This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0648
Proposal for a Council Regulation on the conclusion of the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and Côte d’Ivoire
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Kosta ta' l-Avorju min-naħa l-oħra
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Kosta ta' l-Avorju min-naħa l-oħra
/* KUMM/2007/0648 finali - CNS 2007/0226 */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Kosta ta' l-Avorju min-naħa l-oħra /* KUMM/2007/0648 finali - CNS 2007/0226 */
[pic] | Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, COM(2006) yyy Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Kosta ta' l-Avorju min-naħa l-oħra (ippreżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fil-5 ta' April 2007, il-Komunità u r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd li jagħti lis-sajjieda tal-Komunità opportunitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. Dan il-Ftehim ta' Sħubija, flimkien ma' Protokoll u Anness tiegħu, ġie ffirmat għal perjodu ta' sitt snin li jista’ jiġġedded. Fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim jirrevoka u jieħu lok il-Ftehim tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Kosta ta' l-Avorju dwar is-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorja, li daħal fis-seħħ fis-16 ta' Settembru 2003. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward in-negozjati kienet ibbażata, fost affarijiet oħra fuq ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ex-post u ex-ante magħmula minn esperti esterni. L-għan ewlieni tal-Ftehim ta’ Sħubija l-ġdid huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Kosta ta' l-Avorju, sabiex jinħoloq qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika sostenibbli tas-sajd u għall-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju, fl-interess taż-żewġ partijiet. Iż-żewġ Partijiet huma involuti fi djalogu politiku dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd. Fi ħdan il-Ftehim il-ġdid ta' Sħubija fil-qasam tas-Sajd, se tingħata attenzjoni speċjali għall-appoġġ tal-politika l-ġdida tal-Kosta ta' l-Avorju. Iż-żewġ partijiet se jaqblu dwar il-prijoritajiet li għandhom jiġu deċiżi għal kull appoġġ u se jidentifikaw l-għanijiet, l-ipproggrammar annwali u multijannwali u l-kriterji għall-evalwazzjoni tar-riżultati li għandhom jinkisbu, bil-għan li tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur. Il-kontribut finanzjarju huwa stabbilit għal EUR 595,000 fis-sena. Il-kontribut finanzjarju se jkun allokat kollu kemm hu għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi meħuda fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd iddefinita mill-Gvern tal-Kosta ta' l-Avorju. Fir-rigward tal-possibilitajiet ta' sajd, 25 bastiment tas-sajd bil- purse seines u 15-il bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ se jitħallew jistadu. Madankollu, fuq talba mill-Komunità, jistgħu jitħallew isiru kampanji ta' sajd sperimentali fil-qafas tal-ftehim. Abbażi ta' dawn, iż-żewġ partijiet jistgħu jiddeċiedu jallokaw possibiltajiet ġodda ta' sajd lill-bastimenti komunitarji. Il-Protokoll jipprevedi wkoll klawsola ta' reviżjoni li tippermetti, wara t-tielet sena, li l-Protokoll u l-annessi tiegħu jiġu emendati, jekk il-Kummissjoni Konġunta tqis li dan ikun meħtieġ. Il-Ftehim ta’ Sħubija jaħseb ukoll biex iħeġġeġ il-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi relatati miegħu. Il-Kummissjoni tipproponi li, fuq din il-bażi, il-Kunsill jadotta, permezz ta' Regolament, il-konklużjoni ta' dan il-Ftehim il-ġdid ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju. 2007/0226 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Kosta ta' l-Avorju min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u (3), l-ewwel inċiż, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Billi: 1. Il-Komunità nnegozjat mal-Kosta ta' l-Avorju Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd li jipprovvdi lill-bastimenti Komunitarji opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li l-Kosta ta' l-Avorju għandha sovranità jew ġurisdizzjoni fuqhom f’dak li għandu x’jaqsam mas-sajd. 2. B'riżultat ta' dawk in-negozjati ġie inizjalat Ftehim ta' Sħubija ġdid dwar is-Sajd fil-5 ta' April 2007. 3. Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan il-ftehim. 