organizzati tajjeb, li joħolqu aktar trasparenza, stabbiltà, kwalità u diversità fil-katina tal-provvista, u tiddependi wkoll mill-informazzjoni li jkollhom il-konsumaturi. Għalhekk il-FEMS jista’ jsostni l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bi qbil mal-għanijiet tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq. B’mod partikolari jista’ jsostni l-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, il-promozzjoni ta’ swieq disponibbli u l-iżvilupp u x-xandir ta’ informazzjoni dwar is-suq.

L-industrija tal-ipproċessar għandha rwol ukoll fid-disponibbiltà u fil-kwalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Il-FEMS jista’ jsostni l-investiment iffukat f’din l-industrija, dment li dan l-investiment jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq. L-aħħar data turi li s-settur tal-ipproċessar fl-Unjoni qed jagħti riżultati tajbin u għaldaqstant l-appoġġ se jingħata biss permezz ta’ strumenti finanzjarji u permezz tal-InvestEU, u mhux permezz ta’ għotjiet. L-investimenti fuq skala kbira jistgħu jiġu appoġġati mill Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta’ dawn ir-reġjuni. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x’aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f’negozji marittimi ġodda u fil-bijoekonomija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta’ bastimenti ta’ livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, il-FEMS se jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet li jgħinu l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli u fuq it-twarrib tal-ostakli biex ikun iffaċilitat l-investiment u l-iżvilupp ta’ swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda.

L-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli jiddependi ħafna mill-isħubijiet bejn partijiet ikkonċernati lokali li jikkontribwixxu għall-ħajja tal-komunitajiet u tal-ekonomiji kostali u interni. Il-FEMS se jipprovdi l-għodod li jippromwovu dawn is-sħubiji. Għalhekk se jappoġġa l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet (CLLD) b’ġestjoni kondiviża. L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet lokali kien strument li rnexxa ħafna fil-perjodu tal-2014 sal-2020. Strateġiji bħal dan jagħtu spinta reali lid-diversifikazzjoni ekonomika f’kuntesti lokali permezz tal-iżvilupp tas-sajd kostali u intern, tal-akkwakultura u ta’ ekonomija blu sostenibbli. Dawn jenħtieġ li jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom. Meta mqabbel mal-perjodu tal-2014 sal-2020, l-ambitu tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet lokali bl-appoġġ tal-FEMS se jitwessa’: kull sħubija lokali teħtieġ li tirrifletti l-fokus ewlieni tal-istrateġija tagħha billi tiżgura involviment u rappreżentanza bbilanċjati tal-partijiet ikkonċernati kollha tal-ekonomija blu sostenibbli lokali.

Il-FEMS se jappoġġa wkoll l-ekonomija blu sostenibbli b’ġestjoni kondiviża permezz tal-ġbir, tal-ġestjoni u tal-użu ta’ data li ttejjeb l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun immirat biex jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Ħabitat u d-Direttiva dwar l-Għasafar, biex isostni l-ippjanar spazjali marittimu u biex itejjeb il-kwalità tad-data u jżid it-tpartit tagħha permezz tan-netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima.

B’ġestjoni diretta u indiretta, il-FEMS se jiffoka fuq il-kundizzjonijiet abilitanti għal ekonomija blu sostenibbli permezz tal-promozzjoni tal-governanza u l-ġestjoni integrati tal-politika marittima, permezz tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, permezz tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u tat-tpartit tad-data soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli, permezz tal-promozzjoni ta’ ekonomija blu sostenibbli reżiljenti u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, u permezz tal-iżvilupp ta’ riżerva ta’ proġetti u ta’ strumenti finanzjarji innovattivi.

It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u l-promozzjoni ta’ ibħra u oċeani nodfa, ġestiti b’mod sostenibbli, u fejn jeżistu s-sikurezza u s-sigurtà

60% tal-oċeani huma ’l barra mill-konfini tal-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali. Dan ifisser responsabbiltà internazzjonali kondiviża. Il-maġġoranza tal-problemi li jiffaċċaw l-oċeani huma ta’ natura transkonfinali, bħall-isfruttament żejjed, it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni, it-tniġġis, u l-bijodiversità li qed tonqos, u għaldaqstant jeħtieġu reazzjoni kondiviża. Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li l-Unjoni tifforma Parti minnha, twaqqfu bosta drittijiet ġuriżdizzjonali, istituzzjonijiet u oqfsa speċifiċi biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attività tal-bniedem fl-oċeani. F’dawn l-aħħar snin qed jidher li hemm kunsens globali dwar il-ħtieġa li l-ambjent tal-baħar u l-attivitajiet marittimi tal-bniedem jiġu ġestiti b’mod aktar effettiv biex ikunu indirizzati l-pressjonijiet li dejjem qed jiżdiedu fuq l-oċeani.

Fir-rwol tagħha ta’ attur globali, l-Unjoni għandha l-impenn qawwi li tippromwovi l-governanza internazzjonali tal-oċeani bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Novembru 2016 bit-titolu “Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna”. Il-politika dwar il-governanza tal-oċeani tal-Unjoni hija politika ġdida li tittratta l-oċeani b’mod integrat. Il-governanza internazzjonali tal-oċeani mhux biss hija essenzjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 14 (“Conserve and sustainably use the oceans, seas and marine resources for sustainable development”), iżda wkoll biex tiggarantixxi ibħra u oċeani li jkunu sikuri, indaf, u ġestiti b’mod sostenibbli, għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-Unjoni irid jirnexxilha tara r-riżultati ta’ dawk l-impenji internazzjonali u tkun mutur għall-governanza internazzjonali tal-oċeani mtejba fil-livelli bilaterali, reġjonali u multilaterali, anki fil-prevenzjoni, fl-iskoraġġiment u fl-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, biex ittejjeb l-istruttura tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, biex tnaqqas il-pressjonijiet fuq l-oċeani u fuq l-ibħra, biex toħloq il-kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli, u biex issaħħaħ ir-riċerka u d-data internazzjonali dwar l-oċeani. Il-FEMS se jappoġġa dawk l-impenji u l-għanijiet internazzjonali b’ġestjoni diretta.

Huwa mistenni li l-azzjonijiet li jippromwovu l-governanza internazzjonali tal-oċeani fil-kuntest tal-FEMS se jtejbu l-istruttura ġenerali tal-proċessi, il-ftehimiet, ir-regoli u l-istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attività tal-bniedem fl-oċeani. Il-FEMS se jiffinanzja l-arranġamenti internazzjonali li kkonkludiet l-Unjoni f’oqsma li mhumiex koperti mill-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli stabbiliti ma’ diversi pajjiżi terzi, u jiffinanzja wkoll il-kontribuzzjoni legali tas-sħubija tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd. Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli u l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd se jibqgħu jkunu ffinanzjati taħt linji differenti tal-baġit tal-Unjoni.

Għas-sigurtà u d-difiża, huma essenzjali l-protezzjoni tal-fruntieri u s-sorveljanza marittima mtejba. Skont l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà Marittima adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-24 ta’ Ġunju 2014, u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha, adottat fis-16 ta’ Diċembru 2016, l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma importanti ħafna biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Għalhekk il-FEMS se jappoġġa s-sorveljanza marittima u l-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta taħt ġestjoni kondiviża u ġestjoni diretta, anki billi jinxtraw l-oġġetti meħtieġa biex jitwettqu ħidmiet marittimi bi skopijiet multipli. Se jippermetti wkoll lill-aġenziji rilevanti jimplimentaw l-appoġġ fil-qasam tas-sorveljanza u s-sigurtà marittima b’ġestjoni indiretta.

2018/0210 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) għall-perjodu tal-2021 sal-2027. Il-mira ta’ dak il-fond trid tkun li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jiġi ddedikat biex isostni l-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani. Dan il-finanzjament huwa mezz ewlieni li jiffaċilita s-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għas-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta’ prodotti tal-frott tal-baħar, għat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli, u biex l-ibħra u l-oċeani jkunu f’saħħithom, sikuri, nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli.

(2)L-Unjoni, li hija attur dinji fil-qasam tal-oċeani u l-ħames fost l-akbar produtturi ta’ frott tal-baħar, għandha responsabbiltà kbira ta’ protezzjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ użu sostenibbli tal-oċeani u r-riżorsi tagħhom. Il-preżervazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani hija tabilħaqq essenzjali għall-popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber b’mod mgħaġġel. Hija wkoll ta’ interess soċjoekonomiku għall-Unjoni: l-ekonomija blu sostenibbli tħeġġeġ l-investiment u tagħti spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir, trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-enerġija mill-oċeani. Barra minn hekk, ibħra u oċeani b’element ta’ sigurtà u ta’ sikurezza huma essenzjali għall-kontroll tal-fruntieri u għall-ġlieda dinjija kontra l-kriminalità marittima, u dan jippermettilna nindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sigurtà.

(3)Ir-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament li jistabblixxi Dispożizzjonijiet Komuni] (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”) 3 ġie adottat biex tittejjeb il-koordinazzjoni u biex tiġi armonizzata l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Fondi b’ġestjoni kondiviża (“il-Fondi”), bl-għan ewlieni li jiġi ssimplifikat b’mod koerenti t-twettiq tal-politiki. Dawk id-dispożizzjonijiet komuni japplikaw għall-parti tal-FEMS li hija taħt ġestjoni kondiviża. Il-Fondi għandhom għanijiet komplimentari u l-istess mod ta’ ġestjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] jistipula sensiela ta’ għanijiet ġenerali komuni u prinċipji ġenerali, bħas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli. Dak ir-Regolament fih ukoll l-elementi komuni tal-ippjanar strateġiku u tal-ipprogrammar, fosthom dispożizzjonijiet dwar il-Ftehim ta’ Sħubija li se jiġi konkluż ma’ kull Stat Membru, u jistabbilixxi approċċ komuni biex il-Fondi jintużaw f’direzzjonijiet li jtejbu l-prestazzjoni. Għalhekk, dan jinkludi kundizzjonijiet abilitanti, analiżi tal-prestazzjoni, u arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni. Ġew stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tar-regoli ta’ eliġibbiltà, u ġew iddefiniti arranġamenti speċjali għall-istrumenti finanzjarji u għall-użu tal-InvestEU, għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u għall-ġestjoni finanzjarja. Xi arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll huma wkoll komuni għall-Fondi kollha. Il-komplementarjetajiet bejn il-Fondi, fosthom il-FEMS, u programmi oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu deskritti fil-Ftehim ta’ Sħubija, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

(4)Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-Regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni] (ir-“Regolament Finanzjarju”) 4 u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura biex jiġi stabbilit u implimentat il-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwisti, premijiet, u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu l-kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat jikkonċernaw ukoll il-ħarsien tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ defiċjenzi ġenerali rigward is-saltna tad-dritt fl-Istati Membri, billi l-ħarsien tal-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-finanzjament effettiv tal-Unjoni.

(5)B’direzzjoni diretta, jenħtieġ li l-FEMS jiżviluppa sinerġiji u komplementarjetajiet ma’ fondi u programmi oħrajn rilevanti tal-Unjoni. Jenħtieġ li jippermetti wkoll il-finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit implimentati bi qbil mar-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar l-InvestEU] 5 .

(6)L-appoġġ fil-qafas tal-FEMS jenħtieġ li jintuża biex jindirizza l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew l-esklużjoni tal-finanzjament privat, u jrid ikollu valur miżjud Ewropew ċar. Jenħtieġ li l-appoġġ ikollu valur miżjud Ewropew ċar.

(7)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintagħżlu skont kemm jistgħu jilħqu l-prijoritajiet stabbiliti għall-azzjonijiet u jagħtu r-riżultati filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nonkonformità mistenni. Jenħtieġ li dan ikun jinkludi kunsiderazzjoni li jintużaw somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż għal kull unità, kif ukoll finanzjament mingħajr rabta mal-ispejjeż, kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

(8)Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx 6 jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Bil-prezzijiet attwali l-baġit tal-FEMS, huwa mistenni li jammonta għal EUR 6 140 000 000. Ir-riżorsi tal-FEMS jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 311 000 000 jenħtieġ li jkunu allokati għall-appoġġ b’ġestjoni kondiviża u EUR 829 000 000 għall-appoġġ b’ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b’ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta’ pproggrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkunu limitati.

(9)Is-settur marittimu Ewropew jimpjega aktar minn ħames miljun ruħ u jiġġenera kważi EUR 500 biljun fis-sena, b’potenzjal li joħloq ħafna aktar impjiegi. L-output tal-ekonomija globali mill-oċeani attwalment huwa stmat EUR 1,3 triljuni, u dan jaf jiżdied aktar mid-doppju sal-2030. Il-ħtieġa li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, li tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u li titnaqqas l-impronta ambjentali tal-ekonomija blu mexxiet l-impenn lejn l-innovazzjoni f’setturi oħrajn, bħal dak tat-tagħmir marittimu, tal-bini tal-bastimenti, tal-osservazzjoni tal-oċeani, tat-tħammil, tal-protezzjoni tal-kosta, u tal-bini marittimu. L-investiment fl-ekonomija marittima ġie ffinanzjat bil-fondi strutturali tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-FEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Jenħtieġ li jintużaw għodod ġodda tal-investiment, bħall-InvestEU biex jintlaħaq il-potenzjal tat-tkabbir tas-settur.

(10)Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq erba’ prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b’hekk l-appoġġ ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta.

(11)Il-FEMS wara l-2020 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq arkitettura ssimplifikata mingħajr ma jiġu predefiniti miżuri u regoli tal-eliġibbiltà ddettaljati b’mod wisq preskrittiv. Minflok ma jsir hekk, jenħtieġ li jkunu deskritti oqsma ġenerali ta’ appoġġ skont kull prijorità. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jfasslu l-programmi tagħhom fejn jindikaw l-aħjar mezzi biex jintlaħqu l-prijoritajiet. Għadd ta’ miżuri diversi identifikati fil-programmi mill-Istati Membri jaf jiġu appoġġati skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], dment li jkunu koperti mill-oqsma tal-appoġġ identifikati f’dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ operazzjonijiet li mhumiex eliġibbli biex jiġu evitati impatti detrimentali għall-konservazzjoni tas-sajd, pereżempju projbizzjoni ġenerali ta’ investimenti li jżidu l-kapaċità tas-sajd. Barra minn hekk, l-investimenti u l-kumpensi għall-flotta tas-sajd jenħtieġ li jkunu strettament ikkundizzjonati mill-konsistenza mal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS.

(12)L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat il-konservazzjoni tal-oċeani u l-użu sostenibbli tagħhom bħala wieħed mis-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG 14). L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak il-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F’dak il-kuntest, impenjat ruħha li tippromwovi ekonomija blu sostenibbli li tkun konsistenti mal-ippjanar spazjali marittimu, mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u mal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb, li tipprojbixxi ċerti forom ta’ sussidji tas-sajd li jkomplu jżidu mal-kapaċità żejda u mas-sajd eċċessiv, li telimina s-sussidji li jgħinu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u li ma tintroduċix sussidji ġodda ta’ dan it-tip. Jenħtieġ li dan ir-riżultat jinkiseb min-negozjati dwar is-sussidji għas-sajd mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Barra minn hekk, waqt in-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 u fl-2012 waqt il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20), l-Unjoni impenjat ruħha li telimina s-sussidji li jikkontribwixxu għall-kapaċità żejda fis-sajd u għas-sajd eċċessiv.

(13)Biex jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenn tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi, u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-azzjonijiet klimatiċi ewlenin u jwassal biex tintlaħaq mira ġenerali ta’ 25% tal-infiq tal-baġit li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 30% tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEMS għall-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FEMS, u jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta’ evalwazzjoni u ta’ rieżami.

(14)Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b’mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

(15)Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament tal-PKS”) 7 , għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-kuntest tal-FEMS jenħtieġ li tkun ikkundizzjonata mill-konformità mar-regoli tal-PKS. L-applikazzjonijiet mingħand benefiċjarji li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS applikabbli jenħtieġ li ma jintlaqgħux.

(16)Biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u biex jgħin biex jiġu rispettati r-regoli tal-PKS, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali mar-regoli dwar l-interruzzjoni, is-sospensjoni u l-korrezzjonijet finanzjarji kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni]. Meta Stat Membru jew benefiċjarju ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jew meta l-Kummissjoni jkollha l-provi li jissuġġerixxu nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti bħala miżura ta’ prekawzjoni. Barra mill-possibbiltà li tiġi interrotta l-iskadenza tal-pagamenti, u biex jiġi evitat ir-riskju li jitħallas infiq mhux eliġibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tissospendi l-pagamenti u timponi l-korrezzjonijiet finanzjarji f’każijiet serji ta’ ksur tar-regoli tal-PKS minn xi Stat Membru.

