EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0779

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra {SEC(2008) 2860} {SEC(2008) 2861}

/* KUMM/2008/0779 finali - COD 2008/0221 */

52008PC0779

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra {SEC(2008) 2860} {SEC(2008) 2861} /* KUMM/2008/0779 finali - COD 2008/0221 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 13.11.2008

KUMM(2008) 779 finali

2008/0221 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (preżentata mill-Kummissjoni)

{SEC(2008) 2860}{SEC(2008) 2861}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest tal-proposta |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha B’daqs 23% tal-emissjonijiet totali tas-CO2 ġejjin mit-trasport bit-triq[1], it-tnaqqis tal-intensità enerġetika u l-emissjonijiet tal-vetturi hija sfida mill-kbarnett għall-UE. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika[2] u l-Komunikazzjoni dwar Trasport Aktar Ekoloġiku[3] ħabbru proposta dwar it-tikkettar enerġetiku tat-tajers sal-2008. L-għan huwa l-promozzjoni tat-trasformazzjoni tas-suq lejn tajers li jużaw il-fjuwil b’mod effiċjenti, imsejħa wkoll low-rolling-resistance tyres (LRRTs) (tajers b’reżistenza baxxa għat-tidwir ). Il-proposta tat-tikkettar issegwi approċċ integrat għat-tajers li se jiżgura li l-informazzjoni standardizzata tingħata mhux biss dwar l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil iżda wkoll dwar il-qbid fuq l-art imxarrba u l-ħsejjes esterni tat-tidwir, sabiex il-konsumaturi u l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jagħmlu għazla infurmata. L-għan huwa l-promozzjoni, bis-saħħa tal-operat tal-forzi tas-suq, tat-titjib dinamiku tal-parametri kollha lil hinn mir-rekwiżiti minimi stipulati għall-approvazzjoni tat-tip (il-proċedura li tagħti l-aċċess għas-suq tal-UE). |

120 | Il-kuntest ġenerali It-tajers jaf ikollhom rwol sinifikanti fit-tnaqqis tal-intensità enerġetika u l-emissjonijiet billi jgħoddu għal bejn 20% u 30% tal-konsum totali tal-fjuwil tal-vetturi. Dan il-proporzjon ta’ fjuwil jintuża sabiex tingħeleb ir-reżistenza għat-tidwir (RR) dovuta l-aktar għat-“telf isteretiku” (it-telf tal-enerġija minħabba li r-roti huma jduru jisħnu u jitilfu l-forma) It-teknoloġiji l-ġodda jagħmluha possibbli li l-RR jitnaqqas, u bħalissa dan ivarja b'sa 100% fuq il-kategoriji kollha tat-tajers. Għall-karozzi tal-passiġġieri, nagħtu kas, dan ifisser differenza sa 10% fil-konsum tal-fjuwil jekk jitqabblu settijiet ta' tajers bl-agħar u bl-aħjar prestazzjoni. L-istudji juru li t-tajers li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil jagħmlu l-infiq fuqhom wieħed effettiv, billi d-differenza fil-prezz ta’ tajers bi prestazzjoni aħjar tiġi kkumpensata bi ffrankar tul ħajjithom. Hemm għalhekk interess dirett mix-xerrejja tat-tajers li jnaqqsu l-kont tal-fjuwil tagħhom, u għas-soċjetà kollha kemm hi li tnaqqas l-emissjonijiet ġejjin mit-trasport tat-triq. L-impatt fuq il-livell tal-UE jaf ikun wieħed impressjonanti; l-istudju estern immexxi fi ħdan il-valutazzjoni tal-impatt identifikat potenzjal ta' ffrankar minn 0.56 sa 1.51 Mtoe fis-sena skont kemm is-suq jinbidel malajr. Dan huwa daqs li kieku jitneħħew bejn nofs miljun u 1.3 miljun karozzi tal-passiġġeri mit-toroq tal-UE (jew 3% sa 8% tal-karozzi tal-passiġġieri rreġistrati). It-titjib fl-RR kien u se jkun xprunat aktar fis-suq tat-tagħmir oriġinali[4] mill-manifatturi tal-karozzi li għandhom inċentiv biex jarmaw il-vetturi b'tajers li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi mkejla skont il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip Ir-Regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-vettrui bil-mutur (magna)[5] sejjer ukoll jipprojbixx t-tajers bl-agħar rediment f'termini tal-użu effiċjenti tal-fjuwil permezz ta’ rekwiżiti minimi għall-RR. It-trasformazzjoni tas-suq miksuba premezz ta’ dawn iż-żewġ xpruni madankollu mhix ser tilħaq il-livell ottimali minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli lill-utenti aħħarin, partikolarment fis-suq tal-partijiet ta’ sostituzzjoni. F’dan is-suq, li jgħodd għal 78% tas-sehem tas-suq[6], il-konsumaturi u l-kumpaniji m’għandhomx aċċess għal dejta oġġettiva dwar ir-reżistenza tat-tajers għat-tidwir, u ma jistgħux iqabblu l-ispejjeż akbar tax-xiri mal-iffrankar fil-fjuwil. L-istħarriġ tas-suq wera wkoll li l-konsumaturi jkunu interessati fix-xiri ta' tajers b'użu effiċjenti tal-fjuwil. Barra minn dan, il-prestazzjonijiet tat-tajers huma marbutin ma’ xulxin, u allura, jekk wieħed jaġixxi fuq parametru wieħed, bħall-effiċjenza enerġetika, dan jista' joħloq impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab, filwaqt li jekk jiġi ottimizzat il-qbid fuq l-imxarrab, jista' jkun hemm effett avvers fuq il-ħoss estern tat-tidwir. Ġie identifikat potenzjal għat-titjib tal-karatteristiċi tal-prestazzjoni tal-qbid tat-tajers fuq l-art imxarrba u l-istorbju estern tat-tidwir ‘il fuq mir-rekwiżiti minimi stipulati mill-approvazzjoni tal-leġiżlazzjoni tat-tip[7]. Huwa għalhekk fl-interess tas-soċjetà li tiġi promossa l-ottimizzazzjoni ta’ dawn iż-żewġ parametri flimkien mar-reżistenza għat-tidwir. Skema ta’ tikkettar għat-tajers fuq il-livell tal-UE għandha l-għan li twieġeb għat-trasformazzjoni subottimali tas-suq lejn tajers li jwasslu għall-effiċjenza tal-fjuwils li ġejja minn nuqqas ta' informazzjoni. Dan jista’ jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata, jagħtu inċentivi lill-manifatturi tat-tajers biex jaġġornaw il-prodotti tagħhom, u jikkontribwixxu għat-tqajjim tal-kuxjenza. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta dwar it-tikkettar tat-tajers hija parti minn approċċ integrat sabiex jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tat-trasport tat-triq. Tolqot lin-naħa tad-domanda u sejra tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip dwar it-tajers li tindirizza lin-naħa tal-provvista permezz ta’ rekwiżiti minimi. Ir-rekwiżiti minimi għar-rezistenza għat-tidwir, il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir jidħlu fis-seħħ f’Ottubru tal-2012 fil-proposta għal Regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-magna li sejra tiggarantixxi livell standard ta’ kwalità tat-tajers, filwaqt li titjib ieħor ‘il fuq minn dawn il-livell se jitmexxa permezz tal-iskema tat-tikkettar. Fil-kuntest ta’ kompetizzjoni akbar fis-suq tat-tajers, sejra ddaħħal ambjent ekwu għal kulħadd. bil-possibbiltà li l-produtturi jgawdu mid-differenzazzjoni tal-prodott sabiex il-kompetizzjoni ma tkunx biss ibbażata fuq il-prezz iżda anki fuq il-kwalità tal-prodott. X’aktarx ukoll li dan inaqqas l-ostakli għad-dħul għall-impriżi ġodda li jkunu msejsa fuq il-fama. L-industrija sejra, min-naħa tagħha, tieħu aktar mill-investiment tagħha fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, billi l-konsumaturi u l-utenti aħħarin se jkollhom l-aċċess għal tagħrif dwar il-parametri tat-tajers li jkunoġġettiv, affidabbli u li jista' jitqabbel. Metodi ta’ ttestjar preċiżi u armonizzati se jkunu strumentali fl-għoti ta’ informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers li tkun tista’ titqabbel. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-produtturi u l-ispejjeż tal-ittestjar, l-istess metodi tal-ittestjar għandhom jiġu applikati bħal dawk definiti fil-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip dwar it-tajers. |