4. Huwa importanti li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-ftehim ta' sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Kosta ta' l-Avorju min-naħa l-oħra huwa approvat f'isem il-Komunità Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti fil-Protokoll tal-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej: - 25 bastiment tas-sajd bil-purse seines | Franza: Spanja | 10 bastimenti; 15-il bastiment; | - 15-il bastiment tas-sajd bil-konz: | Spanja il-Portugall: | 10 bastimenti; 5 bastimenti; | Jekk it-talbiet għal liċenzja ta’ dawn l-Istati Membri ma jeżawrixxux l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha. Artikolu 3 L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-kosta ta' l-Avorju f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes [bastimenti]tas-sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa[3]. Artikolu 4 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jinnomina persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim li għandu jorbot lill-Komunità. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President FTEHIM ta' Sħubija fis-settur tas-sajd Bejn ir-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju u l-Komunità Ewropea IR-REPUBBLIKA tal-Kosta ta' l-Avorju, minn hawn 'il quddiem "il-Kosta ta' l-Avorju", u IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem "il-Komunità", minn hawn 'il quddiem "il-Partijiet", FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn il-Komunità u l-Kosta ta' l-Avorju, partikolarment fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Cotonou, kif ukoll ix-xewqa reċiproka tagħhom li jsaħħu dik ir-relazzjoni, FILWAQT LI JQISU x-xewqa taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-kooperazzjoni; FID-DAWL tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar; DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku, minn issa 'l quddiem "ICCAT"; KONXJI ta' l-importanza tal-prinċipji stabbiliti permezz tal-Kodiċi ta’ Mġiba dwar sajd responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995; DETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment ta' sajd responsabbli biex tiġi żgurata l-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar; KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tissejjes fuq il-komplimentarjetà ta’ l-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqa, kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet, sabiex jiżguraw il-koerenza tal-politika u s-sinerġija ta’ l-isforzi; DEĊIŻI li, għal dawk il-finijiet, jibdew djalogu dwar il-politika settorjali tas-sajd adottata mill-gvern tal-Kosta ta' l-Avorju, biex jiġu identifikati l-mezzi addattati sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din il-politika kif ukoll l-involviment, fil-proċess, ta' l-operaturi ekonomiċi u tas-socjetà ċivili, ĦERQANA li jistabbilixxu l-metodi u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju, kif ukoll dawk li jirrigwardaw l-appoġġ mogħti mill-Komunità għall-istabbiliment tas-sajd responsabbli f'dawk l-istess ilmijiet; RIŻOLTI biex jikkooperaw ekonomikament aktar mill-qrib fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati magħha, permezz tat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ impriżi konġunti li jinvolvu kumpaniji miż-żewġ Partijiet; FTIEHMU KIF ĠEJ Artikolu 1 - Is-suġġett Dan il-ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw: - il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd, bil-ħsieb tal-promozzjoni ta’ sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju; - il-kundizzjonijiet ta’ aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għaż-żoni tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju; - il-kooperazzjoni dwar metodi ta' kontroll tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju sabiex jiġu żgurati l-osservanza tal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta' ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat; - sħubijiet bejn kumpaniji bil-għan li, fl-interess komuni, jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u fl-attivitajiet relatati. Artikolu 2 - Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-espressjonjiet li ġejjin huma definiti kif ġej: a) "l-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju", il-Ministeru inkarigat mir-riżorsi tas-sajd; b) "l-awtoritajiet tal-Komunità", il-Kummissjoni Ewropea; c) "żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju", l-ilmijiet li, għall-finijiet ta' sajd, jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Kosta ta' l-Avorju; d) "bastiment tas-sajd", kwalunkwe bastiment mgħammar bil-ħsieb ta' l-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi ħajjin tal-baħar; e) "bastiment tal-Komunità", bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità u rreġistrat fil-Komunità; f) "kummissjoni konġunta" kummissjoni magħmula minn rappreżentanti tal-Komunità u tal-Kosta ta' l-Avorju kif jispeċifika l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim; g) "trasbord", it-trasferiment fil-port u/jew fiż-żona tiegħu tal-qabda kollha ta' bastiment jew ta' parti minnha għal bastiment ieħor; h) "ċirkostanzi mhux normali", ċirkostanzi għajr il-fenomeni naturali, li jaħarbu l-kontroll raġonevoli ta' waħda mill-Partijiet, b'tali mod li jtellfu l-eżerċizzju ta' l-attività tas-sajd fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju; i) "baħri ta' l-AKP", kwalunkwe baħri ċittadin ta' pajjiż mhux Ewropew firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou. Bħala tali, baħri mill-Kosta ta' l-Avorju huwa baħri ta' l-AKP. Artikolu 3 – Prinċipji u għanijiet fundamentalili jispiraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim; 1. