EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XC0830(02)
Notice of initiation of a partial interim review of the anti-dumping measures applicable to imports of synthetic staple fibres of polyesters (PSF) originating in Belarus, the Republic of Korea, Saudi Arabia and the People's Republic of China
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
OJ C 202, 30.8.2007, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 202/4 |
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2007/C 202/04)
Il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tibda reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 ta' 22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1). Ir-reviżjoni hija limitata għall-eżami ta' jekk l-impożizzjoni kontinwata tal-miżuri tmurx kontra l-interess Komunitarju.
1. Il-Prodott
Il-prodott suġġett għar-reviżjoni huma fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat li mhumiex imqardxa, mimxuta jew ipproċessati b'xi mod ieħor li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ('il-prodott ikkonċernat'), li bħalissa jista' jiġi kklassifikat fil-kodiċi NM 5503 20 00. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss bħala tagħrif.
2. Il-miżuri eżistenti
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv ta' l-anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2852/2000 (2) fuq l-importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika tal-Korea, dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1799/2002 (3) fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw mill-Belarus u dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 (4) fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita.
3. Ir-Raġunijiet għar-reviżjoni
It-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jindika li, minħabba bidliet fis-suq Komunitarju minn żmien il-perjodi ta' investagazzjoni użati fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, l-impożizzjoni kontinwata tal-miżuri tista' ma tkunx għadha fl-interess tal-Komunità. B'mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-investigazzjoni anti-dumping tagħha li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-PSF li joriġinaw mill-Malażja u mit-Tajwan, li ma jkunx fl-interess Komunitarju li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi (5).
F'dawn iċ-ċirkostanzi, ikun xieraq li jiġi rivedut il-bżonn għall-impożizzjoni kontinwata tal-miżuri eżistenti, b'deċiżjoni li minn hemm jista' jkollha effett retroattiv sa mit-22 ta' Ġunju 2007, jiġifieri mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2007/430/KE li jtemm il-proċediment ta' kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (PSF) li joriġinaw mill-Malażja u mit-Tajwan.
4. Il-proċedura
Wara li stabbiliet, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tagħti bidu għal reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' PSF li joriġina mill-Belarus, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Għarabja Sawdita u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b'ambitu limitat għall-eżami ta' l-interess Komunitarju.
(a) Kwestjonarji
Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi Komunitarji, lill-importaturi u lill-utenti. Dan it-tagħrif u l-evidenza li tappoġġjah għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a) ta' dan l-avviż.
(b) Ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti
Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza li tappoġġjah. Dawn it-tagħrif u evidenza li tappoġġjah għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a) ta' dan l-avviż.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li fiha juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 5(b) ta' dan l-avviż.
5. Limiti ta' żmien
(a) Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, ħalli jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor
Il-partijiet interessati kollha, jekk iridu li d-dikjarazzjonijiet tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iwasslu l-fehmiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qiegħda tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependu mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.
(b) Is-seduti
Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta' 40 jum.
6. Il-preżentazzjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza
Il-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku u n-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull preżentazzjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata (6)” u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.
L-Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
Commission européenne |
Direction générale du commerce |
Direction H |
Bureau: J-79 5/16 |
B-1049 Bruxelles |
Fax (32-2) 295 65 05 |
7. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, affermattivi jew negattivi, ikunu jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dak it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, b'konformità ma' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
8. Skeda ta' l-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta' data personali
Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-data (7).
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 428/2005 (ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1)
(3) ĠU L 274, 11.10.2002, p. 1.
(5) Ara l-premess (41) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/430/KE (ĠU L 160, 21.6.2007, p. 30).
(6) Dan ifisser illi d-dokument ikun għal użu intern biss. Dan huwa protett mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping).