EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AE1035

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati” COM(2011) 778 final — 2011/0389 (COD) u “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku” COM(2011) 779 final — 2011/0359 (COD)

OJ C 191, 29.6.2012, p. 61–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/61


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati”

COM(2011) 778 final — 2011/0389 (COD)

u “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku”

COM(2011) 779 final — 2011/0359 (COD)

2012/C 191/12

Relatur: is-Sur MORGAN

Nhar it-13 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew, u nhar is-26 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati

COM(2011) 778 final – 2011/0389 (COD).

Nhar il-15 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew, u nhar is-26 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku

COM(2011) 779 final – 2011/0359 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-17 ta’ April 2012.

Matul l-480 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-25 u s-26 ta’ April 2012 (seduta tas-26 ta’ April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’110 voti favur, 18-il vot kontra u 63 astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Wara l-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper (OGP) dwar il-Politika tal-Awditjar (1), il-KESE stenna li d-Direttiva attwali 2006/43/KE dwar l-Awditjar (2) tiġi aġġornata. Issa l-Kummissjoni qed tipproponi li parti mid-Direttiva tiġi aġġornata iżda qed tipproponi wkoll li toħroġ Regolament għall-parti l-oħra.

1.2   Il-KESE jaqbel mal-abbozz ta’ Direttiva, li huwa konsistenti mal-OGP tal-Kumitat. Hemm ukoll ħafna aspetti tar-Regolament li l-KESE jaqbel magħhom.

1.3   L-iskop tal-format regolatorju jidher li hu doppju: li jintroduċi bidliet fundamentali fis-suq tal-awditjar u li jippreskrivi f’dettall konsiderevoli l-proċeduri dwar l-awditjar tal-kumpaniji u r-relazzjonijiet bejn il-bord u l-kumitat tal-awditjar.

1.4   Ma tantx ġiet ikkunsidrata r-rakkomandazzjoni tal-KESE li r-riforma tal-awditjar għandha tiġi integrata mar-rakkomandazzjonijiet dwar il-governanza korporattiva. M’hemm l-ebda diskussjoni dwar il-mod li bih kemm l-awdituri statutorji kif ukoll il-kumitati tal-awditjar għandhom itejbu l-komunikazzjoni mal-partijiet interessati u mad-detenturi ta’ ishma.

1.5   Il-Kummissjoni tipproponi bidliet fundamentali fis-suq tal-awditjar permezz ta’ rotazzjoni obbligatorja tal-awdituri statutorji wara sitt snin u permezz ta’ dispożizzjonijiet strutturali li jinvolvu s-servizzi mhux ta’ awditjar maħsuba biex irażżnu s-sehem ta’ ditti speċifiċi fis-suq f’ċerti stati Membri.

1.6   Minflok li s-sitwazzjoni tas-suq tal-awditjar tiġi indirizzata permezz ta’ Regolament, il-Kumitat ippropona li din il-kwistjoni titressaq quddiem l-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-awtoritajiet għandhom il-kapaċità li jwettqu valutazzjonijiet ekonomiċi fuq skala sħiħa u li jifformulaw soluzzjonijiet adegwati. F’dawn l-aħħar xhur, is-sitwazzjoni fir-Renju Unit tressqet quddiem l-Awtorità Kompetenti tar-Renju Unit. Bħalma semma fl-OGP tiegħu, il-KESE jixtieq iħeġġeġ lill-Ġermanja u lil Spanja biex jaġixxu bl-istess mod. Madankollu, il-KESE jirrikonoxxi li dan ir-Regolament ser jippermetti li l-verifiki tal-entitajiet ta’ interess pubbliku fl-Ewropa jkunu aktar koerenti, u jemmen li dan huwa essenzjali fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja u t-tisħiħ tas-suq intern.

1.7   Fl-OGP tiegħu, il-KESE ma appoġġjax ir-rotazzjoni obbligatorja tal-awdituri statutorji (AS). Minflok, ippropona l-obbligu li l-kuntratt ikun soġġett għal sejħa ġdida għall-offerti kull sitt jew tmien snin. Wara li qies il-proposti l-ġodda bl-attenzjoni meħtieġa, il-KESE jmantni l-pożizzjoni tiegħu, iżda jilqa’ aspetti oħra tar-Regolament. Peress li l-imsieħeb ewlieni tal-awditjar irid jinbidel kull seba’ snin fuq bażi ta’ rotazzjoni, il-KESE jipproponi li l-perjodu għall-ħruġ obbligatorju ta’ sejħiet ġodda għall-offerti jkun huwa wkoll ta’ seba’ snin.

1.8   Fl-OGP tiegħu, il-Kumitat esprima fehma ċara ħafna dwar is-servizzi mhux ta’ awditjar: l-awdituri statutorji m’għandhom jipprovdu lill-klijenti tal-awditjar statutorju tagħhom l-ebda servizz li jista’ joħloq kunflitt ta’ interessi għall-awditur statutorju, fi kliem ieħor, sitwazzjonijiet fejn l-awditur statutorju jkun qed jivverifika xogħlu stess. Fl-istess ħin, l-awdituri statutorji għandhom ikunu ħielsa biex jipprovdu l-firxa sħiħa ta’ servizzi mhux ta’ awditjar lil klijenti mhux ta’ awditjar. Il-benefiċċji mirbuħa mill-esperjenza jkunu jgħoddu kemm għall-klijenti tal-awditjar kif ukoll għall-klijenti mhux tal-awditjar.

1.9   Il-KESE ma jaqbilx mal-proposta rigward ditti li jwettqu l-awditjar biss. Il-formula li tiddetermina meta ditta tal-awditjar tiġi projbita milli toffri kwalunkwe servizz mhux ta’ awditjar għandha tiġi eliminata. Il-Kummissjoni hija kkonċernata dwar ir-riskji potenzjali relatati mad-dominanza tad-ditti fi tliet territorji. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tindirizza dawn il-ftit każijiet direttament jew permezz tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u/jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni.

1.10   Bħal fi kwalunkwe opinjoni tal-KESE, trid tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni tal-SMEs. Jekk SME jkollha ishma elenkati f’borża, tiġi definita bħala entità ta’ interess pubbliku u b’hekk tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet estensivi u preskrittivi tar-Regolament, li huwa ċar li tfasslu għall-awditjar tal-banek. Punt 4.1.1 jinkludi analiżi tad-ditti elenkati fil-Borża ta’ Londra. Il-Borża ta’ Londra hija aktar avvanzata minn boroż oħrajn fil-provvista ta’ kapital ta’ ekwità lil ditti żgħar. L-ekwità hija aktar flessibbli mis-self mill-bank. Nofs id-ditti elenkati fil-Borża ta’ Londra għandu jkollhom jew eżenzjoni jew deroga minn dan ir-Regolament, u l-istess għandu jgħodd għall-SMEs fi bnadi oħra fl-Ewropa.

