EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0535

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

/* COM/2013/0535 final - 2013/0256 (COD) */

52013PC0535

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) /* COM/2013/0535 final - 2013/0256 (COD) */


IL-MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Eurojust twaqqfet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI[1] biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja fl-Unjoni Ewropea. Minn dak iż-żmien, il-Eurojust ħaffet il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fl-indirizzar ta’ każijiet li jolqtu bosta Stati Membri. Għenet biex tinbena fiduċja reċiproka u sabiex tgħaqqad il-firxa wiesgħa ta’ sistemi u tradizzjonijiet legali tal-UE. Billi solviet problemi legali fil-pront u identifikat l-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi oħrajn, il-Eurojust ħaffet l-eżekuzzjoni tat-talbiet ta’ kooperazzjoni u strumenti ta’ rikonoxximent reċiproku. Dawn is-snin raw it-tkabbir issoktat tal-organizzazzjoni f’dak li llum huwa attur ċentrali fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali.

Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-tkissir tal-organizzazzjonijiet kriminali għadhom sfida ta’ kuljum. B’xorti ħażina, l-aħħar għaxar snin raw żieda kbira ta’ kriminalità transfruntiera. Traffikar tad-drogi, traffikar tal-bnedmin, terroriżmu u ċiberkriminalità, inkluża pornografija tat-tfal huma wħud mill-eżempji. Karatteristika komuni ta’ dawn l-oqsma kollha tal-kriminalità hija li jitwettqu b’mod transfruntier minn gruppi ferm mobbli u flessibbli f’bosta ġurisdizzjonijiet u setturi tal-kriminalità. Għalhekk, il-ġlieda effettiva kontrihom teħtieġ rispons pan-Ewropew koordinat.

Iż-żieda fid-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità kif ukoll id-diversifikazzjoni tagħha f’attivitajiet b’iktar minn tip wieħed ta’ reati jagħmluha iktar diffiċli sabiex Stat Membru waħdu jaqbad u jindirizza l-kriminalità transfruntiera, u b’mod partikolari l-kriminalità organizzata. F’dan il-kuntest, ir-rwol tal-Eurojust fit-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati Membri u fl-assistenza għall-investigazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi terzi għadu kruċjali.

Mat-Trattat ta’ Lisbona, iddaħħlu possibilitajiet ġodda biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Eurojust fl-indirizzar ta’ dawn il-forom ta’ kriminalità. L-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) jirrikonoxxi b’mod espliċitu l-missjoni tal-Eurojust ta’ appoġġ u tisħiħ fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Għalhekk, importanti li jiġi żgurat li jsir l-aħjar użu possibbli mill-Eurojust u li jitneħħa x-xkiel għat-tħaddim effiċjenti tagħha.[2]

Fl-2008 ġiet implimentata riforma vasta tad-Deċiżjoni tal-Eurojust sabiex tissaħħaħ il-Eurojust.[3] Id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni kienet l-4 ta’ Ġunju 2011. L-implimentazzjoni kif suppost tad-Deċiżjoni hekk kif ġiet emendata hija importanti, iżda ma għandhiex iżżomm lura l-progress fl-indirizzar ta’ sfidi ġodda u t-titjib tal-funzjonament tal-Eurojust filwaqt li żżomm dawk l-aspetti li saħħew l-effettività operazzjonali tagħha.

L-Artikolu 85 tat-TFUE jistipula wkoll li l-istruttura, it-tħaddim, il-kamp ta’ azzjoni u l-kompiti tal-Eurojust għandhom jiġu ddeterminati minn regolamenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Jeħtieġ ukoll li jiddeterminaw arranġamenti biex ikunu involuti l-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust.

Barra minn hekk, wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-aġenziji Ewropej – Il-mixja ’l quddiem”[4], il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jniedu djalogu interistituzzjonali biex itejbu l-koerenza, l-effettività u l-ħidma tal-aġenziji deċentralizzati, xi ħaġa li wasslet għall-ħolqien ta’ Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali (IIWG) f’Marzu 2009. Jindirizza numru ta’ kwistjonijiet importanti, inkluż ir-rwol u l-pożizzjoni tal-aġenziji fix-xenarju istituzzjonali tal-UE, il-ħolqien, l-istruttura u t-tħaddim tagħhom, il-kwistjonijiet ta’ finanzjament, baġitarji, ta’ sorveljanza u ta’ ġestjoni.

Din il-ħidma wasslet għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, approvat mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’Lulju 2012, li huwa destinat li jittieħed f’kunsiderazzjoni fil-kuntest tad-deċiżjonijiet kollha tagħhom fil-ġejjieni li jikkonċernaw l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, wara analiżi ta’ każ b’każ.

Din il-proposta għal Regolament tieħu f’kunsiderazzjoni dawn l-elementi kollha u tipprovdi qafas legali wieħed u mġedded għal Aġenzija ġdida għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) li hija s-suċċessur legali tal-Eurojust kif imwaqqfa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI.

Filwaqt li jżomm dawk l-elementi li wrew li huma effiċjenti fit-tmexxija u t-tħaddim tal-Eurojust, ir-Regolament jimmodernizza l-qafas legali tagħha u jissimplifika t-tħaddim u l-istruttura tagħha b’konformità mat-Trattat ta’ Lisbona u r-rekwiżiti tal-Approċċ Komuni, sa fejn dan ikun possibbli.

Peress li l-proposta għal dan ir-Regolament hija adottata fl-istess ħin bħall-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, iddaħħlu dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li dan l-Uffiċċju jitwaqqaf mill-Eurojust kif meħtieġ fl-Artikolu 86 tat-TFUE, u li l-Eurojust tista’ tappoġġjah.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI

Biex tħejji għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kkonsultat partijiet interessati speċjalisti bosta drabi. L-għan primarju tal-proposta huwa li tintuża l-opportunità offruta mit-Trattat ta’ Lisbona biex il-Eurojust tiġi modernizzata billi tingħata struttura tat-tmexxija mtejba li tnaqqas il-piż amministrattiv li bħalissa huwa tal-Kulleġġ u tippermettilha tiffoka fuq il-missjoni ewlenija tagħha.

Fit-18 ta’ Ottubru 2012 il-Kummissjoni organizzat laqgħa konsultattiva ma’ esperti mill-Istati Membri, rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Eurojust biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati ma’ riforma possibbli skont l-Artikolu 85 tat-TFUE. Il-kwistjonijiet inkludew governanza msaħħa, involviment parlamentari fil-livell Ewropew u nazzjonali u setgħat addizzjonali possibbli, kif ukoll rabtiet mal-iżvilupp tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO). Il-laqgħa appoġġjat b’mod ġenerali t-titjib tal-istruttura u l-effiċjenza tal-governanza tal-Eurojust.

Il-Eurojust ħadet sehem dirett ukoll fil-proċess ta’ konsultazzjoni u tat is-sehem tagħha permezz ta’ kontribuzzjonijiet u laqgħat mal-Kummissjoni. Barra minn hekk, saru taħditiet fuq ir-riforma fil-qafas ta’ Seminars differenti bħas-Seminar Strateġiku “Il-Eurojust u t-Trattat ta’ Lisbona. Lejn azzjoni iktar effettiva” (Bruges 20-22 ta’ Settembru 2010) u l-Konferenza Eurojust-ERA “10 Snin tal-Eurojust: Kisbiet Operazzjonali u Sfidi Futuri”, li saret fl-Aja fit-12 u t-13 ta’ Novembru 2012. Ġie diskuss ukoll il-ġejjieni tal-Eurojust fil-laqgħa informali speċjali tal-Kunsill, fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju tal-Eurojust, fi Frar 2012.

Il-fehmiet tal-partijiet interessati nġabru wkoll permezz ta’ “Studju dwar it-tisħiħ tal-Eurojust”[5], ordnat mill-Kummissjoni, li ta ħarsa ġenerali tajba lejn il-kwistjonijiet eżistenti u ppreżenta bosta alternattivi politiċi biex dawn jiġu indirizzati.

3.           IL-PROPOSTA

3.1.        Il-bażi legali

L-Artikolu 85 TFUE jipprovdi l-bażi legali għall-proposta. Jippreskrivi l-użu ta’ Regolament.

3.2.        Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Hemm bżonn ta’ azzjoni mill-UE għaliex il-miżuri previsti għandhom dimensjoni intrinsika tal-UE, peress li jimplikaw il-ħolqien ta’ entità li l-missjoni tagħha hija li tappoġġja u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fir-rigward tal-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Dan l-għan jista’ jinkiseb biss fil-livell tal-UE, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hemm bżonn biex jilħaq dan il-għan.

3.3.        L-ispjegazzjoni tal-proposta skont kapitoli

L-għanijiet ewlenin tal-proposta huma:

· żieda tal-effiċjenza tal-Eurojust billi tingħata struttura tal-governanza ġdida;

· titjib tal-effettività operazzjonali tal-Eurojust permezz tad-definizzjoni omoġena tal-istatus u s-setgħat tal-Membri Nazzjonali;

· l-għoti ta’ rwol lill-Parlament Ewropew u l-Parlamenti Nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust skont it-Trattat ta’ Lisbona;

· li l-qafas legali tal-Eurojust jinġieb f’konformità mal-Approċċ Komuni, filwaqt li jiġi rispettat bis-sħiħ ir-rwol speċjali tagħha rigward il-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet kriminali kurrenti;

· l-iżgurar li l-Eurojust tista’ tikkoopera mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ladarba jitwaqqaf.

3.3.1.     Kapitolu I: L-għanijiet u l-kompiti

Dan il-kapitolu jirregola t-twaqqif tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) bħala s-suċċessur legali tal-Eurojust kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI. Jiddefinixxi wkoll il-kompiti u l-kompetenza tagħha. Din tal-aħħar hija definita b’mod awtonomu fl-abbozz tar-Regolament peremzz ta’ Anness.

3.3.2.     Kapitolu II: L-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Eurojust

Dan il-kapitolu fih uħud mill-elementi ewlenin tar-riforma.

It-Taqsima II hija ddedikata għall-membri nazzjonali tal-Eurojust. Ir-riforma żżomm ir-rabta tagħhom mal-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom iżda fl-istess ħin telenka b’mod espliċitu s-setgħat operazzjonali li għandhom kollha kemm huma. Dan ser jippermettilhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-awtoritajiet nazzjonali b’mod iktar effettiv.

It-Taqsimiet III, IV u V jistabbilixxu l-istruttura l-ġdida tal-Eurojust billi jirregolaw il-Kulleġġ, il-Bord Eżekuttiv u d-Direttur Amministrattiv, rispettivament. Il-governanza tal-Eurojust titjieb billi ssir distinzjoni ċara bejn żewġ sawriet tal-Kulleġġ, skont jekk jeżerċitax funzjonijiet operazzjonali jew maniġerjali. Dawn imsemmija l-ewwel jirreferu għall-ħidma ċentrali tal-Eurojust fl-appoġġ u l-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet nazzjonali. Dawk imsemmija l-aħħar huma relatati, pereżempju, mal-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-aġenzija, il-baġit annwali jew ir-Rapport annwali. Twaqqaf korp ġdid, il-Bord Eżekuttiv, biex iħejji d-deċiżjonijiet maniġerjali tal-Kulleġġ u sabiex jassumi direttament uħud mill-kompiti amministrattivi. Il-Kummissjoni hija rappreżentata fil-Kulleġġ meta dan jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu u fil-Bord Eżekuttiv. Finalment, il-proċedura għall-ħatra, ir-responsabilitajiet u l-kompiti tad-Direttur Amministrattiv huma spjegati b’mod ċar.

Dan jintroduċi livell doppju ta’ governanza, kif previst fl-Approċċ Komuni, filwaqt li jżomm l-għamla speċjali tal-Eurojust u jħares l-indipendenza tagħha. Huwa wkoll kosteffettiv, u jikkontribwixxi għall-effiċjenza tal-Eurojust, peress li l-membri nazzjonali ser ikunu assistiti fi kwistjonijiet baġitarji u amministrattivi, li ser jippermettilhom jiffokaw fuq il-kompiti operazzjonali tagħhom.

3.3.3.     Kapitolu III:Il-kwistjonijiet operazzjonali

Dan il-kapitolu jżomm mekkaniżmi eżistenti għall-effettività operazzjonali tal-Eurojust, inklużi l-Koordinazzjoni Attiva (OCC), is-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust (ENCS), l-iskambji ta’ informazzjoni u s-segwitu tat-talbiet tal-Eurojust. Il-binja tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet tal-Eurojust għadha l-istess.

3.3.4.     Kapitolu IV: L-Ipproċessar tal-Informazzjoni

Dan il-kapitolu fih referenza għar-Regolament 45/2001[6] bħala r-reġim applikabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali kollha fil-Eurojust. Barra minn hekk, ir-Regolament jippartikolarizza u jikkomplimenta r-Regolament 45/2001 f’dak li għandha x’taqsam id-dejta personali operazzjonali, billi jirrispetta l-ispeċifiċità tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja filwaqt li jieħu f’kunsiderazzjoni l-bżonn ta’ konsistenza u kompatibilità mal-prinċipji rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta. Ir-restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar tad-dejta personali għadhom possibbli.

Il-kapitolu jallinja wkoll id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta mar-Regolament 45/2001 u jieħu f’kunsiderazzjoni l-istandards ta’ protezzjoni previsti fil-pakkett ta’ riforma dwar il-protezzjoni tad-dejta, adottati mill-Kummissjoni f’Jannar 2012. Barra minn hekk, il-kapitolu jipprevedi bidla importanti fil-mekkaniżmu ta’ superviżjoni. Jistabbilixxi r-responsabilitajiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) fir-rigward tal-monitoraġġ tal-ipproċessar tad-dejta personali kollha fil-Eurojust. Il-KEPD ser jieħu f’idejh il-kompiti tal-Korp ta’ Sorveljanza Konġunta mwaqqaf fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Eurojust.

3.3.5.     Kapitolu V: Ir-relazzjonijiet mal-imsieħba

Dan il-kapitolu jirrifletti l-importanza tas-sħubija u l-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità. L-ewwel nett dan jinkludi r-relazzjonijiet mas-Segretarjati tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, in-Netwerk ta’ Esperti tat-Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta u n-Netwerk dwar il-Ġenoċidji, li huma ospitati mill-Eurojust. Jinkludi wkoll dispożizzjoni speċifika dwar ir-relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

It-tieni, il-kooperazzjoni mal-Europol hija partikolarment importanti, speċjalment fir-rigward tar-rwol tiegħu fil-forniment ta’ informazzjoni lill-Eurojust b’konformità mal-Artikolu 85 tat-TFUE. Iddaħħlet dispożizzjoni speċifika biex tispjega r-relazzjoni privileġġata bejn iż-żewġ aġenziji sabiex tiżdied l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra forom serji ta’ kriminalità internazzjonali fi ħdan il-kompetenza tagħhom. Dan jinkludi mekkaniżmu għall-kontroverifika tas-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi tagħhom u l-iżgurar ta’ skambju tad-dejta. Id-dettalji prattiċi ser jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim.

Spiss jinstabu rabtiet ma’ pajjiżi terzi f’każijiet ta’ kriminalità serja u organizzata, u dan jagħmel il-kooperazzjoni mill-qrib mat-tali pajjiżi kruċjali. It-Trattat ta’ Liżbona bidel il-mod li bih l-Unjoni Ewropea ssawwar ir-relazzjonijiet esterni tagħha, u dawn il-bidliet jaffettwaw lill-aġenziji wkoll. Minħabba f’hekk, l-aġenziji mhux ser jibqgħu jkunu jistgħu jinnegozjaw ftehimiet internazzjonali huma stess – dawn il-ftehimiet ser ikollhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 218 TFUE. Madankollu, il-Eurojust ser tkun tista’ tikkonkludi ftehimiet ta’ ħidma biex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, anki permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni. Il-ftehimiet internazzjonali li kienu jeżistu qabel jibqgħu validi.

3.3.6.     Kapitolu VI: Id-dispożizzjonijiet finanzjarji

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jimmodernizzaw il-baġit tal-Eurojust, it-twaqqif u l-implimentazzjoni tagħha, il-preżentazzjoni tal-kontijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ rilaxx.

3.3.7.     Kapitolu VII: Id-dispożizzjonijiet dwar il-persunal

Dawn id-dispożizzjonijiet jirriflettu l-prinċipji tal-Approċċ Komuni filwaqt li jirrispettaw l-ispeċifiċitajiet tal-Eurojust. L-għamla ibrida tal-Eurojust u l-importanza tar-rabta operazzjonali bejn id-desks nazzjonali u l-Istati Membri ta’ oriġini tagħhom jispjegaw li s-salarji u l-emolumenti tat-tali persunal jiġġarrbu mill-Istati Membri. Id-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għadu jinħatar mill-Kulleġġ tal-Eurojust iżda fuq il-bażi ta’ lista ristretta mfassla mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Dan jirrispetta l-awtonomija tal-aġenzija filwaqt li jiggarantixxi evalwazzjoni rigoruża tal-kandidati. Hija prevista proċedura simili għas-sensja tad-Direttur Amministrattiv.