140 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni L-użu dejjem akbar min-naħa tas-suq ta’ tajers għall-effiċjenza tal-fjuwil, permezz tal-introduzzjoni ta’ skema ta’ tikkettar enereġetiku, se tikkontribwixxi għall-ilħiq ta’ potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija ta’ 20% sal-2020, kif identifikat fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika[8] – li wara ġie approvat mill-Kunsill tal-Enerġija, il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew[9]. Il-proposta hija konformi mar-reviżjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief[10] u l-kontribut mill-grupp ta’ livell għoli CARS 21[11]. L-istrateġija msejda fuq approċċ integrat għall-ilħiq tal-mira ta’ 120g/km CO2 sal-2012, b’130g/km milħqua permezz ta’ strument leġiżlattiv dwar l-emissjoniiet mill-karozza kif imkejla mal-approvazzjoni tat-tip[12], u 10g/km oħra jew ekwivalenti milħuqa bis-saħħa ta’ lista magħluqa ta’ miżuri addizzjonali, fosthom il-promozzjoni ta’ tajers li jwasslu għal konsujm effiċjenti tal-fjwuil. Is-sinerġiji mal-proposta riveduta għat-tikkettar tal-karozzi[13] sejra wkoll tkabbar ir-rikonoxximent tal-iskema tat-tikkettar għat-tajers. Il-promozzjoni tat-trasformazzjoni tas-suq lejn tajers li jwasslu għal konsum effiċjenti tal-fjuwil taqbel mal-Istrateġija ta' Liżbona u l-Istrateġija mġedda tal-Iżvilupp Sostenibbli għaliex se tinkoraġġixxi l-investiment fl-R&D, tipprovdi għal ambjnet ekwu għal kulħadd, u tnaqqas l-impronta tal-karbonju tat-trasport bit-triq, biex b’hekk tikkontribwwix għall-għan politiku tal-mobilità sostenibbli. Wieħed mill-għanijiet ewlenin definiti fil-Programm Komunitarju ta’ Liżbona għall-2008-2010[14] huwa l-promozzjoni ta’ “politika industrijali mmirata lejn produzzjoni u konsum aktar sostenibbli”, kif elaborat aktar fil-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli[15]. It-tikkettar tat-tajers se jkollu wkoll rwol importnati fil-għan li “l-konsumaturi […] jingħataw is-setgħa” kif ifformulat fl-Istrateġija Ewropea tal-Politika tal-Konsumatur 2007-2013[16] ,billi sejra tgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata meta jixtru tajers ta’ sostituzzjoni. |

2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-istima tal-impatt |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li jwieġbu L-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati nġabru b’mod konsistenti tul il-proċess permezz ta’ laqgħat bilaterali u konsultazzjonijiet varji mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tan-negoziji, l-industrija tat-tajers, il-maniġers tal-flotot tal-karozzi, il-bejjiegħa tat-tajers u l-produtturi tal-karozzi. - L-ewwel reazzjonijiet inġabru waqt il-konsultazzjoni pubblika tad-DĠ ENTR dwar is-Sikurezza Avvanzata tal-Vatturi bil-Magna li saret bejn Awwissu u Ottubru 2007, li inkludiet proposta għall-klassifikazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-tajers. Din id-dispoziżżjoni fl-aħħar ġiet irtirata mill-proposta tal-ENTR sabiex tippermetti għal stħarriġ aktar fil-fond, iżda tqiesu r-reazzjonijiet li ħarġu minn din il-konsultazzjoni . - Laqgħa ta' grupp ta' esperti flimkien ma' rappreżentanti tal-industrija tat-tajers seħħet fil-21 ta' April 2008 sabiex tiċċara kwistjonijiet tekniċi. - Fis-26 ta’ Mejju 2006 kien hemm laqgħa ta’ ħidma għall-partijiet interessati. Id-dokument ta’ ħidma b'mistoqsijiet dwar l-għażliet ta' politika varji li kellhom jiġu indirizzati fil-laqgħa ta' ħdima, it-tweġibiet tal-partijiet ikkonċernati u l-minuti tal-laqgħa ta' ħidma, ġew ippubblikati fuq il-websajt Europa. |

