EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC0316(03)
Notice of initiation of an expiry review of the anti-dumping measures applicable to imports of polyester staple fibres originating in the People's Republic of China
Avviż ta’ Tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ polyester staple fibres li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Avviż ta’ Tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ polyester staple fibres li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
OJ C 64, 16.3.2010, p. 10–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 64/10 |
Avviż ta’ Tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ polyester staple fibres li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
2010/C 64/07
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri kontra d-dumping fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' polyester staple fibres li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tarRegolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal reviżjoni
It-talba ġiet ippreżentata fl-14 ta’ Diċembru 2009 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fibri Artifiċjali (CIRFS) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw biċċa kbira, f’dan il-każ aktar minn 25 %, mit-total tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-polyester staple fibres.
2. Prodott
Il-prodott taħt reviżjoni huwa polyester staple fibres sintetiċi, mhux mimxutin, mqardxin, jew ipproċessati mod ieħor għall-għażil li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment ikklassifikati fi ħdan il-kodiċi NM 5503 20 00.
3. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv kontra d-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 (3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 412/2009 (4).
4. Ir-raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-applikant iffissa l-valur normali għall-produtturi li jesportaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li ma ngħatawx trattament tal-ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ abbażi ta' valur normali kostrutt f'pajjiż b'ekonomija tas-suq kif jixraq, li hu msemmi fil-punt 5.1(d). Għal dawk il-kumpaniji li ngħataw trattament tal-ekonomija tas-suq matul l-investigazzjoni, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-valur normali kostrutt fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-allegazzjoni ta’ rikorrenza ta’ dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali, kif stabbilit fis-sentenzi preċedenti, bil-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, jiġifieri l-Messiku, il-Pakistan u l-Vjetnam minħabba l-fatt li bħalissa m’hemm l-ebda volum ta’ importazzjoni sinifikanti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn l-UE.
Fuq din il-bażi, il-marġni ta' dumping li qed joħorġu mill-kalkolu huma sinifikanti.
L-applikant jallega wkoll il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping dannuż. F’dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell tal-importazzjoni attwali tal-prodott ikkonċernat probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat.
Huwa allegat ukoll li l-fluss ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat probabbilment se jiżdied ukoll minħabba l-miżuri riċenti kontra d-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti simili fi swieq tradizzjonali oħra apparti l-UE, jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerika u t-Turkija. Dan jista’ jwassal għal ridirezzjonament tal-esportazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika u t-Turkija lejn l-Unjoni.
L-applikant jallega li t-tneħħija tad-dannu mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat saret prinċipalment minħabba l-eżistenza ta’ miżuri u li kwalunkwe rikorrenza ta' importazzjonijiet sostanzjali bil-prezzijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
5. Proċedura
Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex tkun iġġustifikata t-tnedija ta' reviżjoni ta' skadenza, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjonijiet skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
5.1. Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping u tad-dannu
L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk hux probabbli jew le li r-reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri twassal għar-rikorrenza ta' dumping u dannu.
(a) Teħid ta' kampjuni
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ partijiet involuti f’dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tieħu kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
(i)
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
isem, indirizz, indirizz elettroniku, numri tat-telefown u tal-faks u persuna ta' kuntatt, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009 għal kull wieħed mis-27 Stat Membru separatament u f'totali, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq lokali waqt il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009, |
— |
il-fatturat fil-valuta lokali u l-volum f’tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ lill-pajjiżi terzi l-oħra matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha involuti (5) fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq lokali) tal-prodott ikkonċernat, |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb il kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, tiġi meqjusa li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Biex tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u lil kull għaqda magħrufa ta' esportaturi/produtturi.
(ii)
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u skont il-formati indikati fil-punt 7:
— |
isem, indirizz, indirizz elettroniku, numri tat-telefown u tal-faks u persuna ta' kuntatt, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
— |
il-volum f'tunnellati u l-valur f'EUR ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009 tal-prodott ikkonċernat importat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha involuti (6) fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb il-kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, tiġi meqjusa li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe għaqda magħrufa ta’ importaturi.
(iii)
Fid-dawl tal-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni li qed jappoġġjaw it-talba, il-Kummissjoni biħsiebha tinvestiga d-dannu lill-industrija tal-Unjoni billi tapplika t-teħid ta' kampjuni.