3.3.8.     Kapitolu VIII: L-Evalwazzjoni u r-Rapportar

Dan il-kapitolu jallinja l-qafas legali tal-Eurojust mal-leġittimità demokratika miżjuda tal-Eurojust meħtieġa mit-Trattat ta’ Lisbona. Jispjega l-involviment tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust. Dan isir b’mod kosteffiċjenti, fuq il-bażi tar-Rapport Annwali tal-Eurojust, filwaqt li tinżamm l-indipendenza operazzjonali tal-Eurojust. Issir ukoll evalwazzjoni perjodika ġenerali tal-Eurojust b’konformità mal-Approċċ Komuni.

3.3.9.     Kapitolu IX: Id-dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Dan il-kapitolu fih dispożizzjonijiet biex jallinja r-Regolament tal-Eurojust mal-Approċċ Komuni, kif ukoll dawk relatati mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

4.           L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Ma hemm l-ebda implikazzjonijiet ta’ spejjeż tar-riforma ta’ governanza (“bord ta’ amministrazzjoni” dahar ma’ dahar mal-Kulleġġ) u ma hemm l-ebda kompitu ġdid previst għall-Eurojust f’din il-proposta, minbarra l-appoġġ lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li għandu jsir fuq bażi mingħajr spejjeż.

2013/0256 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 85 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Il-Eurojust twaqqfet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI[7] bħala korp tal-Unjoni Ewropea b’personalità ġuridika biex tistimola u ttejjeb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriminalità organizzata serja. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/ĠAI[8] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI[9] dwar it-tisħiħ tal-Eurojust emendaw il-qafas legali tal-Eurojust.

(2)       L-Artikolu 85 tat-Trattat jipprovdi sabiex il-Eurojust tkun irregolata minn regolament, adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Jeħtieġ ukoll id-determinazzjoni ta’ arranġamenti biex il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali jkunu involuti fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust.

(3)       L-Artikolu 85 tat-Trattat jistabbilixxi wkoll li l-missjoni tal-Eurojust għandha tkun li tappoġġja u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, fuq il-bażi ta’ operazzjonijiet imwettqa u informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Europol.

(4)       Peress li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jitwaqqaf mill-Eurojust, dan ir-Regolament jinkludi d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiġu rregolati r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(5)       Filwaqt li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu kompetenza esklussiva biex jinvestiga u jieħu passi kontra reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Eurojust għandu jkun kapaċi jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali meta jkunu qed jinvestigaw u jixlu t-tali tipi ta’ reati skont ir-Regolament li jwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(6)       Biex il-Eurojust twettaq il-missjoni tagħha u tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja, il-funzjonijiet operazzjonali tagħha għandhom jissaħħu billi jonqos il-volum tax-xogħol amministrattiv tal-membri nazzjonali, u d-dimensjoni Ewropea tagħha tissaħħaħ permezz tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fit-tmexxija tal-aġenzija u l-involviment miżjud tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tagħha.

(7)       Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI għandha tiġi revokata u għandha tiġi sostitwita minn dan ir-Regolament li jiddetermina l-arranġamenti għall-involviment parlamentari, jimmodernizza l-istruttura tagħha u jħaffef il-qafas legali attwali tal-Eurojust, filwaqt li jżomm dawk l-elementi li wrew li huma effiċjenti fit-tħaddim tagħha.

(8)       Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(9)       Għandhom jiġu stabbiliti l-forom ta’ kriminalità serja li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew iktar li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust. Barra minn hekk, għandhom jiġu definiti l-każijiet li ma jinvolvux żewġ Stati Membri jew iktar, iżda li jeħtieġu prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Dawn il-każijiet għandhom jinkludu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw Stat Membru wieħed biss u Stat terz, kif ukoll każijiet li jaffettwaw biss Stat Membru wieħed u l-Unjoni.

(10)     Meta teżerċita l-funzjonijiet operazzjonali tagħha fir-rigward ta’ każijiet kriminali konkreti, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Eurojust għandha taġixxi jew permezz ta’ membru nazzjonali wieħed jew iktar jew bħala Kulleġġ.

(11)     Biex jiġi żgurat li l-Eurojust tista’ tappoġġja u tikkoordina kif xieraq investigazzjonijiet transfruntiera, hemm bżonn li l-membri nazzjonali kollha jkollhom l-istess setgħat operazzjonali sabiex jikkooperaw bejniethom u mal-awtoritajiet nazzjonali b’mod effettiv. Il-membri nazzjonali għandhom jingħataw dawk is-setgħat li jippermettu lill-Eurojust tilħaq kif xieraq il-missjoni tiegħu. Dawn is-setgħat għandhom jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti fir-reġistri pubbliċi nazzjonali, il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal assistenza u rikonoxximent reċiproċi, il-kuntatt dirett u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, il-parteċipazzjoni f’timijiet ta’ investigazzjoni konġunta u, bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew f’każ ta’ urġenza, l-ordni ta’ miżuri investigattivi u kunsinni kkontrollati.

(12)     Hemm bżonn li l-Eurojust tkun ipprovduta bi struttura amministrattiva u maniġerjali li tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b’mod iktar effettiv u tirrispetta l-prinċipji applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni filwaqt li żżomm il-karatteristiċi speċjali tal-Eurojust u tissalvagwardja l-indipendenza tagħha fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet operazzjonali tagħha. Għal dan il-għan, il-funzjonijiet tal-membri nazzjonali, il-Kulleġġ u d-Direttur Amministrattiv għandhom jiġu ċċarati u għandu jitwaqqaf Bord Eżekuttiv.

(13)     Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex issir distinzjoni ċara bejn il-funzjonijiet operazzjonali u maniġerjali tal-Kulleġġ, li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-membri nazzjonali kemm jista’ jkun sabiex l-enfasi jinxteħet fuq il-ħidma operazzjonali tal-Eurojust. Il-kompiti maniġerjali tal-Kulleġġ għandhom jinkludu b’mod partikolari l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-Eurojust, il-baġit, ir-rapport tal-attività annwali, ir-regoli finanzjarji xierqa u l-arranġamenti tax-xogħol mal-imsieħba. Għandu jeżerċita s-setgħa ta’ awtorità tal-ħatra fir-rigward tal-persunal tal-aġenzija inkluż id-Direttur Amministrattiv.

(14)     Biex titjieb il-governanza tal-Eurojust u jitħaffu l-proċeduri, għandu jitwaqqaf Bord Eżekuttiv biex il-Kulleġġ ikun assistit fil-funzjonijiet maniġerjali tiegħu u jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet b’mod simplifikat dwar kwistjonijiet strateġiċi u mhux operazzjonali.

(15)     Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata fil-Kulleġġ meta jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu u fil-Bord Eżekuttiv, biex tiżgura s-superviżjoni mhux operazzjonali u l-gwida strateġika tal-Eurojust.

(16)     Biex jiżgura amministrazzjoni ta’ kuljum effiċjenti tal-Eurojust, id-Direttur Amministrattiv għandu jkun ir-rappreżentant legali u l-maniġer tagħha, responsabbli quddiem il-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Amministrattiv għandu jħejji u jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv.

(17)     It-twaqqif ta’ Koordinazzjoni Attiva (OCC) fi ħdan il-Eurojust hija neċessarja biex il-Eurojust tkun disponibbli l-ħin kollu u biex tkun tista’ tintervjeni f’każijiet urġenti. Għandha tkun ir-responsabilità ta’ kull Stat Membru li jiżgura li r-rappreżentanti tiegħu fl-OCC jistgħu jaġixxu fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

(18)     Għandhom jitwaqqfu Sistemi ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust fl-Istati Membri sabiex jikkoordinaw il-ħidma mwettqa mill-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust, il-korrispondent nazzjonali għall-Eurojust għal kwistjonijiet dwar it-terroriżmu, il-korrispondent nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u sa tliet punti ta’ kuntatt oħrajn, kif ukoll rappreżentanti fin-Netwerk għat-Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerks imwaqqfin mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/494/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi network Ewropew ta’ punti ta’ kuntatt dwar persuni li huma responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra[10], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha[11] u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/852/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar netwerk ta’ punti ta’ kuntatt kontra l-korruzzjoni[12].

(19)     Għall-fini ta’ stimolu u tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, importanti li l-Eurojust tirċievi tagħrif rilevanti mill-awtoritajiet nazzjonali li huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom għat-twaqqif u r-riżultati ta’ timijiet ta’ investigazzjoni konġunta, bil-każijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust li jinvolvu b’mod dirett tal-inqas tliet Stati Membri u li għalihom ikunu ntbagħtu talbiet jew deċiżjonijiet dwar kooperazzjoni ġudizzjarja lil tal-inqas żewġ Stati Membri, kif ukoll, f’ċerti ċirkustanzi, tagħrif dwar kunflitti ta’ ġurisdizzjoni, kunsinni kkontrollati u diffikultajiet ripetuti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja.

(20)     Filwaqt li l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-Eurojust jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[13], l-ipproċessar tad-dejta personali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u t-trasferiment tat-tali dejta lill-Eurojust huma koperti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108 [li trid tiġi sostitwita mad-Direttiva rilevanti fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni].

(21)     Meta l-Eurojust tittrasferixxi dejta personali lil awtorità ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jew l-Interpol permezz ta’ ftehim internazzjonali konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, is-salvagwardji adegwati ċitati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi jridu jiżguraw li tinżamm konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta ta’ dan ir-Regolament.

(22)     Il-Eurojust għandha tkun awtorizzata tipproċessa ċerta dejta personali dwar persuni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, huma ssuspettati li wettqu jew ħadu sehem f’reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Eurojust, jew li ġew ikkundannati bit-tali reat. Mhuwiex l-iskop tal-Eurojust li twettaq tqabbil awtomatizzat tal-profili tad-DNA jew tal-marki tas-swaba’.

(23)     Il-Eurojust għandha tingħata l-opportunità li testendi d-dati ta’ skadenza għall-ħżin ta’ dejta personali, soġġetta għall-osservazzjoni tal-prinċipju ta’ limitazzjoni tal-iskop applikabbli għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet kollha tal-Eurojust, sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha. Tali deċiżjonijiet għandhom jittieħdu wara kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-interessi kollha kkonċernati, inklużi dawk tas-suġġetti tad-dejta. Kwalunkwe estensjoni tad-dati ta’ skadenza għall-ipproċessar ta’ dejta personali, fejn il-prosekuzzjoni tkun preskritta skont il-liġi fl-Istati Membri kollha kkonċernati, għandha tkun deċiża biss meta jkun hemm bżonn speċifiku li tingħata assistenza skont dan ir-Regolament.

(24)     Il-Eurojust għandha żżomm relazzjonijiet privileġġati man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni u komplimentarjetà. Dan ir-Regolament għandu jgħin sabiex jiġu ċċarati r-rwoli rispettivi tal-Eurojust u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u r-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, filwaqt li tinżamm l-ispeċifiċità tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

(25)     Il-Eurojust għandha żżomm relazzjonijiet kooperattivi ma’ korpi u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, skont kemm ikun hemm bżonn biex twettaq il-kompiti tagħha.

(26)     Biex tiżdied il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Eurojust u l-Europol, u b’mod partikolari sabiex jiġu stabbiliti rabtiet bejn id-dejta diġà fil-pussess ta’ korp minnhom, il-Eurojust għandha tħalli lill-Europol ikollu aċċess għad-dejta disponibbli tal-Eurojust u tħallih ifittex fl-isfond tagħha.

(27)     Il-Eurojust għandha tkun tista’ tiskambja dejta personali ma’ korpi oħrajn tal-Unjoni kemm ikun hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

(28)     Għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Eurojust tistazzjona maġistrati ta’ kollegament f’pajjiżi terzi biex tilħaq għanijiet simili għal dawk assenjati lill-maġistrati ta’ kollegament sekondati mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 96/277/ĠAI tat-22 ta’ April 1996 dwar qafas għall-iskambju ta’ maġistrati li jikkollegaw direttament sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea[14].

(29)     Għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Eurojust tikkoordina l-eżekuzzjoni tat-talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja maħruġin minn pajjiż terz meta jkunu relatati ma’ investigazzjoni waħda u jeħtieġu eżekuzzjoni f’tal-inqas żewġ Stati Membri.

(30)     Biex jiġu garantiti l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tal-Eurojust, din għandha tingħata baġit awtonomu, bi dħul li essenzjalment ikun ġej minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni, ħlief fir-rigward tas-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali u l-persuni li jassistu, li għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membri ta’ oriġini tagħhom. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun tapplika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u sussidji oħrajn debitabbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.

(31)     Biex tiżdied it-trasparenza u s-sorveljanza demokratika tal-Eurojust, hemm bżonn li jiġu pprovduti mekkaniżmi għall-involviment tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust. Dan ma għandux ixekkel il-prinċipji ta’ indipendenza fir-rigward ta’ azzjoni meħuda f’każijiet operazzjonali speċifiċi jew l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità.

(32)     Xieraq li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi evalwata b’mod regolari.

(33)     Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[15] għandu japplika għall-Eurojust.

(34)     Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[16] għandu japplika għall-Eurojust.

(35)     Id-dispożizzjonijiet neċessarji rigward l-akkomodazzjoni għall-Eurojust fl-Istat Membru li fih għandha l-kwartieri ġenerali tagħha, jiġifieri l-Pajjiżi l-Baxxi, u r-regoli speċifiċi applikabbli għall-persunal kollu tal-Eurojust u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali. Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Eurojust, inklużi skejjel għat-tfal u t-trasport, sabiex jiġu attirati riżorsi umani ta’ kwalità għolja minn żona ġeografika wiesgħa kemm jista’ jkun.

(36)     Peress li l-Eurojust kif imwaqqfa minn dan ir-Regolament tieħu post u hija s-suċċessur tal-Eurojust kif stabbilita fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI, din għandha tkun is-suċċessur legali tal-Eurojust fir-rigward tal-obbligi kuntrattwali kollha tagħha, inklużi l-kuntratti tax-xogħol, l-obbligazzjonijiet u l-proprjetajiet mixtrija. Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Eurojust kif stabbiliti fuq il-bażi ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(37)     Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta’ entità responsabbli għall-appoġġ u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri fir-rigward tal-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħaq dak l-għan.

(38)     [B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.] JEW [Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex marbutin mill-applikazzjoni tiegħu u lanqas ma huma soġġetti għal din.]

(39)     B’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta mill-applikazzjoni tiegħu u lanqas ma hija soġġetta għal din.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I L-GĦAN U L-KOMPITI

Artikolu 1 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali

1.           L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) hija b’dan stabbilita.

2.           Il-Eurojust, kif stabbilita minn dan ir-Regolament, għandha tkun is-suċċessur legali tal-Eurojust kif stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI.

3.           F’kull wieħed mill-Istati Membri, il-Eurojust għandha tgawdi l-iktar kapaċità legali estensiva mogħtija skont il-persuni legali b’konformità mal-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari, tista’ tixtri u tbigħ proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 2 Il-kompiti

1.           Il-Eurojust għandha taħtar u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward tal-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, jew li teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni, fuq il-bażi ta’ operazzjonijiet imwettqa u tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Europol.

2.           Fl-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha, il-Eurojust għandha:

a)      tieħu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe talba li tiġi minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew kwalunkwe tagħrif ipprovdut minn kwalunkwe korp kompetenti permezz ta’ dispożizzjonijiet adottati fi ħdan il-qafas tat-Trattati jew miġbur mill-Eurojust stess;

b)      tħaffef l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk ibbażati fuq strumenti li jagħtu effett lill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.

3.           Il-Eurojust għandha teżerċita l-kompiti tagħha fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

Artikolu 3 Il-kompetenza tal-Eurojust

1.           Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri l-forom ta’ reati elenkati fl-Anness 1. Madankollu, il-kompetenza tagħha ma għandhiex tinkludi r-reati li għalihom huwa kompetenti l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.           Il-kompetenza tal-Eurojust għandha tkopri reati relatati. Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati relatati:

a)      reati kriminali mwettqa biex jinkisbu l-mezzi sabiex jitwettqu atti elenkati fl-Anness 1;

b)      reati kriminali mwettqa biex jitħaffu jew jitwettqu atti elenkati fl-Anness 1;

c)      reati kriminali mwettqa biex tiġi żgurata l-impunità tal-atti elenkati fl-Anness 1.

3.           Fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-Eurojust tista’ tassisti wkoll f’investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss dak l-Istat Membru u pajjiż terz fejn ikun ġie stabbilit ftehim ta’ kooperazzjoni jew arranġament li jistabbilixxi kooperazzjoni skont l-Artikolu 43 ma’ dak il-pajjiż terz jew fejn f’każ speċifiku jkun hemm interess essenzjali fl-għoti tat-tali assistenza.