(17)F’dawn l-aħħar snin, permezz tal-PKS sar ħafna progress biex l-istokkijiet tal-ħut inġabu lura f’livelli tajbin, biex tinżied il-profitabbiltà tal-industrija tas-sajd tal-Unjoni, u biex jiġu kkonservati l-ekosistemi marini. Madankollu, għad fadal sfidi sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet soċjoekonomiċi u ambjentali tal-PKS. Dawn jeħtieġu li jitkompla l-appoġġ wara l-2020, speċjalment fil-baċiri tal-baħar, fejn il-progress sar aktar bil-mod.

(18)Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta’ bosta komunitajiet kostali fl-Unjoni, speċjalment f’dawk fejn is-sajjieda kostali ż-żgħar għandhom rwol importanti. Billi l-età medja ta’ ħafna komunitajiet ta’ sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet għadhom ta’ sfida.

(19)Jenħtieġ li l-FEMS jimmira li jilħaq l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b’mod li jkun konsistenti mal-għanijiet li jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, u li jikkontribwixxi lejn id-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

(20)Jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEMS ikun immirat biex jinkiseb u jinżamm is-sajd sostenibbli bbażat fuq ir-rendiment massimu sostenibbli u biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jinkludi l-innovazzjoni u l-investiment fi prattiki u tekniki tas-sajd b’impatt baxx, u li huma reżiljenti għall-klima u li jemittu livell baxx ta’ karbonju.

(21)L-obbligu ta’ ħatt l-art huwa wieħed mill-isfidi ewlenin tal-PKS. Huwa ssarraf f’tibdil sinifikanti għas-settur fil-prattiki tas-sajd, kultant bi spiża finanzjarja importanti. Għaldaqstant jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa l-innovazzjoni u l-investimenti li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, b’rata ta’ intensità ta’ għajnuna ogħla minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn, bħall-investiment fi rkaptu tas-sajd selettiv, fit-titjib tal-infrastrutturi tal-portijiet, u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa. Jenħtieġ ukoll li l-FEMS jagħti rata ta’ intensità massima tal-għajnuna ta’ 100% għat-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni ta’ sistemi trasparenti għall-iskambju ta’ opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri (“skambji ta’ kwoti”), biex jiġi mmitigat l-effett tal-“ispeċijiet bi kwota limitanti” li jikkawża l-obbligu ta’ ħatt l-art.

(22)Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa wkoll l-innovazzjoni u l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-kwalità tal-qabdiet. Madankollu, dan l-appoġġ ma għandux iwassal għal żieda fil-kapaċità tas-sajd jew fil-kapaċità tas-sejba tal-ħut, u ma jridx jingħata sempliċiment biex jiġu ssodisfati rekwiżiti li huma obbligatorji skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Bl-istruttura mingħajr miżuri preskrittivi, jenħtieġ li tkun responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-regoli preċiżi tal-eliġibbiltà għal dawk l-investimenti. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, jenħtieġ li jkun permess li tingħata għajnuna b’rata ta’ intensità ogħla minn ta’ operazzjonijiet oħrajn.

(23)Il-kontroll tas-sajd huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-PKS. Għalhekk, b’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-FEMS isostni l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (“ir-Regolament dwar il-Kontroll”) 8 . Ċerti obbligi previsti bir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kontroll jiġġustifikaw l-appoġġ speċifiku mill-FEMS, jiġifieri s-sistemi ta’ trekkjar tal-bastimenti u sistemi elettroniċi ta’ rappurtar obbligatorji fil-każ ta’ bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali, is-sistemi ta’ sorveljanza elettronika mill-bogħod obbligatorji, u l-kejl u r-reġistrazzjoni kontinwi tal-potenza propulsiva tal-magni obbligatorji. Barra minn hekk, jenħtieġ li jintużaw ukoll l-investimenti tal-Istati Membri fl-assijiet tal-kontroll li jintużaw għas-sorveljanza marittima u għall-kooperazzjoni fil-funzjonijiet tal-gwardja kostali.

(24)Is-suċċess tal-PKS jiddependi mid-disponibbiltà tal-pariri xjentifiċi għall-ġestjoni tas-sajd, u minħabba f’hekk jiddependi wkoll mid-disponibbiltà tad-data dwar is-sajd. Minħabba l-isfidi u l-ispejjeż meħtieġa biex tinkiseb data li tkun affidabbli u sħiħa, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġbru u jipproċessaw id-data skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament dwar il-Qafas tal-Ġbir ta’ Data”) 9 u biex jikkontribwixxu għall-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jippermetti sinerġiji mal-ġbir u l-ipproċessar ta’ tipi oħra ta’ data marina.

(25)Jenħtieġ li l-FEMS jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva bbażata fuq l-għarfien, u governanza tal-PKS b’ġestjoni diretta permezz tal-pariri xjentifiċi li jingħataw, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema tal-Unjoni ta’ kontroll tas-sajd, it-tħaddim ta’ Kunsilli Konsultattivi, u l-kontribuzzjonijiet volontarji lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

(26)Minħabba l-isfidi li jeżistu biex jinkisbu l-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa l-azzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd. F’dan il-kuntest, kultant għadu meħtieġ l-appoġġ għall-addattament ta’ ċerti segmenti tal-flotta u għal ċerti baċiri tal-baħar. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jkun strettament immirat lejn il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u jkun immirat biex jikseb bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd f’segmenti tal-flotta li fihom il-kapaċità tas-sajd ma tkunx proporzjonata mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Jenħtieġ li tali appoġġ ikun għodda tal-pjanijiet ta’ azzjoni għall-aġġustament tas-segmenti tal-flotta li jkollhom kapaċità strutturali żejda identifikata, kif previst fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jenħtieġ li jkun implimentat billi jiġi skrappjat il-bastiment tas-sajd, inkella billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti. Jekk il-modifika retroattiva tkun se twassal biex ikun hemm aktar pressjoni tas-sajd rikreattiv fuq l-ekosistema tal-baħar, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk jikkonforma mal-PKS u mal-għanijiet tal-pjanijiet pluriennali rilevanti. Biex tkun żgurata l-konsistenza tal-addattament strutturali tal-flotta mal-għanijiet ta’ konservazzjoni, l-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkun strettament b’kundizzjonijiet preċiżi u marbut mal-kisba tar-riżultati. Għalhekk jenħtieġ li dan jiġi implimentat biss b’“finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż, kif previst fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Skont dan il-mekkaniżmu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux rimburżati mill-Kummissjoni għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd skont l-ispejjeż reali li jkunu ġġarrbu, iżda skont li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u li jkunu nkisbu r-riżultati. Biex jintlaħaq dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi f’att delegat tali kundizzjonijiet li jenħtieġ li jkunu marbutin mal-kisba tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-PKS.

(27)Billi fil-biċċa l-kbira l-attivitajiet tas-sajd ma jistgħux ikunu previsti, jista’ jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jwasslu għal telf ekonomiku sinifikanti għas-sajjieda. Biex jittaffew dawk il-konsegwenzi, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju tal-attivitajiet tas-sajd li jkun irriżulta mill-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ konservazzjoni, jiġifieri l-pjanijiet pluriennali, il-miri tal-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet, il-miżuri biex il-kapaċità tas-sajd tal-bastimenti tiġi addattata għall-opportunitajiet tas-sajd disponibbli u l-miżuri tekniċi, mill-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza, mill-interruzzjoni tal-applikazzjoni ta’ xi ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli minħabba forza maġġuri, minħabba xi diżastru naturali jew xi inċident ambjentali. Jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk l-impatt ta’ dawn iċ-ċirkostanzi fuq is-sajjieda jkun sinifikanti, jiġifieri jekk l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 jum konsekuttiv, u jekk it-telf ekonomiku li jirriżulta mill-waqfien tas-sajd jammonta għal aktar minn 30% tad-dħul annwali medju tan-negozju kkonċernat waqt perjodu speċifiku. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sajd tas-sallur fil-kundizzjonijiet biex jingħata dan l-appoġġ.

(28)Is-sajd kostali artiġjanali huwa s-sajd b’bastimenti b’tul ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat. Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75% tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b’mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b’saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEMS jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta’ rata ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100%, anki għall-operazzjonijiet marbuta mal-kontroll u l-infurzar, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta’ appoġġ jenħtieġ li jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità tas-sajd tkun f’bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri l-appoġġ tax-xiri ta’ bastimenti użati u tat-tibdil jew il-modernizzazzjoni tal-magni tal-bastimenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu fil-programm tagħhom pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li jenħtieġ li jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li jridu jiffissaw stadji importanti u miri għalihom.

(29)Kif hemm deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, tal-24 ta’ Ottubru 2017 bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” 10 ir-reġjuni ultraperifiċi jiffaċċaw sfidi speċifiki minħabba li huma reġjuni mbiegħda, u minħabba t-topografija u l-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat, u għandhom ukoll vantaġġi speċifiċi li bihom jistgħu jiżviluppaw ekonomija blu sostenibbli. Għalhekk, għal kull reġjun ultraperiferiku, jenħtieġ li jinthemeż pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp ta’ setturi sostenibbli tal-ekonomija blu, inkluż l-isfruttar sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura, mal-programm tal-Istati Membri kkonċernati, u jenħtieġ li tkun riżervata allokazzjoni finanzjarja biex issostni l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni. Jenħtieġ li l-FEMS jappoġġa wkoll il-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu r-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-pożizzjoni u l-insularità tagħhom. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun limitat għal perċentwal ta’ din l-allokazzjoni finanzjarja ġenerali. Barra minn hekk jenħtieġ li tiġi applikata rata ta’ intensità ta’ għajnuna ogħla fir-reġjuni ultraperifiċi minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn.

(30)B’ġestjoni kondiviża jenħtieġ li l-FEMS ikun jista jappoġġa l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar. Għalhekk jenħtieġ li jingħata l-appoġġ biex jikkompensa l-ġbir mis-sajjieda ta’ rkaptu tas-sajd li jkun intilef, u l-ġbir tal-iskart mill-ibħra, u jsostni l-investiment fil-portijiet biex dawn ikunu jipprovdu faċilitajiet ta’ akkoljenza xierqa għal dan l-irkaptu mitluf u għall-iskart mill-baħar. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-azzjonijiet favur il-kisba jew iż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar, kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina”) 11 , għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni tal-ispazju stabbiliti skont dik id-Direttiva u, bi qbil mal-oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (“id-Direttiva dwar il-Ħabitats”) 12 , għall-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ taż-żoni tan-NATURA 2000, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar l-Għasafar”) 13 . Jenħtieġ li b’ġestjoni diretta l-FEMS jappoġġa l-promozzjoni ta’ ibħra nodfa u f’saħħithom u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari, li ġiet żviluppata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ Jannar 2016 14 , bi qbil mal-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar.

(31)Is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60% tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b’hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Hemm l-isfida importanti li jiġi promoss il-konsum tal-proteina mill-ħut prodott fl-Unjoni, waħda ta’ standards ta’ kwalità għolja, u li din tkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet affordabbli.

(32)Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta’ annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F’xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B’mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta’ ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta’ kumpens li jipprovdu servizzi ta’ importanza kritika ta’ ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b’rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss permezz ta’ strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.

(33)Is-sigurtà tal-ikel tiddependi minn swieq effiċjenti u organizzati tajjeb, li joħolqu aktar trasparenza, stabbiltà, kwalità u diversità fil-katina tal-provvista, u tiddependi wkoll mill-informazzjoni li jkollhom il-konsumaturi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bi qbil mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq”) 15 . B’mod partikolari jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli għall-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni, għall-promozzjoni ta’ swieq disponibbli ġodda u għall-iżvilupp u x-xandir ta’ informazzjoni dwar is-suq.

(34)L-industrija tal-ipproċessar għandha rwol fid-disponibbiltà u fil-kwalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Jenħtieġ li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa l-investiment iffukat f’dik l-industrija, dment li dan l-investiment jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jingħata biss permezz ta’ strumenti finanzjarji u permezz tal-InvestEU u mhux permezz ta’ għotjiet.

(35)Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta’ dawn ir-reġjuni. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x’aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f’negozji marittimi ġodda, u fil-bijoekonomija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta’ bastimenti ta’ livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, il-FEMS jenħtieġ li jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet li jgħinu l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli u fuq it-twarrib tal-ostakli biex ikun iffaċilitat l-investiment u l-iżvilupp ta’ swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jingħata permezz ta’ ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

(36)L-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli jiddependi ħafna mill-isħubijiet bejn partijiet ikkonċernati lokali li jikkontribwixxu għall-ħajja tal-komunitajiet u tal-ekonomiji kostali u interni. Jenħtieġ li l-FEMS jipprovdi l-għodod li jippromwovu dawn is-sħubiji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet (CLLD) b’ġestjoni kondiviża. Dak l-approċċ huwa mistenni li jagħti spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika f’kuntesti lokali permezz tal-iżvilupp tas-sajd kostali u intern, tal-akkwakultura u ta’ ekonomija blu sostenibbli. L-istrateġiji CLLD jenħtieġ li jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom. Għalhekk, kull sħubija lokali jenħtieġ li tirrifletti l-fokus ewlieni tal-istrateġija tagħha billi tiżgura l-involviment bilanċjat u r-rappreżentanza mill-partijiet ikkonċernati kollha tal-ekonomija blu lokali sostenibbli.

(37)B’ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista’ jappoġġa lill-ekonomija blu sostenibbli permezz tal-ġbir, tal-ġestjoni u tal-użu ta’ data li ttejjeb l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun immirat biex jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, biex jappoġġa l-ippjanar spazjali marittimu u biex itejjeb il-kwalità tad-data u jżid it-tpartit tagħha permezz tan-netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima.

(38)B’ġestjoni diretta u indiretta, jenħtieġ li l-FEMS jiffoka fuq il-kundizzjonijiet abilitanti għal ekonomija blu sostenibbli permezz tal-promozzjoni tal-governanza u l-ġestjoni integrati tal-politika marittima, permezz tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, permezz tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u tat-tpartit tad-data soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli, permezz tal-promozzjoni ta’ ekonomija blu sostenibbli reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, u permezz tal-iżvilupp ta’ riżerva ta’ proġetti u ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Jenħtieġ li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi rigward l-oqsma msemmijin hawn fuq.

(39)60% tal-oċeani huma ’l barra mill-konfini tal-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali. Dan ifisser responsabbiltà internazzjonali kondiviża. Il-maġġoranza tal-problemi li jiffaċċaw l-oċeani huma ta’ natura transkonfinali, bħall-isfruttament żejjed, it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni, it-tniġġis, u l-bijodiversità li qed tonqos, u għaldaqstant jeħtieġu reazzjoni kondiviża. Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li l-Unjoni tifforma Parti minnha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE 16 , twaqqfu bosta drittijiet ġuriżdizzjonali, istituzzjonijiet u oqfsa speċifiċi biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attività tal-bniedem fl-oċeani. F’dawn l-aħħar snin qed jidher li hemm kunsens globali dwar il-ħtieġa li l-ambjent tal-baħar u l-attivitajiet marittimi tal-bniedem jiġu ġestiti b’mod aktar effettiv biex ikunu indirizzati l-pressjonijiet li dejjem qed jiżdiedu fuq l-oċeani.

(40)Fir-rwol tagħha ta’ attur globali, l-Unjoni għandha l-impenn qawwi li tippromwovi l-governanza internazzjonali tal-oċeani bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Novembru 2016 bit-titolu “Il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna” 17 . Il-politika dwar il-governanza tal-oċeani tal-Unjoni hija politika ġdida li tittratta l-oċeani b’mod integrat. Il-governanza internazzjonali tal-oċeani mhux biss hija essenzjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 14 (“Conserve and sustainably use the oceans, seas and marine resources for sustainable development”), iżda wkoll biex tiggarantixxi ibħra u oċeani li jkunu sikuri, indaf, u ġestiti b’mod sostenibbli, għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-Unjoni jrid jirnexxilha tara r-riżultati ta’ dawk l-impenji internazzjonali u tkun mutur għall-governanza internazzjonali tal-oċeani mtejba fil-livelli bilaterali, reġjonali u multilaterali, anki fil-prevenzjoni, fl-iskoraġġiment u fl-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, biex ittejjeb l-istruttura tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, biex tnaqqas il-pressjonijiet fuq l-oċeani u fuq l-ibħra, biex toħloq il-kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli, u biex issaħħaħ ir-riċerka u d-data internazzjonali dwar l-oċeani.