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju msejjes fuq il-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni bejn il-flotot tas-sajd preżenti f’dawk l-ilmijiet, mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet milħuqa bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istess reġjun ġeografiku, inklużi l-ftehimiet reċiproċi dwar is-sajd. 2. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jimplimentaw politika settorali tas-sajd adottata mill-gvern tal-Kosta ta' l-Avorju, u għal dawn il-finijiet għandhom jagħtu bidu għal djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Għandhom jikkonsultaw bejniethom bil-għan ta' l-adozzjoni tal-miżuri eventwali f'dan il-qasam. 3. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw ukoll biex jagħmlu evalwazzjonijiet ex-ante , waqt il-proċess, u ex-post , kemm flimkien kif ukoll unilateralment, tal-miżuri, programmi u azzjonijiet implimentati abbażi tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. 4. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skond il-prinċipji tat-treġija ekonomika u soċali tajba, u b'rispett għall-qagħda tar-riżorsi tas-sajd. 5. B'mod partikolari, l-impjieg tal-baħrin ta' l-AKP fuq il-bastimenti tal-Komunità huwa rregolat mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol li japplikaw fl-intier tagħhom fil-qafas tal-kuntratti kkonċernati u l-kondizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, il-libertà ta’ l-assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għal negozjar kollettiv u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fi kwistjonijiet ta’ xogħol u professjonali. Artikolu 4 – Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku 1. Sakemm jibqa' fis-seħħ dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju ser jagħmlu minn kollox biex isegwu t-tibdil li jseħħ fir-riżorsi taż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju; 2. Iż-żewġ Partijiet, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni dwar is-Sajd tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) u fid-dawl ta' l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, biex, jekk ikun il-każ, wara laqgħa xjentifika u bi qbil komuni, jadottaw miżuri bil-għan tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità. 3. Il-Partijiet hawnhekk jintrabtu li jikkonsultaw bejniethom, jew direttament, inkluż fuq il-livell tas-sottoreġjun, jew fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, biex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi fl-Oċean Atlantiku, u biex jikkooperaw fir-riċerka xjentifika relevanti. Artikolu 5 – L-aċċess tal-bastimenti tal-Komunitàgħaż-żoni tas-sajd fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju 1. Il-Kosta ta' l-Avorju tintrabat li tawtorizza lill-bastimenti tal-Komunità jieħdu sehem f’attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tagħha skond dan il-Ftehim, inkluż il-Protokoll u l-Anness miegħu. 2. L-attivitajiet tas-sajd f'dan il-Ftehim huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Kosta ta' l-Avorju. L-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju għandhom jinnotifikaw lill-Komunità dwar kull tibdil li jsir fil-leġiżlazzjoni msemmija. 3. Il-Kosta ta' l-Avorju tintrabat li tieħu l-miżuri kollha adegwati f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet li jolqtu il-kontroll tas-sajd previst fil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju għat-twettiq ta’ dawn il-kontrolli. 4. Il-Komunita` tintrabat li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-osservanza, mill-bastimenti tagħha, tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-leġiżlazzjoni li tirregola is-sajd fl-ilmijiet relattivi tal-ġurisdizzjoni tal-Kosta ta' l-Avorju. Artikolu 6 – Il-Liċenzji 1. Il-bastimenti tal-Komunità ma’ jistgħux jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju sakemm ma jkollhomx liċenzja għas-sajd maħruġa mill-Kosta ta' l-Avorju skond dan il-Ftehim u l-Protokoll anness miegħu. 