EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M9077
Prior notification of a concentration (Case M.9077 — PSPIB/Brookfield/Quadreal/BREP Brazil/Brookfield Brazil Retail) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9077 — PSPIB/Brookfield/QuadReal/BREP Brazil/Brookfield Brazil Retail) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9077 — PSPIB/Brookfield/QuadReal/BREP Brazil/Brookfield Brazil Retail) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
OJ C 395, 31.10.2018, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/19 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9077 — PSPIB/Brookfield/QuadReal/BREP Brazil/Brookfield Brazil Retail)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 395/04)
1.
Fit-23 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet motifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), |
— |
Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada), |
— |
QuadReal Property Group Limited Partnership (“QuadReal”, il-Kanada), ikkontrollata mill-British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada), |
— |
BREP Brazil Private Limited (“BREP”, Singapore), ikkontrollata minn GIC Realty Private Limited (“GIC Realty”, Singapore), |
— |
Brookfield Brazil Retail Fundo de Investimentos em Participações Multiestratégia (“Brookfield Brazil Retail Fund”, il-Brażil). |
PSPIB, Brookfield, QuadReal u BREP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Brookfield Brazil Retail Fund, bħalissa kkontrollata minn Brookfield.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— PSPIB: ġestjoni ta’ investiment tal-pensjonijiet b’portafoll dinji diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;
— Brookfield: investiment fil-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata,
— QuadReal: ġestjoni tal-assi tal-proprjetà immobbli u servizzi relatati lill-British Columbia Investment Management Corporation,
— BREP: is-sjieda ta’ assi ta’ proprjetà immobbli miżmuma minn GIC Realty f’isem il-Gvern ta’ Singapore,
— Brookfield Brazil Retail Fund: indirettament sid u tħaddem ċentri kummerċjali fil-Brażil.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9077 — PSPIB/Brookfield/QuadReal/BREP Brazil/Brookfield Brazil Retail
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz tal-posta: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).