212 | Sinteżi tar-reazzjonijiet u ta' kif dawn ġew ikkunsidrati Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kienet strumentali fid-definizzjoni tal-għażliet ta' politika u t-tfassil potenzjali ta' skema ta' tikkettar. Kull min wieġeb tul il-proċess ta’ konsultazzjoni ġeneralement appoġġa l-introduzzjoni ta' skema ta' tikkettar, iżda b'xi riżervi dwar xi kwistjonijiet tekniċi. - L-ewwel konsultazzjoni pubblika mill-ENTR sħaqet dwar il-ħtieġa li jiġi evitat li l-karatteristiċi tal-prestazzjoni tas-sikurezza tat-tajers jitniżżlu 'l isfel fil-klassifikazzjoni meta tkun qed titfassal skema ta' tikkettar li tkun tista' tħaddan it-tajers li jwasslu għal konsum effiċjenti tal-fjuwil. L-industrija tat-tajers żviluppat il-kunċett tal-“Approċċ Integrat tal-Prestazzjoni tat-Tajers” li jsejjaħ għal kunsiderazzjoni simultanja tal-parametri rilevanti kollha. Din il-kwistjoni tqieset fit-tfassil tal-iskema tat-tikkettar, li tipprovdi għal skema ta’ klassifikar skond diversi kriterji. - Tressqet it-talba għal klassijiet aktar ambizzjużi ta’ effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, u biex jintuża l-istess tfassil bħal dak għat-tagħmir tad-dar (l-iskala “A sa G”)[17]. Twettqet riċerka estesiva bħala segwitu fi ħdan l-istudju estern sabiex tiġi preċiżament identifikata l-qgħada tal-progress teknoloġiku u l-aħħar avvanzi, il-poetnzjal teknoloġiku għal aktar titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwils għat-tajers, u l-ispejjeż tal-produzzjoni relatati. Ir-riżultati tqiesu waqt l-abbozzar tal-klassijiet tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil sabiex il-faxxa A tkun waħda b'rekwiżiti stretti biżżejjed biex tixpruna lis-suq lejn tajers li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil, iżda jiġi żgurat li dawn jibqgħu ifissru nfiq effettiv għall-utenti aħħarin, fi kliem ieħor li l-iffrankar fuq il-fjuwil jagħmel tajjeb għall-ispejjeż akbar tax-xiri. - Xi partijiet talbu għall-inklużjoni tal-istorbju estern tat-tidwir fl-iskema ta’ tikkettar. L-istorbju estern tat-tidwir, li oriġinarjament ma kienx inkluż fl-amitu tal-valutazzjoni tal-impatt, ġie sussegwentament indirizzat. - Fl-aħħarnett, kien hem dibattitu estensiv dwar ir-rilevanza tal-inklużjoni ta’ tajers C2 u C3 (tajers armati fuq vetturi ħfief jew tqal) fl-iskema tat-tikkettar. Il-kumpaniji tat-trasport tat-triq, inkluż il-federazzjoni tagħhom, l-International Road Transport Union (IRU), talbu li dawn il-klassijiet ta’ tajers jiġu inklużi fl-iskema tat-tikkettar. Billi l-valutazzjoni tal-impatt uriet potenzjal ta’ ffrankar ta’ fjuwil f’dawn is-swieq, ġie deċiż li dawn jiġu inklużi fl-ambitu tal-proposta leġiżlattiva. |

213 | Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet mit-28.04.2008 sat-30.05.2008. Il-Kummissjoni rċeviet 14 -il risposta. Dawn ir-riżultati huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/energy/demand/legislation/under_discussion_en.htm. |

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert |

221 | L-oqsma xjentifiċi/ta' għarfien espert konċernati Studju estern tqabbad lill-European Policy Evaluation Consortium minn Diċembru 2007 sa Lulju 2008 sabiex jagħtu kontribut għall-istudju tal-impatt. |

222 | Il-metodoloġija użata L-istudju ħares lejn l-isfond tekniku għat-tfassil ta’ skema ta’ tikkettar, inkluż il-kompromess li jkollu jintlaħaq meta jiġu mistħarrġa l-parametri tat-tajers, l-istruttura tas-suq u l-analiżi tal-benefiċċju fil-konfront tal-ispiża. It-tfassil speċifiku tal-klassijiet tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u l-qbid fuq l-imxarrab jissejsu, fost l-oħrajn, fuq il-fattur li ġejjin: (1) l-aħħar progress u aġġornamenti, (2) l-ispejjeż tal-produzzjoni involuti biex jintlaħaq ċertu livell ta’ RR jew qbid fuq l-imxarrab li, meta mqabbel mal-iffrankar tal-fjuwil jew iż-żieda fis-sikurezza, jiddeterminaw (3) il-livelli ta’ nfiq effettiv li –suq jista’ jkun razzjonalment mistenni jitressaq lejhom, (4) il-preċiżjoni tal-metodi tal-ittestjar li jistgħu jinfluwenza il-wisa’ tal-faxex. |

223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Ġew ikkonsultati r-rappreżentanti tal-Istati Membri, NGOs, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tan-negoziji, l-industrija tat-tajers, il-bejjiegħa tat-tajers u l-produtturi tal-karozzi. |

2249 | Analiżi tal-pariri li waslu u ntużaw Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli. |

225 | Il-kontribut tekniku u l-analiżi tal-ispejjeż mqabbla mal-benefiċċju ġew inklużi fi—valutazzjoni tal-impatt. |

226 | Mezzi li ntużaw biex l-għarfien espert ikun disponibbli pubblikament L-istudju estern jista’ jitniżżel minn fuq http://ec.europa.eu/energy/demand/legislation/under_discussion_en.htm. |

230 | L-istima tal-impatt Il-valutazzjoni tal-impatt qieset l-għażliet ta’ politika li ġejjin għall-promozzjoni tat-trasformazzjoni tas-suq lejn tajers li jwasslu għal użu aktar effiċjenti tal-fjuwil. L-Alternattiva 1: L-ebda azzjoni mill-UE. Dan jikkostitwixxi x-xenarju ta’ bażi, inkluża l-adozzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-reżistenza għat-tidwir (RR) kif proposti fir-Regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-magna u inċentivi eżistenti għall-produtturi tal-karozzi biex jaramaw il-vetturi tagħhom b'tajers li jagħmlu użu effiċjenti tal-fjuwil sabiex jitnaqqsu l-livelli tal-kejl tal-emissjonijiet bl-approvazzjoni tat-tip. L-Alternattiva 2: Skema ta’ tikkettar bi kriterju uniku għat-tajers tal-karozzi tal-passiġġeiri (tajers C1) fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil (RR), b’rekwiżiti minimi għall-parametri l-oħra (il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir). L-Alternattiva 3: Skema ta’ tikkettar bi kriterju dupliċi għat-tajers C1 fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u l-qbid fuq l-imxarrab, b’rekwiżiti minimi għall-istorbju estern tat-tidwir. L-Alternattiva 4: Skema ta’ tikkettar bi kriterji varji għat-tajers C1 fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u l-qbid fuq l-imxarrab, estiżi għall-istorbju estern tat-tidwir. L-Alternattiva 5: Estensjoni tal-iskema tat-tikkettar żviluppata għat-tajers C1 (Għażla 2, 3, jew 4) għat-tajers C2 u C3. L-Alternattiva 6: Strumenti ekonomiċi u akkwist pubbliku. Tqabbil tal-għażliet ta’ politika juri l-skema ta’ klassifikar skond kriterji varji għat-tajers C1 (l-Għażla 4) iġġib l-akra befeiċċji meta tiġi estiża wkoll għat-tajers C2 u C3 (Għażla 5). L-użu aktar kajman tas-suq tat-tajers li jwassli għal konsum aktar effiċjenti tal-fjuwil, imqabbel mal-Għażla 2 (skema ta’ tikkettar bi kriterju uniku) tiġi kkumpensata minn sikurezza akbar, filwaqt li l-estnsjoni tal-iskema tat-tikkettar għat-tajers C2 u C3 iżżid bil-kbir l-iffrankar totali fuq il-fjuwil. |

