EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013SC0472

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' kompetenza u informazzjoni tan-negozju mhux żvelati (sigrieti kummerċjali) kontra l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

/* SWD/2013/0472 final */

52013SC0472

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' kompetenza u informazzjoni tan-negozju mhux żvelati (sigrieti kummerċjali) kontra l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom /* SWD/2013/0472 final */


DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Li jakkumpanja d-dokument

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-protezzjoni ta' kompetenza u informazzjoni tan-negozju mhux żvelati (sigrieti kummerċjali) kontra l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

1.           Introduzzjoni u konsultazzjoni

Fit-3 ta' Marzu 2010 il-Kummissjoni adottat strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Ewropa 2020) li tirrikjedi t-tisħiħ tal-għarfien u l-innovazzjoni bħala l-muturi tat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni. Taħt l-inizjattiva prominenti “Unjoni ta’ Innovazzjoni”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-qafas għan-negozji biex jinnovaw, permezz, fost l-oħrajn, tal-ottimizzazzjoni tal-Proprjetà Intellettwali.

F’dan il-kuntest, fl-24 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni adottat strateġija komprensiva biex tipprovdi għal funzjonament bla skossi tas-Suq Intern għall-proprjetà intellettwali.

Kull privattiva u kull disinn jew marka kummerċjali tibda bħala sigriet (it-tnedija ta’ prodott ġdid, mediċina rivoluzzjonarja li se toħroġ, prototip ta’ magna ta' karozza, eċċ.). Sakemm jista' jiksieb dritt ta’ proprjetà intellettwali, il-kumpaniji huma vulnerabbli għal serq ta’ riċerka, informazzjoni u għarfien ta' valur. Il-liġi tas-sigriet kummerċjali timminimizza r-riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom kumpaniji innovattivi u entitajiet ta’ riċerka, billi tipprovdi għal mekkaniżmi ta’ rimedju legali kontra approprjazzjoni illegali ta’ riżultati ta' R&Ż, kompetenza u dejta oħra ta’ valur

Sigrieti kummerċjali huma essenzjali għal riċerka kollaborattiva u innovazzjoni miftuħa fi ħdan is-Suq Intern li jeħtieġ il-qsim ta’ informazzojni prezzjuża minn diversi msieħba fost l-Istati Membri. Madankollu, is-sigrieti kummerċjali mhumiex protetti biżżejjed fl-Unjoni. Kumpaniji innovattivi u istituzzjonijiet ta' riċerka huma dejjem aktar esposti għal miżapproprjazzjoni, minn ġewwa u barra l-Unjoni, u n-nuqqas ta’ kultura komuni u ambjent legali sod idgħajfu l-kapaċità tagħhom li jiħqu l-potenzjal tagħhom bħala muturi tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Din il-Valutazzjoni tal-Impatt tanalizza fejn jinsabu l-għeruq ta’ din il-problema u kif dawn jistgħu jiġu solvuti.

Is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu użu minn għarfien espert estern. Żewġ studji esterni vvalutaw il-protezzjoni legali mogħtija lis-sigrieti tal-kummerċ fl-UE u irrieżaminaw il-letteratura tal-ekonomija relatata. 537 kumpanija pparteċipaw fi stħarriġ (stħarriġ tal-2012) fil-kuntest ta’ wieħed minn dawn l-istudji u s-servizzi tal-Kummissjoni wettqu konsultazzjoni pubblika ma’ dawk li wieġbu li kienu 386.

2.           Kuntest tal-politika, definizzjoni tal-problema u sussidjarjetà

Hemm evidenza li l-kumpaniji, irrispettivament mid-daqs tagħhom, jivvalorizzaw is-sigrieti tal-kummerċ mill-inqas daqs il-privattivi u kull forma oħra ta’ drittijiet ta' proprjetà intelletwali. Is-sigrieti kummerċjali huma partikolarment importanti għall-SMEs u għal dawk li għadhom kif jibdew. Is-sigrieti kummerċjali huma wkoll importanti daqs il-ħarsien tal-innovazzjoni mhux teknoloġika. L-industrija tas-servizzi li hija responsabbli għal aktar minn 70 % tal-PDG tal-UE tistrieħ relattivament aktar fuq sigrieti kummerċjali u inqas fuq il-privattivi mis-settur tal-manifattura.