(41)L-azzjonijiet li jippromwovu l-governanza internazzjonali tal-oċeani fil-kuntest tal-FEMS jenħtieġ li jtejbu l-istruttura ġenerali tal-proċessi, il-ftehimiet, ir-regoli u l-istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attività tal-bniedem fl-oċeani. Il-FEMS jenħtieġ li jiffinanzja l-arranġamenti internazzjonali li kkonkludiet l-Unjoni f’oqsma li mhumiex koperti mill-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli stabbiliti ma’ diversi pajjiżi terzi, u jiffinanzja wkoll il-kontribuzzjoni legali tas-sħubija tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd. Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli u l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd se jibqgħu jkunu ffinanzjati taħt linji differenti tal-baġit tal-Unjoni.

(42)Għas-sigurtà u d-difiża, il-protezzjoni tal-fruntieri u s-sorveljanza marittima mtejba huma essenzjali. Skont l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà Marittima adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-24 ta’ Ġunju 2014, u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha, adottat fis-16 ta’ Diċembru 2014, it-tpartit tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma importanti ħafna biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-FEMS jappoġġa s-sorveljanza marittima u l-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta taħt ġestjoni kondiviża u ġestjoni diretta, anki billi jinxtraw l-oġġetti meħtieġa biex jitwettqu ħidmiet marittimi bi skopijiet multipli. Jenħtieġ ukoll li jippermetti lill-aġenziji rilevanti jimplimentaw l-appoġġ fil-qasam tas-sorveljanza u s-sigurtà marittima permezz tal-ġestjoni indiretta.

(43)B’ġestjoni kondiviża, kull Stat Membru jenħtieġ li jħejji programm wieħed li jrid jiġi approvati mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni, u biex l-Istati Membri jitħeġġew isegwu metodu aktar strateġiku meta jkunu qegħdin iħejju l-programmi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa analiżi ta’ kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni mill-perspettiva tal-ksib tal-għanijiet tal-PKS. Dik l-analiżi tkun tgħin kemm lill-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissjoni biex jinnegozjaw kull programm filwaqt li jitqiesu l-isfidi u l-bżonnijiet reġjonali. Meta tkun qed tivvaluta l-programmi, il-Kummissjoni trid tqis l-isfidi ambjentali u soċjoekonomiċi tal-PKS, il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, l-isfidi fil-livell tal-baċiri tal-baħar, il-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi marini, it-tnaqqis tal-iskart fil-baħar u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-addattament għalih.

(44)Kemm ikun qed jagħti riżultati tajbin l-appoġġ tal-FEMS irid jiġi vvalutat skont l-indikaturi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi tal-prestazzjoni li tippermetti s-sejbien bikri ta’ problemi potenzjali fl-implimentazzjoni u li toffri azzjonijiet korrettivi, ibbażata fuq ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni li jħejju l-Istati Membri, u li fihom jirrappurtaw il-progress tagħhom lejn l-ilħiq ta’ stadji importanti u miri. Għal dan jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

(45)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interinstituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 18 , teżisti l-ħtieġa li l-FEMS jiġi evalwat skont l-informazzjoni li tinġabar permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni u l-piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Fejn jixraq, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu li fuqhom jiġu evalwati l-effetti tal-FEMS fil-prattika.

(46)Jenħtieġ li l-Kummissjoni timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-FEMS jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu b’rabta mal-prijoritajiet tal-FEMS.

(47)Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 20 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 21 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 22 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, fosthom il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 . Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FEMS, jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni] u r-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

(48)Biex tiżdied it-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba tagħhom, b’mod partikolari biex ikun imsaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-flus li jintużaw, jenħtieġ li ċerta informazzjoni dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS tiġi ppubblikata f’sit web tal-Istati Membri bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Meta Stat Membru jippubblika l-informazzjoni dwar operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS, iridu jiġu segwiti r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 .

(49)Biex jiġu supplimentati u emendati ċerti elementi ta’ dan ir-Regolament li mhumiex essenzjali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat, f’dak li għandu x’jaqsam mal-identifikazzjoni tal-iskattar tal-limiti u t-tul ta’ żmien tal-inammissibbiltà rigward il-kriterji tal-applikazzjonijiet, id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni għall-finanzjament mingħajr rabta mal-ispejjeż fil-każ tal-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, id-definizzjoni tal-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż żejda minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, id-definizzjoni tal-każijiet ta’ ksur mill-Istati Membri li jistgħu jiskattaw l-interruzzjoni tal-iskadenza tal-pagament, id-definizzjoni ta’ każijiet ta’ ksur serju mill-Istati Membri li jista’ jiskatta s-sospensjoni tal-pagamenti, id-definizzjoni tal-kriterji biex jiġi stabbilit il-livell tal-korrezzjonijiet finanzjarji li jridu jintużaw, u l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ rati fissi jew ta’ korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati, l-emendar tal-Anness I, u l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Biex issir tranżizzjoni faċli mill-iskema stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 għall-iskema stabbilita b’dan ir-Regolament, jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat rigward l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tranżizzjonali.

(50)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni rigward l-approvazzjoni u l-emendar tal-programmi operazzjonali, għall-approvazzjoni u l-emendar tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali għall-ġbir tad-data, għas-sospensjoni tal-pagamenti u għall-korrezzjonijiet finanzjarji.

(51)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni għall-proċeduri, il-format u l-iskedi għat-tressiq tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali dwar il-ġbir tad-data, u l-preżentazzjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I: QAFAS ĠENERALI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Huwa jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-FEMS, il-baġit għall-perjodu 2021 sal-2027, it-tipi ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli speċifiċi għall-għotja ta’ dan il-finanzjament, li jikkomplementaw ir-regoli ġenerali li japplikaw għall-FEMS skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

Artikolu 2

Ambitu ġeografiku

Dan ir-Regolament japplika għal operazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-Unjoni dment li ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, anki f’faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], li jikkumbinaw forom ta’ appoġġ li mhumiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ appoġġ rimborsabbli minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliku għall-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliku oħrajn, kif ukoll minn istituzzjonijiet ta’ finanzjament kummerċjali u mill-investituri;

(2)“ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni” (CISE) tfisser ambjent ta’ sistemi żviluppati biex jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fis-sorveljanza marittima, transsettorjali u transfruntiera, biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-attivitajiet li jkunu qed isiru fuq il-baħar;

(3)“gwardja tal-kosta” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-ħidmiet ta’ gwardja kostali, li jinkludu s-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, id-dwana marittima, il-prevenzjoni u t-trażżin tat-traffikar u tal-kuntrabandu, l-infurzar tal-liġi marittima konnessa ma’ dawn, il-kontroll tal-fruntieri marittimi, is-sorveljanza marittima, il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, it-tiftix u s-salvataġġ, ir-rispons għall-inċidenti u għad-diżastri, il-kontroll tas-sajd u attivitajiet oħrajn b’rabta ma’ dawk il-funzjonijiet;

(4)“Netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima” (EMODnet) tfisser sħubija li toffri data tal-baħar ta’ kwalità assigurata, interoperabbli u armonizzata, billi tgħaqqad flimkien id-data tal-baħar u l-metadata biex dawn ir-riżorsi frammentati jkunu aktar disponibbli għall-utenti pubbliċi u privati u jkunu jistgħu jintużaw aktar faċilment;

(5)“is-sajd esploratorju” tfisser is-sajd ta’ stokkijiet li ma ġewx mistada jew ma ġewx mistada bl-użu ta’ xi tip ta’ rkaptu partikolari jew b’teknika partikolari fl-għaxar snin preċedenti;

(6)“sajjied” tfisser kwalunkwe persuna involuta f’attivitajiet ta’ sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru;

(7)“sajd fl-ibħra interni” tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa għal skopijiet kummerċjali fl-ibħra interni minn bastimenti jew ’mezzi oħra, inklużi dawk użati għas-sajd fis-silġ;

(8)“il-governanza tal-oċeani” hija inizjattiva tal-Unjoni għat-titjib tal-istruttura ġenerali ta’ proċessi, ftehimiet, arranġamenti, regoli u istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali permezz ta’ metodu koerenti transsettorjali u bbażat fuq ir-regoli, biex ikun żgurat li jkun hemm sikurezza u sigurtà fl-oċeani u li dawn ikunu f’saħħithom, nodfa, u ġestiti b’mod sostenibbli;

(9)“il-politika marittima” tfisser il-politika tal-Unjoni li l-għan tagħha huwa li trawwem teħid ta’ deċiżjonijiet ikkoordinat u konsistenti sabiex jiġi massimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, u b’mod partikolari r-reġjuni tal-kosta, insulari u ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta’ politiki konsistenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali rilevanti;

(10)“is-sigurtà u s-sorveljanza marittima” tfisser l-attivitajiet li jsiru biex l-avvenimenti u l-azzjonijiet kollha b’rabta mad-dominju marittimu li jistgħu jagħmlu impatt fl-oqsma tas-sikurezza u tas-sigurtà marittima, tal-infurzar tal-liġi, tad-difiża, tal-kontroll tal-fruntieri, tal-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, tal-kontroll tas-sajd, tal-kummerċ u tal-interess ekonomiku tal-Unjoni jinftiehmu, jiġu pprevenuti fejn japplika, u jkunu ġestiti b’mod komprensiv;

(11)“l-ippjanar tal-ispazju marittimu” tfisser proċess li permezz tiegħu l-awtoritajiet tal-Istat Membru relevanti janalizzaw u jorganizzaw l-attivitajiet umani f’żoni tal-baħar sabiex jilħqu l-għanijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali;

(12)“l-investimenti produttivi fl-akkwakultura” tfisser l-investimenti fil-kostruzzjoni, fit-tkabbir, fil-modernizzazzjoni jew fit-tagħmir ta’ faċilitajiet fejn issir il-produzzjoni tal-akkwakultura;

(13)“strateġija tal-baċiri tal-baħar” tfisser qafas integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni marini u marittimi li jaffaċċaw l-Istati Membri, u fejn hu rilevanti xi pajjiżi terzi, f’baċir tal-baħar jew f’baċir ta’ taħt il-baħar, u biex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; tali strateġija tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati, mar-reġjuni tagħhom u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn skont il-każ;

(14)“sajd kostali artiġjanali” tfisser sajd imwettaq minn bastimenti tas-sajd b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx tagħmir irmunkat tas-sajd kif elenkat fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 26 ;

(15)“ekonomija blu sostenibbli” tfisser l-attivitajiet ekonomiċi settorjali u transsettorjali kollha madwar is-suq uniku kollu, li għandhom rabta mal-oċeani, mal-ibħra, mal-kosti u mal-ilmijiet interni, li jkopru r-reġjuni ultraperifiċi u l-pajjiżi interni tal-Unjoni, u jinkludu s-setturi li qegħdin jiżviluppaw u prodotti u servizzi mhux tas-suq u li huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

Artikolu 4

Il-prijoritajiet

 

Il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-PKS u tal-politika marittima. Għandu jsegwi l-prijortitajiet li ġejjin:

(1)it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(2)il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli;

(3)il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu;

(4)It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u l-promozzjoni ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli.

L-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, u dawk ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-addattament għalih. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi rintraċċata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV.

KAPITOLU II

Qafas Finanzjarju

Artikolu 5

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 6 140 000 000 bil-prezzijiet attwali.

2.Il-parti tal-pakkett finanzjarju allokata lill-FEMS fit-Titolu II għandha tiġi implimentata b’ġestjoni kondiviża skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

3.Il-parti tal-pakkett finanzjarju allokata lill-FEMS fit-Titolu III għandha tiġi implimentata jew direttament mill-Kummissjoni, bi qbil mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit tal-Unjoni] jew fil-kuntest tal-ġestjoni indiretta skont l-Artikolu 62(1)(c) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 6

Riżorsi baġitarji taħt ġestjoni kondiviża

1.Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni kondiviża kif speċifikat fit-Titolu II għandha tkun ta’ EUR 5 311 000 000 bi prezzijiet tal-lum skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness V.

2.Għall-operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperifiċi, kull Stat Membru kkonċernat, fl-appoġġ finanzjarju tiegħu mill-Unjoni stabbilit fl-Anness V, għandu jalloka mill-inqas:

(a)EUR 102 000 000 għall-Azores u l-Madejra;

(b)EUR 82 000 000 għall-Gżejjer Kanarji;

(c)EUR 131 000 000 għal Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint-Martin.

3.Il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 21 ma għandux jaqbeż il-50% ta’ kull waħda mill-allokazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

4.Mill-inqas 15% tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għall-oqsma ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikoli 19 u 20. L-Istati Membri li ma għanhomx aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni jistgħu japplikaw perċentwal iżjed baxx għad-daqs tal-ħidmiet tagħhom ta’ kontroll u ġbir tad-data.

5.L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni mill-FEMS allokat lil kull Stat Membru għall-oqsma ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikoli 17(2) u 18 ma għandux ikun aktar mill-iktar wieħed għoli bejn dawn iż-żewġ limiti:

(a)EUR 6 000 000; jew

(b)10% tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru.

6.Bi qbil mal-Artikoli 30 sa 32 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-FEMS jista jappoġġa l-għajnuna teknika għall-amministrazzjoni u l-użu effettivi ta’ dan il-Fond fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru.

Artikolu 7

Distribuzzjoni finanzjarja għall-ġestjoni kondiviża

Ir-riżorsi li huma disponibbli għall-impenji tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 6(1) għall-perjodu mill-2021 sal-2027 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness V.

Artikolu 8

Riżorsi baġitarji taħt ġestjoni diretta

1.Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta, kif speċifikat fit-Titolu III għandha tkun ta’ EUR 829 000 000 bil-prezzijiet tal-lum.

2.L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

B’mod partikolari, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, u soġġett għal-limitu massimu ta’ 1,7 % tal-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5(1), il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a)l-assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni];

(b)it-tħejjija, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli u s-sehem tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali;

(c)l-istabbiliment ta’ netwerk Ewropew ta’ gruppi ta’ azzjoni lokali.

3.Il-FEMS għandu jappoġġa l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li huma marbutin mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

Programmar    

Artikolu 9

Programmar għal miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża

1.Bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], kull Stat Membru għandu jħejji programm wieħed biex jimplimenta l-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 4.

2.L-appoġġ skont it-Titolu II għandu jkun organizzat bi qbil mal-oqsma ta’ appoġġ stabbiliti fl-Anness II.

3.Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-programm operattiv għandu jinkludi:

(a)analiżi tas-sitwazzjoni f’termini tal-preġji, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika, inklużi fejn rilevanti, il-baċiri tal-baħar, koperti mill-programm;

(b)il-pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali msemmi fl-Artikolu 15;

(c)fejn japplika, il-pjanijiet ta’ azzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fil-paragrafu 4.

4.Bħala parti mill-programm tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iħejju pjan ta’ azzjoni għal kull wieħed mir-reġjuni ultraperifiċi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 6(2), li għandhom jistabbilixxu:

(a)strateġija għall-isfruttament sostenibbli tas-sajd u għall-iżvilupp ta’ setturi sostenibbli tal-ekonomija blu;

(b)deskrizzjoni tal-azzjonijiet ewlenin previsti u l-mezzi finanzjarji li jikkorrispondu għalihom, fosthom:

i    l-appoġġ strutturali għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura skont it-Titolu II;

ii    il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 21;

iii    kull investiment ieħor fl-ekonomija blu sostenibbli meħtieġ biex jinkiseb żvilupp kostali sostenibbli.

5.Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa analiżi ta’ kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni tal-baċir tal-baħar f’dak li għandu x’jaqsam mal-kisba tal-għanijiet tal-PKS, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Fejn ikun rilevanti, din l-analiżi għandha tqis l-istrateġiji makroreġjonali u dwar il-baċiri tal-baħar eżistenti.