231 | Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt elenkata fil-Programm ta’ Ħidma, li r-rapport tiegħu jinsab fuq: http://ec.europa.eu/governance/impact/cia_2008_en.htm |

3. L-elementi ġuridiċi tal-proposta |

305 | Sinteżi tal-azzjoni proposta Il-proposta tikkonċerna l-ħolqien ta’ skema ta’ tikkettar għall-parametri tat-tajers inkluż l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, u tindirizza t-tajers C1, C2 u C3 (tajers armati fuq karozzi tal-passiġġieri, u vetturi ħfief jew tqal). Se tipprovdi tagħrif armonizzat u jinftiehem għall-konsumaturi, il-kumpaniji u l-bejjiegħ bl-imnut, bis-saħħa ta’ klassifika tal-karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tajers. Se tiggarantixxi li t-tagħrif ikun disponibbli għall-utenti aħħarin b’modi differenti (eż. mezzi elettroniċi, katalgi, stickers). |

310 | Il-bażi ġuridika Il-bażi ġuridika tal-proposta hija l-Artikolu 95 tat-Trattat. |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. |

321 | Kif muri b’rabta mad-Direttiva dwar it-Tikkettar (Marketing) tal-Karozzi[18], l-eżistenza ta’ 27 skema ta’ tikettar differenti titfa’ piż mill-kbarnett fuq il-produtturi li jkollhom jikklassifikaw il-prodotti tagħhom b’mod differenti skond f’liema pajjiż ibigħuhom, u dan mhuwiex effiċjenti għall-promozzjoni tat-trasformazzjoni tas-duq. Id-diskrepanzi li ġa jeżistu bejn il-klassifikazzjonijiet tal-prodotti jwasslu għall-konfużjoni fost il-konsumaturi u jimminaw il-ħila tagħhom li jagħmlu għażla infurmata. Minbarra dan, l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-industrija tat-tajers esprimew l-appoġġ tagħhom għal skema armonizzata tat-tikkettar. |

Azzjoni Komunitarja se tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin: |

324 | Skema armonizzata tat-tikkettar se tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-industrija tat-tajers. Sejra tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern u tipprovdi ambjent ekwu għal kulħadd. |

327 | L-ambitu tal-proposta huwa limitat għall-armonizzazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti: l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tas-suq se jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. |

Għalhekk il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

331 | Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proposta leġiżlattiva. L-istess proċedura tat-testijiet hija prevista bħal fil-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż li jġorru l-produtturi tat-tajers. L-awto-dikjarazzjoni għandha wkoll tnaqqas l-ispejjeż tal-ittestjar, li ġew stmati għal madwar 0.03 euor t-tajer fl-agħar każ. Qed jiġi wkoll propost li tinħareġ sticker li turi t-tikketta f'format li jinftiehem mingħajr traduzzjoni. Sabiex jiġu mminimizzati l-ispejjeż loġistiċi, se jkun hemm simboli bl-istampi li jiżguraw li l-iskema tat-tikkettar tinftiehem mingħajr ma l-industrija u l-bejjiegħ tat-tajers ikunu meħtieġa jwaħħlu sticker opposta bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Informazzjoni oħra fil-lingwa rilevanti se tingħata online (fuq l-internet) biex tispjega t-tikketta. L-għarfien faċli tal-messaġġ tat-tikketta mill-konsumaturi se jkun ukoll iffaċilitat permezz tal-użu ta’ format għat-tikketta simili għal dak użat għat-tagħmir domestiku taħt id-Direttiva dwar it-Tikkettar Enerġetiku għall-apparat tad-dar. |

332 | It-tikkettar tat-tajers lanqas m'għandux iwassal għal prezzijiet ogħla tat-tajers. Tajers irħas xorta waħda se jkunu disponibbli fis-suq, bl-unika bidla tkun li l-informazzjoni oġġettiva dwar il-kwalità tat-tajers tingħata lill-konsumaturi sabiex il-kompetizzjoni ma toperax biss skont il-prezzijiet iżda skont il-prestazzjoni attwali. |

L-għażla ta' strumenti |

341 | Strumenti proposti: Direttiva. |

342 | Mezzi oħra mhumiex xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: Is-sorveljanza tas-suq u l-konformità mad-Direttiva se jkunu kruċjali sabiex jiżguraw is-suċċess tal-iskema. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżviluppaw il-proċeduri proprji tagħhom ta’ monitoraġġ. Il-kampanji għat-tqajjim ta’ kuxjenza li jispjegaw l-iskema tat-tikkettar se jkunu inidrizzati aħjar lill-utenti aħħarin u lill-konsumaturi jekk jitħejjew fuq livell nazzjonali. Għalhekk qed jiġi propost li tiġi adottata Direttiva għat-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Il-proposta tuża approċċ ta’ ‘livell maqsum’ fejn id-dispożizzjonijiet fundamentali tad-Direttiva se jiġu adottati bil-ko-deċiżjoni, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-addattament għall-progress tekniku se jiġu adottati bil-komitoloġija, skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |

4. L-implikazzjoni baġitarja |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

5. Tagħrif addizzjonali |

560 | Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

E-14824 |

2008/0221 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra Test b’rilevanza għaż-ŻEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[19],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[20],

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[21],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[22],

Billi:

(1) Il-mobilità sostenibbli hija sfida mill-akbar li qed tħabbat wiċċha magħha l-Komunità fid-dawl tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li tiġi sostnuta l-kompetitività Ewropea kif misħuq fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it Trasport aktar Ekoloġiku[23].

(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika – Inwettqu l-potenzjal" [traduzzjoni mhux uffiċjali][24] saħqet dwar il-potenzjal li l-konsum totali tal-enerġija jitnaqqas b’20% sal-2020 permezz ta’ lista ta’ azzjonijiet immirati inkluż it-tikkettar tat-tajers.

(3) It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza tagħhom għat-tagħmir, jgħoddu għal 20% sa 30% tal-konsum tal-fjuwils tal-vetturi. Tnaqqis tar-reżistenza għat-tidwir tat-tajers jaf għalhekk jikkontribwixxi b’mos sinifkanti għall-effiċjenza enerġetika tat-trasport tat-triq u b’hekk għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

(4) It-tajers huma karatterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għat-tidwir jista' jkollu impatt avvers fuq parametri oħra, bħall-qbid fuq l-imxarrab, filwaqt li jekk jittejjeb il-qbid fuq l-imxarrab, jista' jkun hemm effett avvers fuq il-ħoss estern tat-tidwir. Il-manifatturi tat-tajers bgħandhom jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha.