Meta jitqies il-valur ekonomiku ta’ sigriet kummerċjali, il-kompetituri jistgħu wkoll jippruvaw jiksbuh illegalment, eż. permezz ta’ serq, ikkupjar mhux awtorizzat, jiksru r-rekwiiti tal-kunfidenzalità eċċ., u sussegwentement l-użu ħażin tiegħu. Għadd ta’ xejriet (il-globalizzazzjoni, l-esternalizzazzjoni, il-ktajjen itwal tal-provvista, aktar użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, eċċ.) jissuġġerixxu li r-riskju ta’ miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali qed jiżdied matul iż-żmien. Wieħed minn kull ħames negozji li wieġeb għal stħarriġ irrapporta li kien sofra tentattivi jew atti ta’ miżapproprjazzjoni fl-UE fl-aħħar 10 snin.

Minkejja l-importanza tas-sigrieti kummerċjali u t-theddidiet li jaffettwawhom, il-qafas legali fl-UE ftit jagħti attenzjoni għal dan il-fenomenu. Ma hemmx regoli tal-UE u l-protezzjoni offruta minn regoli nazzjonali kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali hija irregolari. Ftit Stati Membri jindirizzaw speċifikament il-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali fil-liġijiet ċivili jew kriminali tagħhom, filwaqt li l-biċċa l-kbira minnhom jiddependu fuq il-liġi ġenerali tal-kompetizzjoni inġusta jew tad-delitt, u xi dispożizzjonijiet kriminali.

Id-differenzi fil-liġijiet nazzjonali jwasslu għal protezzjoni legali frammentata kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali fi ħdan is-Suq Intern. Dan jidher mit-tabella li ġejja li tqabbel il-liġijiet tal-Istati Membri ma' diversi miżuri importanti magħżula li kull protezzjoni legali bħal din kienet mistennija li toffri:

Il-frammentazzjoni tal-protezzjoni legali (miżuri magħżula) Sors ta' dejta: Baker & McKenzie (2013).

Miżuri magħżula || AT || BE || BG || CY || CZ || DE || DK || EE || EL || ES || FI || FR || HU || IE || IT || LT || LU || LV || MT || NL || PL || PT || RO || SE || SI || SK || UK

Definizzjoni ta’ sigriet kummerċjali fil-leġiżlazzjoni dwar il-liġi ċivili || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Disponibbiltà ta’ inġunzjonijiet kontra parti terza in bona fede || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Inġunzjonijiet mhux limitati fiż-żmien || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Disponibbiltà ta’ ordnijiet dwar il-qerda ta' li jirriżultaw/TS || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Kalkolu ta' danni imsejjes fuq royalty fee ġusta || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

It-twettiq ta' regoli dwar il-preservazzjoni ta’ segretezza (proċedimenti ċivili) || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Leġiżlazzjoni kriminali suffiċjenti || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

N.B. Ċellola vojta tfisser li l-miżura kkonċernata mhijiex provveduta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

– (a) ambitu ta' protezzjoni: ftit Stati Membri jiddefinixxu sigrieti kummerċjali u miżapproprjazzjoni u uħud ma għandhom l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar is-sigrieti kummerċjali.

– (b) rimedji: id-disponibbiltà ta’ rimedji b’mandat ta’ inibizzjoni biex jitwaqqfu kull tip ta’ parti terza milli jużaw ħażin is-sigrieti kummerċjali mhumiex dejjem disponibbli (eż. meta s-sigriet kummerċjali miżapproprjat ikun ġie trasferit lil parti terza in bona fede; li jinkisbu inġunzjonijiet mhux limitati fiż-żmien mhuwiex dejjem possibbli; ordnijiet dwar il-qerda ta’ oġġetti li jirriżultaw u dwar il-qerda ta’ informazzjoni miżapproprjata, jew ir-ritorn tagħha għand id-detentur oriġinali tas-sigriet kummerċjali, mhumiex dejjem disponibbli; ir-regoli tradizzjonali dwar il-kalkolu tad-danni (telf reali/profitti mitlufa) ta’ spiss ma jkunux adegwati għal każijiet ta' miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali u metodi alternattivi (eż. l-ammont ta’ royalties li kieku kienu jkunu dovuti taħt ftehim ta’ liċenzja) mhumiex disponibbli fl-Istati Membri kollha;