6.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. F’din il-valutazzjoni għandha tqis, b’mod partikolari:

(a)it-tkabbir kemm jista’ jkun tal-kontribut tal-programm għall-prijoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 4;

(b)il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotot u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, kif ikunu ġew irrappurtati kull sena mill-Istati Membri bi qbil mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013;

(c)fejn japplika, il-pjanijiet pluriennali ta’ ġestjoni adottati skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet ta’ ġestjoni adottati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, u r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni;

(d)l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)l-evidenza l-aktar riċenti dwar il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, u b’mod partikolari tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura;

(f)fejn japplika, l-analiżi msemmija fil-paragrafu 5;

(g)il-kontribut tal-programm għall-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, filwaqt li l-appoġġ b’rabta man-Natura 2000 għandu jkun skont l-oqfsa ta’ azzjoni prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(h)il-kontribut tal-programm għat-tnaqqis tal-iskart fil-baħar, bi qbil mad-Direttiva xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [id-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent] 27 ;

(i)il-kontribut tal-programm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

7.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw il-programm operazzjonali soġġett għall-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-programm propost dment li tkun ingħatat l-informazzjoni meħtieġa.

8.Soġġett għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] l-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw l-emendi għal programm.

Artikolu 10

Il-programmar għall-appoġġ taħt ġestjoni diretta u indiretta

It-Titoli III għandhom jiġu implimentati permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni]. Fejn japplika, il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-ammont totali riżervat għall-operazzjonijet ta’ taħlit imsemmijin fl-Artikolu 47.

TITOLU II: APPOĠĠ B’ĠESTJONI KONDIVIŻA

KAPITOLU I

Prinċipji ġenerali tal-appoġġ

Artikolu 11

L-għajnuna mill-Istat

1.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-impriżi fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura.

2.Madankollu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti li jagħmlu l-Istati Membri skont dan ir-Regolament, u li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

3.Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-finanzjament pubbliku li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam mal-pagamenti imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu ttrattati b’mod ġenerali abbażi tal-paragrafu 1.

Artikolu 12

L-Ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet

1.Kull applikazzjoniji li titressaq minn benefiċjarju għall-appoġġ mill-FEMS għandha tkun inammissibbli għall-perjodu ta’ żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-operatur ikkonċernat:

(a)ikun għamel ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 28 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jew skont xi leġiżlazzjoni oħra adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill;

(b)kien involut fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni kif hemm stipulat fl-Artikolu 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, jew ta’ bastimenti bil-bandiera ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx kif stipulat fl-Artikolu 33 ta’ dak Regolament; jew

(c)wettaq xi reat(i) ambjentali stabbilit(i) fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 , fejn issir applikazzjoni għall-appoġġ skont l-Artikolu 23.

2.Wara li jippreżenta l-applikazzjoni, il-benefiċjarju għandu jibqa’ jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 matul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni u għal perjodu ta’ ħames snin wara li jkun sar l-aħħar pagament lill-benefiċjarju.

3.Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li għandhom kamp ta’ applikazzjoni aktar wiesa’ li jkun hemm qbil dwarhom fil-Ftehim ta’ sħubija mal-Istat Membru kkonċernat, applikazzjoni li titressaq minn benefiċjarju għandha tkun ammissibbli għal perjodu ta’ żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-benefiċjarju jkun ikkommetta frodi, kif iddefinit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 .

4.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 52 dwar:

(a)l-identifikazzjoni tal-iskattar tal-limitu u t-tul ta’ żmien tal-inammissibbiltà msemmi fil-paragrafi 1 u 3, li għandu jkun proporzjonat man-natura, mal-gravità, mat-tul ta’ żmien u mar-ripetizzjoni tal-ksur serju, tar-reat jew tal-frodi, u għandu jkun ta’ mill-inqas sena;

(b)id-dati rilevanti tal-bidu jew tat-tmiem tal-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 3.

5.L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-benefiċjarji li jressqu applikazzjoni skont il-FEMS jagħtu dikjarazzjoni ffirmata li jirrispettaw il-kriterji elenkati fil-paragrafi 1 u 3 lill-awtorità ta’ ġestjoni. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-veraċità ta’ dik id-dikjarazzjoni qabel ma japprovaw l-operazzjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fir-reġistri nazzjonali tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jew kwalunkwe data oħra disponibbli.

Għall-finijiet tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, Stat Membru għandu jipprovdi, fuq talba minn Stat Membru ieħor, l-informazzjoni li tkun tinsab fir-reġistru nazzjonali tiegħu ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 13

Operazzjonijiet ineliġibbli

L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli skont il-FEMS:

(a)operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment jew li jsostnu l-akkwist ta’ tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut;

(b)il-bini u l-akkwist ta’ bastimenti tas-sajd jew l-importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd jekk ma jkunx hemm previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(c)it-trasferiment jew il-bdil tal-bandiera ta’ bastimenti tas-sajd lil pajjiżi terzi, lanqas permezz tal-ħolqien ta’ negozju bi sħab ma’ persuni minn dawk il-pajjiżi;

(d)il-waqfien temporanju jew permanenti tal-attivitajiet tas-sajd, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(e)is-sajd esploratorju;

(f)it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju;

(g)ir-ripopolazzjoni diretta, dment li dan ma jkunx previst b’mod espliċitu bħala miżura ta’ konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta’ ripopolazzjoni sperimentali;

(h)il-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda, ta’ siti ta’ żbark ġodda jew ta’ swali tal-irkant ġodda;

(i)mekkaniżmi ta’ intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b’mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz; u bi tkomplija ma’ dan, operazzjonijiet ta’ ħżin f’katina loġistika li toħloq l-istess effetti, kemm jekk dan ikun intenzjonat, kif ukoll jekk ma jkunx;

(j)l-investiment abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

(k)l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal inqas minn 60 jum kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ.

KAPITOLU II

Prijorità 1: It-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Taqsima 1

Kundizzjonijiet ġenerali

Artikolu 14

L-ambitu ġenerali tal-appoġġ

1.L-appoġġ skont dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg tal-PKS, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.Meta jingħata l-appoġġ lil bastiment skont dan il-Kapitolu, dak il-bastiment ma għandux jiġi ttrasferit jew jingħata bandiera ġdida barra l-Unjoni għal mill-inqas ħames snin wara l-aħħar pagament li jkun ingħata għall-operazzjoni appoġġata.

3.L-appoġġ skont dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għas-sajd intern, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 15 u 17.

Taqsima 2

Sajd kostali artiġjanali

Artikolu 15

Pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali

1.Bħala parti mill-programm tagħhom, l-Istati Membri għandhom iħejju pjan ta’ azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali li għandu jistabbilixxi l-istrateġija għall-iżvilupp ta’ sajd kostali artiġjanali sostenibbli u li jrendi l-profitti. Din l-istrateġija għandha titfassal mat-taqsimiet li ġejjin, fejn ikun japplika:

(a)l-aġġustament u l-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd;

(b)il-promozzjoni ta’ prattiki tas-sajd b’impatt żgħir, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jnaqqsu kemm jista’ jkun il-ħsara għall-ambjent tal-baħar;

(c)it-tisħiħ tal-katina tal-valur tas-settur u l-promozzjoni ta’ strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(d)il-promozzjoni tal-ħiliet, tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tal-bini ta’ kapaċità;

(e)it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd;

(f)aktar konformità mar-rekwiżiti tal-ġbir ta’ data, tat-traċċabbiltà; tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza;

(g)l-involviment fil-ġestjoni parteċipattiva tal-ispazju marittimu, anki ta’ żoni tal-baħar protetti u żoni tan-Natura 2000;

(h)id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet fl-ekonomija blu sostenibbli;

(i)l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni kollettiva fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tal-konsulenza.

2.Il-pjan ta’ azzjoni għandu jqis il-linji gwida volontarji tal-FAO għall-assigurazzjoni tas-sajd artiġjanali sostenibbli u, fejn jixraq, il-pjan ta’ azzjoni reġjonali għas-sajd artiġjanali tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran.

3.Biex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-istrateġija msemmija fil-paragrafu 1, il-pjan ta’ azzjoni għandu jistabbilixxi stadji importanti u miri speċifiċi b’rabta mal-indikaturi rilevanti stabbiliti fil-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 37.

Artikolu 16

L-investiment fil-bastimenti tas-sajd artiġjanali

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-investimenti li ġejjin f’dak li għandu x’jaqsam mal-bastimenti tas-sajd artiġjanali li huma parti minn segment tal-flotta li dwaru l-aħħar rapport tal-kapaċità ta’ sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dak is-segment:

(a)l-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd minn sajjied żagħżugħ li, meta jressaq l-applikazzjoni jkun għadu ma għalaqx l-40 sena u li jkun ilu jaħdem ta’ sajjied għal mill-inqas ħames snin jew ikun kiseb kwalifika professjonali xierqa;

(b)is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magna prinċipali jew anċillari.

2.Il-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mgħammra għas-sajd fuq il-baħar u jkollhom bejn ħames snin u 30 sena.

3.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista’ jingħata biss taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-magna l-ġdida jew modernizzata ma għandhiex ikollha aktar potenza mill-magna attwali f’kW;

(b)kull tnaqqis fil-kapaċità tas-sajd f’kW minħabba s-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magna prinċipali jew anċillari għandu jitħassar b’mod permanenti mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni;

(c)il-potenza tal-magna tal-bastiment tas-sajd għandha tkun spezzjonata b’mod fiżiku mill-Istat Membru biex jiżgura li l-magna ma għandhiex aktar potenza minn dik iddikjarata fil-liċenzja tas-sajd.

4.Ma għandux jingħata appoġġ skont dan l-Artikolu jekk il-valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd fl-aħħar rapport imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar is-segment tal-flotta li jiffurmaw parti minnu l-bastimenti kkonċernati, ma jkunx tħejja abbażi tal-indikaturi bioloġiċi, ekonomiċi u tal-użu tal-bastiment stabbiliti fil-linji gwida komuni msemmijin f’dak ir-Regolament.

Taqsima 3

Oqsma ta’ appoġġ speċifiċi

Artikolu 17

Il-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-operazzjonijiet għall-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd.

2.Jekk l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jingħata bħala kumpens għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu rispettati l-kundizzjonijet li ġejjin:

(a)il-waqfien huwa previst bħala għodda ta’ pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)il-waqfien isir permezz tal-iskrappjar tal-bastiment tas-sajd jew billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti mis-sajd kummerċjali, bi qbil mal-għanijiet tal-PKS u tal-pjanijiet pluriennali;

(c)il-bastiment tas-sajd huwa rreġistrat bħala attiv u wettaq attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 ġurnata kull sena matul l-aħħar tliet snin kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ;

(d)il-kapaċità tas-sajd ekwivalenti titħassar b’mod permanenti mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni, u jiġu rtirati b’mod permanenti l-liċenzji l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, b’konformità mal-Artikolu 22(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; kif ukoll

(e)il-benefiċjarju jiġi pprojbit milli jirreġistra bastiment tas-sajd ġdid fil-ħames snin ta’ wara li jkun ħa l-appoġġ.

3.L-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi implimentat b’finanzjament li ma jkunx marbut ma’ spejjeż, bi qbil mal-Artikoli 46(a) u 89 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], u għandu jkun ibbażat fuq:

(a)li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet, bi qbil mal-Artikolu 46(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]; kif ukoll

(b)il-ksib ta’ riżultati, bi qbil mal-Artikolu 46(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 52, li jistipulaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a), li għandu jkollhom rabta mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

4.Ma għandux jingħata appoġġ skont il-paragrafu 2, jekk il-valutazzjoni tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd fl-aħħar rapport imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar is-segment tal-flotta li jiffurmaw parti minnu l-bastimenti kkonċernati, ma jkunx tħejja abbażi tal-indikaturi bijoloġiċi, ekonomiċi u tal-użu tal-bastiment stabbiliti fil-linji gwida komuni msemmijin f’dak ir-Regolament.

Artikolu 18

Waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd minħabba:

(a)miżura ta’ konservazzjoni, kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c) u (j) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew miżuri ta’ konservazzjoni ekwivalenti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni;

(b)Miżuri tal-Kummissjoni f’każ ta’ theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c)l-interruzzjoni tal-applikazzjoni ta’ xi ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew xi protokoll tiegħu minħabba forza maġġuri; jew

(d)diżastri naturali jew inċidenti ambjentali kif rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

2.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata biss jekk:

(a)l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 jum konsekuttiv; kif ukoll

(b)it-telf ekonomiku, li jirriżulta mis-sospensjoni tar-rakkolta, jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatturat medju tan-negozju matul it-tliet snin preċedenti.

3.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil:

(a)sidien ta’ bastimenti tas-sajd li jkunu rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul it-tliet snin kalendarji qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ; jew

(b)sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul it-tliet snin kalendarji qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien straordinarju.

Ir-referenza għall-għadd ta’ jiem fuq il-baħar f’dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għas-sajd tas-sallur.

4.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata għal perjodu ta’ mhux iktar minn sitt xhur għal kull bastiment matul il-perjodu tal-2021 sal-2027.

5.L-attivitajiet tas-sajd kollha li jwettqu l-bastiment tas-sajd u s-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b’mod effettiv waqt il-perjodu kkonċernat tal-waqfien. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-bastiment ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd tul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien straordinarju u li jkun evitat kull kumpens żejjed li jirriżulta mill-użu tal-bastiment għal skopijiet oħrajn.

Artikolu 19

Il-kontroll u l-infurzar

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.B’deroga mill-Artikolu 13(j), l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri wkoll:

(a)ix-xiri u l-installazzjoni fuq il-bastimenti tal-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta’ trekkjar u ta’ rappurtar elettroniċi obbligatorji li jintużaw għal skopijiet ta’ kontroll, biss fil-każ ta’ bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali;

(b)ix-xiri u l-installazzjoni fuq il-bastimenti tal-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod obbligatorji, li jintużaw għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c)ix-xiri u l-installazzjoni ta’ apparati għall-kejl u r-reġistrazzjoni kontinwi tal-potenza propulsiva tal-magni fuq il-bastimenti.

3.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jgħin fis-sorveljanza marittima, kif imsemmi fl-Artikolu baġitarju 28, u fil-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta kif imsemmi fl-Artikolu 29.

4.B’deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 20

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajd

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-ġestjoni tas-sajd u għal finijiet xjentifiċi, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) u fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 2017/1004, abbażi tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1004.

2.B’deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

3.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għat-tressiq u l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 53(2).

4.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw jew jemendaw il-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Diċembru tas-sena qabel dik li minnha jkun se jibda japplika l-pjan ta’ ħidma nazzjonali.

Artikolu 21

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-kumpens ta’ spejjeż addizzjonali mġarrba mill-benefiċjarji fl-oqsma tas-sajd, tal-farming, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 6(2).

2.Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 7, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta’ dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.

3.Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli kompletament mar-regoli tal-PKS.

4.Il-kumpens ma għandux jingħata għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:

(a)li jinqabdu minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Venezwela u li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1565 31 ;

(b)li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux irreġistrati f’port ta’ wieħed mir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1;

(c)li jiġu importati minn pajjiżi terzi.

5.Il-punt (b) tal-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk il-kapaċità eżistenti tal-industrija tal-ipproċessar fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat taqbeż il-kwantità ta’ materja prima fornita.

6.Biex ikun evitat kumpens żejjed, il-kumpens li jitħallas lill-benefiċjarji li jwettqu l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu1 fir-reġjuni ultraperifiċi jew li jkunu sjieda ta’ xi bastiment irreġistrat f’port f’wieħed minn dawn ir-reġjuni, irid iqis:

(a)għal kull prodott jew kategorija ta’ prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati; kif ukoll

(b)kwalunkwe tip ieħor ta’ intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta’ spejjeż addizzjonali.

7.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 52, li jistabbilixxu l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati.

Artikolu 22

Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa azzjonijiet għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, anki fl-ilmijiet interni.

2.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri:

(a)il-kumpens lis-sajjieda għall-ġbir ta’ rkaptu tas-sajd mitluf u għall-iskart li jinġabar mill-baħar;

(b)l-investiment fil-portijiet biex dawn ikunu jipprovdu faċilitajiet ta’ akkoljenza għall-irkaptu mitluf u għall-iskart li jinġabar mill-baħar;

(c)l-azzjonijiet biex jinkiseb status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(d)l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-ispazju stabbiliti skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(e)il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ taż-żoni tan-NATURA 2000, skont l-oqfsa ta’ azzjonijiet prijoritizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE;

(f)il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, skont l-oqfsa ta’ azzjonijiet prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE.