4.           Fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew inkella tal-Kummissjoni, il-Eurojust tista’ tassisti f’investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jaffettwaw biss dak l-Istat Membru u l-Unjoni.

Artikolu 4 Il-funzjonijiet operazzjonali tal-Eurojust

1.           Il-Eurojust għandha:

a)      tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet li ġiet mgħarrfa dwarhom u li għandhom konsegwenzi fil-livell tal-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħrajn minbarra dawk direttament ikkonċernati;

b)      tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet;

c)      tagħti assistenza biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-analiżijiet tal-Europol;

d)      tikkoopera u tikkonsulta man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali, inkluż l-użu tad-database tad-dokumenti u l-kontribuzzjoni għat-titjib tal-istess database tad-dokumenti ta’ dak in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew;

e)      tagħti appoġġ operazzjonali, tekniku u finanzjarju għall-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet transfruntieri tal-Istati Membri, inklużi timijiet ta’ investigazzjoni konġunta.

2.           Fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, il-Eurojust tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, filwaqt li tagħti r-raġunijiet tagħha, sabiex:

a)      jinvestigaw jew jieħdu passi kontra atti speċifiċi;

b)      jaċċettaw li waħda minnhom tista’ tkun f’pożizzjoni aħjar biex twettaq investigazzjoni jew tieħu passi kontra atti speċifiċi;

c)      jikkoordinaw bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati;

d)      jistabbilixxu tim ta’ investigazzjoni konġunta skont l-istrumenti ta’ kooperazzjoni rilevanti;

e)      jipprovduha bi kwalunkwe tagħrif li għandha bżonn biex twettaq il-kompiti tagħha;

f)       jieħdu miżuri investigattivi speċjali;

g)      jieħdu kwalunkwe miżura oħra ġġustifikata għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni.

3.           Il-Eurojust tista’ anki:

a)      tipprovdi lill-Europol b’opinjonijiet ibbażati fuq analiżijiet imwettqin mill-Europol;

b)      tipprovdi appoġġ loġistiku, inkluża assistenza fit-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ koordinazzjoni.

4.           Meta żewġ Stati Membri jew iktar ma jkunux jistgħu jaqblu dwar liema minnhom għandhom jagħmlu investigazzjoni jew jieħdu passi wara talba li tkun saret skont il-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar il-każ. L-opinjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

5.           Fuq talba ta’ awtorità kompetenti, il-Eurojust għandha toħroġ opinjoni bil-miktub dwar rifjuti rikorrenti jew diffikultajiet dwar l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk ibbażati fuq l-istrumenti li jħaddmu l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, diment li dan ma jkunx jista’ jiġi solvut permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew bl-involviment tal-membri nazzjonali kkonċernati. L-opinjoni għandha tintbagħat minnufih lill-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 5 L-eżerċizzju ta’ operazzjonijiet funzjonali

1.           Il-Eurojust għandha taġixxi permezz ta’ wieħed jew iktar fost il-membri nazzjonali kkonċernati meta tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) jew (2).

2.           Il-Eurojust għandha taġixxi bħala Kulleġġ:

a)      meta tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) jew (2):

(i)      meta tintalab hekk minn wieħed jew iktar minn fost il-membri nazzjonali kkonċernati b’każ indirizzat mill-Eurojust;

(ii)      meta l-każ ikun jinvolvi investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet li għandhom konsegwenzi fil-livell tal-Unjoni jew li jistgħu jaffettwaw Stati Membri oħrajn minbarra dawk direttament ikkonċernati;

b)      meta tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 (3), (4) jew (5);

c)      meta tkun involuta kwistjoni ġenerali dwar l-ilħuq tal-għanijiet operazzjonali tagħha;

d)      meta jkun stipulat b’xi mod ieħor f’dan ir-Regolament.

3.           Meta twettaq il-kompiti tagħha, il-Eurojust għandha tindika jekk hijiex qed taġixxi permezz ta’ wieħed jew iktar minn fost il-membri nazzjonali tagħha jew inkella bħala Kulleġġ.

KAPITOLU II L-ISTRUTTURA U L-ORGANIZZAZZJONI TAL-EUROJUST

Taqsima I L-Istruttura

Artikolu 6 L-istruttura tal-Eurojust

L-istruttura tal-Eurojust għandha tinvolvi:

a)           il-membri nazzjonali;

b)           il-Kulleġġ;

c)           il-Bord Eżekuttiv;

d)           id-Direttur Amministrattiv.

Taqsima II Il-Membri Nazzjonali

Artikolu 7 L-Istatus tal-membri nazzjonali

1.           Il-Eurojust għandu jkollha membru nazzjonali wieħed sekondat minn kull Stat Membru skont is-sistema legali tiegħu, li għandu jkollu l-post tax-xogħol regolari tiegħu fis-sede tal-Eurojust.

2.           Kull membru nazzjonali għandu jkun assistit minn deputat u minn Assistent. Id-deputat u l-Assistent għandu jkollhom il-post regolari tax-xogħol tagħhom fil-Eurojust. Iktar deputati jew Assistenti jistgħu jassistu lill-membru nazzjonali u, jekk ikun hemm bżonn u bil-qbil tal-Kulleġġ, jista’ jkollhom il-post regolari tax-xogħol tagħhom fil-Eurojust.

3.           Il-membri nazzjonali u d-deputati għandu jkollhom status ta’ prosekutur, imħallef jew uffiċjali tal-pulizija b’kompetenza ekwivalenti. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jagħtuhom is-setgħat imsemmija f’dan ir-Regolament biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.

4.           Id-deputat għandu jkun jista’ jaġixxi f’isem il-membru nazzjonali jew jissostitwixxih. Anki Assistent jista’ jaġixxi f’isem il-membru nazzjonali jew jissostitwixxih jekk ikollu status kif stipulat fil-paragrafu 3.

5.           It-tagħrif operazzjonali skambjat bejn il-Eurojust u l-Istati Membri għandu jingħadda permezz tal-membri nazzjonali.

6.           Il-membri nazzjonali għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom direttament.

7.           Is-salarji u l-emolumenti tal-membri nazzjonali, tad-deputati u tal-Assistenti għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom.

8.           Meta l-membri nazzjonali, id-deputati u l-Assistenti jaġixxu fi ħdan il-qafas tal-kompiti tal-Eurojust, in-nefqa rilevanti relatata ma’ dawn l-attivitajiet għandha titqies bħala nefqa operazzjonali.

Artikolu 8 Is-setgħat tal-membri nazzjonali

1.           Il-membri nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li:

a)      jħaffu jew jappoġġjaw b’xi mod ieħor il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe talba ta’ assistenza legali reċiproka jew rikonoxximent reċiproku jew joħorġuhom u jeżegwixxuhom huma stess;

b)      jikkuntattjaw direttament u jiskambjaw tagħrif ma’ kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru;

c)      jikkuntattjaw direttament u jiskambjaw tagħrif ma’ kwalunkwe awtorità internazzjonali kompetenti, b’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Istat Membru tagħhom;

d)      jieħdu sehem f’timijiet ta’ investigazzjoni konġunta inkluż fl-istabbiliment tagħhom.

2.           Bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti, il-membri nazzjonali għandhom:

a)      jordnaw miżuri investigattivi;

b)      jawtorizzaw u jikkoordinaw kunsinni kkontrollati fl-Istat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

3.           F’każijiet urġenti, meta ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim fil-ħin, il-membri nazzjonali għandhom ikunu kompetenti sabiex jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li jgħarrfu lill-awtorità nazzjonali kompetenti malajr kemm jista’ jkun.

Artikolu 9 L-aċċess għar-reġistri nazzjonali

B’konformità mal-liġi nazzjonali, il-membri nazzjonali għandu jkollhom aċċess għal dawn it-tipi ta’ reġistri li ġejjin tal-Istat Membru tagħhom, jew tal-inqas għandhom ikunu jistgħu jiksbu t-tagħrif meħtieġ li jinsab fihom:

a)           kondotti;

b)           reġistri ta’ persuni arrestati;

c)           reġistri tal-investigazzjonijiet;

d)           reġistri tad-DNA;

e)           reġistri oħrajn tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri tagħhom meta jkollhom bżonn it-tali tagħrif biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Taqsima III Il-Kulleġġ

Artikolu 10 Is-sawra tal-Kulleġġ

1.           Il-Kulleġġ għandu jkun imsawwar:

a)      mill-membri nazzjonali kollha meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet operazzjonali tiegħu skont l-Artikolu 4;

b)      mill-membri nazzjonali kollha u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni meta l-Kulleġġ jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu skont l-Artikolu 14.

2.           Il-mandat tal-membri u d-deputati tagħhom għandu jkun tal-inqas erba’ snin, u jista’ jiġġedded darba. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew f’każ li jirriżenjaw, il-membri għandhom jibqgħu fl-uffiċċju sakemm il-mandat tagħhom jiġġedded jew sakemm jittiħdilhom posthom.

3.           Id-Direttur Amministrattiv għandu jattendi l-laqgħat maniġerjali tal-Kulleġġ, bla dritt ta’ vot.

4.           Il-Kulleġġ jista’ jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

5.           Il-membri tal-Kulleġġ jistgħu, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, ikunu assistiti minn konsulenti u esperti.

Artikolu 11 Il-President u l-Viċi President tal-Eurojust

1.           Il-Kulleġġ għandu jtella’ President u żewġ Viċi Presidenti minn fost il-membri nazzjonali permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

2.           Il-Viċi Presidenti għandhom jieħdu post il-President jekk ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu.

3.           Il-mandat tal-President u l-Viċi Presidenti għandu jkun ta’ erba’ snin. Jistgħu jerġgħu jittellgħu darba. Meta membru nazzjonali jkun elett President jew Viċi President tal-Eurojust, il-mandat tiegħu bħala membru nazzjonali għandu jiġi estiż biex jiġi żgurat li jkun jista’ jwettaq il-funzjoni tiegħu bħala President jew Viċi President.

Artikolu 12 Il-laqgħat tal-Kulleġġ

1.           Il-President għandu jorganizza l-laqgħat tal-Kulleġġ.

2.           Il-Kulleġġ għandu jorganizza tal-inqas laqgħa operazzjonali waħda fix-xahar. Biex jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu, il-Kulleġġ għandu jorganizza tal-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President, wara t-talba tal-Kummissjoni, jew wara t-talba tal-inqas terz mill-membri tiegħu.

3.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jirċievi l-aġendi tal-laqgħat kollha tal-Kulleġġ u għandu jkun intitolat jieħu sehem fit-tali laqgħat, bla dritt ta’ vot, kull meta jkunu mitħaddta kwistjonijiet li jqis li huma ta’ relevanza għat-tħaddim tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Artikolu 13 Ir-regoli dwar il-voti tal-Kulleġġ

1.           Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, il-Kulleġġ għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza tal-membri tiegħu.

2.           Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru li jivvota, id-deputat għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot.

3.           Il-President u l-Viċi Presidenti għandu jkollhom drittijiet tal-vot.

Artikolu 14 Il-funzjonijiet maniġerjali tal-Kulleġġ

1.           Il-Kulleġġ li jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu għandu:

a)      kull sena jadotta dokument ta’ programmazzjoni tal-Eurojust permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu u b’konformità mal-Artikolu 15;

b)      jadotta, permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-baġit annwali tal-Eurojust u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Eurojust skont il-Kapitolu VI;

c)      jadotta rapport annwali konsolidat tal-attività dwar l-attivitajiet tal-Eurojust u jibagħtu, sa [data prevista fl-FFR] tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u jqiegħed ir-rapport annwali konsolidat tal-attività għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

d)      jadotta programmazzjoni tar-riżorsi tal-persunal bħala parti mid-dokument ta’ programmazzjoni;

e)      jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Eurojust skont l-Artikolu 52;

f)       jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

g)      b’konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal[17] fuq l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra[18] fuq l-Awtorità Mogħtija s-Setgħa sabiex tikkonkludi Kuntratti tax-Xogħol (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

h)      jaħtar id-Direttur Amministrattiv u, fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih mill-uffiċċju b’konformità mal-Artikolu 17;

i)       jaħtar Uffiċjal tal-Kontabilità u Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data li għandhom ikunu funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom;

j)       jadotta arranġamenti ta’ ħidma konklużi b’konformità mal-Artikolu 43;

k)      itella’ l-President u l-Viċi Presidenti b’konformità mal-Artikolu 11;

l)       jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

2.           Il-Kulleġġ, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom tista’ tiġi sospiża din id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.

3.           Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jeħtieġu dan, il-Kulleġġ jista’ jiddeċiedi b’mod temporanju li jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Amministrattiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Amministrattiv.

4.           Il-Kulleġġ għandu jasal għal deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat u t-tneħħija mill-uffiċċju tad-Direttur Amministrattiv fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

Artikolu 15 Il-programmazzjoni annwali u pluriennali

1.           Sat-[30 ta’ Novembru ta’ kull sena] il-Kulleġġ għandu jadotta dokument ta’ programmazzjoni li fih programmazzjoni annwali u pluriennali, ibbażat fuq abbozz propost mid-Direttur Amministrattiv, li jieħu f’kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Id-dokument ta’ programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

2.           Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jinvolvi għanijiet dettaljati u riżultati mistennija inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b’konformità mal-prinċipji ta’ bbaġitjar u mmaniġġjar ibbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmija fil-paragrafu 4. Għandu jindika biċ-ċar liema kompiti żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabblin mas-sena finanzjarja ta’ qabel.

3.           Il-Kulleġġ għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħall-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Kulleġġ jista’ jiddelega lid-Direttur Amministrattiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali.

4.           Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi programmazzjoni strateġika ġenerali inklużi għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi anki l-programmazzjoni tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta jkun hemm bżonn, u b’mod partikolari biex tindirizza l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56.

Taqsima IV Il-Bord Eżekuttiv

Artikolu 16 It-tħaddim tal-Bord Eżekuttiv

1.           Il-Kulleġġ għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv ma għandux ikun involut fil-funzjonijiet operazzjonali tal-Eurojust imsemmija fl-Artikoli 4 u 5.

2.           Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv għandu:

a)      iħejji d-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kulleġġ skont l-Artikolu 14;

b)      jadotta strateġija għal kontra l-frodi, li tkun proporzjonata għar-riskji ta’ frodi fir-rigward tal-kostijiet-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

c)      jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Uffiċjali l-Oħra b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

d)      jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinbtu mir-rapporti interni jew esterni tal-awditjar, l-evalwazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, inklużi dawk tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

e)      jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment u, meta jkun hemm bżonn, il-modifika tal-istrutturi amministrattivi interni tal-Eurojust;

f)       bla ħsara għar-responsabilitajiet tad-Direttur Amministrattiv, kif stipulat fl-Artikolu 18, jassisti u jagħtih pariri fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ, bil-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja;

g)      jieħu kwalunkwe deċiżjoni oħra mhux attribwita b’mod espressiv lill-Kulleġġ fl-Artikoli 5 jew 14 jew taħt ir-responsabilità tad-Direttur Amministrattiv b’konformità mal-Artikolu 18;

h)      jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

3.           Meta jkun hemm bżonn hekk minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Kulleġġ dwar kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji, li għandhom ikunu soġġetti għal konferma mill-Kulleġġ.

4.           Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun imsawwar mill-President u l-Viċi Presidenti tal-Kulleġġ, rappreżentant tal-Kummissjoni u membru ieħor tal-Kulleġġ. Il-President tal-Kulleġġ għandu jkun il-President tal-Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ maġġoranza tal-membri tiegħu, b’kull membru li għandu vot wieħed. Id-Direttur Amministrattiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

5.           Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta’ erba’ snin, ħlief il-membru tal-Kulleġġ li għandu jinħatar wara sistema ta’ rotazzjoni kull sentejn. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta jintemm il-mandat tagħhom bħala membri nazzjonali.

6.           Il-Bord Eżekuttiv għandu jorganizza tal-inqas laqgħa ordinarja waħda kull tliet xhur. Barra minn hekk, għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq it-talba tal-Kummissjoni jew tal-inqas tnejn mill-membri l-oħrajn tiegħu.

7.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jirċievi l-aġendi tal-laqgħat kollha tal-Bord Eżekuttiv u għandu jkun ħieles li jieħu sehem fit-tali laqgħat, bla dritt tal-vot, kull meta jkunu mitħaddta kwistjonijiet li jqis li huma rilevanti għat-tħaddim tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

8.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jindirizza opinjonijiet bil-miktub lill-Bord Eżekuttiv, li l-Bord Eżekuttiv jista’ jwieġeb bil-miktub bla dewmien żejjed.

Taqsima V Id-Direttur Amministrattiv

Artikolu 17 L-Istatus tad-Direttur Amministrattiv

1.           Id-Direttur Amministrattiv għandu jinħatar bħala aġent temporanju tal-Eurojust skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Uffiċjali l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

2.           Id-Direttur Amministrattiv għandu jinħatar mill-Kulleġġ minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Għall-fini ta’ konklużjoni tal-kuntratt tad-Direttur Amministrattiv, il-Eurojust għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Kulleġġ.