– (c) l-iżgurar tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali tas-sigrieti kummerċjali waqt il-proċediment tal-liġi ċivili: ir-regoli nazzjonali ta' spiss mhumiex biżżejjed biex jiżguraw tali kunfidenzjalità, u dan jista' jwassal għal telf definittiv tas-sigriet kummerċjali jekk il-vittma jagħżel li jidħol f'litigazzjoni. Dan ir-riskju jgerrex lill-vittmi ta' miżapproprjazzjoni ta' sigriet kummerċjali milli jfittxu rimedju; u

– (d) is-serq tas-sigrieti kummerċjali hu reat kriminali f’ħafna mill-Istati Membri, iżda mhux kollha, u s-sanzjonijiet jistgħu jkunu sostanzjalment differenti.

Din il-protezzjoni frammentata tirrendi l-użu ta’ litigazzjoni biex jiġi protett is-sigriet kummerċjali kontra l-miżapproprjazzjoni minn partijiet terzi f’ambjent transfruntier bħala għodda mhux affidabbli għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali. Hija wkoll iddgħajjef il-protezzjoni offruta lill-innovaturi tal-UE kontra oġġetti mmanifatturati permezz ta' sigrieti kummerċjali misruqa u li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Il-prattika tikkonferma li r-regoli nazzjonali jidhru mhux attraenti għad-detenturi ta' sigrieti kummerċjali peress li l-kumpaniji qajla jiddefendu s-sigrieti kummerċjali miżapproprjati tagħhom quddiem il-qrati.

Ġew identifikati żewġ problemi ewlenin:

1) Inċentivi subottimali għal attvitajiet ta' innovazzjoni transfruntiera. Meta sigrieti kummerċjali huma taħt riskju ta’ miżapproprjazzjoni bi protezzjoni legali ineffettiva, jiġu affettwati l-inċentivi biex jitwettqu attivitajiet ta’ innovazzjoni (inkluż fuq skala transfruntiera) minħabba:

– (i) il-valur aktar baxx mistenni ta’ innovazzjoni li jiddependi minn sigrieti kummerċjali u l-ispejjeż ogħla għall-protezzjoni tagħhom. Fuq naħa waħda, aktar ma tiżdied il-probabilità li sigriet kummerċjali xi darba se jiġi miżapproprjat mingħajr ma sidu jkollu ħafna tama li jirkupra d-danni li dan jista’ jikkawżalu, anqas se jkun id-dħul li jista’ jistenna. Min-naħa l-oħra, iktar ma tkun dgħajfa l-protezzjoni legali, aktar ikollu kull l-innovatur jinvesti f’miżuri protettivi tiegħu stess. 35 % ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ tal-2012 identifikaw “żieda fin-nefqa f’miżuri ta’ protezzjoni” bħala konsegwenza diretta ta’ atti (jew attentati) ta’ miżapproprjazzjoni; u

– (ii) ir-riskju ogħla tan-negozju fil-kundiżjoni tas-sigrieti kummerċjali. Pereżempju, skont l-istħarriġ tal-2012, 40 % tal-kumpaniji tal-UE joqogħdu lura milli jikkondividu sigrieti kummerċjali ma’ partijiet oħra minħabba li jibżgħu li jitilfu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni permezz ta’ użu ħażin jew ir-rilaxx mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom.