2. Il-proċedura biex bastiment jikseb liċenzja tas-sajd, it-taxxi applikabbli u l-metodu ta’ ħlas li jrid jintuża’ mis-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness tal-Protokoll. Artikolu 7 – Il-Kontribut finanzjarju 1. Il-Komunità għandha tħallas lill-Kosta ta' l-Avorju kontribut finanzjarju skond it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u fl-Annessi. Dan il-kontribut waħdani huwa definit abbażi ta' żewġ elementi relatati, jiġifieri: a) l-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għall-ilmijiet u għar-riżorsi tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju, u b) l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-istabbiliment tal-politika nazzjonali tas-sajd ibbażata fuq sajd responsabbli u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju. 2. L-element tal-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b) hawn fuq għandu jkun determinat fid-dawl ta’ l-għanijiet identifikati, bi qbil komuni bejn il-Partijiet, u skond id-dispożizzjonjiet tal-Protokoll, li jridu jintlaħqu fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd definita mill-gvern tal-Kosta ta' l-Avorju u programmazzjoni annwali u multijannwali għall-implimentazzjoni tagħha. 3. Il-kontribut finanzjarju min-naħa tal-Komunità jitħallas kull sena skond it-termini stabbiliti fil-Protokoll, u skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim u tal-Protokoll rigward il-modifika eventwali tat-total tiegħu minħabba: a) ċirkostanzi mhux normali; b) it-tnaqqis, bi qbil, ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji fl-applikazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni ta’ l-istokkijiet ikkonċernati meqjusa neċessarji għall-konservazzjoni u għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli; c) iż-żieda, bi qbil komuni bejn il-Partijiet, ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji jekk, skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tippermetti dan; d) l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' politika settorali tas-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju, meta dan ikun iġġustifikat bir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u multijannwali osservati miż-żewġ Partijiet; e) it-terminazzjoni ta’ dan il-ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tiegħu. f) is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim skond l-Artikolu 12 tiegħu. Artikolu 8 – Promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-livellta' l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili 1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi miegħu. Għandhom jikkonsultaw bejniethom sabiex jikkoordinaw id-diversi azzjonijiet li jkunu prevedibbli f’dan ir-rigward. 2. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar tekniki tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta' konservazzjoni u l-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd. 3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adatti għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impriżi tagħhom, fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u l-investimenti. 4. Il-Partijiet b'mod partikolari jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' impriżi konġunti ta' interess reċiproku fl-osservanza sistematika tal-leġiżlazzjoni tal-Kosta ta' l-Avorju u ta' dik tal-Komunità li tkun fis-seħħ. Artikolu 9 – Il-Kummissjoni Konġunta 1. Il-kummissjoni konġunta hija stabbilita bil-għan li tissorvelja u tikkontrolla l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kummissjoni Konġunta għandha dawn il-funzjonijiet: a) tissorvelja t-tħaddim, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim u, b’mod partikolari, id-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-programmazzjoni annwali u multijannwali msemmija f'Artikolu 7(2); bà tiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd; c) isservi ta’ forum sabiex jissolvew bonarjament il-kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim; d) tevalwa mill-ġdid, jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-livelli ta’ sajd possibbli u, konsegwentament, il-kontribut finanzjarju; e) kull funzjoni oħra li l-Partijiet, bi qbil komuni jiddeċiedu li jafdawlha. 