EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0301(02)

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

OJ C 64, 1.3.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/11


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

2011/C 64/08

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgique (2), fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Il-prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Soluzzjonijiet ta’ nitrurea u ta' nitrat tal-ammonju

l-Alġerija

il-Belarus

ir-Russja

l-Ukraina

Dazju tal-antidumping

Impriża

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 26) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2008 (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 14)

22.12.2011


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.


Top