(2) Vantaġġi kompetittivi bbażati fuq is-sigrieti kummerċjali huma fil-periklu (kompetittività mnaqqsa): il-protezzjoni legali frammentata fi ħdan l-UE ma tiggarantixxix amibitu komparabbli ta' protezzjoni u livell ta' rimedju fi ħdan is-Suq Intern, b'hekk il-vantaġġi kompetittivi bbażati fuq is-sigrieti kummerċjali, jekk ikunux relatati mal-innovazzjoni jew le, jiġu fil-periklu u dan jimmina l-kompetittività tas-sidien tas-sigrieti kummerċjali. Pereżempju, l-industrija Ewropea tal-kimika, li tiddependi b’mod qawwi fuq l-innovazzjonijiet tal-proċessi assigurati bis-sigrieti kummerċjali, tistma li l-miżapproprjazzjoni ta’ sigriet kummerċjali tista' ta’ spiss twassal għal tnaqqis fil-fatturat ta' 30 %. Dan jikkomprometti wkoll il-kapaċità tal-innovatur li jikseb dħul xieraq mill-isfruttament tas-sigriet kummerċjali tiegħu.

Negozji innovattivi, b’mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ medji (SMEs), huma affettwati ħażin u qed tiġi mminata l-kooperazzjoni fl-innovazzjoni fis-Suq Intern. Minħabba livelli differenti ta’ protezzjoni, xi kumpaniji huma mgħammra aħjar minn oħrajn sabiex jegħlbu l-isfida ta’ ekonomija bbażata fuq l-informazzjoni u għall-isfruttament ta’ infrastruttura effiċjenti tal-proprjetà intellettwali. Il-frammentazzjoni tal-qafas legali jimpedixxi l-innovaturi milli jisfruttaw il-potenzjal sħiħ minn fruntiera għall-oħra tas-Suq Intern. Dan għandu effetti li jinfirxu fuq l-investiment, l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.

Fin-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE (xenarju ta’ bażi), il-konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn każijiet ta' miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali se jibqgħu indirizzati b’mod insuffiċjenti permezz ta' mezzi legali magħmula disponibbli mill-Istati Membri lis-sidien tas-sigrieti kummerċjali għal difiża tagħhom.

3.           Sussidjarjetà

L-azzjoni tal-UE tista’ tkun ibbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, peress li t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni u t-titjib tal-effiċjenza tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern hija fil-qalba tal-inizjattiva. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà se jiġi rrispettat peress li l-Istati Membri waħdehom ma jistgħux jissodisfaw l-objettivi tal-inizjattiva. L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa b’mod partikulari biex tistabbilixxi qafas legali li jista' jipproteġi u b’hekk isaħħaħ il-flussi transfruntieri ta' sigrieti kummerċjali marbuta mal-innovazzjoni fost imsieħba tar-riċerka u dawk kummerċjali billi jiżgura li l-benefiċċji ta’ kwalunkwe miżapproprjazzjoni ta’ din l-informazzjoni tiġi minimizzata jekk mhux eliminata kompletament. Dan il-fluss ta’ informazzjoni huwa importanti ħafna għall-isfruttament tal-innovazzjoni fl-UE u għar-R&Ż.

4.           Objettivi

Objettiv ġenerali: Li jiġi żgurat li l-kompettitività tal-korpi Ewrope tan-negozju u r-riċerka li hija bbażata fuq kompetenzi u informazzjoni mhux żvelata (sigrieti kummerċjali) tkun protetta kif imiss u li jitjiebu l-kundizzjonijiet/il-qafas għall-iżvilupp u l-isfruttament tal-innovazzjoni u għat-trasferiment tal-għarfien fi ħdanis-Suq Intern..

Objettiv speċifiku: It-titjib tal-effikaċja tal-protezzjoni legali kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali fi ħdan is-Suq Intern.

Dan l-objettiv speċifiku huwa integrat fl-istrateġija usa' tal-UE li tippromwovi u ssaħħaħ l-effiċjenza tal-infrastruttura tal-proprjetà intellettwali fi ħdan is-suq intern, fid-dawl tal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 dwar l-Innovazzjoni (cf. Unjoni tal-Innovazzjoni).