2. Il-Kummissjoni Konġunta għandha tiltaqa' talanqas darba fis-sena, darba fil-Kosta ta' l-Avorju u darba fil-Komunità, u tkun ippreseduta mill-Parti fejn issir il-laqgħa. Għandha titlaqqa' f'seduta straordinarja fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Artikolu 10 – Iż-żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim Dan il-ftehim japplika, minn naħa waħda, fit-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, skond il-kondizzjonijiet stipulati bl-imsemmi Trattat, u, min-naħa l-oħra, fit-territorju tal-Kosta ta' l-Avorju. Artikolu 11 – Perjodu tal-Ftehim Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu; għandu jiġġedded b'mod impliċitu u għal perjodi identiċi, ħlief fil-każ tat-terminazzjoni skond l-Artikolu 13 tiegħu. Artikolu 12 – Is-sospensjoni 1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim serju fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu. Din is-sospensjoni hija soġġetta għan-notifika mill-Parti kkonċernata dwar l-intenzjoni tagħha, bil-miktub, mhux anqas minn tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni jkollha tidħol fis-seħħ. Minnufih man-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bil-għan li jsolvu n-nuqqas ta’ ftehim bonarjament. 2. Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jitnaqqas, proporzjonalment u pro rata temporis , għat-tul ta' żmien tas-sospensjoni. Artikolu 13 – It-Terminazzjoni 1. Dan il-ftehim jista’ jiġi tterminat minn xi waħda mill-Partijiet, fil-każ ta' ċirkostanzi mhux normali relatati, fost oħrajn, mad-degradazzjoni ta’ l-istokkijiet ikkonċernati, l-osservazzjoni ta’ livell ridott ta’ l-użu ta’ l-opportunitajiet tas-sajd allokati għall-bastimenti tal-Komunità, jew in-nuqqas ta’ osservanza ta' l-obbligazzjonijiet tal-Partijiet fil-kwistjoni tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat. 2. Il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tirtira mill-Ftehim talanqas sitt xhur qabel ma jiskadi l-perjodu inizjali jew kull perjodu ieħor. 3. Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti, għandhom jinfetħu l-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet. 4. Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju rregolat mill-Artikolu 7, għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ, għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis . Artikolu 14 – Il-Protokoll u l-Anness Il-Protokoll u l-Anness għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Artikolu 15Id-dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju huma rregolati mill-liġi applikabbli fil-Kosta ta' l-Avorju, sakemm il-Ftehim, il-Protokoll preżenti, l-Anness u l-appendiċi tiegħu ma jistipulawx xort'oħra. Artikolu 16 Ir-Revoka Fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim jirrevoka u jieħu lok il-Ftehim tas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Kosta ta' l-Avorju dwar is-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju, li daħal fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 1990. Artikolu 17 – Id-dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim, miktub f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan il-għan. Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribut finanzjarju previsti fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju dwar is-sajd lil hinn mill-Kosta ta' l-Avorju għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2007 sal-30 ta' Ġunju 2013 Artikolu 1 Il-perjodu ta’ l-applikazzjoni u l-opportunitajiet ta’ sajd 1. Mill-1 ta' Lulju 2007 u għal perjodu ta' erba' snin, l-opportunijtajiet tas-sajd konċessi skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej:L-ispeċijiet b'tendenza kbira li jpassu (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982) - Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun: 25 bastiment, - bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: 15-il bastiment, 2. Il-paragrafu 1 huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll. 3. Il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju ħlief jekk ikollhom liċenzja valida tas-sajd maħruġa mill-Kosta ta' l-Avorju fil-qafas ta' dan il-Protokoll, u skond ir-regoli dettaljati stipulati fl-Anness ta' dan il-Protokoll. Artikolu 2Il-kontribut finanzjarju – Metodi ta’ ħlas 1. Il-kontribut finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim huwa magħmul, għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 1, minn ammont ta' EUR 455 000 fis-sena ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 7 000 tunnellata fis-sena, kif wkoll minn ammont speċifiku ta' EUR 140 000 fis-sena, allokati għall-għajnuna u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju. Dan l-ammont speċifiku huwa parti integrali mill-kontribut finanzjarju waħdani definit fl-Artikolu 7 tal-ftehim. 2. Il-paragrafu 1 indikat hawn taħt japplika b'riżerva għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 ta’ dan il-Protokoll. 3. L-ammont totali skond il-paragrafu 1 (ta' EUR 595 000), huwa mħallas darba fis-sena mill-Komunità matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. 