3.           Il-mandat tad-Direttur Amministrattiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tieħu f’kunsiderazzjoni evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Amministrattiv.

4.           Il-Kulleġġ, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tieħu f’kunsiderazzjoni l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Amministrattiv għal mhux iktar minn ħames snin.

5.           Direttur Amministrattiv b’mandat li ġie estiż ma jistax jieħu sehem fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu sħiħ.

6.           Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv.

7.           Id-Direttur Amministrattiv jista’ jitneħħa mill-uffiċċju biss wara deċiżjoni tal-Kulleġġ li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 18 Ir-responsabilitajiet tad-Direttur Amministrattiv

1.           Għal skopijiet amministrattivi, il-Eurojust għandha titmexxa mid-Direttur Amministrattiv tagħha.

2.           Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, għall-Kulleġġ jew għall-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Amministrattiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor.

3.           Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Eurojust.

4.           Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti amministrattivi assenjati lill-Eurojust. B’mod partikolari, id-Direttur Amministrattiv għandu jkun responsabbli:

a)      għall-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Eurojust;

b)      l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kulleġġ u l-Bord Eżekuttiv;

c)      it-tħejjija tad-dokument ta’ programmazzjoni u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Eżekuttiv u l-Kulleġġ wara l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni;

d)      l-implimentazzjoni tad-dokument ta’ programmazzjoni u r-rapportar għand il-Bord Eżekuttiv u l-Kulleġġ dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

e)      it-tħejjija tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Eurojust u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Eżekuttiv biex ilestih u lill-Kulleġġ biex japprovah;

f)       it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni li jagħti segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar intern jew estern, l-evalwazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, inklużi dawk tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-OLAF u r-rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Bord Eżekuttiv, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

g)      il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b’verifiki effettivi u, jekk jinqabdu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, billi jiġu imposti penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

h)      it-tħejjija ta’ strateġija għal kontra l-frodi għall-Eurojust u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord Eżekuttiv biex japprovaha;

i)       it-tħejjija tal-abbozz tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Eurojust;

j)       it-tħejjija tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha.

KAPITOLU III IL-KWISTJONIJIET OPERAZZJONALI

Artikolu 19 Il-Koordinazzjoni Attiva (OCC)

1.           Biex twettaq il-kompiti tagħha f’każijiet urġenti, il-Eurojust għandha topera Koordinazzjoni Attiva li lesta tirċievi u tipproċessa f’kull ħin it-talbiet riferiti lilha. Il-Koordinazzjoni Attiva għandha tkun kuntattabbli, permezz ta’ punt ta’ kuntatt uniku tal-Koordinazzjoni Attiva fil-Eurojust, fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

2.           Il-Koordinazzjoni Attiva għandha taħdem b’rappreżentant wieħed (rappreżentant tal-Koordinazzjoni Attiva) għal kull Stat Membru li jista’ jkun jew il-membru nazzjonali, id-deputat tiegħu jew Assistent intitolat jieħu post il-membru nazzjonali. Ir-rappreżentant tal-Koordinazzjoni Attiva għandu jkun jista’ jaġixxi fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.

3.           Ir-rappreżentanti tal-Koordinazzjoni Attiva għandhom jaġixxu bla dewmien, fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-talba fl-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 20 Is-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust

1.           Kull Stat Membru għandu jagħżel korrispondent nazzjonali wieħed jew iktar għall-Eurojust.

2.           Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust biex jiżgura l-koordinazzjoni tal-ħidma mwettqa:

a)      mill-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust;

b)      il-korrispondent nazzjonali għall-Eurojust għal kwistjonijiet relatati mat-terroriżmu;

c)      il-korrispondent nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali u sa tliet punti ta’ kuntatt oħrajn ta’ dak in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew;

d)      il-membri nazzjonali jew il-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk għal Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerks stabbiliti mid-Deċiżjoni 2002/494/ĠAI, id-Deċiżjoni 2007/845/ĠAI u mid-Deċiżjoni 2008/852/ĠAI.

3.           Il-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iżommu l-kariga u l-istatus tagħhom skont il-liġi nazzjonali.

4.           Il-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust għandhom ikunu responsabbli għat-tħaddim tas-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust. Meta jintgħażlu bosta korrispondenti għall-Eurojust, wieħed minnhom għandu jkun responsabbli għat-tħaddim tas-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust.

5.           Is-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust għandha tħaffef, fi ħdan l-Istat Membru, it-twettiq tal-kompiti tal-Eurojust, b’mod partikolari billi:

a)      tiżgura li s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tirċievi tagħrif relatat mal-Istat Membru kkonċernat b’mod effiċjenti u affidabbli;

b)      tassisti fid-determinazzjoni ta’ jekk każ għandux ikun indirizzat bl-assistenza tal-Eurojust jew tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew;

c)      tassisti lill-membru nazzjonali jidentifika awtoritajiet rilevanti għall-eżekuzzjoni ta’ talbiet għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma bbażati fuq strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku;

d)      iż-żamma ta’ relazzjonijiet mill-qrib mal-Unità Nazzjonali tal-Europol.

6.           Biex jilħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 5, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 u fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandhom, u l-persuni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 jistgħu jkunu konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet b’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikoli 24, 25, 26 u 30. Il-konnessjoni mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet għandha tkun debitata fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

7.           L-istabbiliment tas-Sistema ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust u l-ħatra tal-korrispondenti nazzjonali ma għandhomx jipprevjenu kuntatti diretti bejn il-membru nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu.

Artikolu 21 L-iskambji ta’ informazzjoni mal-Istati Membri u bejn membri nazzjonali

1.           L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw mal-Eurojust kwalunkwe tagħrif meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha b’konformità mal-Artikoli 2 u 4 kif ukoll mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta stabbiliti f’dan ir-Regolament. Tal-inqas, dan għandu jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 5, 6 u 7.

2.           It-trażmissjoni tat-tagħrif lill-Eurojust għandha tkun interpretata bħala talba għal assistenza mill-Eurojust fil-każ ikkonċernat biss jekk dan ikun speċifikat minn awtorità kompetenti.

3.           Il-membri nazzjonali għandhom jiskambjaw kwalunkwe tagħrif neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tal-Eurojust, bla awtorizzazzjoni minn qabel, bejniethom jew mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu minnufih lill-membri nazzjonali tagħhom dwar każ li jikkonċernahom.

4.           L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom dwar l-istabbiliment ta’ timijiet ta’ investigazzjoni konġunta u dwar ir-riżultati tal-ħidma tat-tali timijiet.

5.           L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom bla dewmien żejjed dwar kwalunkwe każ li jikkonċerna reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurojust u li tal-inqas jaffettwaw tliet Stati Membri u li għalihom intbagħtu talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja jew deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma bbażati fuq strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, lil tal-inqas żewġ Stati Membri.

6.           L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali tagħhom dwar:

a)      każijiet fejn ikun hemm jew aktarx li se jkun hemm kunflitti ta’ ġurisdizzjoni;

b)      kunsinni kkontrollati li tal-inqas jaffettwaw tliet pajjiżi, li tal-inqas tnejn minnhom huma Stati Membri;

c)      diffikultajiet jew rifjuti ripetuti rigward l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja u deċiżjonijiet dwarha, inklużi dawk li huma bbażati fuq strumenti li jħaddmu l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.

7.           L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx ikunu obbligati f’każ partikolari li jipprovdu tagħrif jekk dan ikun ifisser:

a)      ħsara għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali; jew

b)      xekkil tas-sikurezza ta’ individwi.

8.           Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi inkluża kwalunkwe kundizzjoni stabbilita minn pajjiżi terzi dwar l-użu tat-tagħrif ladarba jkun ipprovdut.

9.           It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu għandu jkun ipprovdut b’mod strutturat kif stabbilit mill-Eurojust.

Artikolu 22 It-tagħrif ipprovdut mill-Eurojust lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

1.           Il-Eurojust għandha tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’tagħrif dwar ir-riżultati tal-ipproċessar tat-tagħrif, inkluża l-eżistenza ta’ rabtiet ma’ każijiet li diġà kienu maħżuna fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet. Dan it-tagħrif jista’ jinkludi dejta personali.

2.           Meta awtorità nazzjonali kompetenti titlob sabiex il-Eurojust tipprovdilha tagħrif, il-Eurojust għandha tibgħatulha fi ħdan il-perjodu ta’ żmien mitlub minn dik l-awtorità.

Artikolu 23 Is-segwitu għat-talbiet u l-opinjonijiet tal-Eurojust

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwieġbu bla dewmien żejjed għat-talbiet u l-opinjonijiet tal-Eurojust li jsiru skont l-Artikolu 4. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx ma’ talba msemmija fl-Artikolu 4(2) jew jiddeċiedu li ma jsegwux opinjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 4(4) jew (5), dawn għandhom jgħarrfu lill-Eurojust bla dewmien żejjed bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha. Meta ma jkunx possibbli li jingħataw ir-raġunijiet għar-rifjut milli jikkonformaw ma’ talba għaliex din tkun ta’ ħsara għall-interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali jew għax tkun ixxekkel is-sikurezza ta’ individwi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jiċċitaw raġunijiet operazzjonali.

Artikolu 24 Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet, il-werrej u l-fajls tax-xogħol temporanji

1.           Il-Eurojust għandha tistabbilixxi Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet imsawra minn fajls tax-xogħol temporanji u werrej li fihom dejta personali kif imsemmi fl-Anness 2 u dejta mhux personali.

2.           L-iskop tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet għandu jkun li:

a)      tappoġġja l-ġestjoni u l-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li fihom qed tassisti l-Eurojust, b’mod partikolari permezz ta’ kontroreferenza tat-tagħrif;

b)      tħaffef l-aċċess għal tagħrif fuq investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kurrenti;

c)      tħaffef il-monitoraġġ tal-legalità u l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali.

3.           Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet tista’ tkun marbuta mal-konnessjoni sigura tat-telekomunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/976/ĠAI.

4.           Il-werrej għandu jkun fih referenzi għal fajls tax-xogħol temporanji pproċessati fi ħdan il-qafas tal-Eurojust u ma jista’ jkun fih l-ebda dejta personali minbarra dik imsemmija fil-punti (1)(a) sa (i), (k) u (m) u (2) tal-Anness 2.

5.           Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, il-membri nazzjonali jistgħu jipproċessaw dejta fuq il-każijiet individwali li fuqhom qed jaħdmu f’fajl tax-xogħol temporanju. Għandhom jippermettu lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data sabiex ikollu aċċess għall-fajl tax-xogħol temporanju. L-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mgħarraf mill-membru nazzjonali kkonċernat dwar il-ftuħ ta’ kull fajl tax-xogħol temporanju li fih dejta personali.

6.           Għall-ipproċessar ta’ dejta personali operazzjonali, il-Eurojust ma tistax tistabbilixxi xi fajl tad-dejta awtomatizzat minbarra s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet jew fajl tax-xogħol temporanju.

7.           Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet u l-fajls tax-xogħol temporanji tagħha għandhom ikunu disponibbli sabiex jintużaw mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

8.           Id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet u l-fajls tax-xogħol temporanji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Madankollu, it-tagħrif imdaħħal fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet, il-fajls tax-xogħol temporanji u l-werrej mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma għandux ikun disponibbli biex jiġi aċċessat fil-livell nazzjonali.

Artikolu 25 It-tħaddim tal-fajls tax-xogħol temporanji u l-werrej

1.           Fajl tax-xogħol temporanju għandu jinfetaħ mill-membru nazzjonali kkonċernat għal kull każ li fir-rigward tiegħu jintbagħatlu t-tagħrif diment li din it-trażmissjoni tkun konformi mar-Regolament jew strumenti legali applikabbli oħrajn. Il-membru nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni tal-fajls tax-xogħol temporanji miftuħin min dak il-membru nazzjonali.

2.           Il-membru nazzjonali li fetaħ fajl tax-xogħol temporanju għandu jiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, dwar jekk iżommx il-fajl tax-xogħol temporanju ristrett jew jagħtix aċċess għalih jew partijiet minnu, fejn ikun hemm bżonn biex il-Eurojust tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha, lil membri nazzjonali oħrajn jew persunal tal-Eurojust awtorizzat mid-Direttur Amministrattiv.

3.           Il-membru nazzjonali li fetaħ fajl tax-xogħol temporanju għandu jiddeċiedi liema tagħrif relatat ma’ dan il-fajl tax-xogħol temporanju għandu jiddaħħal fil-werrej.

Artikolu 26 L-aċċess għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet fil-livell nazzjonali

1.           Il-persuni msemmija fl-Artikolu 20(2), diment li huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet, jista’ jkollhom aċċess biss:

a)      għall-werrej, sakemm il-membru nazzjonali li ddeċieda li jdaħħal id-dejta fil-werrej ma ċaħadx it-tali aċċess b’mod ċar;

b)      għall-fajls tax-xogħol temporanji miftuħin mill-membru nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom;

c)      għall-fajls tax-xogħol temporanji miftuħin minn membri nazzjonali ta’ Stati Membri oħrajn u li għalihom il-membru nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom ingħata aċċess sakemm il-membru nazzjonali li fetaħ il-fajl tax-xogħol temporanju ma ċaħadx it-tali aċċess b’mod ċar.

2.           Il-membru nazzjonali, fi ħdan il-limitazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 1, għandu jiddeċiedi dwar kemm jingħata aċċess għall-fajls tax-xogħol temporanji li jingħata fl-Istat Membru tiegħu lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 20(2) diment li huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet.

3.           Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-membru nazzjonali tiegħu, dwar kemm ser jagħti aċċess għall-werrej li jingħata f’dak l-Istat Membru lill-persuni msemmijin fl-Artikolu 20(2) diment li huma konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Eurojust u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.

4.           Il-persuni li ngħataw aċċess b’konformità mal-paragrafu 2 għandu jkollhom aċċess għall-werrej tal-inqas kemm hemm bżonn sabiex jagħmlu aċċess għall-fajls tax-xogħol temporanji li ngħataw aċċess għalihom.

KAPITOLU IV L-IPPROĊESSAR TAT-TAGĦRIF

Artikolu 27 L-ipproċessar ta’ dejta personali

1.           Diment li dan ikun meħtieġ biex tilħaq il-kompitu tagħha ddikjarat b’mod espliċitu, il-Eurojust, fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħha u sabiex twettaq il-funzjonijiet operazzjonali tagħha, tista’ tipproċessa permezz ta’ mezzi awtomatizzati jew f’fajls manwali strutturati b’konformità ma’ dan ir-Regolament dik id-dejta personali elenkata fil-punt 1 tal-Anness 2 biss, dwar persuni li, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati huma ssuspettati li wettqu jew ħadu sehem f’reat li l-Eurojust hija kompetenti għalih jew li ġew ikkundannati għat-tali reat.

2.           Il-Eurojust tista’ tipproċessa biss id-dejta personali elenkata fil-punt 2 tal-Anness 2, fuq persuni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, huma meqjusin bħala xhieda jew vittmi f’investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali rigward tip wieħed jew iktar minn fost id-delitti u r-reati msemmija fl-Artikolu 3, jew persuni ta’ inqas minn 18-il sena. L-ipproċessar tat-tali dejta personali jista’ jseħħ biss jekk dan ikun strettament meħtieġ biex jitwettaq il-kompitu tal-Eurojust iddikjarat b’mod espliċitu, fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħha u sabiex twettaq il-funzjonijiet operazzjonali tagħha.

3.           F’każijiet eċċezzjonali, il-Eurojust tista’ anki, għal perjodu limitat ta’ żmien li ma għandux jaqbeż iż-żmien meħtieġ għall-konsultazzjoni tal-każ li miegħu hija relatata d-dejta pproċessata, tipproċessa dejta personali minbarra dik imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 relatata maċ-ċirkustanzi ta’ reat meta din tkun immedjatament rilevanti u tkun inkluża għal investigazzjonijiet kurrenti li l-Eurojust tkun qed tikkoordina jew tgħin fil-koordinazzjoni tagħhom u meta l-ipproċessar tagħha jkun strettament neċessarju għall-fini speċifikati fil-paragrafu 1. L-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 31 għandu jkun mgħarraf minnufih bir-rikors għal dan il-paragrafu u biċ-ċirkustanzi speċifiċi li jiġġustifikaw il-ħtieġa tal-ipproċessar ta’ din id-dejta personali. Meta dejta oħra bħal din tkun tirreferi għal xhieda jew vittmi skont it-tifsira tal-paragrafu 2, id-deċiżjoni li tiġi pproċessata għandha tittieħed b’mod konġunt minn tal-inqas żewġ membri nazzjonali.