Huwa konsistenti mal-impenji internazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri tagħha f’dan il-qasam (cf. il-Ftehim dwar aspetti relatati mal-Kummerċ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali).

5.           Paragun tal-alternattivi ta' politika

Sommarju tat-tqabbil tal-opzjonijiet || Effettività* [b’objettiv operattiv] || L-effiċjenza & il-kostijiet**

Alternattivi ta’ politika || Ambitu kumparabbli ta' protezzjoni || Livell kumparabbli u suffiċjenti ta’ rimedju || Iż-żamma tal-kunfidenzjalità f’litigazzjoni || Deterrent || Spejjeż || Effiċjenza

1. Status quo. || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

2. Informazzjoni/l-għarfien dwar għodod eżistenti ta’ rimedju f’każ tal-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali. || 0 || 0/+ || 0 || 0/+ || H || L

3. Illegalità tal-atti tal-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali. || ++ || + || + || + || M || M

4. Konverġenza tar-rimedji tad-dritt ċivili nazzjonali kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali. || ++ || ++ || ++ || ++ || M || H

5. Konverġenza tar-rimedji tad-dritt ċivili nazzjonali u rimedji tad-dritt kriminali kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali. || +++ || ++ || ++ || +++ || H || M

* Imqabbel fil-konfront tal-Linja bażi: --- deterjorament sinjifikanti ħafna tas-sitwazzjoni; -- deterjorament sinjifikanti tas-sitwazzjoni; - deterjorament ħafif; 0 l-ebda bidla relevanti; + titjib ħafif; ++ titjib sinjifikanti; +++ titjib sinjifikanti ħafna.

** Il-valutazzjoni kumplessiva tal-għażla rigward il-kisba tal-objettivi. L: Baxx; M: Medju; H: Għoli.

Skont l-Alternattiva 1, in-nefqa fuq il-miżuri protettivi għandha tibqa’ għolja u l-kumpaniji jkunu retiċenti li jidħlu f’netwerks kollaborattivi transfruntieri tal-innovazzjoni. Iffukar eċċessiv fuq il-prevenzjoni jwassal għal restrizzjonijiet aktar stretti fuq l-impjegati u tnaqqis tal-mobilità tax-xogħol. Inċentivi limitati għall-innovazzjoni ifixklu l-ħolqien tal-impjiegi. Kostijiet ogħla huma proporzjonalment f’saħħithom aktar għall-SMEs. L-ekonomija tal-UE se jkollha prestazzjoni inqas tajba f’termini ta’ impjiegi, innovazzjoni u tkabbir u l-klijenti jkollhom aċċess limitat għal prodotti jew servizzi innovattivi.

L-Alternattiva 2 ittejjeb l-abbiltà tal-inventuri u l-innovaturi li jiffaċċjaw l-isfida tal-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali, u b’hekk tinħoloq aktar fiduċja. Madankollu, din l-alternattiva ma tkux effettiva bis-sħiħ fil-kisba tal-objettiv għaliex: tiġġenera kostijiet addizzjonali u riżorsi għall-kumpilazzjoni, il-preżentazzjoni u l-aġġornar kostanti tal-informazzjoni fil-lingwi kollha u azzjonijiet regolari ta' koxjenza; id-detenturi tas-sigrieti kummerċjali xorta jkunu f'pożizzjoni dgħajfa vis-à-vis l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali, il-protezzjoni mhux ugwali madwar l-UE tibqa' għaddejja; u l-oġġetti mmanifatturati fl-Istati Membri b'livell baxx ta' protezzjoni jiċċirkolaw madwar is-Suq Intern.

Fl-alternattivi 3, 4 u 5 l-ambitu armonizzat tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali jiżgura li tingħata l-istess protezzjoni legali u aktar ċertezza legali. Din se

– (i) issaħħaħ il-kompetittività tan-negozji, minħabba protezzjoni transfruntiera aħjar tal-vantaġġi kompetittivi tan-negozji u ttejjeb l-allokazzjoni tar-riżorsi peress li jkunu mistennija anqas investiment f’miżuri protettivi, u jiġu lliberati r-riżorsi għal aktar investiment produttiv; u

– (ii) tipprovdi aktar inċentivi għall-attivitajiet (transkonfinali) innovattivi, minħabba l-valur akbar mistenni tas-sigrieti kummerċjali u protezzjoni aħjar tal-kondiviżjoni transfruntier tal-għarfien.