1.11   Importanti li l-KESE jenfasizza li t-tieni paragrafru tal-Artikolu 14 jillimita b’mod strett dak li kieku d-detenturi ta’ ishma setgħu jistennew mill-awditjar statutorju u jqajjem mistoqsija dwar x’għandu jkun ir-rwol tal-awditjar.

1.12   Ir-Regolament imiss ukoll l-istandards tal-etika, tal-kontabilità u tal-kwalità li diġà jitħaddmu fis-settur u ma jagħmel l-ebda referenza għall-iżvilupp ta’ standards rilevanti. Il-Kummissjoni beħsiebha tqiegħed fil-ġenb il-ħidma ta’ dawn il-korpi?

1.13   Bħala konklużjoni, il-KESE jagħti appoġġ sħiħ lid-Direttiva riveduta u jsib ħafna x’jappoġġja fir-Regolament. Il-KESE huwa preokkupat ħafna dwar l-applikabbiltà tar-Regolament għall-SMEs u jirrakkommanda li jkomplu jiġu kkunsidrati l-proposti li huma aktar radikali.

2.   Introduzzjoni

2.1   Din l-opinjoni hija risposta għal żewġ proposti paralleli tal-Kummissjoni: Regolament maħsub biex iżid il-kwalità tal-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-entitajiet ta’ interess pubbliku u Direttiva maħsuba biex issaħħaħ is-suq uniku għall-awditjar statutorju. Dawn il-proposti ġew żviluppati b’segwitu ta’ konsultazzjoni wiesgħa li saret abbażi tal-Green Paper dwar “Politika tal-Awditjar: Lezzjonijiet mill-Kriżi” (3). Il-KESE wieġeb għall-Green Paper b’mod eżawrjenti u b’hekk din l-opinjoni tibni fuq dik it-tweġiba.

2.2   Diġà hemm Direttiva dwar l-Awditjar fis-seħħ (2006/43/KE) (4). Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li din id-Direttiva tiġi emendata bid-Direttiva l-ġdida u li l-awditjar tal-entitajiet ta’ interess pubbliku (PIEs – Public-Interest Entities) jissaħħaħ permezz tar-Regolament il-ġdid. Konsegwentement, qed jiġi propost li d-dispożizzjonijiet dwar l-awditjar statutorju tal-PIEs li jinsabu fid-Direttiva 2006/43/KE (5) jitneħħew minn dik id-Direttiva u li l-awditjar statutorju tal-PIEs jiġi regolat permezz tar-Regolament il-ġdid.

2.3   Dak kollu li l-KESE jixtieq jgħid dwar ir-rwol soċjali tal-awditjar, ir-rwol tal-awditjar fil-kriżi finanzjarja, is-suq għas-servizzi tal-awditjar, eċċ., diġà qalu fit-tweġiba tiegħu għall-Green Paper. Din l-opinjoni ser tiffoka fuq il-proposti dettaljati inklużi fl-abbozzi leġislattivi l-ġodda.

3.   Perspettiva tal-KESE dwar id-Direttiva

3.1   Il-modifiki ewlenin għad-Direttiva tal-Awditjar Statutorju huma dawn:

3.1.1

Artikolazzjoni bejn id-Direttiva tal-Awditjar Statutorju u strument ġuridiku addizzjonali dwar rekwiżiti speċifiċi għall-awditjar statutorju tal-PIEs;

3.1.2

Definizzjoni ta’ “awditu statutorju” sabiex tiġi kkunsidrata d-direttiva l-ġdida dwar il-kontabilità;

3.1.3

Modifika tar-regoli dwar is-sjieda;

L-Istati Membri ma għandhomx jibqgħu jeħtieġu li ammont minimu ta’ kapital f’ditta tal-awditjar ikun tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar, bil-kundizzjoni li l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar involuti biss jinfluwenzaw il-ħruġ tar-rapporti tal-awditjar. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk dan it-tip ta’ parteċipazzjoni esterna fl-ekwità hux adegwat fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom.

3.1.4

Passaport għad-ditti tal-awditjar;

3.1.5

Passaport għall-awdituri statutorji u “trattib” tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ awditur statutorju fi Stat Membru differenti;

3.1.6

Rekwiżiti għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkooperaw rigward ir-rekwiżiti edukattivi u t-test tal-aptitudni;

3.1.7

Standards tal-awditjar u r-rapportar tal-awditjar;

3.1.8

Regoli ġodda rigward l-awtoritajiet kompetenti;

Il-KESE jappoġġja li l-awtoritajiet kompetenti stabbiliti fl-Istati Membri jkunu r-regolaturi u s-superviżuri indipendenti nazzjonali u jkunu l-kontropartijiet nazzjonali tal-AETS. Madankollu, f’każ li jkun hemm korpi għas-superviżjoni tal-awdituri indipendenti (fosthom kmamar ta’ accountants u ta’ awdituri pubbliċi) li jkunu diġà jaħdmu sewwa fl-Istati Membri, il-KESE jixtieq li l-ekwivalenti ta’ dawn il-korpi jiġu annessi fil-qafas superviżorju l-ġdid u mhux jiġu abbandunati.

3.1.9

Projbizzjoni ta’ klawsoli kuntrattwali li jinfluwenzaw il-ħatra ta’ awdituri statutorji jew ta’ ditti tal-awditjar;

3.1.10

Dispożizzjonijiet speċjali għall-awditjar statutorju ta’ impriżi żgħar u medji.

3.2   Il-Kumitat jappoġġja dawn il-bidliet kollha. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, huma konsistenti mal-OGP tal-KESE.

4.   Perspettiva tal-KESE dwar ir-Regolament

Din is-Sezzjoni ssegwi l-istruttura tar-Regolament. Paragrafi importanti mit-test qed jiġu inklużi jew imqassra u mbagħad annotati skont il-ħtieġa fl-opinjoni tal-KESE.