4.           Dejta personali, ipproċessata b’mezzi awtomatizzati jew oħrajn, li tikxef oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosifiku, sħubija fi trejdjunjins, u dejta li għandha x’taqsam mas-saħħa jew il-ħajja sesswali tista’ tiġi pproċessata mill-Eurojust biss meta din id-dejta tkun strettament neċessarja għall-investigazzjonijiet nazzjonali kkonċernati kif ukoll għall-koordinazzjoni fi ħdan il-Eurojust u jekk tissupplimenta dejta personali oħra li diġà ġiet ipproċessata. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mgħarraf minnufih bir-rikors għal dan il-paragrafu. Din id-dejta ma tistax tiġi pproċessata fil-Werrej imsemmi fl-Artikolu 24(4). Meta dejta oħra bħal din tirreferi għal xhieda jew vittmi skont it-tifsira tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni li tiġi pproċessata għandha tittieħed mill-Kulleġġ.

5.           Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Eurojust fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha. Dan ir-Regolament jippartikolarizza u huwa komplimentari mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 f’dak li għandu x’jaqsam mad-dejta personali pproċessata mill-Eurojust għall-kompiti operazzjonali tagħha.

Artikolu 28 Il-limiti ta’ żmien għall-ħżin ta’ dejta personali

1.           Dejta personali pproċessata mill-Eurojust ma tistax tibqa’ maħżuna wara l-ewwel data applikabbli minn fost dawn li ġejjin:

a)      id-data li fiha l-prosekuzzjoni tkun preskritta skont l-istatut tal-limitazzjonijiet tal-Istati Membri kollha kkonċernati mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet;

b)      id-data li fiha l-persuna tkun ġiet liberata u d-deċiżjoni ġudizzjarja saret finali;

c)      tliet snin wara d-data li fiha d-deċiżjoni ġudizzjarja tal-aħħar wieħed mill-Istati Membri kkonċernati mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjonijiet saret finali;

d)      id-data li fiha l-Eurojust u l-Istati Membri kkonċernati stabbilixxew jew qablu b’mod reċiproku li ma kienx għad hemm bżonn li l-Eurojust tikkoordina l-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet, sakemm ma jkunx hemm obbligu li l-Eurojust tkun ipprovduta b’din l-informazzjoni b’konformità mal-Artikolu 21(5) jew (6);

e)      tliet snin wara d-data li fiha ntbagħtet id-dejta b’konformità mal-Artikolu 21(6) jew (7).

2.           Ir-rispett tad-dati ta’ skadenza għall-ħżin imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandu jiġi analizzat b’mod kostanti bl-ipproċessar awtomatizzat xieraq. Minkejja dan, analiżi tal-bżonn ta’ ħżin tad-dejta għandha ssir kull tliet snin wara li tiddaħħal. Jekk dejta li tikkonċerna l-persuni msemmija fl-Artikolu 27(4) tinħażen għal perjodu itwal minn ħames snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi mgħarraf b’dan.

3.           Meta tkun għaddiet waħda mid-dati ta’ skadenza għall-ħżin imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, il-Eurojust għandha tanalizza jekk hemmx bżonn li d-dejta tibqa’ maħżuna sabiex tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha u, permezz ta’ deroga, tista’ tiddeċiedi li taħżen din id-dejta sal-analiżi li jmiss. Ir-raġunijiet għall-ħżin issoktat iridu jiġu ġustifikati u rreġistrati. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar il-ħżin issoktat tad-dejta personali, dik id-dejta għandha titħassar b’mod awtomatiku wara tliet snin. Madankollu, ladarba l-prosekuzzjoni tkun preskritta skont il-liġi fl-Istati Membri kollha kkonċernati kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, id-dejta tista’ tinħażen biss jekk tkun neċessarja sabiex il-Eurojust tipprovdi assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

4.           Meta, b’konformità mal-paragrafu 3, id-dejta tkun inħażnet wara d-dati msemmija fil-paragrafu 1, kull tliet snin il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu janalizza l-bżonn li dik id-dejta tinħażen.

5.           Meta fajl ikun fih dejta mhux awtomatizzata u mhux strutturata, ladarba tgħaddi d-data ta’ skadenza għall-ħżin tal-aħħar oġġett tad-dejta awtomatizzata mill-fajl, id-dokumenti kollha fil-fajl għandhom jitroddew lura lill-awtorità li pprovdietha u kwalunkwe kopja għandha tinqered.

6.           Meta l-Eurojust tkun ikkoordinat investigazzjoni jew prosekuzzjonijiet, il-membri nazzjonali kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Eurojust u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar id-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha relatati mal-każ li saru finali sabiex, fost l-oħrajn, ikun jista’ jiġi applikat il-punt (b) tal-paragrafu 1.

Artikolu 29 L-illoggjar u d-dokumentazzjoni

1.           Għall-fini ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-iżgurar ta’ integrità u sigurtà xierqa tad-dejta, il-Eurojust għandha żżomm rekords dwar kwalunkwe ġbir, bidla, aċċess, divulgazzjoni, taħlita jew tħassir ta’ dejta personali użata għal skopijiet operazzjonali. Dawn il-logs jew dokumentazzjoni għandhom jitħassru wara 18-il xahar, sakemm id-dejta ma tibqax meħtieġa għal kontroll kurrenti.

2.           Il-logs jew id-dokumentazzjoni mħejjija skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu komunikati fuq talba lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu juża din l-informazzjoni biss għall-fini ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-dejta, l-iżgurar ta’ pproċessar xieraq tad-dejta, u l-integrità u s-sigurtà tad-dejta.

Artikolu 30 L-aċċess awtorizzat għad-dejta personali

Huma biss il-membri nazzjonali, id-deputati u l-Assistenti tagħhom, il-persuni msemmija fl-Artikolu 20(2) diment li jkunu konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet u l-persunal awtorizzat tal-Eurojust li jistgħu, għall-fini ta’ twettiq tal-kompiti tal-Eurojust u fi ħdan il-limiti stipulati fl-Artikoli 24, 25 u 26, li għandhom aċċess għal dejta personali pproċessata mill-Eurojust għall-kompiti operazzjonali tagħha.

Artikolu 31  Il-ħatra tal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data

1.           Il-Bord Eżekuttiv għandu jaħtar Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data b’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.           Meta jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu:

a)      jiżgura li jinżamm rekord bil-miktub dwar it-trasferiment tad-dejta personali;

b)      jikkoopera mal-persunal tal-Eurojust responsabbli għall-proċeduri, it-taħriġ u l-pariri dwar l-ipproċessar tad-dejta;

c)      iħejji rapport annwali u jikkomunika dak ir-rapport lill-Kulleġġ u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

3.           Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu aċċess għad-dejta kollha pproċessata mill-Eurojust u għall-bini kollu tal-Eurojust.

4.           Il-membri tal-persunal tal-Eurojust li jassistu lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq tal-kompiti tiegħu għandu jkollhom aċċess għad-dejta personali pproċessata fil-Eurojust u għall-bini tal-Eurojust sakemm hemm bżonn biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

5.           Jekk l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data jqis li ma nżammitx konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew ma’ dan ir-Regolament relatat mal-ipproċessar ta’ dejta personali, għandu jgħarraf lid-Direttur Amministrattiv, u jitolbu jsolvi n-nuqqas ta’ konformità fi żmien speċifikat. Jekk id-Direttur Amministrattiv ma jsolvix in-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar fi żmien speċifikat, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jgħarraf lill-Kulleġġ u għandu jaqbel mal-Kulleġġ dwar żmien speċifiku għal tweġiba. Jekk il-Kulleġġ ma jsolvix in-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

6.           Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(8) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 32 Il-modalitajiet rigward l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess

1.           Kwalunkwe suġġett tad-dejta li jixtieq jeżerċita d-dritt ta’ aċċess għad-dejta personali jista’ jagħmel talba għal dan il-għan lill-awtorità magħżula għal dan il-għan fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu. Dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba lill-Eurojust bla dewmien u dejjem fi żmien xahar mir-riċevuta.

2.           It-talba għandha titwieġeb mill-Eurojust bla dewmien żejjed u dejjem fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tagħha mill-Eurojust.

3.           L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu kkonsultati mill-Eurojust fuq deċiżjoni li għandha tittieħed. Deċiżjoni dwar l-aċċess għad-dejta għandha tkun kondizzjonali fuq il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Eurojust u l-Istati Membri direttament ikkonċernati mill-komunikazzjoni tat-tali dejta. Fi kwalunkwe każ li fih Stat Membru joġġezzjona għal tweġiba proposta tal-Eurojust, dan għandu jgħarraf lill-Eurojust dwar ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu.

4.           Meta d-dritt ta’ aċċess ikun ristrett b’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Eurojust għandha tgħarraf lis-suġġett tad-dejta b’konformità mal-Artikolu 20(3) ta’ dak ir-Regolament bil-miktub. L-informazzjoni dwar ir-raġunijiet prinċipali tista’ titħassar meta l-forniment tat-tali informazzjoni jkun iċaħħad lir-restrizzjoni mill-effett tagħha. Is-suġġett tad-dejta għandu jkun tal-inqas mgħarraf li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għamel il-verifiki kollha neċessarji.

5.           Il-Eurojust għandha tiddokumenta r-raġunijiet għall-ommissjoni tar-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata r-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

6.           Il-membri nazzjonali kkonċernati mit-talba għandhom jindirizzawha u jieħdu deċiżjoni f’isem il-Eurojust. It-talba għandha tiġi indirizzata bis-sħiħ fi żmien tliet xhur mir-riċevuta. Meta l-membri ma jaqblux bejniethom, għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-Kulleġġ, li għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba b’maġġoranza ta’ żewġ terzi.

7.           Meta fl-applikazzjoni tal-Artikolu 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jivverifika l-legalità tal-ipproċessar imwettaq mill-Eurojust, dan għandu jgħarraf lis-suġġett tad-dejta tal-inqas li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għamel il-verifiki kollha neċessarji.

Artikolu 33 Id-dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar

1.           Jekk id-dejta personali li trid tiġi rettifikata, titħassar jew li l-ipproċessar tagħha jrid jiġi ristrett b’konformità mal-Artikoli 14, 15 jew 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tkun ġiet ipprovduta lill-Eurojust minn pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, partijiet privati, persuni privati jew hija r-riżultat ta’ analiżijiet li saru mill-Eurojust stess, il-Eurojust għandha tirretifika, tħassar jew tirrestrinġi l-ipproċessar tat-tali dejta.

2.           Jekk id-dejta personali li trid tiġi rettifikata, titħassar jew li l-ipproċessar tagħha jrid jiġi ristrett b’konformità mal-Artikolu 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tkun ġiet ipprovduta lill-Eurojust minn Stati Membri, il-Eurojust għandha tirretifika, tħassar jew tirrestrinġi l-ipproċessar tat-tali dejta f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri.

3.           Jekk intbagħtet dejta żbaljata b’mezz xieraq ieħor jew jekk l-iżbalji fid-dejta pprovduta mill-Istati Membri huma dovuti għal trasferiment li ġarrab ħsara jew intbagħtet bi ksur ta’ dan ir-Regolament jew jekk tirriżulta mit-tidħil, il-pussess jew il-ħżin żbaljat tagħhom jew bi ksur ta’ dan ir-Regolament mill-Eurojust, il-Eurojust għandha tirrettifika jew tħassar id-dejta f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.

4.           Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14, 15 jew 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, id-destinatarji kollha tat-tali dejta għandhom jiġu notifikati minnufih b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. B’konformità mar-regoli applikabbli għalihom, id-destinatarji għandhom jirrettifikaw, iħassru jew jirrestrinġu l-ipproċessar ta’ dik id-dejta fis-sistemi tagħhom.

5.           Il-Eurojust għandha tgħarraf lis-suġġett tad-dejta bil-miktub bla dewmien żejjed u dejjem fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tat-talba li d-dejta li tikkonċernah ġiet rettifikata, tħassret jew li l-ipproċessar tagħha ġie ristrett.

6.           Il-Eurojust għandha tgħarraf lis-suġġett tad-dejta bil-miktub dwar kwalunkwe rifjut ta’ rettifika, tħassir jew restrizzjonijiet għall-ipproċessar, u dwar il-possibilità li jippreżenta lment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u li jfittex rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 34 Ir-responsabilità fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta

1.           Il-Eurojust għandha tipproċessa dejta personali b’tali mod li jkun jista’ jiġi stabbilit liema awtorità pprovdiet id-dejta jew mnejn instabet id-dejta personali.

2.           Ir-responsabilità għall-kwalità tad-dejta personali għandha tiġġarrab mill-Istat Membru li pprovda d-dejta personali lill-Eurojust u mill-Eurojust għad-dejta personali pprovduta minn korpi tal-UE, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għad-dejta personali miksuba mill-Eurojust minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.

3.           Ir-responsabilità għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u dan ir-Regolament għandha tiġġarrab mill-Eurojust. Ir-responsabilità għal-legalità tat-trasferiment ta’ dejta personali pprovduta mill-Istati Membri lill-Eurojust għandha tiġġarrab mill-Istat Membru li jipprovdi d-dejta personali, u mill-Eurojust għad-dejta personali pprovduta lil Stati Membri, korpi tal-UE u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet mill-Eurojust.

4.           Soġġetta għal dispożizzjonijiet oħrajn f’dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tkun responsabbli għad-dejta kollha pproċessata minnha.

Artikolu 35 Il-kooperazzjoni bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta

1.           Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ awtoritajiet nazzjonali għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi li jeħtieġu involviment nazzjonali, b’mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jsibu diskrepanzi qawwijin bejn il-prattiki tal-Istati Membri jew trasferiment potenzjalment illegali li jużaw kanali ta’ komunikazzjoni tal-Eurojust, jew fil-kuntest ta’ mistoqsijiet imqajmin minn awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew iktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.           Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jistgħu, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ awditjar u spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jistudjaw problemi relatati mal-eżerċizzju ta’ superviżjoni indipendenti jew għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu għarfien dwar id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-dejta, kif ikun hemm bżonn.

3.           L-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għall-fini spejgati f’dan l-Artikolu, kif ikun hemm bżonn. L-ispejjeż u s-servizzi meħtieġa ta’ dawn il-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli tal-proċeduri għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati b’mod konġunt metodi ta’ ħidma oħrajn, skont kif ikun hemm bżonn.

Artikolu 36 Id-dritt ta’ preżentazzjoni ta’ lment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.           Meta lment ippreżentat minn suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikun relatat ma’ deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 jew 33, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkonsulta lill-korpi nazzjonali ta’ sorveljanza jew il-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew l-Istat Membru direttament ikkonċernat. Id-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li tista’ testendi għal rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni, għandha tittieħed f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp nazzjonali ta’ sorveljanza jew il-korp ġudizzjarju kompetenti.

2.           Meta lment ikun relatat mal-ipproċessar ta’ dejta pprovduta minn Stat Membru lill-Eurojust, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li saru l-verifiki meħtieġa kif suppost f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp nazzjonali ta’ sorveljanza tal-Istat Membru li pprovda d-dejta.

3.           Meta lment ikun relatat mal-ipproċessar tad-dejta pprovduta lill-Eurojust minn korpi tal-UE, pajjiżi terzi jew partijiet privati, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-Eurojust wettqet il-verifiki meħtieġa.

Artikolu 37 Ir-responsabilità għal ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat ta’ dejta

1            B’konformità mal-Artikolu 340 tat-Trattat, il-Eurojust għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkaġunata lil individwu li tirriżulta minn ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat tad-dejta mwettaq minnha.

2.           L-ilmenti kontra l-Eurojust skont ir-responsabilità msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinstemgħu mill-Qorti tal-Ġustizzja b’konformità mal-Artikolu 268 tat-Trattat.

3.           B’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkaġunata lil individwu, li tirriżulta minn ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat imwettaq minnha ta’ dejta li ġiet komunikata lill-Eurojust.

KAPITOLU V IR-RELAZZJONIJIET MAL-IMSIEĦBA

TAQSIMA I ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 38 Id-dispożizzjonijiet komuni

1.           Diment li dawn ikunu neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Eurojust tista’ tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet kooperattivi ma’ korpi u aġenziji tal-Unjoni b’konformità mal-għanijiet ta’ dawk il-korpi jew l-aġenziji, l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (Interpol).

2.           Sa fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha u soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni stipulata b’konformità mal-Artikolu 21(8), il-Eurojust tista’ tiskambja b’mod dirett l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dejta personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.           B’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Eurojust tista’ tirċievi u tipproċessa dejta personali riċevuta mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 sa fejn hemm bżonn għat-twettiq tal-kompiti tagħha u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IV.

4.           Id-dejta personali għandha tiġi ttrasferita biss mill-Eurojust lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-Interpol jekk dan ikun neċessarju għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Eurojust u b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jekk id-dejta li għandha tiġi ttrasferita tkun ġiet ipprovduta minn Stat Membru, il-Eurojust għandha tikseb il-kunsens tal-Istat Membru, sakemm:

a)      l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi preżunta peress li l-Istat Membru ma llimitax biċ-ċar il-possibilità ta’ trasferimenti ulterjuri; jew

b)      l-Istat Membru ma tax l-awtorizzazzjoni tiegħu minn qabel għal trasferiment ulterjuri bħal dan, jew f’termini ġenerali jew soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi. It-tali kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe waqt.