(5) It-tajers li jwasslu għal użu effiċjenti tal-fjuwil iġibu l-infiq effettiv għaliex l-iffrankar fuq il-fjuwil jagħmel tajjeb bil-kbir għall-prezz tax-xiri ogħla tat-tajers li jkun ġej minn spejjeż tal-produzzjoni ogħla.

(6) [Ir-Regolament (KE) Nru …/… dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur][25] jistipula rekwiżiti minimi dwar ir-reżistenza għat-tidwir tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li t-telf tal-enerġija jitnaqqas b’mod sinifikanti permezz ta’ reżistenza għat-tidwir tat-tajers li tkun lil hinn mir-rekwiżiti minimi. Sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport fit-triq, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru aktar tajers li jwasslu għall-użu effiċjenti tal-fjuwil billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(7) L-istorbju tat-traffiku jaf jagħti ħafna fastidju u għandu effett ta' ħssra għas-saħħa. [Ir-Regolament (KE) Nru …/… dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur] jistipula rekwiżiti minimi dwar l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajers jitnaqqas b’mod sinifikanti lil hinn mir-rekwiżiti minimi. Sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru tajers bi storbju estern tat-tidwir baxx billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(8) L-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-istorbju estern tat-tidwir tat-tajer jista’ wkoll jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-istorbju tat-traffikuj u jikkontribiwixxi għal kuxjenza akbar dwar l-effett tat-tajers fuq l-istorbju tat-traffiku fi ħdan id-Direttiva 2002/49 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali[26].

(9) [Ir-Regolament (KE) Nru …/… dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur] jistipula rekwiżiti minimi dwar il-qbid tat-tajers fuq l-imxarrab. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-qbid fuq l-imxarrab jittejjeb lil hinn mir-rekwiżiti minimi, u għalhekk jitnaqqsu d-distanzi tal-ibbrejkjar fuq l-imxarrab. Sabiex titjieb is-sikurezza tat-toroq, huwa għalhekk xieraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jħeġġu lill-utenti aħħarin jixtru tajers bi prestazzjoni għolja għall-qbid fuq l-imxarrab billi jipprovdulhom informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(10) Parametri oħra tat-tajers, bħall-aquaplaning jew iż-żamma fid-dawriet, jaffettaw ukoll is-sikuerzza fit-toroq. Madankollu, f’dan l-istadju, għad mhemmx disponibbli metodi arrmonizzati tat-ttestjar fir-rigward ta’ dawn il-parametri. Huwa għalhekk xieraq li jiġi pprovdut għall-possibbiltà, fi stadju aktar tard u jekk meħtieg, għall-iffisar ta’ dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni armonizzata lill-utenti aħħarin dwar dawn il-parametri tat-tajers.

(11) L-għoti ta’ informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta’ tikketta standard x’aktarx jasal biex jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarin favur tajers aktar sikuri, inqas storbjużi u ji jwasslu għal iffrabkar tal-fjuwil. Dan imbagħad jaf iħeġġeġ lill-manifatuuri tat-tajers jottimizzaw dawk il-parametri tat-tajers, li jwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sotenibbli.

(12) Il-fatt li hemm bosta regoli diversi dwar it-tikettar tat-tajers minn Stat Membru għal-ieħor joħloq ostkali għall-kummerċ intra-Komunitarju u jkabbar il-piż amministrattiv u l-ispejjeż tal-ittestjar għall-manifatturi tat-tajers.

(13) It-tajers ta’ sostituzzjoni jgħoddu għal 78% tas-suq tat-tajers. Huwa għalhek ġustifikat li l-utent aħħari jiġi infurmat dwar il-parametri tat-tajers ta’ sostituzzjoni kif ukoll tat-tajers armati fuq vetturi ġodda.

(14) Il-bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar l-effiċjenzafl-użu tal-fjuwil mit-tajers u parametri oħra hija rilevanti għall-konsumaturi, inkluż għall-maniġers tal-flotot u l-kumpaniji tat-trasport, li ma jistgħux faċilment iqabblu l-marki differenti tat-tajers fin-nuqqas ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u tikettar . Huwa għalhekk xieraq li jiġu inklużi it-tajers C1, C2 u C3 fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

(15) It-tikketta dwar l-enerġija li tikklassifika l-prodotti bi skala minn “A sa G”, kif applikata għall-apparat tad-dar skond id-Direttiva 1992/75/KE dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar[27], hija magħrufa sew mill-konsumaturi u rnexxiet fil-promozzjoni ta’ apparat aktar effiċjenti. L-istess disinn għandu jintuża għat-tiklettar tal-effiċjenza tat-tajers għall konsum tal-fjuwil.

(16) Dak li jkun hemm muri fuq it-tikketta ta’ fuq it-tajers fil-ħanut, kif ukoll fil-letteratura promozzjonali teknika, għandu jiżgura li sew il-bejjiegħa sew l-utenti potenzjali u aħħarin jiriċevu informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers għall-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir.

(17) Xi utenti aħħarin jagħżlu t-tajers qabel ma jaslu fil-punt tal-bejgħ jew jixtru t-tajers billi jordnawhom bil-posta. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-utenti aħħarin ukoll ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata abbażi tal-informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers għall-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, it-tikketi għandhom jintwerew fil-letteratura promozzjoni teknika kollha, inkluż fejn letteratura bħal din tkun disponibblif uq l-Internet.

(18) L-informazzjoni trid tingħata skond il-metodi armonizzati tat-testjar stipulati fi [Ir-Regolament (KE) Nru …/… dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur] sabiex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jqabblu tajers differenti u jillimitaw l-ispejjeż tal-ittestjar għall-manifatturi.

(19) Meta l-Istati Membri jimplimentaw inċentivi favur tajers li jwasslu għall-effiċnejzna tal-fjuwil, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-klassijiet minimi tal-effiċjenza tal-fjuwil sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. Dawn l-inċentivi għandhom mnejn jikkostitwixxu għanjuna mill-Istat. Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-eżitu ta' kwalunkwe proċedura futura għall-għajnuna mill-Istat li tista' tittieħed skond l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat fir-rigward tagħhom.

(20) Il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar mill-manifatturi, il-fornituri u d-distributuri hija essenzjali għall-ilħqi tal-għanijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet. L-Istati Membri għandhom għalhekk jimmonitorjaw din il-konformità permezz tas-sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari.

(21) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 199/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.[28].