TITOLU I:   SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

4.1    Artikolu 1 sa Artikolu 3 – Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

“Ir-Regolament japplika għall-awdituri li jwettqu awditu statutorju tal-entitajiet ta’ interess pubbliku (PIEs) u għall-PIEs awditjati, eż. regoli dwar il-kumitat tal-awditjar li PIE hija meħtieġ li jkollha. Hekk kif is-settur finanzjarju jiżviluppa, jinħolqu kategoriji ġodda ta’ istituzzjonijiet finanzjarji skont id-dritt tal-Unjoni u għaldaqstant, huwa xieraq li d-definizzjoni tal-PIEs tinkludi wkoll ditti ta’ investiment, istituzzjonijiet ta’ pagament, impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS – Undertaking for Collective Investment in Transferable Securities), istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u fondi ta’ investiment alternattiv.”

4.1.1   Barra l-istituzzjonijiet tal-kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u d-ditti l-oħra kollha li joffru servizzi finanzjarji, il-PIEs huma definiti bħala l-kumpaniji kollha li għandhom ishma elenkati f’borża pubblika. Il-KESE jemmen li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma eċċessivi għall-SMEs. L-SMEs jiġu definiti mill-impjieg, mid-dħul u/jew mill-karta ta’ bilanċ. Ir-Regolament juża l-kapitalizzazzjoni tas-suq biex jiddefinixxi l-kumpaniji l-kbar u l-KESE jipproponi li l-kapitalizzazzjoni tas-suq tintuża wkoll biex l-SMEs jiġu definiti għall-iskopijiet tal-awditjar statutorju. Għandhom jiġu permessi eżenzjonijiet jew derogi għall-kumpaniji b’kapital tas-suq li ma jaqbiżx l-EUR 120 miljun. Hawn taħt tinsab analiżi tal-kumpaniji elenkati fil-Borża ta’ Londra. Id-distribuzzjoni tal-kapitalizzazzjoni tas-suq ser tkun simili f’boroż oħra tal-UE. Għandha tingħata kunsiderazzjoni simili lill-SMEs finanzjarji li l-attivitajiet tagħhom ftit għandu mnejn ikollhom importanza sistemika.

Kapitalizzazzjoni kostitwenti tal-ekwità tal-kumpaniji

(Bir-rata ta’ £1 = EUR 1,20)

 

Suq ewlieni: 985 kumpanija

Valur tal-ekwità: EUR 2 336 055 m

Suq AIM: 1 122 kumpanija

Valur tal-ekwità: EUR 85 107 m

Skala (EURm)

Numru ta’ Kumpaniji

% ta’ kumpaniji

Valur tas-suq %

Numru ta’ Kumpaniji

% ta’ kumpaniji

Valur tas-suq %

’il fuq minn 2 400

116

11,8

86,2

1

0,1

4,2

1 200-2 400

87

8,8

6,4

6

0,5

13,1

600-1 200

91

9,2

3,4

16

1,4

16

300 – 600

106

10,6

2

34

3

15,4

120 – 300

169

17,2

1,4

92

8,2

20,4

60 – 120

101

10,3

0,4

133

11,9

13

30 – 60

79

8

0,2

200

17,4

9,9

12 – 30

88

8,9

0,1

229

20,4

5,3

6 – 12

40

4,1

0

156

13,9

1,5

0 - 6

61

6,1

0

240

21,4

0,9

Oħrajn

47

4,7

 

15

1,3

 

> 120

569

57,7

99,4

149

13,2

69,3

< 120

369

37,5

0,6

958

85,4

30,7

< 60

268

27,2

0,2

825

73,5

17,7

< 30

189

19,2

0,1

625

55,7

7,8

Sors: il-websajt tal-borża ta’ Londra (London Stock Exchange) fit-taqsima ‘Statistics

4.2    Artikolu 4 – Entitajiet ta’ interess pubbliku kbar

“(a)

L-akbar 10 emittenti ta’ ishma f’kull Stat Membru imkejla mill-kapitalizzazzjoni tas-suq u l-emittenti tal-ishma kollha li kellhom kapitalizzazzjoni tas-suq medja ta’ aktar minn EUR 1 000 000 000 għat-tliet snin kalendarji preċedenti;

(b) u (c)

Kwalunkwe entità [fl-industrija finanzjarja] li fuq il-karta bilanċjali tagħha jkollha total fuq il-karta bilanċjali ta’ iktar minn EUR 1 000 000 000.”

4.2.1   Dawn id-definizzjonijiet huma relatati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(5).

TITOLU II:   KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TWETTIQ TA’ AWDITU STATUTORJU TA’ ENTITAJIET TA’ INTERESS PUBBLIKU

KAPITOLU I:   Indipendenza u evitar ta’ kunflitt ta’ interess

4.3    Artikolu 5 sa Artikolu 8

4.3.1   Il-KESE jappoġġja dawn l-erba’ Artikoli fil-prinċipju.

4.4    Artikolu 9 – Tariffi tal-awditjar

“2.   Meta l-AS jipprovdi lill-entità awditjata b’servizzi ta’ awditjar finanzjarju relatati, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2), it-tariffi għal tali servizzi jkunu limitati għal mhux aktar minn 10 % tat-tariffi mħallsa mill-entità awditjata għall-awditu statutorju.

3.   Meta t-tariffi totali riċevuti minn PIE soġġetta għall-awditu statutorju jkunu jirrappreżentaw jew aktar minn 20 % jew, għal sentejn konsekuttivi, aktar minn 15 % tat-tariffi totali annwali riċevuti mill-AS li jwettaq l-awditjar statutorju, tali awditur jiddivulga [dan] il-fatt.

Il-kumitat tal-awditjar jikkunsidra jekk l-inkarigu tal-awditjar ikunx soġġett għal reviżjoni tal-kontroll tal-kwalità minn AS ieħor qabel il-ħruġ tar-rapport tal-awditjar.

Meta t-tariffi totali riċevuti minn PIE soġġetta għall-awditu statutorju jkunu jirrappreżentaw, għal sentejn konsekuttivi, 15 % jew aktar tat-tariffi annwali totali riċevuti mill-AS li jwettaq l-awditu statutorju, l-awditur jinforma lill-awtorità kompetenti.”

4.4.1   Il-Kumitat jappoġġja l-proposti favur it-trasparenza. Madankollu, il-limitu ta’ 10 % fit-tieni paragrafu huwa arbitrarju. Il-KESE jipproponi li s-servizzi relatati mal-awditjar (ara 10.2 hawn taħt) jiffurmaw parti mill-pjan tal-awditu (ara l-punt 4.16.2 hawn taħt) u għandhom jiġu pprezzati mingħajr limiti arbitrarji fil-kuntest ġenerali tal-awditjar.