5.           It-trasferimenti ulterjuri lil partijiet terzi ta’ dejta personali riċevuta mingħand il-Eurojust mill-Istati Membri, korpi jew aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol għandhom ikunu projbiti sakemm il-Eurojust ma tkunx tat il-kunsens tagħha biċ-ċar wara li qieset iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, għal skop speċifiku li mhuwiex inkompatibbli mal-iskop li għalih intbagħtet id-dejta.

TAQSIMA II IR-RELAZZJONIJIET MAL-IMSIEĦBA

Artikolu 39 Il-kooperazzjoni man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u netwerks oħrajn tal-Unjoni Ewropea involuti fil-kooperazzjoni fi kwistjonijiet kriminali

1.           Il-Eurojust u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet kriminali għandhom iżommu relazzjonijiet privileġġati ma’ xulxin, fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni u komplimentarjetà, speċjalment bejn il-membru nazzjonali, il-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew tal-istess Stat Membru u l-korrispondenti nazzjonali għall-Eurojust u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. Biex tkun żgurata l-kooperazzjoni effiċjenti, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

a)      fuq il-bażi ta’ każ b’każ, il-membri nazzjonali għandhom jgħarrfu lill-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew dwar il-każijiet kollha li jqisu li n-Netwerk huwa f’pożizzjoni aħjar biex jindirizzahom;

b)      is-Segretarjat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għandu jkun jagħmel parti mill-persunal tal-Eurojust. Għandu jaħdem bħala unità separata. Jista’ juża r-riżorsi amministrattivi tal-Eurojust li huma neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, anki biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-laqgħat plenarji tan-Netwerk;

c)      il-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jkunu mistiedna fuq każ b’każ biex jattendu laqgħat tal-Eurojust.

2.           Is-Segretarjat tan-Netwerk għal Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta u tan-netwerk stabbilit mid-Deċiżjoni 2002/494/ĠAI għandhom jifformaw parti mill-persunal tal-Eurojust. Is-segretarjati għandhom jaħdmu bħala unitajiet separati. Jistgħu jużaw ir-riżorsi amministrattivi tal-Eurojust li huma neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Il-koordinazzjoni bejn is-segretarjati għandha tkun żgurata mill-Eurojust. Dan il-paragrafu għandu japplika għas-segretarjat ta’ kwalunkwe netwerk ġdid stabbilit minn deċiżjoni tal-Kunsill fejn dik id-deċiżjoni tipprovdi li s-segretarjat għandu jkun ipprovdut mill-Eurojust.

3.           In-netwerk stabbilit mid-Deċiżjoni 2008/852/ĠAI jista’ jitlob li l-Eurojust tipprovdi segretarjat għan-netwerk. Jekk issir talba bħal din, għandu jkun japplika l-paragrafu 2.

Artikolu 40 Ir-relazzjonijiet mal-Europol

1.           Il-Eurojust għandha tieħu kull miżura xierqa biex il-Europol, fi ħdan il-mandat tagħha, tkun tista’ tagħmel aċċess fuq il-bażi ta’ sistema ta’ qbil/nuqqas ta’ qbil mal-informazzjoni pprovduta mal-Eurojust, bla ħsara għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol li pprovdewha. Fil-każ ta’ sejba, il-Europol tista’ tniedi l-proċedura li skont din l-informazzjoni li ġġenerat is-sejba tista’ tinqasam, b’konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru, tal-korp tal-Unjoni, tal-pajjiż terz, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew tal-Interpol li pprovdew l-informazzjoni lill-Eurojust.

2.           It-tiftixiet ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom isiru biss għall-fini ta’ identifikazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni disponibbli fil-Eurojust taqbilx mal-informazzjoni pproċessata fil-Europol.

3.           Il-Eurojust għandha tippermetti li jsiru tiftixiet skont il-paragrafu 1 biss wara li tikseb mill-Europol l-informazzjoni dwar liema membri tal-persunal intgħażlu bħala awtorizzati sabiex iwettqu t-tali tiftixiet.

4.           Jekk matul l-attivitajiet ta’ pproċessar tal-informazzjoni tal-Eurojust fir-rigward ta’ investigazzjoni, il-Eurojust jew Stat Membru jidentifikaw il-bżonn ta’ koordinazzjoni, kooperazzjoni jew appoġġ b’konformità mal-mandat tal-Europol, il-Eurojust għandha tinnotifikahom dwar dan u għandha tniedi l-proċedura għall-qsim tal-informazzjoni, b’konformità mad-deċiżjoni tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni. F’dan il-każ, il-Eurojust għandha tikkonsulta mal-Europol.

5.           Il-Europol għandha tirrispetta kwalunkwe restrizzjoni fl-aċċess jew l-użu, f’termini ġenerali jew speċifiċi, indikati minn Stati Membri, korpi jew aġenziji tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol.

Artikolu 41 Ir-relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1.           Il-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjoni speċjali mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fuq il-bażi ta’ kooperazzjoni mill-qrib u l-iżvilupp ta’ rabtiet operazzjonali, amministrattivi u maniġerjali bejniethom kif definit iktar ’l isfel. Għal dan il-għan, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-President tal-Eurojust għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess komuni.

2.           Il-Eurojust għandha tittratta kwalunkwe talba għal appoġġ li tasal mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bla dewmien żejjed, u għandha tindirizza t-tali talbiet, fejn xieraq, daqslikieku waslu minn awtorità nazzjonali kompetenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja.

3.           Kull meta jkun hemm bżonn, il-Eurojust għandha tuża s-Sistemi ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Eurojust stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 20, kif ukoll ir-relazzjonijiet li stabbilixxiet ma’ pajjiżi terzi, inklużi l-maġistrati ta’ kollegament tagħha, biex tappoġġja l-kooperazzjoni stabbilita b’konformità mal-paragrafu 1.

4.           Il-kooperazzjoni stabbilita b’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża dejta personali. Kwalunkwe dejta li għalhekk tiġi skambjata għandha tintuża biss għall-fini li ġiet ipprovduta. Kwalunkwe użu ieħor tad-dejta għandu jkun permess biss sa fejn it-tali użu jkun jaqa’ taħt il-mandat tal-korp li jirċievi d-dejta, u soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-korp li pprovda d-dejta.

5.           Għall-fini ta’ identifikazzjoni ta’ jekk l-informazzjoni disponibbli fil-Eurojust taqbilx mal-informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Eurojust għandha timplimenta mekkaniżmu għall-kontroverifika awtomatika ta’ dejta mdaħħla fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet tagħha. Kull meta jkun hemm qbil bejn id-dejta mdaħħla fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u d-dejta mdaħħla mill-Eurojust, il-fatt li hemm qbil ser jiġi komunikat kemm lill-Eurojust kif ukoll lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif ukoll lill-Istat Membru li pprovda d-dejta lill-Eurojust. Fil-każijiet li fihom id-dejta tkun ġiet ipprovduta minn parti terza, il-Eurojust għandha tinnotifika lil dik il-parti terza dwar il-qbil li nstab bil-kunsens tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

6.           Il-Eurojust għandha tagħżel u tgħarraf lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew dwar liema membri tal-persunal għandhom ikunu awtorizzati jkollhom aċċess għar-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ kontroverifika.

7.           Il-Eurojust għandha tappoġġja l-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew permezz ta’ servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-persunal tagħha. It-tali appoġġ dejjem għandu jinkludi:

a)      appoġġ tekniku fit-tħejjija tal-baġit annwali, id-dokument ta’ programmazzjoni li fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali u l-pjan tal-ġestjoni;

b)      appoġġ tekniku fil-ħatra ta’ persunal u fil-ġestjoni tal-karrieri;

c)      servizzi tas-sigurtà;

d)      servizzi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni;

e)      servizzi ta’ ġestjoni finanzjarja, kontabilistiċi u tal-awditjar;

f)       kwalunkwe servizz ieħor ta’ interess komuni.

Id-dettalji tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

8.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jindirizza opinjonijiet bil-miktub lill-Kulleġġ, li l-Kulleġġ għandu jwieġeb bil-miktub bla dewmien żejjed. It-tali opinjonijiet bil-miktub dejjem għandhom jiġu ppreżentati kull meta l-Kulleġġ jadotta l-baġit annwali u l-programm ta’ ħidma.

Artikolu 42 Ir-relazzjonijiet ma’ korpi u aġenziji oħrajn tal-Unjoni

1.           Il-Eurojust għandha tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet kooperattivi man-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju.

2.           L-OLAF jista’ jikkontribwixxi għall-ħidma ta’ koordinazzjoni tal-Eurojust rigward il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’konformità mal-mandat tiegħu skont ir-Regolament (UE, Euratom) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru .../2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999.

3.           Għall-fini tar-riċevuta u t-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn il-Eurojust u l-OLAF, u bla ħsara għall-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri nazzjonali tal-Eurojust jitqiesu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biss għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999[19]. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-OLAF u l-membri nazzjonali għandu jsir bla ħsara għall-informazzjoni li trid tingħata lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont dawn ir-Regolamenti.

TAQSIMA III IL-KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 43 Ir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali

1.           Il-Eurojust tista’ tistabbilixxi arranġamenti tax-xogħol mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 38(1).

2.           Bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti, il-Eurojust tista’ tagħżel punti ta’ kuntatt f’pajjiżi terzi biex tħaffef il-kooperazzjoni.

TAQSIMA IV IT-TRASFERIMENTI ta’ DEJTA PERSONALI

Artikolu 44 It-trasferiment ta’ dejta personali lil korpi jew aġenziji tal-Unjoni

Soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli skont l-Artikolu 21(8), il-Eurojust tista’ tittrasferixxi b’mod dirett dejta personali lil korpi jew aġenziji tal-Unjoni sa fejn dan ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tagħha jew dawk tal-korp jew l-aġenzija tal-Unjoni riċevituri.

Artikolu 45 It-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.           Il-Eurojust tista’ tittrasferixxi dejta personali lil awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jew l-Interpol, diment li dan ikun neċessarju biex twettaq il-kompiti tagħha, fuq il-bażi biss ta’:

a)      deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata b’konformità mal-Artikoli 25 u 31 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20] li dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali, jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni (deċiżjoni dwar l-adegwatezza); jew

b)      ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li jżid salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi; jew

c)      ftehim ta’ kooperazzjoni konkluż bejn il-Eurojust u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali b’konformità mal-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI .

Dawn it-trasferimenti ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ulterjuri. Il-Eurojust tista’ tikkonkludi arranġamenti tax-xogħol biex timplimenta t-tali ftehimiet jew deċiżjonijiet tal-adegwatezza.

2.           Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-Eurojust tista’ tawtorizza t-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol fuq bażi ta’ każ b’każ jekk:

a)      it-trasferiment tad-dejta huwa assolutament meħtieġ biex jiġu salvagwardjati l-interessi essenzjali ta’ wieħed mill-Istati Membri jew iktar fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għanijiet tal-Eurojust;

b)      it-trasferiment tad-dejta huwa assolutament meħtieġ fl-interessi tal-prevenzjoni ta’ periklu imminenti assoċjat mal-kriminalità jew reati terroristiċi;

c)      it-trasferiment huwa neċessarju jew legalment meħtieġ b’mod ieħor għal raġunijiet ta’ interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, kif rikonoxxut mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

d)      it-trasferiment huwa neċessarju biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew persuna oħra.

3.           Barra minn hekk, il-Kulleġġ, bi qbil mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jista’ jawtorizza sett ta’ trasferimenti f’konformità mal-punti a) sa d) iktar ’il fuq, filwaqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ salvagwardji fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi, għal perjodu ta’ mhux iktar minn sena, li jista’ jiġġedded.

4.           Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mgħarraf bil-każijiet li fihom ġie applikat il-paragrafu 3.

5.           Il-Eurojust tista’ tittrasferixxi dejta personali amministrattiva b’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 46 Il-maġistrati ta’ kollegament ippostjati f’pajjiżi terzi

1.           Għall-fini ta’ tħaffif tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ma’ pajjiżi terzi f’każijiet li fihom il-Eurojust qed tipprovdi assistenza b’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kulleġġ jista’ jippostja maġistrati ta’ kollegament f’pajjiż terz soġġett għal arranġament tax-xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 43 ma’ dak il-pajjiż terz.

2.           Il-maġistrat ta’ kollegament imsemmi fil-paragrafu 1 huwa meħtieġ ikollu esperjenza tax-xogħol mal-Eurojust u għarfien adegwat fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja u kif taħdem il-Eurojust. L-ippostjar ta’ maġistrat ta’ kollegament f’isem il-Eurojust għandu jkun soġġett għall-kunsens minn qabel tal-maġistrat u tal-Istat Membru tiegħu.

3.           Meta l-maġistrat ta’ kollegament ippostjat mill-Eurojust jingħażel minn fost membri nazzjonali, deputati jew assistenti:

a)      għandu jkun sostitwit fil-funzjoni tiegħu bħala membru nazzjonali, deputat jew Assistent, mill-Istat Membru;

b)      ma jibqax intitolat li jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu b’konformità mal-Artikolu 8.

4.           Bla ħsara għall-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kulleġġ għandu jfassal ir-regoli dwar l-ippostjar ta’ maġistrati ta’ kollegament u jadotta l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni neċessarji f’dan ir-rigward f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

5.           L-attivitajiet tal-maġistrati ta’ kollegament ippostjati mill-Eurojust għandhom ikunu s-suġġett ta’ superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-maġistrati ta’ kollegament għandhom jirrapportaw mal-Kulleġġ, li għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rapport annwali u bil-mod xieraq dwar l-attivitajiet tagħhom. Il-maġistrati ta’ kollegament għandhom jgħarrfu lill-membri nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-każijiet kollha li jikkonċernaw l-Istat Membru tagħhom.

6.           L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-maġistrati ta’ kollegament imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkuntattjaw lil xulxin direttament. F’dawn il-każijiet, il-maġistrat ta’ kollegament għandu jgħarraf lill-membru nazzjonali kkonċernat dwar dawn il-kuntatti.

7.           Il-maġistrati ta’ kollegament imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet.

Artikolu 47 It-talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja lil pajjiżi terzi u mingħandhom

1.           Il-Eurojust għandha tikkoordina l-eżekuzzjoni tat-talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja maħruġin minn pajjiż terz fejn dawn it-talbiet ikunu parti mill-istess investigazzjoni u jeħtieġu eżekuzzjoni f’tal-inqas żewġ Stati Membri. It-tali talbiet jistgħu jintbagħtu wkoll lill-Eurojust minn awtorità nazzjonali kompetenti.

2.           Fil-każ ta’ urġenza u b’konformità mal-Artikolu 19, il-Koordinazzjoni Attiva (OCC) tista’ tirċievi u tipproċessa talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u maħruġin minn pajjiż terz li kkonkluda arranġament tax-xogħol mal-Eurojust.

3.           Bla ħsara għall-Artikolu 3(3), meta jsiru talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja, li jkunu relatati mal-istess investigazzjoni u jkunu jeħtieġu eżekuzzjoni f’pajjiż terz, il-Eurojust għandha tħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja ma’ dak il-pajjiż terz.

KAPITOLU VI ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 48 Il-baġit

1.           L-istimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Eurojust għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena tal-kalendarju, u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Eurojust.

2.           Il-baġit tal-Eurojust għandu jkun ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u nfiq.

3.           Bla ħsara għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Eurojust għandu jinvolvi:

a)      kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

b)      kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri;

c)      imposti għal pubblikazzjonijiet u kwalunkwe servizz ipprovdut mill-Eurojust;

d)      għotjiet ad-hoc.

4.           In-nefqa tal-Eurojust għandha tinkludi remunerazzjoni tal-persunal, spejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura, spejjeż operazzjonali.

Artikolu 49 L-istabbiliment tal-baġit

1.           Kull sena, id-Direttur Amministrattiv għandu jfassal abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust f’daqqa, għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluża t-tabella tal-persunal, u jibagħtu lill-Kulleġġ.

2.           Fuq il-bażi ta’ dan l-abbozz, il-Kulleġġ għandu jipproduċi abbozz tal-istima provviżorja tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust għas-sena finanzjarja ta’ wara.

3.           L-abbozz tal-istima provviżorja tad-dħul u n-nefqa tal-Eurojust għandu jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. Il-Kulleġġ għandu jibgħat abbozz tal-istima finali, li għandu jinkludi abbozz tat-tabella tal-persunal, lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu.

4.           Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-istimi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

5.           Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-istimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni ddebitata lill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta quddiem l-awtorità tal-baġit b’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat.