Dawn l-impatti għandhom iwasslu għal effetti pożittivi fuq l-innovazzjoni (aktar investiment fl-innovazzjoni, transfruntiera tal-kondiviżjoni tal-għarfien u r-riperkussjonijiet) u s-Suq Intern għall-kreattività transfruntiera u l-attivitajiet relatati mal-proprjetà intellettwali. Dawn l-impatti eventwalment se jibbenefikaw mit-tkabbir ekonomiku u l-għażla tal-konsumatur u l-aċċess għal prodotti u servizzi ġodda. Dawn l-alternattivi jistgħu jikkontribwixxu wkoll biex jagħmluha aktar faċli għall-impjegati kkwalifikati (ferm) (dawk li joħolqu jew ikollhom aċċess għal sigrieti kummerċjali) li jbiddlu lil min iħaddimhom fis-Suq Intern jew li jwaqqfu n-negozju tagħhom.

L-alternattiva 3, sempliċiment titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu għal rimedji effettivi u proporzjonati mingħajr ma tispeċifikahom u għalhekk tindirizza biss parti mid-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikun stabbilit qafas legali effettiv għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kontra l-miżapproprjazzjoni. Barra minn hekk, ma tiżgurax armonizzazzjoni sinifikanti dwar il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali matul il-litigazzjoni. L-atturi potenzjali xorta jkollhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju differenti f’kull Stat Membru. It-tnaqqis tal-kost tal-informazzjoni jkun limitat.

L-alternattiva 4, taqsam ma’ 3 l-impatti pożittivi komuni msemmija hawn fuq, iżda barra minn hekk tinkludi miżuri armonizzati biex iwaqqfu partijiet terzi milli jużaw/jisfruttaw is-sigrieti kummerċjali miżapproprjati inkluż, fejn xieraq, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Tipprovdi wkoll aktar ċertezza dwar il-preservazzjoni ta’ segretezza matul il-litigazzjoni billi jiġi stabbilit qafas legali komuni, filwaqt li jiġu evitati l-ispejjeż u r-riskji assoċjati ma’ konverġenza insuffiċjenti u l-iżvantaġġi tal-Alternattiva 3. Għodod aħjar tal-infurzar u titjib fuq l-irkupru tal-ħsarat kif ukoll garanziji aħjar dwar il-preservazzjoni tal-konfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali matul il-litigazzjoni jipprovdu lill-investituri b’serħan il-moħħ aħjar, u b’hekk jiġu ffavoriti investimenti fl-innovazzjoni, b’mod partikolari f’kuntest transfruntier, u b’hekk ikun hemm kontribut għat-tħaddim bla skossi tas-Suq Intern.

L-alternattiva 5 iżżid il-konverġenza tal-liġi kriminali mal-alternattiva 4, it-tisħiħ tal-effett tad-deterrenza tar-regoli u tipprovdi aċċess aħjar għal evidenza taħt is-setgħat ta’ investigazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar. Madankollu, l-Alternattiva 5 tista’ tmur lil hinn mill-protezzjoni attwali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz tal-liġi kriminali, li bħalissa mhijiex armonizzata fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-liġi kriminali għandha dejjem tibqa’ tintuża bħala miżura aħħarija, u wieħed għad irid jara jekk il-bidliet proposti fil-liġi ċivili humiex diġà biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi.

L-Alternattiva 4 hija dik preferuta.

L-għażla tal-istrument legali: peress li strument legali mhux vinkolanti ma jiggarantixxix l-impatti pożittivi, din l-alternattiva jkollha bżonn li tiġi implimentata f'direttiva.