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi kollha tal-Unjoni, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
isem, indirizz, indirizz elettroniku, numri tat-telefown u tal-faks u persuna ta' kuntatt, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
— |
il-valur f'EUR tal-bejgħ tal-prodott simili li sar fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009, |
— |
il-volum f’tunnellati tal-bejgħ tal-prodott simili li sar fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009, |
— |
il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati ta' prodott simili matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009, |
— |
il-volum f'tunnellati importat fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat manifatturat fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009, jekk ikun il-każ, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (7) involuti fil-produzzjoni u/jew il-bejgħ tal-prodott simili (manifatturat fl-Unjoni) u l-prodott ikkonċernat (manifatturat fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina), |
— |
kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun ifisser li trid twieġeb il-kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar it-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, tiġi meqjusa li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni.
(iv)
Kull parti interessata li tixtieq tressaq xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjuni għandha tagħmel dan fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-punt 6(b)(ii).
Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.
Il-kumpaniji inklużi fil-kampjuni għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tal-investigazzjoni.
Jekk ma tkunx disponibbli kooperazzjoni suffiċjenti, il-Kummissjoni tista’ tibbaża s-sejbiet tagħha, skont l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, dwar il-fatti disponibbli. Sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista’ tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.
(b) Il-kwestjonarji
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija tal-Unjoni magħżula għall-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fl-Unjoni, lill-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħżula għall-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.
(c) Ġbir ta' tagħrif u seduti ta’ smigħ
Il-partijiet kollha interessati huma b’dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif għajr it-tweġibiet tal-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(ii).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).
(d) L-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq
Fl-investigazzjoni preċedenti l-Istati Uniti tal-Amerika ntuża bħala l-pajjiż b'ekonomija tas-suq adegwata għall-finijiet ta' stabbiliment ta' valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni biħsiebha għal darb'oħra tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika għal dan il-għan. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hu adattat dan il-pajjiż, fil-limitu taż-żmien speċifiku stipulat fil-punt 6(c).
5.2. Il-Proċedura għall-evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ fejn il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu tkun ikkonfermata, għandu jkun stabbilit jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping hijiex se tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-industrija magħrufa tal-Unjoni, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur. Partijiet bħal dawn, inklużi dawk li ma tafx dwarhom il-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li jagħtu prova li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulati fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw irwieħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif. Il-partijiet li jkunu aġixxew f'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu seduta ta' smigħ, billi jippreżentaw ir-raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta’ min jinnota li kwalunkwe informazzjoni mressqa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fil-mument meta titressaq.
6. Il-limiti taż-żmien
(a) Il-limiti ġenerali ta’ żmien
|
Biex il-partijiet jitolbu kwestjonarju Kull parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-reviżjoni attwali, għandha titlob kwestjonarju jew formoli ta’ rikjesta oħrajn mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
Għall-partijiet li jridu jippreżentaw ruħhom, biex jippreżentaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull informazzjoni oħra. Il-partijiet kollha interessati, biex l-appelli tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw irwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-argumenti tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali ddefiniti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel. Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(iii). |
|
Seduti ta’ smigħ Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum. |
(b) Il-limitu speċifiku ta’ żmien fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni
It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ġaladarba l-Kummissjoni biħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Kull informazzjoni rilevanti oħra għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(c) Il-limitu ta’ żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq
Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw dwar jekk l-Istati Uniti tal-Amerika huwiex pajjiż adattat minħabba li, kif imsemmi fil-punt 5.1(d), huwa maħsub bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-iskop tad-determinazzjoni tal-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
7. Is-sottomissjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati jridu jsiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (8) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: N-105 04/92 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Faks +32 22956505 |
8. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fiż-żmien preskritt, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, ir-riżultati, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
9. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
10. Possibbiltà li tintalab reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi din ir-reviżjoni ta' skadenza qed titnieda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet li jirriżultaw minnha mhumiex se jwasslu biex il-livell tal-miżuri eżistenti jiġi emendat iżda se jwasslu biex dawk il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti fil-proċediment tqis li tkun meħtieġa reviżjoni tal-livell tal-miżuri biex tippermetti l-possibbiltà li jiġi emendat (jiġifieri miżjud jew imnaqqas) il-livell tal-miżuri, dik il-parti tista' titlob għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu reviżjoni ta' din ix-xorta, li ssir indipendentement mir-reviżjoni ta' skadenza msemmija f’dan l-avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li jidher hawn fuq.
11. L-ipproċessar ta’ dejta personali
Ta' min wieħed jinnota li kwalunkwe dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (9).
12. L-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ
Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tad-DĠ KUMMERĊ. Dan jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’din il-proċedura, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajls, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).
(1) ĠU C 249, 17.10.2009, p. 19.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(4) ĠU L 125, 21.5.2009, p. 1.
(5) Għall-gwida dwar it-tifsira ta’ kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(6) Ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.
(7) Ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(8) Dan ifisser li d-dokument ikun għall-użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).