6.           L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Eurojust.

7.           L-awtorità tal-baġit għandha tadotta t-tabella tal-persunal tal-Eurojust.

8.           Il-baġit tal-Eurojust għandu jiġi adottat mill-Kulleġġ. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

9.           Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li aktarx ikollu implikazzjonijiet importanti għall-baġit, il-Eurojust għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malajr kemm jista’ jkun skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

10.         Ħlief f’każijiet ta’ force majeure msemmija fl-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proġett ta’ bini fi żmien erba’ ġimgħat mir-riċevuta tiegħu miż-żewġ istituzzjonijiet.

Il-proġett ta’ bini għandu jitqies approvat wara li jgħaddi dan il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jiħdux deċiżjoni kontra l-proposta fi ħdan dak iż-żmien.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu tħassib iġġustifikat sew fi ħdan dak il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat, dak il-perjodu għandu jittawwal darba b’ġimagħtejn.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jieħdu deċiżjoni li tmur kontra l-proġett ta’ bini, il-Eurojust għandha tirtira l-proposta tagħha u tista’ tippreżenta waħda ġdida.

11.         Il-Eurojust tista’ tiffinanzja proġett ta’ akkwiżizzjoni tal-baġit permezz ta’ self soġġett għal approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-baġit b’konformità mal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

Artikolu 50 L-implimentazzjoni tal-baġit

Id-Direttur Amministrattiv għandu jaġixxi bħala l-uffiċjal awtorizzanti tal-Eurojust u għandu jimplimenta l-baġit tal-Eurojust bir-responsabilità tiegħu u fi ħdan il-limiti awtorizzati fil-baġit.

Artikolu 51 Il-preżentazzjoni tal-kontijiet u r-rilaxx

1.           Sal-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Eurojust għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

2.           Il-Eurojust għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara.

3.           Sal-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Eurojust konsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni lill-Qorti tal-Awdituri.

4.           B’konformità mal-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, tista’ tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet provviżorji tal-Eurojust.

5.           Malli jaslulu l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Eurojust skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012, id-Direttur Amministrattiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Eurojust taħt ir-responsabilità tiegħu u jippreżentahom lill-Kulleġġ għal opinjoni.

6.           Il-Kulleġġ għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Eurojust.

7.           Sal-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Kulleġġ.

8.           Il-kontijiet finali tal-Eurojust għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.

9.           Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat it-tweġiba tiegħu lill-Kulleġġ u lill-Kummissjoni wkoll.

10.         Id-Direttur Amministrattiv għandu jirrapporta għand il-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta’ dmirijietu meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Amministrattiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq ta’ dmirijietu.

11.         Id-Direttur Amministrattiv għandu jippreżenta quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ rilaxx għas-sena finanzjarja inkwistjoni b’konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

12.         Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti rilaxx lid-Direttur Amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 52 Ir-regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Eurojust għandhom jiġu adottati mill-Kulleġġ b’konformità mar-[Regolament 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej] u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Ma għandhomx jitilqu mir-[Regolament 2343/2002] sakemm it-tali tluq ma jkunx meħtieġ b’mod speċifiku għall-opinjoni tal-Eurojust u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

KAPITOLU VII ID-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PERSUNAL

Artikolu 53 Id-dispożizzjonijiet ġenerali

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Uffiċjali l-Oħra tal-Unjoni Ewropea u r-regoli adottati bi qbil bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u dawk il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Uffiċjali l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Eurojust.

Artikolu 54 L-esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.           Il-Eurojust tista’ tuża esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux imħaddem mill-Eurojust.

2.           Il-Kulleġġ għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar is-sekondar għall-Eurojust ta’ esperti nazzjonali.

KAPITOLU VIII L-EVALWAZZJONI U R-RAPPORTAR

Artikolu 55 L-involviment tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali

1.           Il-Eurojust għandha tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlament Ewropew, li jista’ jippreżenta osservazzjonijiet u konklużjonijiet.

2.           Il-President tal-Kulleġġ għandu jidher quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Eurojust, u b’mod partikolari biex jippreżenta r-Rapporti Annwali tiegħu, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità. It-taħditiet ma għandhomx jirreferu b’mod dirett jew indirett għal azzjonijiet konkreti fir-rigward ta’ każijiet operazzjonali speċifiċi.

3.           Minbarra l-obbligi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni l-oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Eurojust għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew għal informazzjoni:

a)      ir-riżultati tal-istudji u l-proġetti strateġiċi elaborati jew kummissjonati mill-Eurojust;

b)      arranġamenti tax-xogħol konklużi ma’ partijiet terzi;

c)      ir-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4.           Il-Eurojust għandha tibgħat ir-Rapport Annwali tagħha lill-Parlamenti Nazzjonali. Il-Eurojust għandha tibgħat ukoll lill-Parlamenti nazzjonali d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 56 L-evalwazzjoni u r-reviżjoni

1.           Sa mhux iktar tard minn [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u impatt ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll l-effettività u l-effiċjenza tal-Eurojust u l-prattiki tax-xogħol tagħha. L-evalwazzjoni għandha tindirizza b’mod partikolari l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Eurojust, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

2.           Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Parlamenti nazzjonali, lill-Kunsill u lill-Kulleġġ. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

3.           Kull darba li ssir it-tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll r-riżultati miksubin mill-Eurojust fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha.

KAPITOLU IX ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 57 Il-Privileġġi u l-Immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Eurojust u l-persunal tiegħu.

Artikolu 58

L-arranġamenti lingwistiċi

1.           Ir-Regolament Nru 1[21] għandu japplika għall-Eurojust.

2.           Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Eurojust għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 59 Il-kunfidenzjalità

1.           Il-membri nazzjonali, id-deputati u l-Assistenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7, il-persunal tal-Eurojust, il-korrispondenti nazzjonali u l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu marbutin b’obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni li jsibu matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.           L-obbligu ta’ kunfidenzjalità għandu japplika għall-persuni kollha u l-korpi kollha magħżulin sabiex jaħdmu mal-Eurojust.

3.           L-obbligu ta’ kunfidenzjalità għandu japplika wkoll wara t-tluq mill-uffiċċju jew l-impjieg jew wara tmiem l-attivitajiet tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.           L-obbligu ta’ kunfidenzjalità għandu japplika għall-informazzjoni kollha riċevuta mill-Eurojust, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

5.           Il-membri u l-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu ta’ kunfidenzjalità fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni li sabu matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 60 It-trasparenza

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal dokumenti relatati mal-kompiti amministrattivi tal-Eurojust.

2.           Fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Kulleġġ għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.           Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Eurojust skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jifformaw is-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat, rispettivament.

Artikolu 61 L-OLAF u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri

1.           Biex titħaffef il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha taderixxi fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Eurojust billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

2.           Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħat tal-awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi tal-Unjoni mill-Eurojust.

3.           L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[22] bil-għan li jistabbilixxi jekk seħħitx xi irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta man-nefqa ffinanzjata mill-Eurojust.

4.           Bla ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3, arranġamenti tax-xogħol ma’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-Interpol, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għoti u d-deċiżjonijiet ta’ għoti tal-Eurojust għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa b’mod espressiv lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu t-tali awditjar u investigazzjonijiet, b’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 62 Ir-regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

Il-Eurojust għandha tapplika l-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stipulat fl-anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, il-Euratom[23]. Dan għandu jkopri, inter alia, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin tat-tali informazzjoni.

Artikolu 63 L-investigazzjonijiet amministrattivi

L-attivitajiet amministrattivi tal-Eurojust għandhom ikunu soġġetti għall-investigazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew b’konformità mal-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 64 Responsabilità oħra minbarra r-responsabilità għall-ipproċessar mhux awtorizzat jew żbaljat ta’ dejta

1.           Ir-responsabilità kuntrattwali tal-Eurojust għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2.           Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab f’kuntratt konkluż mill-Eurojust.

3.           Fil-każ ta’ responsabilità mhux kuntrattwali, il-Eurojust, b’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri u b’mod indipendenti minn kwalunkwe responsabilità skont l-Artikolu 37, għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkaġunata mill-Kulleġġ jew il-persunal tal-Eurojust fit-twettiq ta’ dmirijietha.

4.           Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għall-ħsara kkaġunata minħabba membru nazzjonali, deputat jew Assistent fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Madankollu, meta dawn ikunu qed jaġixxu fuq il-bażi tas-setgħat mogħtija lilhom skont l-Artikolu 8, l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom għandu jrodd lill-Eurojust is-somom li l-Eurojust ħallset biex tagħmel tajjeb għat-tali ħsara.

5.           Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fit-tilwim fuq kumpens għall-ħsarat imsemmija fil-paragrafu 3.

6.           Il-qrati nazzjonali tal-Istati Membri kompetenti sabiex jindirizzaw tilwim li jinvolvi r-responsabilità tal-Eurojust kif imsemmi f’dan l-Artikolu għandhom jiġu determinati b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001[24].

7.           Ir-responsabilità personali tal-persunal tagħha lejn il-Eurojust għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għalihom.

Artikolu 65 Il-ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kundizzjonijiet operazzjonali

Is-sede tal-Eurojust għandha tkun l-Aja, il-Pajjiżi l-Baxxi.

L-arranġamenti neċessarji dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-Eurojust fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-faċilitajiet li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fil-Pajjiżi l-Baxxi għad-Direttur Amministrattiv, il-membri tal-Kulleġġ, il-persunal tal-Eurojust u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn il-Eurojust u l-Pajjiżi l-Baxxi ladarba tinkiseb l-approvazzjoni tal-Kulleġġ.

Il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżguraw it-tħaddim tal-Eurojust, inklużi skejjel multilingwi orjentati lejn l-Ewropa u konnessjonijiet tat-trasport xierqa.

Artikolu 66 Il-ftehimiet tranżitorji

1.           Il-Eurojust għandha tkun is-suċċessur legali ġenerali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi minn, għar-responsabilitajiet ta’, u għall-proprjetajiet mixtrija mill-Eurojust kif stipulat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI.

2.           Il-membri nazzjonali tal-Eurojust li kienu sekondati minn kull Stat Membru skont id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI għandhom jieħdu r-rwol tal-membri nazzjonali tal-Eurojust skont it-Taqsima II ta’ dan ir-Regolament. Il-mandat tagħhom jista’ jiġi estiż darba skont l-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament minn kwalunkwe estensjoni li ngħatat qabel.

3.           Il-President u l-Viċi Presidenti tal-Eurojust fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu r-rwol tal-President u l-Viċi Presidenti tal-Eurojust skont l-Artikolu 11, sakemm jiskadilhom il-mandat skont id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI. Jistgħu jerġgħu jiġu eletti darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 11(3) ta’ dan ir-Regolament, irrispettivament minn rielezzjoni preċedenti.

4.           Id-Direttur Amministrattiv li nħatar l-aħħar skont l-Artikolu 29 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI għandu jieħu r-rwol tad-Direttur Amministrattiv b’konformità mal-Artikolu 17 sakemm jgħaddilu l-mandat tiegħu skont id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI. Il-mandat tad-Direttur Amministrattiv jista’ jiġi estiż darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

5.           Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-forza legali tal-ftehimiet konklużi mill-Eurojust kif stabbiliti mid-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI. B’mod partikolari, il-ftehimiet internazzjonali kollha konklużi mill-Eurojust li daħlu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu legalment validi.

Artikolu 67 Ir-revoka

1.           Dan ir-Regolament jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjonijiet 2002/187/ĠAI, 2003/659/ĠAI u 2009/426/ĠAI.

2.           Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill irrevokati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 68 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS 1

Lista ta’ forom ta’ kriminalità serja li l-Eurojust hija kompetenti sabiex tindirizza b’konformità mal-Artikolu 3(1):

– kriminalità organizzata;

– terroriżmu;

– traffikar tad-drogi;

– ħasil tal-flus;

– korruzzjoni;

– kriminalità kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

– qtil, offiża gravi fuq il-persuna;

– ħtif, żamma kontra r-rieda u teħid ta’ ostaġġi;

– abbuż sesswali u sfruttament sesswali ta’ nisa u tfal, pornografija tat-tfal u solleċitament ta’ tfal għal skopijiet sesswali;

– razziżmu u ksenofobija;

– serq organizzat;

– kriminalità tal-vetturi;

– imbrolju u frodi;

– rikattar organizzat u estorsjoni;

– kontrafazzjoni u piraterija tal-prodotti;

– falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar ta’ dawn;

– falsifikazzjoni ta’ flus u mezzi ta’ ħlas;

– ċiberkriminalità;

– abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq finanzjarju;

– kuntrabandu ta’ migranti illegali;

– traffikar tal-bnedmin;

– kummerċ illeċitu f’organi u tessut tal-bniedem;

– traffikar illeċitu f’sustanzi tal-ormoni u promoturi tat-tkabbir oħrajn;

– traffikar illeċitu fi prodotti tal-kultura, inklużi antikwitajiet u xogħlijiet artistiċi;

– traffikar illeċitu f’armi, munizzjoni u splussivi;

– traffikar illeċitu fi speċi ta’ annimali fil-periklu;

– traffikar illeċitu fi speċi u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu;

– reati kontra l-ambjent;

– tniġġis b’sors minn bastimenti;

– kriminalità marbuta ma’ sustanzi nukleari u radjuattivi;

– ġenoċidji, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

ANNESS 2

Il-kategoriji ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 27

1.           a)       il-kunjom, l-isem tax-xbubija, l-ismijiet mogħtijin u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

b)      id-data u l-post tat-twelid;

c)      iċ-ċittadinanza;

d)      is-sess;

e)      il-post ta’ residenza, il-professjoni u l-inħawi tal-persuna kkonċernata;

f)       in-numri tas-sigurtà soċjali, il-liċenzji tas-sewqan, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni u d-dejta tal-passaport, Numri tad-dwana u ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa;

g)      l-informazzjoni dwar persuni ġuridiċi jekk tinkludi informazzjoni relatata ma’ individwi identifikati jew identifikabbli li huma s-suġġett ta’ investigazzjoni ġudizzjarja jew prosekuzzjoni;

h)      il-kontijiet tal-bank u l-kontijiet ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn;

i)       id-deskrizzjoni u l-għamla tar-reati allegati, id-data li fiha twettqu, il-kategorija kriminali tar-reati u l-progress tal-investigazzjonijiet;

j)       il-fatti li jindikaw firxa internazzjonali tal-każ;

k)      dettalji relatati mas-sħubija allegata ta’ organizzazzjoni kriminali;

l)       in-numri tat-telefown, l-indirizzi tal-posta elettronika, dejta dwar it-traffiku u dejta dwar il-post, kif ukoll id-dejta relatata meħtieġa biex jiġi identifikat l-abbonat jew l-utent;

m)     id-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vettura;

n)      il-profili tad-DNA stabbiliti mill-parti mhux kodifikatriċi tad-DNA, ritratti u marki tas-swaba’.

2.           a)       il-kunjom, l-isem tax-xbubija, l-ismijiet mogħtijin u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

b)      id-data u l-post tat-twelid;

c)      iċ-ċittadinanza;

d)      is-sess;

e)      il-post ta’ residenza, il-professjoni u l-inħawi tal-persuna kkonċernata;

f)       id-deskrizzjoni u l-għamla tar-reati li jinvolvuhom, id-data li fiha twettqu, il-kategorija kriminali tar-reati u l-progress tal-investigazzjonijiet.

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-għanijiet

              1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Id-durata u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu/i ta’ ġestjoni prospettat(i)

2.           Il-MIŻURI ta’ ĠESTJONI

              2.1.    Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

              2.2.    Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Il-miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    L-istima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Is-sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

              3.2.3. L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-[korp]

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

5.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

5.1.        It-titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (EUROJUST)

5.2.        Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[25]

Qasam politiku: 33 - Ġustizzja

Attività: 33.03 - Ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili (mill-2014: 33.03 – Ġustizzja)

5.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta’ tħejjija[26]

þ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni indirizzata mill-ġdid għal azzjoni ġdida

5.4.        L-għan(ijiet)

5.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku(ċi) pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-Eurojust twaqqfet wara inizjattiva mill-SM permezz tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI bħala korp tal-Unjoni b’personalità ġuridika bil-għan li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja. L-Artikolu 85 TFUE jistipula li l-Eurojust għandha tkun irregolata minn Regolament, adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-missjoni tagħha hija li tappoġġja u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar tal-Unjoni Ewropea. Din il-proposta għal Regolament tipprovdi għal qafas legali uniku mġedded għal Aġenzija ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, li hija s-suċċessur legali tal-Eurojust.