4.5    Artikolu 10 – Projbizzjoni tal-forniment ta’ servizzi mhux ta’ awditjar

“1.   AS li jwettaq awditu statutorju ta’ PIE jista’ jipprovdi lill-entità awditjata servizzi tal-awditjar u servitti tal-awditjar finanzjaru relatati.

2.   Servizzi ta’ awditjar finanzjarju relatati ifissru:

(a)

l-awditjar kumitat tal-awditjar

(b)

l-għoti ta’ garanzija dwar dikjarazzjonijiet ta’ governanza korporattiva;

(c)

l-għoti ta’ garanzija dwar kwistjonijiet ta’ responsabilità soċjali korporattiva;

(d)

l-għoti ta’ garanzija dwar jew l-attestazzjoni ta’ rapportar regolatorju lil regolaturi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji;

(e)

l-għoti ta’ ċertifikazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tat-taxxa;

(f)

kwalunkwe dmir statutorju ieħor relatat ma’ xogħol ta’ awditjar.

3.   AS li jwettaq awditu statutorju ta’ PIEs ma jistax direttament jew indirettament jipprovdi lill-entità awditjata servizzi mhux tal-awditjar. Servizzi mhux ta’ awditjar tfisser:

(a)

servizzi li jinvolvu konflitt ta’ interess fil-każijiet kollha:

(i)

servizzi esperti mhux relatati mal-awditjar; konsulenza dwar it-taxxa, maniġment ġenerali, u servizzi oħra ta’ pariri;

(ii)

żamma tal-kotba u tħejjija tar-rekords kontabilistiċi u r-rapporti finanzjarji;

(iii)

disinn u implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ kontroll intern jew immaniġjar tar-riskju (…) u pariri dwar ir-riskju;

(iv)

servizzi ta’ evalwazzjoni, il-forniment ta’ opinjonijiet dwar ġustizzja jew rapporti dwar kontribuzzjoni in natura;

(v)

servizzi attwarjali u ġudizzjali, inkluż ir-reżoluzzjoni tat-tilwim;

(vi)

tfassil u implimentazzjoni tas-sistemi informatiċi finanzjarji għal PIEs;

(vii)

parteċipazzjoni fl-awditu intern tal-klijent tal-awditjar u l-forniment ta’ servizzi relatati mal-funzjoni ta’ awditjar intern;

(viii)

servizzi ta’ sensar jew negozjar, ta’ konsulenza dwar l-investiment, jew servizzi bankarji ta’ investiment.

(b)

servizzi li jkunu jistgħu jinvolvu konflitt ta’ interess:

(i)

servizzi ta’ riżorsi umani;

(ii)

forniment ta’ ittri ta’ garanzija (comfort letters) għal investituri fil-kuntest tal-ħruġ tat-titoli ta’ impriża;

(iii)

tfassil u implimentazzjoni tas-sistemi informatiċi finanzjarji;

(iv)

servizzi ta’ diliġenza dovuta lill-venditur jew l-akwirent f’fużjonijiet jew akkwiżizzjonijiet potenzjali.”

4.5.1   Fl-OGP tiegħu, il-KESE qal li l-awdituri statutorji ma għandhomx jipprovdu lill-klijenti tal-awditjar statutorju tagħhom kwalunkwe servizz li jista’ jinvolvi kunflitt ta’ interessi. Filwaqt li għandu jsir dibattitu dwar in-natura tas-servizzi dettaljati f’punti 3(a) u (b) hawn fuq, il-KESE jappoġġja l-intenzjoni tar-Regolament.

4.5.2   Ma tistax tiġi eskluża l-possibbiltà li jkun hemm ċirkostanzi fejn tista’ tkun ħaġa raġunata ħafna li l-AS jipprovdu servizz imsemmi fil-punti (i) sa (v) fil-lista (a) lill-klijent tal-awditjar statutorju tagħhom. Jistgħu jiġru avvenimenti inevitabbli – force majeure – bħalma jiġru wkoll diżastri korporattivi. Servizzi mil-lista (b) jistgħu jiġu pprovduti skont id-diskrezzjoni jew tal-kumitat tal-awditjar jew tal-awtorità kompetenti. L-istess diskrezzjoni għandha tkun disponibbli għall-punti fil-lista (a) f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

“5.   Meta ditta tal-awditjar tiġġenera aktar minn terz tad-dħul annwali tagħha tal-awditjar minn PIEs kbar u tkun tappartjeni għal netwerk li l-membri tagħha għandhom dħul ikkombinat annwali mill-awditjar li jkun jaqbeż EUR 1 500 miljun fi ħdan l-Unjoni Ewropea, hija teħtieġ tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

ma tipprovdix direttament jew indirettament lil xi PIE servizzi mhux tal-awditjar;

b)

ma tkunx tappartjeni għal netwerk li jipprovdi servizzi mhux tal-awditjar statutorju fl-Unjoni;

e)

tali ditta tal-awditjar ma jkollhiex direttament jew indirettament aktar minn 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta’ votazzjoni fi kwalunkwe entità li tipprovdi s-servizzi elenkati fil-paragrafu 3.”

4.5.3   Il-KESE jifhem li l-iskop ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa li jindirizzaw il-pożizzjonijiet “dominanti” fis-suq ta’ waħda mill-erba’ ditti l-kbar fir-Renju Unit, il-Ġermanja u Spanja (ditta differenti f’kull każ) u li jiskoraġġixxu li jinħolqu pożizzjonijiet bħal dawn fil-futur. Fl-OGP tiegħu, il-KESE ppropona li d-dominanza fis-suq tiġi indirizzata permezz ta’ tressiq quddiem l-awtoritajiet kompetenti. Diġà qed issir investigazzjoni fir-Renju Unit. Il-KESE jipproponi li l-Ġermanja u Spanja jagħmlu l-istess sakemm jiġi adottat dan ir-Regolament.

4.5.4   Il-KESE ma jappoġġax ditti li jwettqu l-awditjar biss. Fil-fehma tiegħu, bidla bħal din aktarx ikollha effett negattiv fuq il-kwalità tal-persunal tal-awditjar u l-kwalità tal-awditi statutorji. Il-Kumitat iżomm il-pożizzjoni tiegħu li l-awdituri għandhom ikunu ħielsa li jipprovdu firxa sħiħa ta’ servizzi mhux ta’ awditjar lil entitajiet oħra barra l-klijenti tal-awditjar statutorju.

