Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC1214(06)

Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

OJ C 366, 14.12.2013, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/35


Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

(2013/C 366/09)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex issir reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment aktarx li twassal biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u l-ħsara.

F'każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Il-limitu ta' żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal rieżami bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza:

Data ta’ skadenza (3)

Fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja estiż għat-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 (ĠU L 233, 4.9.2009, p. 1) estiż fejn tidħol iċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Indoneżja bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2052/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 4) u għal importazzjonijiet ikkunsinnjati mis-Sri Lanka bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2053/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 9) u għal importazzjonijiet ikkunsinnjati mill-Filippini bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 655/2006 (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 1)

5.9.2014


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51

(2)  Faks +32 22956505

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna


Top