(22) B’mod partikolari, għandh tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tintroduċi rekwiżti fir-rigward tal-klassifikar tal-qbid fuq l-imxarrab għall-klassijiet tat-tajers C2 u C3, tintrodċui rekwiżiti fir-rigward ta' parametri essenzjali tat-atjers għajr l-effiċejenza tal-użu tal-fjuwil, il-qbid fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tat-tidwir, u tadattat l-Annessi għall-progress tekniku. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Għan u suġġett

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li titkabbar l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil tat-trasport tat-triq permezz tal-promozzjoni ta’ tajers li jwasslu għal użu effċijenti tal-fjuwil.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar.

Artikolu 2 Ambitu

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tajers C1, C2, u C3.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) tajers ittredjati mill-ġdid;

(b) tajers off-road professjonali

(c) tyres ddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1. ta’ Ottubru 1990

(d) Spare tyres tat-tip T għal użu temporarju;

(e) tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta' anqas minn 80 km fis-siegħa;

(f) tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

(g) tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali sabiex itejbu l-proprjetajiet tal-ġbid, bħal tajers bl-iskontri.

Artikolu 3 Id-Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Direttiva:

(1) ‘Tajers C1, C2 u C3’ tfisser klassijiet ta’ tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 ta’ [Ir-Regolament (KE) Nru …/… dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tipi għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur][29];

(2) "Spare tyre tip T għal użu temporarju" jfisser spare tyre għal użu temporarju disinjat għall-użu bi pressjoni tal-infiħ ogħla minn dik stabbilta għal tajers standard u rinforzati;

(3) ‘punt tal-bejgħ’ tfisser post fejn it-tajers huma murija, maħżuna jew offruti għall-bejgħ, inkluż showrooms tal-karozzi fir-rigward ta' tajers murija li mhumiex armati fuq il-vetturi;

(4) ‘letteratura promozzjonali teknika’ tfisser kull materjal stampat u elettroniku użat fil-marketing tat-tajers jew tal-vetturi mmirat lejn l-utenti aħħarin jew id-distributuri , li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi ta' tajer, inkluż manwali tekniċi, brochures, marketing fuq l-Internet, fuljetti u katalgi;

(5) ‘dokumentazzjoni teknika’ tfisser informazzjoni dwar it-tajers, inkluż il-manifattur u l-marka tat-tajer; deskrizzjoni tat-tip tat-tajer jew il-grupp tat-tajers iddeterminat għad-dikjarazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjal tal-istorbju estern tat-tidwir; rapport tat-testijiet u preċiżjoni tat-testijiet.

(6) ‘manifattur’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodtt iddisinjat juew immanifatturat u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-mark kummerċjali tagħha;

(7) ‘importatur’ tfisser kull persuna naturali jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tagħmel prodott minn pajjiż terz disponibbli fis-suq Komunitarju;

(8) ‘fornitur’ tfisser il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jew l-importatur;

(9) ‘distributur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;

(10) "tqegħid fis-suq" tfisser kwalunkwe forniment ta' prodott għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq Komunitarju waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas sew mingħajr ħlas;

(11) ‘utent aħħari’ tfisser konsumatur, inkluż maniġer ta’ flotta jew kumpanija tat-trasport at-triq li qed tixtri jew mistennija tixtri tajer ;

(12) ‘parametru essenzjali’ tfisser parametru ta’ tajer bħar-reżistenza għat-tidwir, il-qbid fuq l-imxarrab jew l-istorbju estern tat-tidwir li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza fit-triq jew is-saħħa waqt l-użu.

Artikolu 4 Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tat-tajers jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1) il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1 u C2, li jiġu kkunsinjati lid-distributuri jew lill-utenti aħħarin, ikunu mgħammra bi sticker fuq wiċċ it-tajer li turi tikketta li tindika l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, Parti A, u l-istorbju estern tat-tidiwir kif stipulata fl-Anness I, Parti C; It-tikketti tat-tajers C1 għandhom ukoll jindikaw il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulata fl-Anness I, Parti B;

(2) il-format tal-isticker imsemmija fil-paragrafu 1 għandu ukun kif preskritt fl-Anness II;

(3) il-fornituri għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fuq il-letteratura teknika promozzjonali kif stipulata fl-Anness I fl-ordni speċifikat fl-Anness III;

(4) il-fornituri għandhom jagħmlu disponibbli dokumentazzjoni teknika għall-awtoriatjiet tal-Istati Membri meta dawn jitolbuha, għal perjodu li jintemm ħames snin wara li l-aħħar tajer ta’ tip ta’ tajer partikolari kien għadu jinsab disponibbli fis-suq; id-dokumentazzjoni teknika għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtoritajiet jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjal tal-istorbju estern tat-tidwir;

Artikolu 5 Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-distributuri tat-tajers jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet lie ġejjin:

(1) id-distributuri għandhom jiżguraw li t-tajers, fil-punt tal-bejgħ, ikollhom l-isticker ipprovdut mill-fornituri skond l-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni ċarament viżibbli;

(2) meta t-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, id-distributuri għandhom jipprovdu lill-utent aħħari b'informazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għal dawk it-tajers;

(3) għat-tajers C1 u C2, id-distributuri għandhom jipprovdu l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u l-valur imkejjel tal-istorbju estern mal-kont mogħti lil-utent aħħari meta jixtri t-tajers. Għat-tajers C!, tsita’ wkol tiġi pprovduta l-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab.

Artikolu 6 Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1) il-fornituri tal-karozzi u d-distributuri tal-karozzi għandhom jiżguraw li l-letteratura promozzjonali teknika tipprovdi informazzjoni dwar it-tajers li huma armati fuq vetturi ġodda; dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil kif stipulat fl-Anness I, l-istorbju estern tat-tidwir kif stipulat fl-Anness I, Parti C, u għat-tajers C1 il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I, Parti B;

(2) meta tipi differenti ta’ tajers ikunu jistgħu jiġu armati fuq vettura ġdida, mingħajr ma l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejniethom, il-klassi l-aktar baxxa tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-ogħla valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tipi ta' tajers, għandu jissemma fil-letteratura promozzjonali teknika fl-ordni speċifikat fl-Anness III;

(3) meta l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn tipi differenti ta’ tajers biex jiġu armati fuq vettura ġdida, il-fornituri tal-karozzi għandhom jiddikjaraw il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tipi ta' tajers fil-letteratura promozzjonali teknika fl-ordni speċifikat fl-Anness III;

(4) meta l-utenti aħħarin jiġu offruti għażla bejn tipi differenti ta’ tajers biex jiġu armati fuq vettura ġdida, id-distributuri tal-karozzi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab, u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir ta' dawn it-tajers qabel il-bejgħ.

Artikolu 7 Metodi armonizzati tal-ittestjar

L-informazzjoni pprovduta fl-Artikoli 4, 5, u 6 dwar il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil, il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir, u l-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers għandha tinkiseb billi jiġu applikati l-metodi armonizzati tal-ittestjar imsemmija fl-Anness 1.