4. Jekk il-kwantità globali ta' ħut maqbuda mill-bastimenti Komunitarji fiż-żoni tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju jaqbeż it-tunnellaġġ ta' referenza, l-ammont tal-kontribut finanzjarju annwali jitla' għal EUR 65 għal kull tunnellata supplimentari maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Komunità ma jistax jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fil-paragrafu 3 (EUR 1 190 000). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta' l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li teċċedi dak il-limitu, jitħallas is-sena ta' wara. 5. Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju skond il-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard mit-30 ta' Marzu 2008 għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju għas-snin segwenti. 6. B'riżerva għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, l-attribuzzjoni ta' dan il-kumpens taqa' taħt il-ġurisdizzjoni esklussiva ta' l-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju. 7. Il-kontribut finanzjarju għandu jiġi ttrasferit f'kont bankarju speċifiku tat-Teżor Pubbliku tal-Kosta ta' l-Avorju. Artikolu 3Kooperazzjoni għal sajd responsabbli – Il-Kooperazzjoni xjentifika 1. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw irwieħhom biex jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju msejjes fuq il-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti preżenti f'dawn fl-ilmijiet. 2. Sakemm jibqa' fis-seħħ dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju ser jagħmlu minn kollox biex isegwu t-tibdil li jseħħ fir-riżorsi fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. 3. Iż-żewġ Partijiet ser jimpenjaw irwieħhom biex jippromwovu l-kooperazzjoni għal sajd responsabbli fil-livell tas-sottoreġjun, b'mod partikolari fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) u kwalunkwe organizzazzjoni oħra subreġjonali jew internazzjonali kompetenti. 4. Skond l-Artikolu 4 tal-ftehim u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) u fid-dawl ta' l-aħjar opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet se jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta regolata mill-Artikolu 9 tal-ftehim, biex jadottaw, bi qbil bejniethom u jekk ikun meħtieġ wara laqgħa xjentifika fil-livell tas-sottoreġjun, miżuri għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal- bastimenti Komunitarji. Artikolu 4Reviżjoni ta’ l-opportunitajiet ta' sajd bi qbil reċiproku 1. L-opportunitajiet ta' sajd stipulati fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil bejn il-Partijiet sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika regolata mill-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 3, din iż-żieda ma tkunx ta’ dannu għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Kosta ta' l-Avorju. F' dan il-każ, il-kontribut finanzjarju stipulat Artikolu 2(1) ikun miżjud proporzjonalment u prorata temporis . Madanakollu, is-somma totali tal-kontribut finanzjarju maħruġa mill-Komunità Ewropea u mmirata għat-tunnellaġġ ta' referenza, ma tistax teċċedi id-doppju tas-somma tal-kontribut finanzjarju previst fl-Artikolu 2(1). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jaqbżu d-doppju ta' 7 000 tunnellata (jiġifieri 14 000 tunnellata) fis-sena, is-somma dovuta għall-kwantità li teċċedi dan il-limitu, titħallas is-sena ta' wara. 2. Min-naħa l-oħra jekk il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta' tnaqqis tal-possibbiltajiet tas-sajd stipulati fl-Artikolu 1, il-kontribut finanzjarju jitnaqqas proporzjonalment u prorata temporis . 3. Id-distribuzzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd bejn il-kategoriji differenti tal-bastimenti tista', bl-istess mod, tiġi sottomessa għar-reviżjoni wara konsultazzjoni u bi ftehim komuni bejn il-Partijiet, fil-kuntest tar-rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika regolata mill-Artikolu 3(4), f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni ta' l-istokkijiet li jistgħu jiġu affettwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet jaqblu fuq l-aġġustament tal-kontribut finanzjarju jekk dan ikun ġustifikat minħabba t-tqassim mill-ġdid ta' l-opportunitajiet ta' sajd. Artikolu 5Opportunitajiet ġodda ta' sajd u sajd sperimentali 1. F'każ li l-bastimenti tas-sajd Komunitarji jkunu interessati fl-attivitajiet tas-sajd li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 1, il-Komunità tikkonsulta lill-Kosta ta' l-Avorju biex tinkiseb awtorizazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Jekk ikun xieraq, il-Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u jekk neċessarju, jemendaw il-Protokoll u l-Anness tiegħu. 