EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010IP0318

Id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta’ Settembru 2010 dwar id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa

OJ C 308E, 20.10.2011, p. 89–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 308/89


Il-Ħamis 9 ta’ Settembru 2010
Id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa

P7_TA(2010)0318

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Settembru 2010 dwar id-dikjarazzjoni ta’ sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa

2011/C 308 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-frażi “vjolenza fuq in-nisa” tfisser kull att ta’ vjolenza bbażat fuq is-sess u li jikkawża jew jista’ jikkawża preġudizzju jew tbatija fiżika, sesswali jew psikoloġika lin-nisa, inkluż is-sempliċi theddida ta’ tali atti, l-isfurzar jew iċ-ċaħda arbitrarja tal-libertà, kemm fil-ħajja pubblika kif ukoll fil-ħajja privata,

B.

billi l-vjolenza fuq in-nisa hija ostakolu ewlieni għall-ugwaljanza bejn is-sessi u tikkostitwixxi wieħed mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem l-aktar frekwenti, irrispettivament mill-barrieri ġeografiċi, ekonomiċi, kulturali jew soċjali,

C.

billi din hija problema serja fl-Unjoni, fejn 20 jew 25 % tan-nisa għaddew minn vjolenza fiżika matul il-ħajja adulta tagħhom u fejn aktar minn 10 % tan-nisa kienu vittmi ta’ vjolenza sesswali,

D.

billi l-Parlament kemm-il darba talab li tiġi ddikjarata sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, partikolarment waqt l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-2009,

1.

jinsisti dwar il-fatt li l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa hija importanti biex tintlaħaq ugwaljanza bejn is-sessi;

2.

jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara, fil-ħames snin li ġejjin, sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;

3.

jitlob lill-President tiegħu biex jibgħat din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-isem tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni.


(1)  Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 2 tal-Minuti tad-9 ta’ Settembru 2010 (P7_PV(2010)09-09(ANN2)).


Top