4.5.5   Fl-OGP tiegħu, il-KESE qal li jappoġġja l-provvista ta’ ċerti servizzi mhux ta’ awditjar lil klijenti tal-awditjar statutorju li jkunu SMEs. Id-ditti ż-żgħar jiksbu kwalità, servizz u valur aħjar minn konsulent uniku. Il-KESE jżomm il-pożizzjoni tiegħu.

4.6    Artikolu 11 – Tħejjija għall-awditu statutorju u valutazzjoni tat-theddid għall-indipendenza

4.6.1   Il-KESE jappoġġja dawn id-dispożizzjonijiet.

KAPITOLU II:   Kunfidenzjalità u segretezza professjonali

4.7    Artikoli 12 u 13

4.7.1   Il-KESE jappoġġja dawn id-dispożizzjonijiet.

KAPITOLU III:   Twettiq tal-awditu statutorju

4.8    Artikolu 14 – Ambitu tal-awditu statutorju

“2.   Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta’ rapportar kif imsemmija fl-Artikoli 22 u 23, l-ambitu tal-awditu statutorju ma jinkludix l-garanzija dwar il-vijabilità fil-ġejjieni tal-entità awditjata u l-anqas dwar l-effiċjenza jew l-effikaċja li biha l-korp maniġerjali jew dak amministrattiv jamministra jew se jamministra l-entità.”

4.8.1   Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-paragrafu ta’ hawn fuq għax dan il-paragrafu jillimita b’mod strett dak li kieku d-detenturi ta’ ishma setgħu jistennew mill-awditjar statutorju u jqajjem mistoqsija dwar x’għandu jkun ir-rwol tal-awditjar.

4.9    Artikolu 15 – Xettiċiżmu professjonali

“L-AS jibqa’ jħaddan ix-xettiċiżmu professjonali matul l-awditjar. ‘Xettiċiżmu professjonali’ tfisser attitudni li tinkludi rieda li persuna tistaqsi, tkun konxja mill-kundizzjonijiet li jistgħu jindikaw possibilità ta’ dikjarazzjoni skorretta minħabba żball jew frodi u valutazzjoni kritika tal-evidenza tal-awditjar.”

4.9.1   Bħalma diġà għamel fl-OGP tiegħu, il-KESE jappoġġja l-enfasi fuq ix-xettiċiżmu professjonali.

4.10    Artikolu 16 sa Artikolu 20

4.10.1   Il-KESE jappoġġja l-użu ta’ ISAs u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-Artikoli 16 sa 20.

KAPITOLU IV:   Rapportar tal-awditjar

4.11    Artikolu 21 – Riżultati tal-awditu statutorju

“L-AS jippreżenta r-riżultati tal-awditu statutorju fir-rapporti li ġejjin:

rapport tal-awditjar b’konformità mal-Artikolu 22;

rapport addizzjonali għall-kumitat tal-awditjar b’konformità mal-Artikolu 23.”

4.12    Artikolu 22 – Rapport tal-awditjar

“2.   Ir-rapport tal-awditjar jsir bil-miktub. Tal-inqas:

(k)

jidentifika l-oqsma ewlenin ta’ riskju tad-dikjarazzjoni skorretta materjali tar-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati, inklużi stimi kontabilistiċi kritiċi jew oqsma ta’ inċertezza tal-kejl;

(l)

jipprovdi dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-entità awditjata jew, b’mod partikolari valutazzjoni tal-abilità tal-entità sabiex tilħaq l-obbligi tagħha fil-ġejjieni prevedibbli u għaldaqstant, tkompli bħala negozju avvjat;

(m)

jivvaluta s-sistema ta’ kontroll intern tal-entità inklużi nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll intern identifikati matul l-awditu statutorju, kif ukoll is-sistema ta’ żamma tal-kotba u s-sistema kontabilistika;

(o)

jindika u jispjega kull vjolazzjoni tar-regoli kontabilistiċi jew vjolazzjoni tal-liġijiet jew l-Artikoli ta’ inkorporazzjonijiet, deċiżjonijiet tal-politika kontabilistika u kwistjonijiet oħra li huma sinifikanti għall-governanza tal-entità;

(q)

Fejn l-awditu statutorju jkun twettaq minn ditta tal-awditjar, ir-rapport jidentifika lil kull membru tat-tim tal-inkarigu tal-awditjar u jiddikkjara li l-membri kollha baqgħu kompletament indipendenti u li ma kellhom l-ebda interess dirett jew indirett fl-entità awditjata;

(t)

jagħti opinjoni li tistabilixxi b’mod ċar l-opinjoni tal-AS dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jirrappreżentawx il-qagħda vera u ġusta u jekk tħejjewx b’konformità mal-qafas tar-rapportar finanzjarju relevanti;

(u)

jirreferi għal kull kwistjoni li l-AS xeħet dawl fuqha permezz ta’ enfasi mingħajr ma kkwalifika l-opinjoni tal-awditjar;

4.   Ir-rapport tal-awditjar ma jkunx itwal minn erba’ paġni jew 10 000 karattru (mingħajr spazji).”

4.12.1   Dan ir-rapport jieħu post l-opinjoni dwar l-awditjar li bħalissa hija ppubblikata bħala parti mir-Rapport u l-Kontijiet Annwali tal-PIEs. It-tieni paragrafu jispeċifika 23 element (a) sa (w) li għandhom jiġu inklużi fl-erba’ paġni ta’ dan ir-rapport. Fl-OGP tiegħu, il-KESE kkritika l-kontenut insinifikanti u banali tal-opinjonijiet tal-awditjar, li ftit ivarjaw minn ditta għal oħra u minn industrija għal oħra. Dan ir-rapport ser jikxef aktar affarijiet, u dan jaf iqiegħed l-entitajiet awditjati f’pożizzjoni imbarazzanti.

4.12.2   Jeżisti rekwiżit li jissemmew il-membri tat-tim tal-awditjar. Għall-akbar PIEs, dan jista’ jinvolvi mijiet ta’ persuni. Rapport għal intrapriża kbira ħafna għandu bla dubju jiġi divrenzjat fl-iskala u fl-ambitu tiegħu minn rapport għal kumpanija mitt darba iċken minnha. Għadd ta’ rekwiżiti jidhru mhux konformi mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Ir-Regolament ma jagħmel l-ebda referenza għal dawn l-istandards.