6.           L-impatti globali tal-alternattiva preferuta

Il-konverġenza tar-rimedji tal-liġi ċivili se tippermetti li n-negozji innovattivi jiddefendu sigrieti kummerċjali leġittimi tagħhom b’mod aktar effettiv madwar l-UE. Barra minn hekk, jekk is-sidien tas-sigrieti kummerċjali waqt il-proċedimenti jistgħu jiddependu fuq il-kunfidenzjalità, huma jkunu aktar inklinati li jfittxu protezzjoni legali kontra ħsarat potenzjali permezz ta' miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali. Aktar ċertezza legali u konverġenza tal-liġijiet mill-Alternattiva 4 għandha tikkontribwixxi biex jiżdied il-valur tal-innovazzjonijiet li l-kumpaniji jippruvaw jipproteġu bħala sigrieti kummerċjali, minħabba li jitnaqqsu r-riskji ta’ miżapproprjazzjoni.

Din l-alternattiva jkollha wkoll impatti pożittivi fuq il-funzjonament tas-Suq Intern; għandha tippermetti l-kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs, u r-riċerkaturi li jagħmlu użu aħjar mill-ideat innovattivi tagħhom billi jikkooperaw mal-aqwa msieħba fl-UE. Din l-inċentiva tal-innovazzjoni, u li dan isir b’mod aktar effiċjenti, kif ukoll l-iffrankar tal-kostijiet li jirriżulta minn miżuri protettivi eċċessivi attwali jista’ jgħin biex jiżdied l-investiment tas-settur privat fir-R&Ż fi ħdan is-Suq Intern.

Il-livell komparabbli ta’ protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali madwar l-UE se jiżgura li l-importazzjoni ta’ merkanzija minn pajjiżi terzi, meta prodotti bħal dawn ikunu nħadmu bl-użu miżapproprjat ta' sigrieti kummerċjali, jista’ jitwaqqaf kullimkien fl-UE taħt kundizzjonijiet ekwivalenti.

Fl-istess ħin, il-kompetizzjoni ma għandhiex tkun ristretta peress li ma hu qed jingħata l-ebda dritt esklussiv u kull kompetitur huwa liberu li indipendentement jikseb l-għarfien mħares mis-sigriet kummerċjali (inkluż permezz ta' dekumpilazzjoni). Dan għandu jkollu, fuq tul ta' żmien, effetti pożittivi fuq il-kompetittività u t-tkabbir tal-ekonomija tal-UE.

Mhux se jkun hemm l-impatt soċjali dirett f’livell komprensiv, bħal fuq livelli nazzjonali tal-impjieg, tal-alternattivi preferuti. Indirettament, madankollu, għandu jkun hemm impatti pożittivi fuq l-iffaċilitar tal-mobilità ta’ xogħol bi kwalifiki għolja (dawk li għandhom aċċess għal sigrieti kummerċjali) fi ħdan is-Suq Intern u fuq il-livell ta’ impjiegi relatati mal-innovazzjoni (bis-saħħa taż-żieda l-attività innovattiva), biex b’hekk ikun hemm kontribut għas-sostenibbiltà ta’ impjieg fi ħdan l-UE.

L-alternattiva ppreferuta m’għandux ikollha impatt dirett fuq l-ambjent.

Din l-inizjattiva ma għandhiex taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali.

Azzjoni tal-UE li tipprovdu għal protezzjoni effettiva u ekwivalenti tas-sigrieti kummerċjali madwar l-UE hija appoġġata mill-industrija interessata li rrispondiet għall-konsultazzjoni pubblika u l-istħarriġ speċifiku tal-2012. Għall-kuntrarju, partijiet interessati mhux industrijali ma jarawx il-ħtieġa għal inizjattiva tal-UE.

7.           Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-alternattivi ta’ politika ppreferuti

Ser jittieħdu tliet passi: (1) pjan ta' traspożizzjoni; (2) il-monitoraġġ regolari tal-Kummissjoni fuq l-addozzjoni fil-ħin u l-korrettezza tal-miżuri ta' traspożizzjoni u fuq l-applikazzjoni tagħhom; u (3) l-evalwazzjoni tal-effetti tal-politika, fit-terminu medju.

Top