KAPITOLU III

Prijorità 2: Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli

Artikolu 23

Akkwakultura

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-akkwakultura sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu (34)1 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jista’ wkoll jappoġġa s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 u r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 .

2.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun konsistenti mal-pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali strateġiċi għall-iżvilupp tal-akkwakultura, imsemmijin fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

3.L-investiment fl-akkwakultura produttiva skont dan l-Artikolu jista’ jingħata l-appoġġ biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 24

Il-proċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Il-FEMS jista’ jappoġġa l-azzjonijiet li jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013. Jista’ jappoġġa wkoll azzjonijiet li jippromwovu l-kummerċjalizzazzjoni, il-kwalità u l-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

Artikolu 25

L-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Dan l-appoġġ għandu jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

2.L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament.

KAPITOLU IV

Prijorità 3: Il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Artikolu 26

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-iżvilupp sostenibbli ta’ ekonomiji u komunitajiet lokali permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

2.Għall-fini tal-appoġġ mill-FEMS, l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandhom jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw iżjed mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom.

Artikolu 27

Għarfien marittimu

Il-FEMS jista’ jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data biex jiżdied l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar, bil-għan li:

(a)jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u tal-għażla u l-ġestjoni tas-siti skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE;

(b)jappoġġa l-ippjanar spazjali marittimu msemmi fid-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 ;

(c)tittejjeb il-kwalità tad-data u jiżdied it-tpartit tad-data permezz tan-netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet).

KAPITOLU V

Prijorità 4: It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u s-sostenn ta’ ibħra u oċeani nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli fejn hemm is-sikurezza u s-sigurtà

Artikolu 28

Is-sorveljanza marittima

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-azzjonijiet li jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-ambjent komuni għat-tpartit tal-informazzjoni.

2.B’deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 29

Il-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta

1.Il-FEMS jista’ jappoġġa l-azzjonijiet li jwettqu l-awtoritajiet nazzjonali li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 , fl-Artikolu 2b tar-Regolament (UE) Nru 2016/1625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 , u fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 2016/1626 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 .

2.L-appoġġ għall-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jista’ jgħin ukoll fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19.

3.B’deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

KAPITOLU VI

Regoli għall-implimentazzjoni b’ġestjoni kondiviża

Taqsima 1

Appoġġ mill-FEMS

Artikolu 30

Il-kalkolu ta’ spejjeż addizzjonali jew ta’ dħul mitluf

L-appoġġ li jingħata abbażi ta’ spejjeż addizzjonali jew ta’ dħul mitluf għandu jingħata fi kwalunkwe waħda mill-forom imsemmijin fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

Artikolu 31

Id-determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata massima tal-kofinanzjament tal-FEMS għal kull qasam ta’ appoġġ hija stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 32

L-intensità tal-għajnuna pubblika

1.L-Istati Membri għandhom japplikaw rata ta’ intensità massima ta’ għajnuna pubblika ta’ 50 % tal-infiq eliġibbli totali tal-operazzjoni.

2.B’deroga mill-paragrafu 1, ir-rati ta’ intensità massima tal-għajnuna speċifiċi għal ċerti oqsma ta’ appoġġ u ċerti tipi ta’ operazzjonijiet huma stabbiliti fl-Anness III.

3.Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt diversi ringieli bejn ir-ringiela 2 u r-ringiela 16 tal-Anness III, għandha tapplika l-ogħla rata tal-intensità massima tal-għajnuna.

4.Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt ringiela waħda jew taħt diversi ringieli bejn it-2 u s-16 tal-Anness III, u fl-istess ħin taqa’ taħt ir-ringiela 1 wkoll ta’ dak l-Anness, għandha tapplika r-rata tal-intensità massima tal-għajnuna elenkata fir-ringiela 1.

Taqsima 2

Il-ġestjoni finanzjarja

Artikolu 33

L-interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-pagament

1.Bi qbil mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista’ tinterrompi l-iskadenza ta’ pagament għal applikazzjoni għal pagament sħiħ jew ta’ parti minnu f’każ li Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jekk in-nuqqas ta’ konformità x’aktarx li jolqot l-infiq li jkun iddikjarat f’applikazzjoni li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

2.Qabel ma ssir din l-interruzzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru kkonċernat li hemm evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità u tagħtih żmien raġonevoli biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

3.L-interruzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata man-natura, mas-serjetà, mat-tul ta’ żmien u mar-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.

4.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 52 dwar id-definizzjoni tal-każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 34

Sospensjoni tal-pagamenti

1.Bi qbil mal-Artikolu 91(3) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti interim fil-programm kollha jew parti minnhom f’każ li n-nuqqas ta’ konformità ta’ Stat Membru mal-obbligi tiegħu skont il-PKS ikun wieħed serju, u jekk ikun jolqot l-infiq iddikjarat f’applikazzjoni għal pagament tal-infiq li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

2.Qabel ma ssir is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru li hija tal-fehma li jeżisti każ serju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli li japplikaw skont il-PKS u tagħtih żmien raġonevoli biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

3.Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata man-natura, mas-serjetà, mat-tul ta’ żmien u mar-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.

4.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 52 dwar id-definizzjoni tal-każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 35

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri

1.Skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], l-Istati Membri għandhom japplikaw il-korrezzjonijiet finanzjarji f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.F’każijiet tal-korrezzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-korrezzjoni li għandu jkun proporzjonat billi jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tal-ksur jew ir-reat mill-benefiċjarju u l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.

Artikolu 36

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni

1.Skont l-Artikolu 98(5) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħmlu korrezzjonijiet finanzjarji permezz tal-kanċellazzjoni totali jew parzjali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm operazzjonali jekk, wara li twettaq l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li:

(a)in-nefqa ddikjarata f’applikazzjoni għal pagament tkun affettwata minn każijiet fejn il-benefiċjarju ma jħarisx l-obbligi kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) u ma jkunx ġie kkoreġut mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni skont dan il-paragrafu;

(b)in-nefqa ddikjarata f’applikazzjoni għal pagament tkun affettwata minn każijiet ta’ ksur serju tar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru li wasslu biex jiġi sospiż il-pagament skont l-Artikolu 34 u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa’ ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta’ rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni.

2.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ammont tal-korrezzjoni billi tikkunsidra n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta’ konformità mill-Istat Membru jew mill-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS u l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju kkonċernat.

3.Meta ma jkunx possibbli li jiġi kkwantifikat preċiżament l-ammont ta’ nfiq marbut man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tapplika rata fissa jew korrezzjoni finanzjarja estrapolata skont il-paragrafu 4.

4.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 52 li jiddeterminaw il-kriterji biex jiġi stabbilit il-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandha tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ rati fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati.

Taqsima 3

Il-monitoraġġ u r-rappurtar

Artikolu 37

Il-qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

1.L-indikaturi għar-rappurtar tal-progress tal-FEMS rigward il-kisba tal-prijoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 4 huma stabbiliti fl-Anness I.

2.Biex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-FEMS lejn il-kisba tal-prijoritajiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 52, li temenda l-Anness I biex tirrevedi jew tikkomplementa l-indikaturi fejn tqis li hu meħtieġ, u li tissupplimenta lil dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Artikolu 38

Rapport annwali dwar il-prestazzjoni

1.Bi qbil mal-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn xahar qabel il-laqgħa ta’ evalwazzjoni ta’ kull sena. L-ewwel rapport għandu jitressaq fl-2023 u l-aħħar rapport għandu jitressaq fl-2029.

2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi u biex intlaħqu l-istadji importanti u l-miri msemmijin fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Għandu jiddeskrivi wkoll kull problema li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati dawk il-problemi.

3.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi eżaminat waqt il-laqgħa ta’ evalwazzjoni ta’ kull sena, bi qbil mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

4.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 53(2).

TITOLU III: L-APPOĠĠ B’ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA

Artikolu 39

Ambitu ġeografiku

B’deroga mill-Artikolu 2, dan it-Titolu jista’ jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna teknika.

KAPITOLU I

Prijorità 1: It-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Artikolu 40

L-Implimentazzjoni tal-PKS

Il-FEMS għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-PKS permezz:

(a)tal-forniment ta’ pariri u għarfien xjentifiku biex jgħinu biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd tajbin u effiċjenti skont il-PKS, anki permezz tal-parteċipazzjoni ta’ esperti f’korpi xjentifiċi;

(b)tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)tal-funzjonament ta’ Kunsilli Konsultattivi stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jkollhom għan li huwa parti mill-PKS u li jappoġġaha;

(d)ta’ kontribuzzjonijiet volontarji għall-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali dwar is-sajd, bi qbil mal-Artikolu 29 u mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 41

Il-promozzjoni ta’ ibħra nodfa u f’saħħithom

1.Il-FEMS għandu jappoġġa l-promozzjoni ta’ ibħra nodfa u f’saħħithom, anki permezz ta’ azzjonijiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE u permezz ta’ azzjonijiet li jiżguraw koerenza mal-ksib ta’ status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 2(5)(j) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-plastik f’ekonomija ċirkolari.

2.L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

KAPITOLU II

Prijorità 2: Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli

Artikolu 42

Informazzjoni dwar is-suq

Il-FEMS għandu jappoġġa l-iżvilupp u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru1379/2013.

KAPITOLU III

Prijorità 3: Il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Artikolu 43

Il-politika marittima u l-iżvilupp ta’ ekonomija blu sostenibbli

Il-FEMS għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika marittima permezz:

(a)tal-promozzjoni ta’ ekonomija blu sostenibbli, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;

(b)tal-promozzjoni ta’ governanza u ġestjoni integrati tal-politika marittima, anki permezz tal-ippjanar spazjali marittimu, ta’ strateġiji tal-baċiri tal-baħar u l-kooperazzjoni reġjonali marittima;

(c)tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, inkluż in-netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet);

(d)tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u t-tpartit tad-data soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli;

(e)tal-iżvilupp ta’ riżervi ta’ proġetti u ta’ strumenti finanzjarji innovattivi.

KAPITOLU IV

Prijorità 4: It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u s-sostenn ta’ ibħra u oċeani nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli fejn hemm is-sikurezza u s-sigurtà

Artikolu 44

Sigurtà u sorveljanza marittimi

Il-FEMS għandu jappoġġa l-promozzjoni tas-sigurtà u s-sorveljanza marittima, anki permezz tat-tpartit ta’ data, u l-kooperazzjoni u l-glieda tal-gwardji tal-kosta u tal-aġenziji kontra l-attivitajiet kriminali u illegali fuq il-baħar.

Artikolu 45

Il-governanza internazzjonali tal-oċeani

Il-FEMS għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika ta’ governanza internazzjonali tal-oċeani permezz:

(a)ta’ kontributi volontarji lil organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fil-qasam tal-governanza tal-oċeani;

(b)tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni volontarji fost forums, organizzazzjonijiet, korpi u istituzzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u ftehimiet, arranġamenti u sħubijiet internazzjonali rilevanti oħra;

(c)tal-implimentazzjoni ta’ sħubijiet oċeaniċi bejn l-Unjoni u l-atturi rilevanti oċeaniċi;

(d)tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet, arranġamenti u strumenti internazzjonali rilevanti li jimmiraw li jippromwovu governanza tal-oċeani mtejba, kif ukoll l-iżvilupp ta’ azzjonijiet, miżuri, għodod u għarfien li jippermettu li l-oċeani jkunu sikuri, nodfa, ġestiti b’mod sostenibbli;

(e)tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet, miżuri u għodod internazzjonali rilevanti għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;

(f)tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp ta’ riċerka u data oċeaniċi internazzjonali.

KAPITOLU V

Regoli għall-implimentazzjoni b’ġestjoni diretta u indiretta

Artikolu 46

Forom ta’ finanzjament mill-Unjoni

1.Il-FEMS jista’ jipprovdi l-finanzjament ta’ kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], b’mod partikolari l-akkwist skont it-Titolu VII ta’ dak ir-Regolament u għotjiet skont it-Titolu VIII ta’ dak ir-Regolament. Jista’ jippermetti wkoll il-finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f’operazzjonijiet ta’ taħlit, kif imsemmi fl-Artikolu 47.

2.L-evalwazzjonijiet tal-proposti tal-għotjiet jistgħu jsiru minn esperti indipendenti.

Artikolu 47

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit skont il-FEMS għandhom ikunu implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar l-InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Artikolu 48

Evalwazzjoni

1.L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.L-evalwazzjoni interim tal-appoġġ skont it-Titolu III għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-appoġġ.

3.Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar l-appoġġ skont it-Titolu III.

4.Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 49

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Artikolu 50

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni b’rabta mal-FEMS, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-FEMS għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu marbutin mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 51

Entitajiet eliġibbli

1.Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 3 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

2.Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a)entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru jew f’pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 3 u 4;

(b)kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

3.L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-programm, bi prinċipju jridu jġarrbu huma l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni tagħhom.

TITOLU IV: DISPOŻIZZJONIJIET TA’ PROĊEDURA

Artikolu 52

Eżerċizzju ta’ delega

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 12, 17, 21, 33, 34, 36, 37, u 55 għandha tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2027.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12, 17, 21, 33, 34, 36, 37 u 55 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Att delegat adottat skont l-Artikoli 12, 17, 21, 33, 34, 36, 37 jew 55 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 53

Il-proċedura tal-kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 .

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

TITOLU V: DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 54

Tħassir

1.Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandu jiġi revokat b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-iskema ta’ appoġġ stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għall-iskema stabbilita b’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, b’konformità mal-Artikolu 52, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 jista’ jiġi integrat fl-appoġġ stabbilit skont dan ir-Regolament.

2.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

3.L-applikazzjonijiet li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 56

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President


Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja(i) tal-baġit tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati 

Il-Politika komuni tas-sajd (il-PKS), il-politika marittima u l-governanza internazzjonali tal-oċeani

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

X azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 39  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew dirottar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-appoġġ tal-FEMS għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd huma ambjentalment sostenibbli fit-tul u huma ġestiti b’mod li huwa konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta’ impjieg, u li jingħata kontribut għad-disponibbiltà ta’ provvisti tal-ikel. Għandu wkoll jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija blu sostenibbli u jgħin biex jintlaħqu l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani.

Minbarra dan, l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fil-kuntest tal-FEMS jenħtieġ li tingħata bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mar-regoli tal-PKS. Għalhekk, l-applikazzjonijiet mingħand benefiċjarji li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS li japplikaw ma jistgħux jintlaqgħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat li taġixxi kontra dawk l-Istati Membri li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS.

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, aktar effettività jew kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

Il-PKS mhuwiex qasam ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni huwa meħtieġ għaliex din il-politika komuni timponi l-obbligi fuq l-Istati Membri. L-appoġġ finanzjarju huwa kruċjali biex jgħinhom jissodisfaw dawk l-obbligi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni, jiġifieri l-użu sostenibbli tal-ibħra u tal-oċeani. L-appoġġ huwa meħtieġ f’oqsma bħall-aġġustament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd, l-investiment fis-saħħa u s-sikurezza abbord, l-iżvilupp tal-għarfien u l-pariri xjentifiċi dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut, u t-titjib tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-baħar u fil-portijiet.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

Il-mira ġenerali tal-appoġġ futur għas-sajd u għall-politiki marittimi hija li jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS u jiffaċilita t-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli. Sakemm jinkiseb is-sajd sostenibbli jista’ jkun hemm impatti soċjali għall-komunitajiet kostali f’terminu ta’ żmien qasir sa medju, li jkollhom bżonn jittaffew. Dan huwa importanti b’mod partikolari għall-komunitajiet kostali li jiddependu mis-sajd, speċjalment f’żoni fejn is-settur tas-sajd għad għandu problemi serji (bħal fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed), fejn politika fil-livell tal-Unjoni tista’ tipprovdi valur miżjud reali, anki minħabba l-kompetenza esklużiva tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tas-sajd.