4.13    Artikolu 23 – Rapport addizzjonali għall-kumitat tal-awditjar

“1.   Ir-rapport addizzjonali jiġi ddivulgat fil-laqgħa ġenerali tal-entità awditjata jekk il-maniġment jew il-korp ta’ amministrazzjoni tal-entità awditjata jiddeċiedi hekk.”

4.13.1   Fil-fehma tal-KESE, hu improbabbli li l-entitajiet awditjati jiddivulgaw dan ir-rapport kompletament. Il-KESE jemmen li dan għandu jiġi kkomunikat lill-imsieħba soċjali tal-kumpanija, b’konformità mas-sistemi nazzjonali differenti għall-involviment tal-ħaddiema.

“2.   Ir-rapport addizzjonali jeħtieġ jispjega fid-dettall u b’mod espliċitu r-riżultati tal-awditu statutorju mwettaq u tal-inqas:

f)

jindika u jispjega deċiżjonijiet dwar inċertezza materjali li jistgħu jixħtu dubju rigward l-abilità tal-entità sabiex tkompli bħala negozju avvjat;

g)

jiddetermina fid-dettall jekk iż-żamma tal-kotba, il-kontabilità, id-dokumenti awditjati kollha, ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati u rapporti addizzjonali possibbli jixhdux adegwatezza;

h)

jindika u jispjega fid-dettall is-sitwazzjonijiet kollha ta’ nuqqas ta’ konformità, inklużi sitwazzjonijiet mhux materjali jekk ikunu meqjusa importanti għall-kumitat tal-awditjar sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu;

i)

jeżamina l-metodi ta’ valwazzjoni applikati għad-diversi elementi fir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati inkluż kull impatt ta’ bidliet fihom;

j)

jipprovdi d-dettalji sħaħ tal-garanziji, l-ittri ta’ konfort u miżuri oħra li ġie bbażat fuqhom sabiex saret valutazzjoni tan-negozju avvjat;

k)

jikkonferma l-attendenza fil-verifiki tal-inventarji kif ukoll f’mumenti oħra ta’ verifika fiżika;

(n)

jindika jekk ġewx ipprovduti l-ispjegazzjonijiet u d-dokumenti mitluba kollha.”

4.13.2   Dan ir-rapport huwa bbażat fuq ir-rapport twil użat mid-ditti tal-awditjar fil-Ġermanja. L-użu tiegħu madwar l-UE għandu jtejjeb kemm il-kwalità tal-awditjar statutorju kif ukoll it-tweġiba tal-entità awditjata għall-awditu. Il-KESE jappoġġja dan ir-rapport.

4.14    Artikolu 24 – Sorveljar tal-awditu statutorju mill-kumitat tal-awditjar u Artikolu 25 – Rapportar lis-superviżuri ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku

4.14.1   L-Artikoli 24 u 25 huma konsistenti mal-OGP tal-KESE.

KAPITOLU V:   Rapportar tat-trasparenza minn awdituri statutorji u żamma ta’ rekords

4.15    Artikolu 26 sa Artikolu 30

4.15.1   Il-Kapitolu V huwa konsistenti mal-OGP tal-KESE.

TITOLU III:   IL-ĦATRA TA’ AWDITURI STATUTORJI JEW DITTI TAL-AWDITJAR MINN ENTITAJIET TA’ INTERESS PUBBLIKU

4.16    Artikolu 31 –Kumitat tal-Awditjar

“1.   Il-kumitat tal-awditjar ikun iffurmat minn membri mhux eżekuttivi tal-korp ta’ amministrazzjoni u/jew membri tal-korp superviżorju tal-entità awditjata u/jew membri maħtura mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata.

Tal-inqas membru wieħed tal-kumitat tal-awditjar ikollu kompetenza fl-awditjar u membru ieħor fil-kontabilità u/jew fl-awditjar. Il-membri tal-kumitat f’daqqa jkollhom kompetenza rilevanti għas-settur li fih topera l-entità awditjata.

Il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat tal-awditjar tkun indipendenti. Il-president tal-kumitat tal-awditjar jinħatar mill-membri tiegħu u jkun indipendenti.”

4.16.1   L-ewwel paragrafu huwa għalkollox konformi mar-rakkomandazzjonijiet li għamel il-KESE fl-OGP tiegħu, peress li “f’daqqa” ma tfssirx “kollha”.

4.16.2   Il-ħames paragrafu jiddeskrivi fid-dettall ir-responsabbiltajiet tal-kumitat tal-awditjar. Il-KESE jissuġġerixxi żewġ responsabbiltajiet addizzjonali: l-approvazzjoni tal-pjan tal-awditu, inkluża l-provvista ta’ servizzi relatati mal-awditjar, u l-approvazzjoni tal-baġits relatati.

4.17    Artikolu 32 – Ħatra tal-awdituri statutorji

“2.   Il-kumitat tal-awditjar jissottometti rakkomandazzjoni għall-ħatra tal-AS. Ir-rakkomandazzjoni jkun fiha tal-inqas żewġ għażliet għall-inkarigu tal-awditjar u l-kumitat tal-awditjar jesprimi preferenza ġustifikata kif xieraq għal waħda minnhom.

3.   Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar titħejja wara proċedura tas-selezzjoni organizzata mill-entità awditjata li tirrispetta l-kriterji li ġejjin:

a)

l-entità awditjata tkun libera li tistieden kwalunkwe AS sabiex jissottometti proposti bil-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mill-awdituri ma huwiex wieħed li rċieva aktar minn 15 % tat-tariffi tal-awditjar totali minn PIEs kbar fl-Istat Membru konċernat fis-sena kalendarja ta’ qabel;

b)

l-entità awditjata tkun libera li tagħżel il-metodu sabiex tikkuntattja lill-awditur(i) statutorju/i mistiedna;

c)

l-entità awditjata tħejji dokumenti tal-offerta li jintużaw mill-entità awditjata sabiex jiġu evalwati l-proposti li jsiru mill-AS;

d)

l-entità awditjata tkun libera li tiddefinixxi l-proċedura tas-selezzjoni u tista’ twettaq negozjati diretti mal-offerenti interessati matul il-proċedura;

f)

l-entità awditjata tevalwa l-proposti li jsiru mill-AS skont il-kriterji tas-selezzjoni predefiniti fid-dokumenti tal-offerti;

g)

l-entità awditjata tkun tista’ turi lill-awtorità kompetenti li l-proċedura tas-selezzjoni twettqet b’mod ġust.