Artikolu 8 Proċedura ta’ verifika

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab fi ħdan it-tifsira tal-Anness I Partijiet A u B, u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir fi ħdan it-tifsira tal-Anness I, Parti Ct, skont il-proċedura stipulata fl-Anness IV.

Artikolu 9 Suq intern

1. Fejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, l-Istati Membri la għandhom jipprojbixxu u lanqas jirrestrinġu it-tqegħid fis-suq ta’ tajers fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar il-prodott koperai minn din id-Direttiva.

2. Sakemm ikollhom evidenza li turi kontra, l-Istati Membri għandhom iqisu t-tikketti u l-infromazzjoni dwar il-prodott bħala li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Jistgħu jeħtieġu li l-fornituri jipprovdu dokumentazzjoni teknika sabiex tiġi vvalutata l-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati.

Artikolu 10 Inċentivi

L-Istati Membri m’għandhomx jagħtu inċentivi fir-rigward tat-tajers taħt il-livell Klassi C tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil fi ħdan it-tifsira tal-Anness I Parti A.

Artikolu 11 Emendi u adattament għall-progress tekniku

Il-miżuri li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi, fost affarijiet oħrajn, iżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 13(2).

(1) l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers C1 u C2, dejjem sakemm ikunu disponibbli metodi xierqa ta' ttestjar armonizzati;

(2) l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti fir-rigward ta’ parametri essenzjali oħra safejn dawn il-parametri jeffettwaw l-ambjent, is-saħħa jew is-sikurezza, dejjem sakemm ikunu disponibbli metodi xierqa ta' ttestjar armonizzati u dawn ir-rekwiżiti jwasslu għal infiq effettiv;

(3) l-addattament tal-Annessi I sa IV għall-progress tekniku

Artikolu 12 Il-penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, propozjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 13 Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 14 Ir-reviżjoni

Sa mhux aktar tard minn 5 snin wara l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevdi l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika u tal-qbid fuq l-imxarrab kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 15 It-traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm it-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 16

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill,

Il-President Il-President

Anness I Klassifikar tal-parametri tat-tajers

Parti A: Klassijiet ta' effiċjenza tal-użu tal-fjuwil

Il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil trid tiġi ddeterminata abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għat-tidwir (RRC) skond l-iskala A sa G speċifikata isfel u mkejla skond [ir-Regolament UNECE …, referenza tal-ĠU li għandha tinżied qabel l-adozzjoni finali tad-Direttiva mil-leġiżlatura ].

Jekk tip ta’ tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi ta’ tajer waħda (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifika użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dan it-tip ta’ tajer għandha tkun applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (ez.C2, mhux C1)

Tajers C1 | Tajers C2 | Tajers C3 |

RRC f’ kg/t | Klassi tal- effiċjenza enerġetika | RRC f’ kg/t | Klassi tal- effiċjenza enerġetika | RRC f’ kg/t | Klassi tal- effiċjenza enerġetika |

RRC≤6.5 | A | RRC≤5.5 | A | RRC≤4.0 | A |

6.6≤RRC≤7.7 | B | 5.6≤RRC≤6.7 | B | 4.1≤RRC≤5.0 | B |

7.8≤RRC≤9.0 | C | 6.8≤RRC≤8.0 | C | 5.1≤RRC≤6.0 | C |

Vojt | D | Vojt | D | 6.1≤RRC≤7.0 | D |

9.1≤RRC≤10.5 | E | 8.1≤RRC≤9.2 | E | 7.1≤RRC≤8.0 | E |

10.6≤RRC≤12.0 | F | 9.3≤RRC≤10.5 | F | RRC≥8.1 | F |

RRC≥12.1 | G | RRC≥10.6 | G | Vojt | G |

Parti B: Klassijiet tal-Qbid fuq l-Imxarrab

Il-klassiijiet tal-qbid fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qbid fuq l-imxarrab skond l-iskala “A sa G” speċifikata isfel u mkejla skond [ir-Regolament UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin[30].

G | Klassijiet tal-Qbid fuq l-Imxarrab |

155≤G | A |

140≤G≤154 | B |

125≤G≤139 | C |

Vojt | D |

110≤G≤124 | E |

G≤109 | F |

Vojt | G |

Part C: Storbju estern tat-tidwir

Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għandu jiġi ddikjarat f’decibels u jitkejjel skond Regolament UNECE dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin

Anness II: Il-format tat-tikketta

L-isticker imsemmi fl-Artikoli 4(1) u 5(1) jikkonsistu minn żewġ partijiet: (1) tikketta stampata fil-format deskritt isfel u (2) spazju fejn jintwerew l-isem tal-fornitur u l-linja tat-tajer, il-qies tat-tajer, l-indiċi tat-tagħbija, il-klassifikazzjoni tal-veloċità u speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn (minn hawn ‘il quddiem “l-ispazju tal-marka”).

1. Disinn tat-tikketta

1.1 It-tikketta stampata fuq l-isticker, imsemmija fl-Artikoli 4(1) u 5(1), trid tkun skont l-illustrazzjoni hawn taħt:

[pic]

1.2 Dan li ġej jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għat-tikketta:

[pic]

1.3 It-tikketta trid tkun mill-inqas 75 mm wiesgħa u 100 mm twila. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda jibqa’ proporzjonat għal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.

1.4 It-tikketta għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

a) Il-kuluri huma CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – u jingħataw skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

b) In-numri mniżżla isfel jirrefru għall-ispjegi indikati fit-taqsima 1.2;

[pic] Efiiċjenza tal-użu tal-fjuwil

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19.5 mm, tul: 18.5 mm – Kwadru għal-linja tal-pittogramma 3.5 pt, wisa’: 26 mm, tul: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni linja:: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja:: 3.5 pt, wisa’: 36 mm – Kulur: X-10-00-05;

[pic] Qbid fuq l-Imxarrab

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19 mm, tul: 19 mm – Kwadru għall-pittogramm linja:: 3.5 pt, wisa’: 26 mm, tul: 23 mm – Kwadru għall-klassifikazzjoni linja:: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja:: 3.5 pt, wisa’: 26 mm – Kulur: X-10-00-05;

[pic] Storbju estern tat-tidwir

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 23 mm, tul: 15 mm – Kwadru għall-pittogramm linja:: 3.5 pt, wisa’: 26 mm, tul: 24 mm – Kwadru għall-valur: linja:: 1 pt – Tmiem il-kwadru: linja:: 1 927.10 cm³, tul: 24 mm – Kulur: X-10-00-05;

[pic] Disinn tat-tikketta linja:: 825.90 cm³ – Kulur: X-10-00-05;

[pic] Skala A-G

- Vleġeġ: għoli: 4.75 mm, spazju: 0.75 mm, wisa’: 0.5 pt – kuluri:

? A X-00-X-00;

? B 70-00-X-00;

? C 30-00-X-00;

? D 00-70-X-00:

? E 00-30-X-00:

? F 00-70-X-00:

? G 00-X-X-00.