5.4.2.     L-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 2: Issaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u b’hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ Spazju Ġudizzjarju Ewropew ġenwin

Attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i

33.03 - Ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili

5.4.3.     Ir-riżultat(i) u l-impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Billi tiġbor flimkien prosekuturi u mħallfin anzjani mill-Istati Membri kollha tal-UE, il-Eurojust għandha rwol ċentrali fl-iżvilupp ta’ spazju ġudizzjarju Ewropew. Għandha rwol importanti ieħor fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali fl-UE bħala faċilitatur effettiv tal-kooperazzjoni ġudizzjarja li l-assistenza tiegħu dejjem qed titfittex iktar mill-prattikanti nazzjonali. L-effetti mistennija jinkludu:

1. Ħidma operazzjonali tal-Eurojust

Il-Eurojust tappoġġja u ssaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. Il-membri nazzjonali, li jaġixxu b’mod individwali jew bħala Kulleġġ, jintervjenu f’każijiet kriminali konkreti, fejn l-awtoritajiet nazzjonali jeħtieġu koordinazzjoni msaħħa jew għandhom bżonn jegħlbu diffikultajiet fl-użu prattiku tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-istrumenti ta’ rikonoxximent reċiproku. Il-Eurojust tgħin sabiex jonqsu d-differenzi fil-firxa wiesgħa ta’ sistemi u tradizzjonijiet legali tal-UE u sabiex titrawwem fiduċja reċiproka li hija fil-qalba tal-istrumenti ta’ rikonoxximent reċiproku billi ssolvi malajr problemi lingwistiċi jew legali jew tidentifika l-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi oħrajn.

2. Iċ-ċentru ta’ kompetenza ġudizzjarja tal-Eurojust għal azzjoni effettiva kontra l-kriminalità transkonfinali serja

Il-Eurojust għandha rwol importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali. Il-Eurojust torganizza laqgħat ta’ koordinazzjoni, fejn l-awtoritajiet nazzjonali jiltaqgħu sabiex jaqblu fuq approċċ komuni għall-investigazzjonijiet, iħejju talbiet ta’ assistenza, isolvu jew jantiċipaw tweġibiet għal mistoqsijiet legali jew jiddeċiedu fuq operazzjonijiet simultanji. Il-Eurojust hija involuta fit-twaqqif u l-parteċipazzjoni fil-JITs (Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta), li jappoġġjaw lill-Istati Membri.

3. Il-kooperazzjoni tal-Eurojust mal-imsieħba

Il-Eurojust tikkoopera ma’ aġenziji oħrajn, b’mod partikolari l-Europol, l-OLAF kif ukoll Stati terzi u tilqa’ fi ħdanha s-Segretarjati tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, in-Netwerk ta’ Esperti tat-Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunta u n-Netwerk dwar il-Ġenoċidji, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

4. Ir-relazzjonijiet tal-Eurojust mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

B’konformità mal-Artikolu 86 TFEU, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew irid ikun stabbilit “mill-Eurojust”. Għaldaqstant, din il-proposta għandha l-għan li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ukoll. L-appoġġ amministrattiv lill-EPPO ser jiġi pprovdut fuq bażi bla spejjeż.

5.4.4.     L-indikaturi tar-riżultat u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

B’konformità mal-Pjan Direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji, il-Kummissjoni qed tiżviluppa linji gwida għad-definizzjoni ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-Aġenziji. Dan huwa mistenni jkun konkluż fl-2013.

5.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

5.5.1.     Ir-rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu fit-terminu qasir jew fit-tul

Fil-perjodu qasir, il-Eurojust hija mistennija tkompli bl-attivitajiet ċentrali tagħha, b’mod partikolari dawk direttament relatati mal-appoġġ u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f’każijiet ta’ kriminalità transkonfinali serja. Il-fluss ta’ informazzjoni u r-rabta bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Eurojust għandhom jissaħħu.

Fit-terminu medju, l-istruttura, l-operazzjoni, il-kompiti u s-sorveljanza parlamentari tal-Eurojust ser jissaħħu permezz ta’ din il-proposta b’konformità mal-Artikolu 85 TFUE. Hemm anki rekwiżiti marbutin mal-Artikolu 86 TFUE u l-istabbiliment ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust: il-Eurojust ser tkun meħtieġa tipprovdi servizzi ta’ appoġġ amministrattiv lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

5.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud tal-azzjoni żviluppata mill-Eurojust: tħaffif tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u tisħiħ tal-koordinazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata b’mod iktar effettiv, għandu dimensjoni intrinsikament tal-UE u jista’ jinkiseb biss fil-livell tal-UE.

5.5.3.     Il-lezzjonijiet miksubin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ir-rapporti annwali tal-Eurojust jikkonfermaw li hemm bżonn kontniwu għal koordinazzjoni u appoġġ internazzjonali u mill-UE fil-qasam tal-kriminalità serja transkonfinali. L-aħħar deċennju ra żieda qawwija fil-kriminalità organizzata, bħal traffikar tad-drogi, traffikar tal-bnedmin, terroriżmu u ċiberkriminalità, inkluża pornografija tat-tfal. Qed ifeġġ xenarju kriminali ġdid, bil-preżenza dejjem ikbar ta’ gruppi ferm mobbli u flessibbli li joperaw f’bosta ġurisdizzjonijiet u setturi kriminali, u megħjuna, b’mod partikolari, b’użu mifrux u illeċitu tal-Internet. L-Istati Membri ma jistgħux jiġġieldu kontra dawn b’mod effettiv fil-livell nazzjonali, u b’hekk il-koordinazzjoni u l-assistenza jsiru kruċjali. Il-Eurojust hija l-unika aġenzija tal-UE li tappoġġja lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni xierqa ta’ dawn il-każijiet.

5.5.4.     Il-kompatibilità u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali huwa parti kruċjali mill-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-missjoni tal-Eurojust fit-tħaffif tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni hija żviluppata fil-kuntest ta’ strumenti legali oħrajn fl-ispazju bħall-Konvenzjoni tal-MLA tas-sena 2000, id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew jew id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-kunflitti ta’ ġurisdizzjonijiet. Is-sinerġiji mal-bqija tal-aġenziji tal-ĠAI, b’mod partikolari l-Europol, u l-bżonn li jiġi evitat xogħol doppju fil-kompiti u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni għandhom jibqgħu meħudin f’kunsiderazzjoni. Sinerġiji ċari ser ikunu anki parti mill-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

5.6.        Id-durata u l-impatt finanzjarju

¨ Il-proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ¨  Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  L-impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

x Il-proposta/inizjattiva ta’ durata illimitata

– L-implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

– segwita b’operazzjoni sħiħa.

5.7.        Il-metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[27]

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– ¨  mill-aġenziji eżekuttivi;

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi kompiti ta’ implimentazzjoni ta’ baġit ikunu fdati lill-:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi li għażlu;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

– ¨ BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– X korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

– Jekk huwa indikat iktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Din il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li timmodernizza l-qafas legali tal-Eurojust u tissimplifika l-funzjonament tagħha.

Ġiet abbozzata bi spirtu ta’ newtralità tal-baġit. Konsegwentement, il-programmazzjoni finanzjarja tal-Eurojust li tħejjiet għall-perjodu 2014-2020 adottata mill-Kummissjoni f’Lulju 2013 hija valida għal din il-proposta leġiżlattiva.

Madankollu, hemm element ġdid introdott minn dan ir-Regolament li huwa relatat mar-relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: kif definit f’dan ir-Regolament, il-Eurojust tipprovdi l-istrutturi ta’ appoġġ amministrattiv lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, inklużi l-finanzi, ir-riżorsi umani, is-sigurtà u l-informatika.

B’mod parallel, il-Eurojust ma tkomplix taħdem fuq ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE li jirrappreżentaw bejn 5 u 10% tal-volum attwali ta’ każijiet. Konsegwentement, il-karigi jistgħu jitmexxew fi ħdan l-aġenzija sabiex ikopru l-appoġġ għall-funzjoni tal-EPPO.

Għalhekk, l-impatt finanzjarju ta’ din il-proposta huwa newtrali għall-baġit u ma jibdilx it-total tal-karigi msemmijin fil-programmazzjoni finanzjarja għall-perjodu 2014-2020.

6.           IL-MIŻURI ta’ ĠESTJONI

6.1.        Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenzi u l-kundizzjonijiet.

Kull sena, il-President tal-Eurojust, f’isem il-Kulleġġ, għandu jibgħat ir-rapport Annwali lill-Parlament Ewropew dwar il-ħidma mwettqa mill-Eurojust, kif ukoll informazzjoni dwar l-arranġamenti tax-xogħol konklużi ma’ partijiet terzi, u r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Evalwazzjoni indipendenti esterna tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-attivitajiet tal-Eurojust għandha tiġi kkummissjonata mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin wara li jidħol fis-seħħ ir-Regolament, u mbagħad kull ħames snin.

6.2.        Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

6.2.1.     Ir-riskju/i identifikat(i)

F’dan l-istadju ma ġie identifikat ebda riskju speċifiku fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

6.2.2.     Il-metodu/metodi ta’ kontroll previst(i)

Il-Eurojust hija soġġetta għal kontrolli amministrattivi inkluż kontroll baġitarju, awditjar intern, rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u r-rilaxx annwali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE.

6.3.        Il-miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1073/1999 għandhom ikunu japplikaw bla restrizzjonijiet għall-Aġenzija.

7.           L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

7.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Il-linja baġitarja || It-tip ta’ nefqa || Il-kontribuzzjoni

Numru [Intestatura………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([28]) || minn pajjiżi tal-EFTA[29] || minn pajjiżi kandidati[30] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

3 || 33.0304 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (EUROJUST) || Diff || LE || IVA Wara ftehim || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitlubin

Fl-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Il-linja baġitarja || It-tip ta’ nefqa || Il-kontribuzzjoni

Numru [Intestatura………………………...……….] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| || Diff || LE || LE || LE || LE

7.2.        L-istima tal-impatt fuq in-nefqa

7.2.1.     Is-sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

L-intestatura tal-Qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 3 || Is-sigurtà u ċ-ċittadinanza

Il-EUROJUST || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

Titolu 1 || Impenji || (1) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2) || || || || || || || ||

Titolu 2 || Impenji || (1a) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Pagamenti || (2a) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Titolu 3 || Impenji || (3a) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| Pagamenti || (3b) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għall-EUROJUST || Impenji || =1+1a +3a || || || || || || || ||

Pagamenti || =2+2a +3b || || || || || || || ||

Il-Programm tal-Ġustizzja || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

33 03 02 – Titjib fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali || Impenji || (1) || || || || || || 0.400 || || 0.400

Pagamenti || (2) || || || || || || 0.400 || || 0.400

TOTAL tal-Programm tal-Ġustizzja[31] || Impenji || (1) || || || || || || 0.400 || || 0.400

Pagamenti || (2) || || || || || || 0.400 || || 0.400

Il-kalkolu attwali huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-istrutturi ta’ appoġġ amministrattiv ipprovduti mill-Eurojust lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, inklużi finanzi, riżorsi umani, sigurtà u informatika, huwa newtrali għall-baġit u ma jeħtieġx persunal addizzjonali mit-tabella tal-persunal tal-Eurojust, peress li huwa previst skjerament intern mill-ġdid fi ħdan il-Eurojust minħabba l-waqfien ta’ wħud mill-attivitajiet wara l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

F’termini prattiċi, l-istruttura amministrattiva tal-Eurojust tkopri kemm il-ħtiġijiet tal-Eurojust kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Din l-istruttura amministrattiva tkun qed tiżgura ppjanar u implimentazzjoni baġitarja koordinata, bosta aspetti ta’ ġestjoni tal-persunal u l-forniment tas-servizzi kollha l-oħrajn ta’ appoġġ.

Il-kontabilist tal-Eurojust huwa mistenni jkun il-kontabilist tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

L-ispejjeż għall-evalwazzjoni biex jiġu vvalutati b’mod partikolari l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-effettività u l-effiċjenza tal-Eurojust għandhom ikunu koperti mill-Programm tal-Ġustizzja l-ġdid.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || ‘In-nefqa amministrattiva’

miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DĠ: ĠUSTIZZJA ||

Ÿ Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL DĠ ĠUSTIZZJA || Approprjazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || || || || || 0.400 || || 0.400

Pagamenti || || || || || || 0.400 || || .0400

7.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

– X  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet impenjati f’miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

OUTPUTS

Tip[32] || Spiża medja || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1[33] ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 2 … || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 3 || || || || || || || || || || || || || || || ||

Output || || || || || || || || || || || || || || || ||

L-ISPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || . || || || || || ||

7.2.3.     L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-[korp]

7.2.3.1.  Is-sinteżi

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– o  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif deskritt hawn taħt:

f’Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE

Ir-riżorsi umani || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total

Il-karigi skont it-tabella tal-persunal (f’impjiegi) || || || || || || || ||

- Li minnhom AD || || || || || || || ||

- Li minnhom AST || || || || || || || ||

Il-persunal estern (FTE) || || || || || || || ||

- Li minnhom aġenti kuntrattwali || || || || || || || ||

- Li minnhom Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS) || || || || || || || ||

Total ta’ persunal || || || || || || || ||

miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

In-nefqa fuq il-persunal || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total

Il-karigi skont it-tabella tal-persunal || || || || || || || ||

- Li minnhom AD || || || || || || || ||

- Li minnhom AST || || || || || || || ||

Il-persunal estern || || || || || || || ||

- Li minnhom aġenti kuntrattwali || || || || || || || ||

- Li minnhom Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS) || || || || || || || ||

Total tan-nefqa fuq il-persunal || || || || || || || ||

7.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

– X  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani addizzjonali.

– Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani addizzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew massimu ta’ post deċimali wieħed)

|| || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Ÿ Il-karigi skont it-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| || || || || || || ||

|| Ÿ Il-persunal estern (f’Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)[34] ||

|| XX 01 02 01 (CA, ENS, INT mill-‘pakkett globali’) || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 ss[35] || - fil-Kwartieri Ġenerali[36] || || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, ENS, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, ENS, INT- Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || || || || || || ||

XX huwa l-qasam politiku jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa ser ikunu koperti mill-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie skjerat fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

L-uffiċjali u l-persunal temporanju || Monitoraġġ tal-politiki u pariri lill-aġenzija, parir baġitarju u finanzjarju lill-aġenzija u pagamenti propji, rilaxx, proċeduri tal-abbozz tal-baġit

Il-persunal estern ||

Deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispejjeż għal ekwivalenti għal full-time għandha tkun inkluża fl-Anness, taqsima 3.

7.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ser tinvolvi riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’riprogrammar huwa meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[37].

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

7.2.5.     Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– X Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi.

– Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

7.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

– X  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixxelanju

miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

Il-linja baġitarja tad-dħul: || L-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[38]

Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxelanju ‘assenjat’, speċifika l-linja/i baġitarja/i tal-infiq affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/ĠAI u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust. ĠU L 063, 6.3.2002, p. 1.

[2]               Il-kooperazzjoni u l-assistenza tal-pulizija msaħħin fil-prevenzjoni tal-kriminalità serja u l-ġlieda kontriha huma indirizzati fl-abbozz tal-proposta għal Regolament tal-Europol ġdid.

[3]               Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16.12.2008, ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14.

[4]               Ara COM(2008) 135

[5]               "Study on the Strengthening of Eurojust" (isem uffiċjali) imwettaq minn GHK.

[6]               ĠU, L 8, 12.1.2001, p. 1.

[7]               ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

[8]               ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44.

[9]               ĠU L 138, 4.6.2009, p.14.

[10]             ĠU L 167, 26.6.2002, p.1

[11]             ĠU L 332, 18.12.2007, p.103.

[12]             ĠU L 301, 12.11.2008, p.38.

[13]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1

[14]             ĠU L 105, 27.04.1996, p.1.

[15]             ĠU L 298, 26.10.2012, p.1.

[16]             ĠU L 136, 31.5.1999, p.1.

[17]             Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) tat-18 ta’ Diċembru 1961 li jistabbilixxi r-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU P 045, 14.6.1962, p. 1385, kif emendat, b’mod partikolari, mir-Regolament tal-Kunsill 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif sussegwentement ġie emendat hu stess.

[18]             Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) tat-18 ta’ Diċembru 1961 li jistabbilixxi r-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħrajn tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU P 045, 14.6.1962, p. 1385, kif emendat, b’mod partikolari, mir-Regolament tal-Kunsill 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif sussegwentement ġie emendat hu stess.

[19]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.

[20]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[21]             ĠU L 17, 6.10.1958, p.385.

[22]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[23]             ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

[24]             ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 huwa sostitwit mar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 mill-10 ta’ Jannar 2015

[25]             ABM: Immaniġġjar ibbażat fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

[26]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[27]             Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[28]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Non-Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[29]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[30]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[31]             L-Artikolu 56 tal-abbozz tar-Regolament jipprevedi obbligu li l-Kummisjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq studju estern.

[32]             L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, in-numru ta’ km ta’ toroq mibnijin, eċċ.).

[33]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. ‘L-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi…’

[34]             CA= Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija (‘Intérimaire’); ENS= Espert Nazzjonali Sekondat.

[35]             Sottolimitu għal persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (eks linji “BA”).

[36]             L-iktar għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[37]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[38]             Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, levies fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż ta’ ġbir.

Top