5.   Jekk il-proposta tal-bord amministrattiv jew superviżorju titbiegħed mir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar, il-proposta tiġġustifika r-raġunijiet għalfejn ma ġiet segwita r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar.

6.   Fil-każ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni, il-bord amministrattiv jew superviżorju jissottometti l-abbozz tal-proposta tiegħu lill-awtorità kompetenti.

10.   Sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompitu tal-entità awditjata fl-organizzar ta’ proċedura tas-selezzjoni għall-ħatra ta’ AS, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS joħorġu linji gwida.”

4.17.1   Idum kemm idum l-inkarigu tal-awditjar, dawn il-linji gwida huma potenzjalment utli għall-PIEs il-kbar imma, fil-forma attwali tagħhom, huma preskrittivi żżejjed għall-SMEs. Ħafna drabi, l-SMEs ma jsegwux il-proċess imsemmi fil-punt (a) u s-soltu jużaw ditti tat-tieni jew ta-tielet livell. L-SMEs ser iħossuhom liberi fil-punti (b) u (d). L-SMEs is-soltu ma jippreparawx dokumenti formali ta’ sejħiet għall-offerti, ħafna drabi ma jfittxux offerti kompetittivi u ma jħossu l-ebda responsabbiltà biex jiġġustifikaw ruħhom quddiem l-awtoritajiet kompetenti. Il-paragrafu 5 ma japplikax għall-SMEs. Dawn ir-regoli huma mfassla għall-banek, mhux għall-SMEs. L-SMEs m’għandhomx bżonn il-kontribut tas-sensiela ta’ istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 10 biex jiffaċilitaw xogħolhom.

4.17.2   Hemm rekwiżit li tal-anqas ditta oħra tat-tieni livell tiġi mistiedna tieħu sehem fis-sejħa għall-offerti. Dan jista’ jagħti lil ditti tat-tieni livell aċċess għal klijenti akbar, iżda bla dubju hemm bosta kwistjonijiet li jridu jiġi solvuti minn dawn id-ditti kollha tat-tieni livell li flimkien għandhom ir-riżorsi li jwieġbu għal għal ftit każijiet biss.

4.18    Artikolu 33 – Durata tal-inkarigu tal-awditjar

“1.   Il-PIE taħtar awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għal inkarigu inizjali li ma jkunx iqsar minn sentejn. Il-PIE tista’ ġġedded dan l-inkarigu darba biss. Id-durata massima taż-żewġ inkarigi f’daqqa ma taqbiżx is-sitt (6) snin. Fejn matul inkarigu kontinwu ta’ 6 snin ikunu nħatru żewġ AS, id-durata massima tal-inkarigu għal kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma taqbiżx 9 snin.”

4.18.1   Fl-OGP tiegħu, il-KESE ma appoġġjax ir-rotazzjoni obbligatorja tal-AS. Minflok, ippropona l-obbligu li l-kuntratt ikun soġġett għal sejħa ġdida għall-offerti kull sitt jew tmien snin. Wara li qies il-proposti l-ġodda b’mod adatt, il-KESE jżomm il-pożizzjoni tiegħu, iżda jilqa’ aspetti oħra tar-Regolament.

4.18.2   Peress li l-imsieħeb ewlieni tal-awditjar irid jinbidel kull seba’ snin (4 hawn taħt) fuq bażi ta’ rotazzjoni, il-KESE jipproponi li l-perjodu għall-ħruġ obbligatorju ta’ sejħiet ġodda għall-offerti jkun huwa wkoll ta’ seba’ snin. Hemm kwistjoni dwar jekk l-AS responsabbli għandux ikollu mandat fiss ta’ seba’ snin. F’ħafna Stati Membri, l-AS jinħatar mill-ġdid kull sena u r-Regolament għandu jinkludi l-għażla li din l-prattika titkompla. B’mod korrispondenti, għandu jkun hemm ċerta flessibbiltà dwar il-mandat matul il-perjodu ta’ seba’ snin, iżda l-ħruġ ta’ sejħiet ġodda għandu jkun obbligatorju wara mandat ta’ seba’ snin konsekuttivi. Il-KESE jenfasizza li meta titnieda s-sejħa ġdida obbligatorja għall-offerti, il-proċedimenti għandhom ikunu trasparenti u li, fil-każ ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu, l-awtorità kompetenti għandha tapprova r-riżultat.

“4.   Is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar responsabbli mit-twettiq ta’ awditu statutorju jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom wara perjodu ta’ seba’ snin. L-AS jistabilixxi mekkaniżmu ta’ rotazzjoni gradwali adatt fir-rigward tal-persunal l-aktar anzjan involut.”

4.18.3   Il-KESE appoġġja din ir-rotazzjoni fl-OGP tiegħu iżda r-rotazzjoni gradwali tal-bqija tat-tim għandha ssir skont id-diskrezzjoni tal-awditur statutorju.

4.19    Artikolu 34 – Tkeċċija u riżenja tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar

TITOLU IV:   SORVELJAR TAL-ATTIVITAJIET TAL-AWDITURI U TAD-DITTI TAL-AWDITJAR LI JWETTQU AWDITU STATUTORJU TA’ ENTITAJIET TA’ INTERESS PUBBLIKU

KAPITOLU I:   Awtoritajiet kompetenti

4.20    Artikolu 35 sa Artikolu 39

4.20.1   Il-KESE jappoġġja d-dispożizzjonijiet dwar l-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU II:   Garanzija tal-kwalità, investigazzjoni, monitoraġġ tas-suq, ippjanar ta’ kontinġenza u trasparenza tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti

4.21    Artikolu 40 sa Artikolu 44

“Il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti jinkludu:

it-twettiq ta’ eżaminazzjonijiet tal-garanzija tal-kwalità fuq l-awditu statutorju imwetta;.

investigazzjoni bil-għan li jinkixef, jiġi kkoreġut u pprevenut awditu statutorju inadegwat;

il-monitoraġġ tal-iżvilupp fis-suq għall-forniment ta’ servizzi ta’ awditjar statutorju;

monitoraġġ regolari tat-theddid possibbli għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tad-ditti tal-awditjar il-kbar, inkluż ir-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja u l-ħtieġa li ditti tal-awditjar kbar jistabbilixxu pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex jiġi indirizzat theddid bħal dan;”

4.21.1   Il-proposta li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu mal-akbar ditti f’kull ġurisdizzjoni sabiex jiżviluppaw pjani ta’ kontinġenza huwa konsistenti mal-OGP tal-KESE.