- Kitba: Helvetica Bold 12 pt, 100% abjad, bordura sewda: 0.5 pt;

[pic] Gradazzjoni

- Vleġġa: wisa’: 16 mm, tul: 10 mm, 100% iswed;

- Kitba: Helvetica Bold 14 866.20 cm³, 100% abjad;

[pic] Linji fil-klassifikazzjoni: linja:: 0.5 pt – interval bis-snug: 5.5 mm, 100% iswed;

[pic] Scale text: Helvetica Bold 6 056.60 cm³, 100% iswed;

[pic] Valur tal-istorbju

- Kaxxa: wisa’: 25 mm, tul: 10 mm, 100% iswed;

- Kitba: Helvetica Bold 11 012.00 cm³, 100% abjad;

- Unit text: Helvetica Bold Regular għal ‘(A)’ 13 pt, 100% abjad;

[pic] Logo tal-UE: wisa’: 9 mm, tul: 6 mm;

[pic] Referenza tad-Direttiva. Helvetica Regular 7.5 pt, 100% iswed;

Referenza tal-klassi tat-tajer: Helvetica Bold 4 129.50 cm³, 100% iswed;

c) L-isfond irid ikun abjad.

1.5 Il-klassi tat-tajer (C1, C2 jew C3) trid tiġi indikata fuq it-tikketta fil-formatt preskritt fit-taqsima tal-illustrazzjoni 1.2.

2. L-izpazju tal-marka

2.1 Il-fornituri għandhom iżidu isimhom, il-linja tat-tajer, il-qies tat-tajer, l-indiċi tat-tagħbija, il-klassifikazzjoni tal-veloċità u speċifikazzjonijiet tekniċi fuq l-isticker ma’ tul it-tiketta fi kwalunkwe kulur, format u disinn, dejjem sakemm id-daqs proporzjonali tal-ispazju tal-marka ma jaqbiżx proprzjon ta' 4:5 imqabbel mad-daqs tat-tikketta u l-messaġġ ippubblikat ma’ tul it-tiketta ma jfixkilx il-messaġġ tat-tikketta.

Anness III L-informazzjoni pprovduta fil-letteratura promozzjonali teknika

1. L-informazzjoni dwar it-tajer tingħata fl-orndi speċifikat kif ġej:

(i) il-klassi tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil (ittra A sa G);

(ii) il-klassi tal-qbid fuq l-imxarrab (ittra A sa G);

(iii) il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir (dB).

2. L-informazzjoni trid tilħaq dawn il-ħtiġijiet:

(i) tinqara faċilment;

(ii) tinfiehem faċilment;

(iii) jekk ikun disponibbli klassifikar differenti għal tajer partikolariu skond il-qisien jew parametri oħra, għandha tġi ddikjarata l-medda bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni ut-tajer bl-aħjar prestazzjoni.

3. Il-fornituri jridu juru wkoll fuq il-websajt tagħhom

(i) spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

(ii) stqarrija li tisħaq dwar il-fatt li l-iffrankar attwali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu bil-kbir mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

- l-ekosewqan jista' jnaqqas il-konsum tal-fjuwil b'mod sinifikanti;

- il-pressjoni tat-tajers trid tiġi ċċekkjata regolarment għal karatteristiċi ogħla tal-qbid fuq l-imxarrab u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

- id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu osservati b'mod strett.

Anness IV: Proċedura ta’ verifika

Il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil u tal-qbid fuq l-imxarrab, kif ukoll il-valur imkejjel tal-istorbju estern tat-tidwir għandu jiġi vvalutat għal kull tip ta’ tajer jew għal kull grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur; skont il-proċedura li ġejja:

(1) l-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed. Jekk il-valur imkejjel jilħaq il-klasi ddikjarata jew il-valur imkejjel tal-istorju estern tat-tidwir, ikun għadda mit-test.

(2) jekk il-valur imkejjel ma jilħaqx il-klasi ddikjarata jew il-valur imkejjel tal-istorju estern tat-tidwir, jiġu ttestjati tliet tajers oħra. Il-valur medju tal-kejl li joħroġ mill-erba’ tajers ittestjati għandu jintuża sabiex jiġi vvalutat li dan jaqbel mal-informazzjoni ddikjarata.

[1] Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Inventarju Annwali tal-Komunità Ewropea dwar il-Gassijiet Serra 1990-2005 u r-Rapport dwar l-Inventarju 2007, p.88.

[2] COM(2006) 545.

[3] COM(2008) 433.

[4] Tajers armati fuq vetturi ġodda, li jagħmlu 22% mis-sehem tas-suq.

[5] Proposta COM(2008) 316 li qed tiġi adottata, ĠU C , , p. .

[6] Tajers armati fuq il-vetturi darba jitherrew l-oriġinali, is-soltu wara 40 000km għall-karozzi tal-passiġġieri.

[7] COM (2008) 316 finali, ara n-nota 5.

[8] COM(2006) 545.

[9] TTE, il-Kunsill (tal-Enerġija) tat-23 ta’ Novembru 2006, 15210/06; Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-8/9 ta’ Marzu 2007 – Konklużjonijiet tal-Presidenza, 7224/07; Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2007 dwar l-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (2007/2119(INI)), punt 32

[10] COM(2007) 19.

[11] COM(2007) 22.

[12] COM(2007) 856.

[13] Riformulazzjoni tad-Direttiva 1999/94/KE.

[14] COM(2007) 804.

[15] COM(2008) 397/3

[16] COM(2007) 99.

[17] Id-Direttiva 1992/75/KE.

[18] Id-Direttiva 1999/94/KE.

[19] ĠU C , , p. .

[20] ĠU C , , p. .

[21] ĠU C , , p. .

[22] ĠU C , , p. .

[23] COM(2008) 433

[24] (COM(2006)545).

[25] Proposta COM(2008) 316 li qed tiġi adottata, ĠU C , , p. .

[26] ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

[27] ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16.

[28] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[29] [NB: Il-klassifikazzjoni attwali tat-tajers għall-proposta għal Regolament (COM(2008)316) ħalliet barra l-vetturi ħfief (N1). Hemm qbil fuq il-livell tal-Kunsill li tiġi riveduta d-definizzjoni proposta fl-Artikolu 8 ta' COM(2008) 316 sabiex jiġu inklużi t-tajers N1; il-ftehim se jintlaħaq f'Ottubru l-aktar tard, qabel l-adozzjoni ta' din il-proposta għal Direttiva dwar it-tikkettar tat-tajers - dan huwa għall-informazzjoni waqt il-proċedura leġiżlattiva u għandu jitħassar fi żmien l-adozzjoni]

[30] ĠU L 231, 09.10.2002, p. 19.

Top