L-Istati Membri mhumiex f’pożizzjoni li individwalment jindirizzaw l-isfidi tajjeb. L-azzjoni tal-Unjoni tipprovdi sors sikur ta’ investiment stabbli li jsostni t-tkabbir. Bosta siti tal-akkwakultura marina joperaw f’ekosistemi marini li jaqsmu l-fruntieri nazzjonali, u l-ippjanar tal-ispazju marittimu jeħtieġ sforzi ta’ ppjanar ikkoordinati fil-livell tal-Unjoni. Il-kontroll u l-infurzar, kif ukoll il-ġbir tad-data u l-parir xjentifiku huma elementi essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-PKS. Dawn l-attivitajiet, ikkoordinati u kofinanzjati fil-livell tal-Unjoni, jirrappreżentaw iffrankar u sinerġiji sinifikanti f’termini ta’ spejjeż u konformità meta mqabbel ma’ mudell li fih dawn l-attivitajiet kellhom jitwettqu esklussivament mill-Istati Membri.

Il-politika marittima u l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli fin-natura tagħhom huma transsettorjali u transnazzjonali, pereżempju, permezz tal-iżvilupp ta’ strateġiji tal-baċiri tal-baħar li jilħqu għadd ta’ Stati Membri u l-pajjiżi sħab rilevanti, biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-fondi, l-applikazzjoni tar-regoli u l-involviment tal-korpi/tal-istituzzjonijiet u biex jitnaqqsu l-frammentazzjoni u d-duplikazzjoni tal-azzjonijiet. Hemm aktar probabbiltà li jinkisbu vantaġġi ċari b’azzjoni fil-livell tal-Unjoni milli b’azzjoni fil-livell ta’ Stat Membru jew reġjonali. L-għarfien dwar il-baħar jiġbor id-data u din tkun aċċessibbli madwar l-Unjoni (l-Ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni jipprovdi ambjent komuni Ewropew għas-sorveljanza marittima) u t-tpartit (fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell tal-baċiri tal-baħar) tal-kapaċitajiet tal-gwardja tal-kosta bejn l-aġenziji u l-Istati Membri jżid l-effikaċja u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet fuq il-baħar.

L-ippjanar spazjali marittimu huwa mezz ta’ koordinazzjoni mtejba tal-ispazju marittimu Ewropew, u tiżgura l-koerenza transfruntiera (kemm fl-Unjoni, kif ukoll barra minnha). Fis-setturi tal-ekonomija blu, bħalma hu dak tal-enerġija mill-oċeani, il-koordinazzjoi tal-attivitajiet b’rabta mar-riċerka jħaffef l-iżvilupp tas-settur, pereżempju billi tintlaħaq il-massa kritika għall-investiment u għall-iżvilupp tas-suq. Il-finanzjament fil-livell tal-Unjoni jappoġġa l-magni tal-innovazzjoni li jippermettu lill-industrija marittima Ewropea tikber u tiffjorixxi.

Bi qbil mal-impenn internazzjonali tagħha li tikkonserva l-oċeani u tużahom b’mod sostenibbli, anki permezz tal-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Unjoni qiegħda f’pożizzjoni tajba biex issawar il-governanza internazzjonali tal-oċeani fuq il-bażi tal-esperjenza tagħha fl-iżvilupp ta’ approċċ sostenibbli lejn il-ġestjoni tal-oċeani, b’mod notevoli permezz tal-politika ambjentali tagħha (b’mod partikolari d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina), il-politika Marittima Integrata (b’mod partikolari d-Direttiva dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu), il-Politika Komuni tas-Sajd riformata, l-azzjoni kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), il-politika dwar it-trasport marittimu, u s-sħubiji bilaterali multipli u l-ftehimiet multilaterali li hija parti għalihom.

Barra minn hekk, l-istrateġija tal-Unjoni dwar is-sigurtà marittima identifikat l-ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni (is-CISE) u l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (l-EFCA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-EMSA), u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (il-FRONTEX), fil-forma tal-funzjoni tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, bħala mezzi ewlenin biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Fl-oqsma kollha msemmija hawn fuq, it-tpartit tar-riżorsi f’livell Ewropew jista’ jwassal għal riżultati li ma jistax iwassal għalihom l-infiq f’livell nazzjonali.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ewlenin uriet dawn l-oqsma li ġejjin bħala oqsma ta’ qbil ġenerali:

Sejħa qawwija għall-kontinwità u l-ħtieġa ċara ta’ strument finanzjarju li fil-ġejjieni jkun iddedikat għas-sajd u għall-politika marittima, li jibqgħu jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, u li jintużaw l-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli, kienu enfasizzati mill-parijiet ikkonċernati kważi kollha.

L-Istati Membri qablu li l-għanijiet tal-fond ta’ wara l-2020 jenħtieġ li jappoġġaw is-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika. Bħala prijorità għall-fond li jmiss, il-partijiet ikkonċernati mmarkaw il-ksib tal-għanijiet tal-PKS.

B’riżultat tal-konsultazzjonijiet il-partijiet ikkonċernati qablu li wieħed mill-ikbar difetti tal-FEMS tal-2014 sal-2020, kien li dam biex jiġi adottat u l-Programmi Operazzjonali ġew implimentati tard, dan ġara minħabba li l-approvazzjoni tal-qafas leġiżlattiv dam biex ġie approvat. Dan kollu, flimkien mal-leġiżlazzjoni preskrittiva wisq fil-livell tal-Unjoni, mar-riġidità u n-nuqqas ta’ flessibbiltà fl-interpretazzjoni tagħha, u wisq attenzjoni fuq l-eliġibbiltà minflok fuq li jintlaħqu l-għanijiet u l-miri, huma l-isfida li jridu jiffaċċaw l-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati għamlu sejħa qawwija għal inqas kumplessità legali u għal qafas leġiżlattiv aktar sempliċi.

Kien innutat li kien hemm kunsens qawwi bejn il-partijiet ikkonċernati li riedu aktar simplifikazzjoni fil-livelli kollha (kemm tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali) għall-implimentazzjoni tal-FEMS biex jinżamm ċertu livell ta’ stabbiltà. Madankollu, ġew innutati wkoll fehmiet diversi dwar kif irid jinsab bilanċ bejn aktar enfasi fuq li jinkisbu r-riżultati u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet filwaqt li tiġi żgurata nefqa korretta.

Fil-kontributi tagħhom, l-Istati Membri nnutaw li s-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni hija importanti ħafna biex turi l-effikaċja tal-fond, billi din tagħti l-informazzjoni dwar il-kawżalitajiet tal-iżvilupp tas-setturi tas-sajd u tal-ekonomija blu sostenibbli.

Ġie nnutat ukoll li kien hemm żewġ opinjonijiet kompletament diverġenti dwar l-appoġġ tal-flotot tas-sajd, u l-partijiet ikkonċernati kienu maqsuma kważi nofs b’nofs bejn dawk li jiffavorixxu li jitkomplew il-miżuri għall-flotot u dawk li huma kontra.

Dwar is-settur tal-akkwakultura, il-partijiet ikkonċernati kollha qablu li jenħtieġ aktar xogħol fuq is-simplifikazzjoni amministrattiva u leġiżlattiva biex jitnaqqas iż-żmien li jieħdu l-proċeduri tal-għotja tal-liċenzji mingħajr ma jitbaxxew l-istandards għoljin ambjentali, ta’ protezzjoni tal-konsumatur, u tas-saħħa tal-annimali li jiffurmaw parti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Huma affermaw mill-ġdid li huma l-piżijiet amministrattivi, flimkien mar-rekwiżiti proċedurali kumplessi wisq (kemm biex jingħataw il-liċenzji u l-aċċess għall-finanzjament) li għadhom l-ostaklu ewlieni għall-iżvilupp ta’ dan is-settur. Barra minn hekk intwera appoġġ kbir minn grupp ta’ 11-il Stat Membru favur li jitkompla l-appoġġ mill-Unjoni li hemm issa għas-settur tal-akkwakultura fil-fond li jmiss, b’mod partikolari għall-akkwakultura tal-ilma ħelu.

Rigward is-sajd artiġjanali u s-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-Istati Membri huma favur li l-appoġġ li jingħata jkun aktar immirat u mfassal apposta, li jkun ikbar, u li tingħata l-possibbiltà li dawn jiġu ttrattati b’mod aktar favorevoli billi jingħataw pagamenti minn qabel. Skont xi Stati Membri, jenħtieġ li jitkompla t-trattament finanzjarju preferenzjali tas-sajd kostali artiġjanali u s-sajd tal-ilmijiet interni wara l-2020. Il-partijiet ikkonċernati rrikonoxxew ukoll li hemm bżonn ta’ flessibbiltà skont l-ispeċifiċitajiet lokali, u biex tgħin ir-rinnovazzjoni tal-ġenerazzjonijiet f’forza tax-xogħol li qed tikber fl-età.

L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati kollha wrew il-fehma li huwa importanti li l-appoġġ għall-ġbir tad-data, għall-kontroll u l-infurzar tar-regoli tas-sajd, u l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi jibqgħu parti mill-fond tas-sajd taħt ġestjoni kondiviża.

It-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni permezz tal-FEMS f’oqsma differenti fil-kuntest tal-politika marittima (it-taħriġ, l-ippjanar spazjali marittimu, is-sikurezza u s-sorveljanza marittima, il-finanzjament ta’ proġetti innovattivi, eċċ.) tqis bħala valur miżjud għall-Ewropa u għar-reġjuni minn għadd ta’ partijiet ikkonċernati. Meta jitqies li l-ekonomija blu hija żviluppata f’ambjent kumpless ħafna, jenħtieġ li l-kumplimentarità fost l-istrumenti diversi tkompli tiġi żgurata biex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni.

Maġġoranza ta’ partijiet ikkonċernati rrikonoxxew ukoll ir-rwol importanti tal-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD) biex il-komunitajiet kostali jadottaw soluzzjonijiet lokali għall-problemi lokali, u rrikonoxxewh bħala opportunità siewja biex is-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura jkollhom rwol attiv fi kwistjonijiet b’rabta mal-gvernijiet u l-governanza lokali. Ħafna partijiet ikkonċernati jixtiequ li s-CLLD jkollu rwol aktar mifrux fl-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli fil-livell lokali.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

Il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni biex itejjeb il-koordinazzjoni u jarmonizza l-implimentazzjoni tal-appoġġ minn Fondi b’ġestjoni kondiviża bl-għan ewlieni li jiġi ssimplifikat it-twettiq tal-politika b’mod koerenti. Dan ir-“Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni” japplika għall-parti tal-FEMS li hija taħt ġestjoni kondiviża.

Il-Fondi għandhom għanijiet komplimentari u l-istess mod ta’ ġestjoni. Għaldaqstant, ir-“Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni” jistipula sensiela ta’ għanijiet ġenerali komuni u prinċipji ġenerali, bħas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli. Dak ir-Regolament fih ukoll l-elementi komuni tal-ippjanar strateġiku u tal-ipprogrammar, fosthom dispożizzjonijiet dwar il-Ftehim ta’ Sħubija li se jiġi konkluż ma’ kull Stat Membru, u jistabbilixxi approċċ komuni biex il-Fondi jintużaw f’direzzjonijiet li jtejbu l-prestazzjoni. Għalhekk, dan jinkludi kundizzjonijiet abilitanti, analiżi tal-prestazzjoni, u l-arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni. Ġew stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet komuni fir-rigward tar-regoli ta’ eliġibbiltà, u ġew iddefiniti arranġamenti speċjali għall-istrumenti finanzjarji u għall-użu tal-InvestEU, għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u għall-ġestjoni finanzjarja. Xi arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll huma wkoll komuni għall-Fondi kollha.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

X durata limitata

X    Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2021 sal-31/12/2027

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 40  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

X    mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

X korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

[…]

[…]

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS), b’ġestjoni kondiviża ma’ fondi oħrajn, se jaħdem skont il-qafas komuni tar-“Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”.

L-implimentazzjoni se ssir b’mod predominanti permezz ta’ ġestjoni kondiviża u diretta, u f’xi eċċezzjonijiet permezz ta’ ġestjoni indiretta minn korpi tal-Unjoni. Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni japplika biss għall-komponent ta’ ġestjoni kondiviża tal-FEMS.

I. ĠESTJONI KONDIVIŻA

Ir-regoli dettaljati tal-monitoraġġ u tar-rappurtar huma stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

Barra mill-qafas stabbilit fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, il-FEMS se jkompli jibni fuq l-elementi tajbin tas-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni introdotta fil-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014 sal-2020.

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej, l-għanijiet ta’ politika se jiġu stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni flimkien mal-prijoritajiet u l-għanijiet speċifiċi fil-livell ta’ kull Fond. Dawn il-prijoritajiet u l-għanijiet se jintlaħqu permezz ta’ programmi. Se titfassal loġika ta’ intervent issimplifikat fuq tliet livelli li tkompli fuq il-mudell attwali u ssaħħaħ id-direzzjoni lejn ir-riżultati, dawn il-livelli huma l-livell tal-Fondi (għanijiet ta’ politika komuni għall-Fondi kollha), il-livell tal-oqsma ta’ politika (politiki dwar is-sajd u politiki marittimi) u l-livell tal-operazzjonijiet fil-livell tal-Istati Membri. L-għanijiet tal-ewwel żewġ livelli se jkunu fissi. L-Awtorità ta’ Ġestjoni se tistabbilixxi l-miri tagħha għall-indikaturi tar-riżultati marbutin mal-għanijiet speċifiċi u ġenerali.

L-operazzjonijiet ikunu ġestiti fil-livell tal-Istati Membri. Kull operazzjoni se tintrabat ma’ qasam ta’ appoġġ (appoġġ għan-negozju, għall-innovazzjoni, għall-ambjent, eċċ.) li jiġu ddefiniti indikaturi speċifiċi għalih. B’hekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu f’pożizzjoni li jirrappurtaw dwar għadd ta’ dimensjonijiet mixtieqa (il-kontribut għall-għanijiet ġenerali tal-Unjoni, il-prijoritajiet tal-FEMS, it-tip ta’ operazzjoni, id-daqs tal-baġit għall-operazzjonijiet, eċċ.).

L-għanijiet se jiġu rrappurtati permezz tal-pjattaforma attwali Infosys dwar għadd limitat ta’ indikaturi tar-riżultati, li xi wħud minnhom se jservu ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. L-Istati Membri se jibagħtu d-data kwantitattiva (l-iżjed outputs u riżultati), bil-mezzi elettroniċi, sitt darbiet fis-sena (minflok darba permezz tar-rapport annwali).

Se jkun meħtieġ rapport annwali dwar il-prestazzjoni speċifiku għall-FEMS dwar l-istadji importanti u l-miri li jkunu tlaħqu mingħand kull Stat Membru.

II. ĠESTJONI DIRETTA

Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ ħidma annwali għall-azzjonijiet implimentati permezz tal-ġestjoni diretta.

L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu kmieni biżżejjed biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-evalwazzjoni interim tal-programm issir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm.

Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, jitħejja rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar ir-riżultati u l-impatt fuq żmien twil tal-FEMS taħt ġestjoni diretta.

III. ĠESTJONI INDIRETTA

B’mod eċċezzjonali, il-FEMS jista’ jikkontribwixxi għall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u għall-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima permezz ta’ għotjiet li jippermettu lill-aġenziji rilevanti jimplimentaw l-appoġġ fil-qasam tas-sorveljanza u s-sigurtà marittima.

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-METODI TA’ ĠESTJONI

Il-metodu doppju ta’ ġestjoni (ġestjoni kondiviża u (in-)diretta) jippermetti li tkun ta’ vantaġġ l-esperjenza li tkun inkisbet qabel, li jaqbel ħafna ma’ dak li talbu l-partijiet ikkonċernati. Bħala parti mill-Fondi, il-parti l-kbira tal-finanzjament fil-futur jibqa’ jintuża b’ġestjoni kondiviża. Billi l-iskop huwa li jkunu appoġġati proċessi addattivi f’setturi speċifiċi, l-investimenti fin-negozji u fil-konservazzjoni tar-riżorsi ambjentali, il-finanzjament jenħtieġ li jkun marbut kemm jista’ jkun mar-realtajiet lokali u nazzjonali, u jikkomplementa l-politiki u l-finanzjament nazzjonali. L-appoġġ tal-iżvilupp ta’ politiki permezz ta’ ġestjoni diretta jservi ta’ għodda effettiva għall-promulgazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) sottostanti, bħala politika komuni tal-Unjoni, b’impatt immedjat fuq is-setturi fil-mira, minbarra li jkompli jabilita l-attivitajiet ta’ politika marittima u l-varar ta’ attivitajiet ta’ governanza internazzjonali tal-oċeani.