KAPITOLU III:   Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u r-relazzjonijiet mal-awtoritajiet superviżorji Ewropej

4.22    Artikolu 45 sa Artikolu 56

“a)

Ir-regolament jeħtieġ li l-kooperazzjoni mifruxa mal-UE kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti sseħħ fi ħdan l-AETS, b’hekk jieħu post il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mifruxa mal-UE kollha attwali taħt il-patroċinju tal-Grupp Ewropew tal-Korpi ta’ Sorveljaturi tal-Awdituri (EGAOB - European Group of Auditors’ Oversight Bodies).

L-AETS għandha toħroġ gwida fuq bosta kwistjonijiet: eż. fuq il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport tal-awditjar u r-rapport addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar, fuq l-attività ta’ superviżjoni tal-kumitat tal-awditjar jew għat-twettiq ta’ eżaminazzjonijiet tal-garanzija tal-kwalità.

b)

Taħt l-awspiċji tal-AETS, qiegħda tiġi introdotta ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-awditjar pan-Ewropea ‘volontarja’ sabiex iżżid il-viżibilità, ir-rikonoxximent u r-reputazzjoni tad-ditti tal-awditjar kollha li għandhom kapaċitajiet li jwettqu awditjar ta’ kwalità għolja tal-PIEs.”

4.22.1   Il-KESE jaqbel ma’ din il-proposta.

KAPITOLU IV:   Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali

4.23    Artikolu 57 sa Artikolu 60

“L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni fuq l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji tas-segretezza professjonali u diment li r-regoli ta’ protezzjoni tad-dejta jiġu rispettati.”

4.23.1   Il-KESE jaqbel mal-proposti inklużi fil-Kapitolu IV.

TITOLU V:   SANZJONIJIET U MIŻURI AMMINISTRATTIVI

4.24    Artikolu 61 – Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

4.25    Artikolu 62 – Setgħat ta’ sanzjonar

“1.   Dan l-Artikolu japplika għas-sitwazzjonijiet ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament identifikati fl-Anness.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ikollhom is-setgħa li tal-inqas jimponu l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

(b)

dikjarazzjoni pubblika li tindika li l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur, ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-awtoritajiet kompetenti;

(f)

sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jammontaw sad-doppju tal-ammont ta’ qligħ iggwadanjat jew telf evitat minħabba ksur;

(g)

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jammontaw sa EUR 5 000 000;

(h)

fir-rigward ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jammontaw sa 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha fis-sena kummerċjali preċedenti tagħha;”

4.26    Artikolu 63 – Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet

“1.   Meta jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi:

a)

il-gravità u d-durata tal-vjolazzjoni;

b)

il-grad ta’ responsabilità tal-persuna responsabbli;

c)

il-grad ta’ responsabilità tal-persuna responsabbli;

d)

l-importanza tal-qligħ iggwadanjat jew tat-telf evitat.”

4.27    Artikolu 64 – Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet u miżuri

“Kull miżura jew sanzjoni amministrattiva imposta għal ksur ta’ dan ir-Regolament tiġi ppubblikata minnufih, u tal-inqas tinkludi l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għaliha, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tqiegħedx f’riskju serju l-istabilità tas-swieq finanzjarji.”

4.28    Artikolu 65 – Appell

4.29    Artikolu 66 – Rapportar ta’ ksur

4.29.1   Fl-OGP tiegħu, il-KESE kien ikkunsidra li jiġi stabbilit korp dixxiplinarju professjonali f’kull Stat Membru. Il-Kumitat jappoġġja dawn il-proposti. Fil-fatt, dawn il-proposti jipprevedu l-pubblikazzjoni tal-ismijiet u ċ-ċanfir pubbliku (“naming and shaming”) f’każijiet ta’ kondotta ħażina.

TITOLU VI:   ATTI DELEGATI, RAPPORTAR U DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

4.30    Artikolu 68 sa Artikolu 72

4.30.1   Ġie introdott reġim tranżizzjonali fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tal-obbligu tar-rotazzjoni tad-ditti tal-awditjar, l-obbligu li tiġi organizzata proċedura tas-selezzjoni għall-għażla ta’ ditta tal-awditjar u l-istabbiliment ta’ ditti tal-awditjar li jipprovdu biss servizzi tal-awditjar.

4.31    ANNESS: I. Ksur minn awdituri statutorji, ditti tal-awditjar jew sħab ewlenin tal-awditjar

Il-ksur ikkunsidrat huwa essenzjalment ta’ natura proċedurali u amministrattiva u huwa relatat ma’: kunflitti ta’ interess, rekwiżiti organizzazzjonali u operazzjonali, it-twettiq tal-awditu statutorju, ir-rapportar tal-awditjar, id-dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni, il-ħatra ta’ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar minn entitajiet ta’ interess pubbliku u l-garanzija tal-kwalità. Mhuwiex ċar kif nuqqas min-naħa ta’ awditur (bħan-nuqqas reċenti li jinqabad l-użu ħażin tal-fondi tal-klijenti minn JP Morgan) ser jiġi ttrattat taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

4.32    ANNESS: II. Ksur minn entitajiet ta’ interess pubbliku

Il-ksur ikkunsidrat huwa relatat mal-ħatra ta’ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar.

Brussell, 26 ta’ April 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 248, 25.08.2011, p. 92.

(2)  ĠU L 157, 09.06.2006, p. 87.

(3)  COM(2010) 561 final.

(4)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

(5)  Ara n-nota nru 4 f’qiegħ il-paġna.


APPENDIĊI

għall-Opinjoni tas-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum

Dan il-punt tal-opinjoni tas-Sezzjoni Speċjalizzata ġie mmodifikat biex jirrifletti l-emenda adottata mill-Assemblea, iżda rċieva aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 59(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):

Punt 3.1.8

3.1.8    Regoli ġodda rigward l-awtoritajiet kompetenti;

Il-KESE jappoġġja li l-awtoritajiet kompetenti stabbiliti fl-Istati Membri jkunu r-regolaturi u s-superviżuri indipendenti nazzjonali u jkunu l-kontropartijiet nazzjonali tal-AETS. Madankollu, f’każ li jkun hemm korp għas-superviżjoni tal-awdituri indipendenti li jkun diġà jaħdem sewwa fl-Istati Membri, il-KESE jixtieq li dawn il-korpi jiddaħħlu fil-qafas superviżorju l-ġdid u mhux jiġu abbandunati.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

88

Kontra

:

60

Astensjonijiet

:

37


Top