MODALITAJIET TA’ PAGAMENT (ġestjoni kondiviża)

L-istrumenti finanzjarji (self u garanziji) huma mistennija li jkollhom rwol aktar prominenti. Aktar użu ta’ għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (rati fissi, somma f'daqqa u kosti unitarji) jistgħu jgħinu biex inaqqsu l-piż amministrattiv fil-livell tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-appoġġ finanzjarju jista’ jibqa’ bbażat fuq l-ispejjeż u l-infiq reali li jiġġarbu u li jkunu ċċertifikati mill-Istati Membri (mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ għażliet tal-ispejjeż issimplifikati). Biex jingħata appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, l-appoġġ finanzjarju jkun ibbażat fuq li jiġu ssodisfati għadd ta’ kundizzjonijiet. Għaldaqstant, se jiġi adottat att delegat li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri ta’ konservazzjoni.

STRATEĠIJA TA’ KONTROLL

Kif previst fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, l-għadd ta’ kontrolli u awditi se jitnaqqas b’mod sinifikanti. Dan se jnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq l-awtoritajiet tal-programmi u l-benefiċjarji. Dan se jintlaħaq billi jitwessa’ prinċipju wieħed biss tal-awditjar, inqas kontrolli u metodu mtejjeb ibbażat fuq sistema nazzjonali li taħdem tajjeb, b’arranġament ta’ awditjar minimu għall-iskop tal-assigurazzjoni.

- ġestjoni kondiviża

Mekkaniżmu ta’ kontroll

Għal kull programm l-Istati Membri għandhom jidentifikaw awtorità ta’ ġestjoni u awtorità tal-awditjar, u jistgħu jidentifikaw korp intermedju wieħed jew iżjed biex iwettaq ċerti kompiti li jkunu fir-responsabbiltà tiegħu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jidentifikaw funzjoni ta’ kontabilità li jistgħu jħallu f’idejn l-awtorità ta’ ġestjoni jew f’idejn korp ieħor.

L-awtorità ta’ ġestjoni tkun responsabbli biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi. Dan il-kompitu jinkludi b’mod partikolari l-għażla tal-operazzjonijiet, it-twettiq ta’ verifiki maniġerjali, l-appoġġ tal-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ, is-sorveljanza tal-korpi intermedji u r-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-data rilevanti f’sistema elettronika.

Il-funzjoni tal-kontabilità se tkun responsabbli biex tfassal u tissottometti l-applikazzjonijiet għall-pagament lill-Kummissjoni, kif ukoll biex tħejji l-kontijiet u żżomm ir-rekords tal-elementi kollha tal-kontijiet f’sistema elettronika.

L-awtorità tal-awditjar se tkun responsabbli biex twettaq l-awditi tas-sistemi u l-awditi tal-operazzjonijiet biex tipprovdi assigurazzjoni indipendenti lill-Kummissjoni li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll qegħdin jaħdmu b’mod effettiv u li l-infiq imniżżel fil-kontijiet li jitressqu lill-Kummissjoni jkun legali u regolari. Għaldaqstant, ikollha tħejji strateġija tal-awditjar ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji, filwaqt li tqis id-deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll. Kull sena tfassal opinjoni tal-awditjar u tressaqha lill-Kummissjoni, din l-opinjoni tal-awditjar tkun tittratta l-kompletezza, il-veraċità u l-akkuratezza tal-kontijiet, il-legalità u r-regolarità tal-infiq imniżżel fil-kontijiet u fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, u rapport annwali ta’ kontroll sottostanti.

L-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-pagamenti

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu l-għażla li jinterrompi l-iskadenza ta’ applikazzjoni għal pagament ta’ pagament interim jekk ikun hemm l-evidenza li Stat Membru jkun qed jikser ir-regoli tal-PKS li japplikaw għalih. Ksur aktar serju tal-obbli tal-Istati Membri jiġi ttrattat permezz tas-sospensjoni tal-pagamenti, li ma titħassarx qabel ma l-Istat Membru kkonċernat jkun jista’ juri li ħa l-azzjoni korrettiva. F’każijiet estremi, il-kontribut għall-programm tal-Unjoni jista’ jiġi kkanċellat.

Korrezzjonijiet finanzjarji

Minkejja li l-Istat Membru jerfa’ l-ewwel responsabbiltà għall-identifikazzjoni u l-irkupru tal-irregolaritajiet, u li jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li timponi l-korrezzjonijiet. Hija mistennija li tqis in-natura u s-serjetà ta’ kull irregolarità, u li tevalwa l-impatt finanzjarju tad-defiċjenzi.

Awditi tal-Kummissjoni

Matul il-perjodu tal-implimentazzjoni, is-settur tal-awditjar ex-post iwettaq l-awditi tas-sistemi b’ittestjar sostantiv biex jikkonferma l-assigurazzjoni dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi u jitlob lill-Istati Membri biex jikkoreġu kull dgħufija fis-sistemi u kull nefqa irregolari li tinstab. Il-Kummissjoni tuża r-riżultati tal-awditi tagħha u r-riżultati tal-awtorità nazzjonali tal-awditjar biex tikseb l-assigurazzjoni. L-awditi jintagħżlu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.

- ġestjoni diretta

Fil-preżent, parti kbira mill-FEMS taħt ġestjoni diretta hija ddelegata lill-EASME. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni li ġej huwa mistenni li jiġu ddelegati aktar attivitajiet ta’ ġestjoni diretta.

Fil-proċessi tal-ipprogrammar u l-ippjanar, il-verifikazzjoni, l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ, il-ġestjoni u r-rappurtar hemm taħlita ta’ kontrolli ta’ prevenzjoni, ta’detezzjoni u ta’ korrezzjoni biex jiżguraw mitigazzjoni effettiva tar-riskji finanzjarji u ta’ ġestjoni. L-infiq kollu jiġi vverifikat qabel ma jiġi approvat biex ikun żgurat li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli u li l-infiq propost ikun eliġibbli.

(1)Is-servizzi operazzjonali jqabblu d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa kollha mad-deċiżjoni ta’ finanzjament tal-Kummissjoni u mal-programm rilevanti biex jiġu vverifikati l-eliġibbiltà u l-konsistenza.

(2)Qabel ma’ jiġu awtorizzati l-impenji jew il-pagamenti, issir verifika ex-ante tat-tranżazzjonijiet, flimkien ma’ verifiki tad-data trażmessa u l-evidenza tal-ħlas, biex tkun żgurata l-eliġibbiltà tat-talbiet għar-rimborż.

(3)Il-Kummissjoni twettaq missjonijiet ta’ monitoraġġ fil-forma ta’ verifiki fuq il-post li jivverifikaw l-implimentazzjoni reali tal-programmi u l-eliġibbiltà tal-ispejjeż qabel ma jingħata l-pagament, biex ikunu evitati l-irregolaritajiet.

(4)Barra mill-kontrolli ex-ante tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, titwettaq ukoll verifika 100% ex-ante tad-dokumenti u tal-proċeduri b’relazzjoni mal-akkwist u l-għotjiet.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Ġestjoni kondiviża

Ir-riskji ewlenin identifikati għall-implimentazzjoni tal-baġit b’ġestjoni kondiviża huma:

(1) In-negozjar u l-valutazzjoni/l-approvazzjoni tal-proposti għall-infiq:

Riskju: Il-Programmi Operazzjonali ffinanzjati ma jirriflettux tajjeb l-għanijiet jew il-prijoritajiet tal-politika

Mitigazzjoni tar-riskju: konsultazzjoni interna, validazzjoni ġerarkika ta’ kull programm operazzjonali, konsultazzjoni bejn is-servizzi (fejn huma inklużi d-DĠ kollha rilevanti) u adozzjoni b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni, fejn previst mil-liġi tal-Unjoni.

(2) L-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet (l-Istati Membri):

Riskju: Id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa perjoduċi li jitressqu lill-Kummissjoni jinkludu l-infiq li jkun irregolari jew mhux konformi mar-regoli u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u/jew nazzjonali.

Mitigazzjoni tar-riskju: verifiki tal-ġestjoni: il-kontrolli ewlenin mill-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli mill-programm, il-kontijiet annwali mill-funzjoni tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport annwali mill-awtoritajiet tal-awditjar.

(3) Il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-eżekuzzjoni, inklużi l-kontrolli ex post

Riskju: il-verifiki tal-ġestjoni u l-awditi jew il-kontrolli sussegwenti mill-Istati Membri ma sabux u ma kkoreġewx l-ispejjeż ineliġibbli jew l-iżbalji fil-kalkoli; ix-xogħol tal-awditjar li għamlu l-awtoritajiet tal-awditjar ma kienx biżżejjed biex tinkiseb assigurazzjoni xierqa dwar id-dikjarazzjonijiet ippreżentati; is-servizzi tal-Kummissjoni ma ħadux il-miżuri xierqa biex iħarsu l-fondi tal-Unjoni, abbażi tal-informazzjoni li rċevew.

Mitigazzjoni tar-riskju: Il-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-Istati Membri mill-Kummissjoni. Il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri mill-Kummissjoni, b’mod partikolari tax-xogħol li sar u/jew li ġie rrappurtat mill-Istati Membri, interruzzjonijet u sospensjonijiet ta’ pagamenti u korrezzjonijiet finanzjarji (implimentati mill-Kummissjoni).

Ġestjoni diretta

Il-parti tal-FEMS taħt ġestjoni diretta se tiġi implimentata b’mod ewlieni permezz tal-akkwist u l-għotjiet. Ir-riskji ewlenin huma:

 (1) Definizzjoni mhux ċara tal-ispeċifikazzjonijiet għall-offerti/tas-sejħa għal proposti:

Mitigazzjoni tar-riskju: miżuri superviżorji addattati u l-inklużjoni ta’ verifika ex-ante addizzjonali.

(2) L-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża/l-aħjar proposti mhux magħżula:

Mitigazzjoni tar-riskju: miżuri superviżorji addattati u l-inklużjoni ta’ verifika ex-ante addizzjonali.

(3) L-azzjonijiet ma jikkontribwixxux għall-ilħuq tal-għanijiet tal-FEMS:

Mitigazzjoni tar-riskju: miżuri superviżorji addattati u l-inklużjoni ta’ verifika ex-ante addizzjonali.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Ġestjoni kondiviża

Il-kontrolli jsiru kemm fil-livell tal-Kummissjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri. Dawn il-kontrolli huma ddefiniti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

Id-DĠ MARE jikkwantifika kemm hu possibbli l-ispejjeż tar-riżorsi u tal-inputs meħtieġa biex isiru l-kontrolli u l-istimi, il-benefiċċji tagħhom f’termini ta’ kemm ġew evitati, kemm instabu u kemm ġew ikkoreġuti żbalji u irregolaritajiet.

L-ispejjeż huma marbutin mal-isplejjeż ġenerali annwali tal-Kummissjoni. Jinkludu valutazzjoni mill-Kummissjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri (inklużi l-awditi ex-post tal-Kummissjoni) kif ukoll l-ispejjeż marbutin mal-persunal tal-Kummissjoni li jwettaq il-kontrolli matul il-fażijiet kollha tat-tfassil, tal-implimentazzjoni u tal-monitoraġġ; u l-verifiki ex-ante tal-Kummissjoni tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa perjodiċi (ċirkwiti finanzjarji). Għall-perjodu tal-2014 sal-2020 dan jinkludi l-verifiki tal-Kummissjoni fil-proċess tad-deżinjazzjoni (il-kampjunar tad-deżinjazzjonijiet nazzjonali).

Il-benefiċċji huma parzjalment marbutin mal-korrezzjonijiet li jagħmlu l-Istati Membri meta titlobhom il-Kummissjoni wara li tkun għamlet l-awditjar. F’dan il-kuntest, ta’ min wieħed jinnota li l-korrezzjonijiet finanzjarji mhumiex għan fihom infushom. It-tnaqqis fl-għadd ta’ korrezzjonijiet tul is-snin mhuwiex biss ir-riżultat tal-kwalità u/jew tal-kwantità ta’ kontrolli, iżda jista’ jirrifletti wkoll titjib fil-ġestjoni finanzjarja tajba tal-programm mill-Istati Membri. Barra minn hekk, hemm għadd ta’ benefiċċji li ma jistgħux jingħaddu li huma riżultat tal-kontrolli li jsiru fl-istadji diversi tal-kontrolli (partikolarment il-proċeduri tan-negozjar tal-programmi, li jfittxu jiżguraw li l-programmi ffinanzjati jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika, il-ġestjoni tal-programmi mill-unitajiet operazzjonali tad-DĠ, u l-effett dissważiv tal-kontrolli ex-post). Fl-istadji tal-għażla, tal-implimentazzjoni u tal-monitoraġġ, billi tiġi żgurata l-konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli, ikun żgurat li l-operazzjonijiet sottostanti jkunu legali u regolari.

Ġestjoni diretta

Għall-ġestjoni diretta japplikaw kunsiderazzjonijiet simili għal dawk stabbiliti dwar il-ġestjoni kondiviża meta jkunu qed jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli taħt dan il-metodu ta’ ġestjoni.

Għall-infiq fuq il-ġestjoni diretta fil-biċċa l-kbira l-benefiċċji mhumiex kwantifikabbli. Billi mhijiex disponibbli stima kwantitattiva tal-valur tal-iżbalji li jinstabu u li jiġu evitati, mhuwiex possibbli li jingħaddu l-benefiċċji relatati, minbarra l-ammonti rkuprati bħala riżultat tal-kontrolli.

Konklużjoni ġenerali

L-għan tal-kontrolli huwa li l-livell tal-iżbalji mistennija jinżamm taħt it-2%.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-DĠ MARE flimkien mad-DĠ REGIO u d-DG EMPL żviluppa u implimenta strateġija konġunta kontra l-frodi (JAFS). Din ġiet elaborata abbażi tal-metodoloġija li ngħatat mill-OLAF u li ġiet adottata fl-2015 għall-perjodu tal-2015 sal-2020. L-implimentazzjoni tal-JAFS qed tkun immonitorata darbtejn fis-sena bir-rappurtar lill-amministrazzjoni.

Il-JAFS tkopri ċ-ċiklu kontra l-frodi kollu: il-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-miżuri korrettivi. Hija tara li ssaħħaħ il-miżuri eżistenti li qegħdin fis-seħħ biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi tipprovdi l-appoġġ lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom kontra l-frodi u billi żżid il-kapaċità tad-Direttorati Ġenerali li jittrattaw il-frodi, kif ukoll iżżid il-kooperazzjoni mal-OLAF. Il-kontrolli mmirati għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni tal-frodi mhumiex differenti minn dawk maħsuba biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

Il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni mill-2020 tinkludi, kif hemm fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, ir-rekwiżit li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ miżuri u proċeduri kontra l-frodi filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/affettwati

Ġestjoni kondiviża

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
3 Riżorsi Naturali u Ambjent

Diff./Mhux diff.

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA

mingħand il-pajjiżi kandidati

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

08 04 YY Promozzjoni ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli u kompetittivi, żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd u tisdiq tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd /FEMS/

Diff.

LE

LE

LE

LE

Ġestjoni diretta

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
3 Riżorsi Naturali u Ambjent

Diff./Mhux diff.

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA

mingħand il-pajjiżi kandidati

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

08 01 YY Assistenza teknika amministrattiva

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3

08 04 YY Il-promozjoni tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Diff.

LE

LE

LE

LE

3

08 04 YY Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli

Diff.

LE

LE

LE

LE

3

08 04 YY Il-promozzjoni tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Diff.

LE

LE

LE

LE

3

08 04 YY It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b’hekk is-sostenn ta’ ibħra u oċeani nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli fejn hemm is-sikurezza u s-sigurtà

Diff.

LE

LE

LE

LE

3

08 04 YY Attivitajiet ta’ komunikazzjoni

Diff.

LE

LE

LE

LE

3

08 04 YY Assistenza teknika operazzjonali

Diff.

LE

LE

LE

LE

Il-lista ta’ partiti tal-baġit fit-tabella ta’ hawn fuq hija preliminarja u ma tippreġudikax in-nomenklatura konkreta tal-baġit li l-Kummissjoni se tipproponi fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali.

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

[Din it-taqsima jenħtieġ timtela bl- ispreadsheet dwar id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-Anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u tittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

3 Intestatura Riżorsi Naturali u Ambjent

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1) 41

Impenji

(1)

819,622

836,053

852,815

869,814

887,157

904,950

918,286

6.088,700

Pagamenti

(2)

2,956

58,546

87,366

296,509

472,539

552,388

960,586

3.657,807

6.088,700

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 42  

Impenji = Pagamenti

(3)

6,929

7,029

7,129

7,329

7,529

7,629

7,729

51,300

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

826,551

843,082

859,944

877,143

894,686

912,579

926,015

6 140,000

Pagamenti

=2+3

9,885

65,575

94,495

303,838

480,068

560,017

968,315

3.657,807

6.140,000





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

10,696

10,696

10,696

10,696

10,696

10,696

10,696

74,872

Nefqa amministrattiva oħra

2,706

2,760

2,815

2,872

2,929

2,988

3,047

20,118

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Impenji totali = Pagamenti totali)

13,402

13,456

13,511

13,568

13,625

13,684

13,743

94,990

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

839,953

856,538

873,455

890,711

908,311

926,263

939,758

6.234,990

Pagamenti

23,287

79,031

108,006

317,406

493,693

573,701

982,058

3.657,807

6.234,990

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

10,696

10,696

10,696

10,696

10,696

10,696

10,696

74,872

Nefqa amministrattiva oħra

2,706

2,760

2,815

2,872

2,929

2,988

3,047

20,118

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

13,402

13,456

13,511

13,568

13,625

13,684

13,743

94,990

Barra mill-INTESTATURA 7 43
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

2,250

2,285

2,321

2,358

2,395

2,434

2,474

16,516

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva 44

4,679

4,744

4,808

4,971

5,133

5,195

5,255

34,784

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

6,929

7,029

7,129

7,329

7,529

7,629

7,729

51,300

TOTAL

20,331

20,485

20,640

20,896

21,154

21,312

21,472

146,290

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkunu ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full time

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

66

66

66

66

66

66

66

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

·Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 45

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

17

17

17

17

17

17

17

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  46 *

- fil-Kwartieri Ġenerali

14

14

14

14

14

14

14

- fid-Delegazzjonijiet

9

9

9

9

9

9

9

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

106

106

106

106

106

106

106

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament mingħand partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 47

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

[…]

(1)    ĠU C […], […], p. […].
(2)    ĠU C […], […], p. […].
(3)    ĠU C […], […], p. […].
(4)    ĠU C […], […], p. […].
(5)    ĠU C […], […], p. […].
(6)    ĠU C […], […], p. […].
(7)    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(8)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(9)    Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.06.2017, p. 1).
(10)    COM(2017) 623
(11)    Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(12)    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.07.1992, p. 7).
(13)    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.01.2010, p. 7).
(14)    COM(2018) 28
(15)    Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(16)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha (98/392/KE) (ĠU L 179, 23.06.1998, p. 1).
(17)    JOIN(2016) 49
(18)    Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.05.2016, p. 1).
(19)    Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.09.2013, p. 1).
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 001 P. 340 - 343).
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(22)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(23)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 04.05.2016, p. 1).
(25)    Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.05.2014, p. 1).
(26)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).
(27)    ĠU C […], […], p. […].
(28)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(29)    Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 06.12.2008, p. 28).
(30)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.07.2017, p. 29).
(31)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1565 tal-14 ta’ Settembru 2015 dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (ĠU L 244, 14.09.2015, p. 55).
(32)    Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ( “Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.03.2016, p. 1).
(33)    Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.06.2014, p. 1).
(34)    Id-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.08.2014, p. 135).
(35)    Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.09.2016, p. 1.).
(36)    Ir-Regolament (UE) 2016/1625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (ĠU L 251, 16.09.2016, p. 77).
(37)    Ir-Regolament (UE) 2016/1626 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 251, 16.09.2016, p. 80).
(38)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13).
(39)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(40)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(41)    Il-parti tal-programm li se tkun ġestita b’mod dirett mill-Kummissjoni jista’ jkun li tiġi ddelegata lil aġenzija eżekuttiva, soġġett għar-riżultat tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u b’rabta mad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu. L-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati għall-implimentazzjoni tal-programmi fil-Kummissjoni u l-aġenzija eżekuttiva jiġu addattati skont dan
(42)    Assistenza teknika amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-Unjoni (preċendement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(43)    Assistenza teknika amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-Unjoni (preċendement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(44)    Tinkludi ammonti marbutin mal-implimentazzjoni tal-legat tal-FEMS tal-2014 sal-2020 li attwalment qed jiġi implimentat mill-EASME.
(45)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= Persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(46)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(47)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Strasburgu,12.6.2018

COM(2018) 390 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

{SEC(2018) 276 final}

{SWD(2018) 295 final}


ANNESS I

INDIKATURI KOMUNI

PRIJORITÀ

INDIKATUR

Il-promozzjoni tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

L-evoluzzjoni tal-volum tal-ħatt l-art ta’ ħut li ġej minn stokkijiet ivvalutati fil-punt tal-MSY

L-evoluzzjoni tal-profitabbiltà tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni

Uċuħ ta’ baħar (f’ettari) ta’ Natura 2000 u ta’ żoni marini protetti skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, koperti minn miżuri ta’ protezzjoni, manteniment u rkupru

Perċentwal ta’ bastimenti tas-sajd mgħammrin b’apparat elettroniku ta’ lokalizzazzjoni u ta’ rappurtar tal-qabdiet

Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli

L-evoluzzjoni fil-valur u l-volum tal-produzzjoni tal-akkwakultura fl-Unjoni

L-evoluzzjoni fil-valur u l-volum tal-ħatt l-art

L-abiliment tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u l-promozzjoni ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu

L-evoluzzjoni tal-PDG fir-reġjuni marittimi NUTS 3

L-evoluzzjoni fl-għadd ta’ impjiegi (FTE) fl-ekonomija blu sostenibbli

It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b’hekk l-appoġġ ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli

L-għadd ta’ operazzjonijiet kondiviżi li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta

ANNESS II

OQSMA TA’ APPOĠĠ B’ĠESTJONI KONDIVIŻA

PRIJORITÀ

QASAM TA’ APPOĠĠ

TIP TA’ QASAM TA’ APPOĠĠ (in-nomenklatura se tintuża fil-pjan ta’ finanzjament)

RATA MASSIMA TA’ KOFINANZJAMENT

(% tan-nefqa pubblika eliġibbli)

1

Artikolu 14(1)

Kisba tal-għanijet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS

1.1

75%

1

Artikolu 16

L-investiment fil-bastimenti tas-sajd artiġjanali kostali

1.1

75%

1

Artikolu 17(1)

Il-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd

1.1

75%

1

Artikolu 17(2)

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

1.2

50 %

1

Artikolu 18

Waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd

1.2

50 %

1

Artikolu 19

Il-kontroll u l-infurzar

1.3

85 %

1

Artikolu 20

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajd

1.3

85 %

1

Artikolu 21

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.4

100 %

1

Artikolu 22

Il-protezzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar

1.5

85 %

2

Artikolu 23

L-akkwakultura

2.1

75%

2

Artikolu 24

L-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

2.1

75%

2

Artikolu 25

L-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

2.1

75%

3

Artikolu 26

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

3.1

75%

3

Artikolu 27

Għarfien marittimu

3.1

75%

4

Artikolu 28

Is-sorveljanza marittima

4.1

75%

4

Artikolu 29

Il-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta

4.1

75%

L-assistenza teknika

5.1

75%

ANNESS III

RATI TA’ INTENSITÀ MASSIMA TAL-GĦAJNUNA SPEĊIFIĊI B’DIREZZJONI KONDIVIŻA

NUMRU TAR-RINGIELA

QASAM TA’ APPOĠĠ JEW TIP TA’ OPERAZZJONI

RATA TA’ INTENSITÀ MASSIMA

1

Artikolu 16

L-investiment fil-bastimenti tas-sajd artiġjanali kostali

30 %

2

Operazzjonijiet li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013:

- operazzjonijiet li jtejbu s-selettività tad-daqs jew tal-ispeċi tal-irkaptu tas-sajd;

- operazzjonijiet li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, tas-swali tal-irkant, tal-postijiet tal-iżbark u ta’ postijiet ta’ kenn għall-faċilitazzjoni tal-ħatt l-art u tal-ħżin ta’ qabdiet mhux mixtieqa;

- operazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa minn stokkijiet kummerċjali li jinħattu l-art bi qbil mal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

75%

3

Operazzjonijiet li jtejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd

75%

4

Operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperifiċi

85 %

5

Operazzjonijiet fil-gżejjer Griegi remoti u fil-gżejjer Kroati Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo

85 %

6

Artikolu 19

Il-kontroll u l-infurzar

85 %

7

Operazzjonijiet b’rabta mas-sajd kostali artiġjanali (anki dawk ta’ kontroll u infurzar)

100 %

8

Meta l-benefiċjarju jkun korp irregolat bil-liġi pubblika jew impriża li tkun ingħatat ir-responsabbiltà li tħaddem servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat, fil-każ li jingħata appoġġ għat-tħaddim ta’ dawn is-servizzi

100 %

9

Artikolu 17(2)

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

100 %

10

Artikolu 18

Waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd

100 %

11

Artikolu 20

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajd

100 %

12

Artikolu 21

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

100 %

13

Artikolu 27

Għarfien marittimu

100 %

14

Artikolu 28

Is-sorveljanza marittima

100 %

15

Artikolu 29

Il-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta

100 %

16

Operazzjonijiet b’rabta mat-tfassil, mal-iżvilupp, mal-monitoraġġ, mal-evalwazzjoni jew mal-ġestjoni ta’ sistemi trasparenti għall-iskambju tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, bi qbil mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

100 %

ANNESS IV

IL-KOEFFIĊJENTI GĦALL-KALKOLU TAL-AMMONTI TA’ APPOĠĠ GĦAL GĦANIJIET B’RABTA MAL-AMBJENT U MAT-TIBDIL FIL-KLIMA

QASAM TA’ APPOĠĠ

NOMENKLATURA BIEX TINTUŻA FIL-PROGRAMM

Koeffiċjent għall-kalkolu tal-appoġġ għall-għanijiet b’rabta mal-tibdil fil-klima

Koeffiċjent għall-kalkolu tal-appoġġ għall-għanijiet b’rabta mal-ambjent

Nefqa li tikkontribwixxi għall-prijorità 1: Il-promozzjoni tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Artikolu 14(1)

Kisba tal-għanijet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS

1.1

40 %

100 % għan-nefqa marbuta mal-għanijiet b’rabta mal-ambjent

0 % għal għanijiet oħra

Artikolu 16

L-investiment fil-bastimenti tas-sajd artiġjanali kostali

1.1

0 %*

0% għan-nefqa marbuta mal-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd minn sajjied żagħżugħ

40% għan-nefqa marbuta mas-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni tal-magna ewlenija jew anċillari

Artikolu 17(1)

Il-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd

1.1

0 %

0 %

Artikolu 17(2)

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

1.2

100% jekk l-appoġġ jinkiseb permezz tal-iskrappjar tal-bastiment tas-sajd

0%* jekk l-appoġġ jinkiseb jekk l-appoġġ jinkiseb permezz tal-modifika retroattiva tal-bastiment tas-sajd għal attivitajiet li mhumiex sajd kummerċjali

0 %*

Artikolu 18

Waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd

1.2

40 %

40 %

Artikolu 19

Il-kontroll u l-infurzar

1.3

0 %

40 %

Artikolu 20

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajd

1.3

0 %

40 %

Artikolu 21

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.4

0 %

0 %

Artikolu 22

Il-protezzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar

1.5

40 %

100 %

Infiq li jikkontribwixxi għall-prijorità 2: Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta’ swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli

Artikolu 23

L-akkwakultura

2.1

0 %*

40 %

Artikolu 24

L-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

2.1

0 %

0 %

Artikolu 25

L-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

2.1

0 %*

0 %

Infiq li jikkontribwixxi għall-prijorità 3: L-abiliment tat-tkabbir ta’ ekonomija blu sostenibbli u l-promozzjoni ta’ komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Artikolu 26

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

3.1

0 %*

40 %

Artikolu 27

Għarfien marittimu

3.1

40 %

100 %

Infiq li jikkontribwixxi għall-prijorità 4: It-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b’hekk l-appoġġ ta’ ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b’mod sostenibbli

Artikolu 28

Is-sorveljanza marittima

4.1

0 %

0 %

Artikolu 29

Il-kooperazzjoni tal-gwardja tal-kosta

4.1

0 %

0 %

Infiq li jikkontribwixxi għall-assistenza teknika

L-assistenza teknika

5.1

0%*

0%*

* Fil-programm tiegħu Stat Membru jista’ jipproponi li jiġi assenjat koeffiċjent ta’ 40% għal qasam ta’ appoġġ li fit-tabella jidher immarkat bi stilla *, dejjem jekk ikun jista’ juri r-rilevanza ta’ dak il-qasam ta’ appoġġ għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew l-addattament għalih, jew għal għanijiet b’rabta mal-ambjent, skont ir-rilevanza.

ANNESS V

IR-RIŻORSI GLOBALI, SKONT L-ISTAT MEMBRU, GĦALL-FOND EWROPEW GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD GĦALL-PERJODU 2021–2027

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

BE

5 420 528

5 528 939

5 639 520

5 752 311

5 867 358

5 984 701

6 072 814

40 266 171

BG

11 435 037

11 663 737

11 897 017

12 134 959

12 377 660

12 625 203

12 811 085

84 944 698

CZ

4 039 229

4 120 014

4 202 416

4 286 465

4 372 195

4 459 635

4 525 295

30 005 249

DK

27 053 971

27 595 050

28 146 963

28 709 906

29 284 109

29 869 767

30 309 543

200 969 309

DE

28 513 544

29 083 814

29 665 502

30 258 817

30 863 998

31 481 253

31 944 754

211 811 682

EE

13 110 534

13 372 744

13 640 205

13 913 011

14 191 273

14 475 087

14 688 206

97 391 060

IE

19 165 423

19 548 731

19 939 714

20 338 511

20 745 284

21 160 173

21 471 716

142 369 552

EL

50 480 983

51 490 602

52 520 436

53 570 852

54 642 278

55 735 079

56 555 673

374 995 903

ES

150 831 009

153 847 625

156 924 643

160 063 158

163 264 447

166 529 604

168 981 438

1 120 441 924

FR

76 346 460

77 873 387

79 430 888

81 019 517

82 639 920

84 292 652

85 533 702

567 136 526

HR

32 804 523

33 460 613

34 129 839

34 812 441

35 508 695

36 218 841

36 752 095

243 687 047

IT

69 761 016

71 156 235

72 579 390

74 030 988

75 511 619

77 021 791

78 155 791

518 216 830

CY

5 156 833

5 259 970

5 365 171

5 472 475

5 581 926

5 693 560

5 777 387

38 307 322

LV

18 156 754

18 519 888

18 890 294

19 268 103

19 653 468

20 046 521

20 341 668

134 876 696

LT

8 236 376

8 401 103

8 569 129

8 740 512

8 915 324

9 093 623

9 227 510

61 183 577

LU

-

-

-

-

-

-

-

-

HU

5 076 470

5 177 999

5 281 561

5 387 193

5 494 938

5 604 832

5 687 353

37 710 346

MT

2 938 064

2 996 826

3 056 763

3 117 899

3 180 258

3 243 860

3 291 620

21 825 290

NL

13 182 316

13 445 962

13 714 887

13 989 186

14 268 972

14 554 340

14 768 625

97 924 288

AT

904 373

922 460

940 910

959 728

978 923

998 500

1 013 200

6 718 094

PL

68 976 348

70 355 873

71 763 020

73 198 291

74 662 268

76 155 454

77 276 699

512 387 953

PT

50 962 391

51 981 638

53 021 293

54 081 726

55 163 369

56 266 592

57 095 013

378 572 022

RO

21 868 723

22 306 097

22 752 228

23 207 276

23 671 425

24 144 835

24 500 321

162 450 905

SI

3 221 347

3 285 774

3 351 490

3 418 521

3 486 892

3 556 627

3 608 990

23 929 641

SK

2 049 608

2 090 600

2 132 413

2 175 061

2 218 563

2 262 933

2 296 250

15 225 428

FI

9 659 603

9 852 795

10 049 855

10 250 853

10 455 872

10 664 981

10 822 003

71 755 962

SE

15 601 692

15 913 725

16 232 007

16 556 649

16 887 785

17 225 527

17 479 140

115 896 525

TOTAL

714 953 155

729 252 201

743 837 554

758 714 409

773 888 819

789 365 971

800 987 891

5 311 000 000

Top