2. Il-Partijiet jistgħu iwettqu kampanji ta' sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju, skond l-opinjoni tal-laqgħa xjentifika prevista fil-paragrafu Artikolu 3(4). Għal dan il-għan, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' waħda mill-Partijiet biex jiddeterminaw, skond il-każ, ir-riżorsi l-ġodda, il-kundizzjonijiet u parametri oħra importanti. 3. Il-Partijiet jimplimentaw l-attivitajiet tas-sajd sperimentali skond il-parametri xjentifiċi u amministrattivi adottati bi qbil bejniethom. L-awtorizazzjonijiet għal sajd sperimentali huma miftehma għall-finijiet ta' prova, għall-massimu ta' żewġ kampanji ta' sitt xhur 'il waħda, li għandhom jibdew mid-data tad-deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn iz-zewġ Partijiet. 4. Meta l-Partijiet jiddeterminaw li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, b'rispett għall-preżervazzjoni ta' l-ekosistemi u għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi bijoloġiċi, ikunu jistgħu jiġu attribwiti possibbiltajiet ġodda ta' sajd lill-bastimenti Komunitarji skond il-proċedura ta' konċentrazzjoni misjuba fl-Artikolu 4 tal-Protokoll attwali u sa l-iskadenza ta' l-istess, skond l-isforz permessibbli. Għandaqstant il-kumpens ser jiżdied. Artikolu 6Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribut finanzjarjuf'ċirkostanzi li mhuxiex normali 1. F'ċirkostanzi li mhumiex normali, għajr fenomini naturali li jwaqqfu l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tal-Kosta ta' l-Avorju, il-ħlas tal-kontribut finanzjarju stabbilit bl-Artikolu 2(1), jista' jiġi sospiż mill-Komunità Ewropea. Id-deċiżjoni għal sospensjoni tittieħed wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Partijiet sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tat-talba magħmula minn waħda mill-Partijiet, u bil-kundizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kwalunkwe ammont dovut fil-mument tas-sospensjoni. 2. Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju jerġa' jsir dovut minn meta jistabbilixxu l-Partijiet, wara konsultazzjonijiet u bi qbil komuni li ċ-ċirkonstanzi li taw lok għall-waqfien ta' l-attivitajiet tas-sajd jkunu għebu u/jew is-sitwazzjoni hija tali li tippermetti li l-attivitajiet tas-sajd jinbdew mill-ġdid. 3. Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti Komunitarji, li tkun ġiet sospiża flimkien mal-ħlas tal-kontribut finanzjarju, hija estiża b'perjodu ta' żmien li jkun jikkorrispondi għad-dewmien tas-sospensjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd. Artikolu 7Il-promozzjoni ta' sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju 1. 100 % tas-somma totali tal-kontribut finanzjarju stipulat fl-Artikolu 2 tikkontribwixxi għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd, kif definita mill-gvern tal-Kosta ta' l-Avorju. Il-ġestjoni ta' l-ammont korrispondenti, mill-Kosta ta' l-Avorju huwa bbażat fuq il-qbil reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet, u f'konformità mal-prijoritajiet attwali tal-politika tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju bil-għan li tiġi assigurata ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur, l-għanijiet li jridu jintlaħqu, fosthom l-ippjanar annwali u multijannwali, skond il-paragrafu 2 hawn taħt, notevolment f'dak li jirrigwarda l-kontroll u s-sorveljanza, il-ġestjoni tar-riżorsi u t-titjib tal-kundizzjonijiet sanitarji tal-produzzjoni tal-prodotti tas-sajd u t-tisħiħ tal-kapaċità ta' kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti. 2. Fuq proposta tal-Kosta ta' l-Avorju u biex jiġi implimentat il-paragrafu preċedenti, il-Komunità u l-Kosta ta' l-Avorju jiftehmu, fi ħdan il-Kumissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sa mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll u sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dwar Programm Settorjali Multijannwali, u dwar kif għandu jiġi applikat, inklużi b'mod partikolari: (a) l-għażliet fuq bażi annwali u plurinannwali li fuqhom il-perċentwal tal-kontribut finanzjarju stipulat fil-paragrafu 1 imsemmi hawn fuq u l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi meħuda fuq bażi annwali jiġu utilizzati. (b) l-għanijiet li jridu jintlaħqu fuq bażi annwali u pluriannwali sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd u ta' politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli. (c) il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati milħuqa, fuq bażi annwali. 3. L-emendi kollha proposti għall-Programm Settorjali Multijannwali jew għall-użu tas-somom speċifiċi għall-inizjattivi li se jittieħdu kull sena, jridu jiġu approvati miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kummisjoni Konġunta. 4. Kull sena, il-Kosta ta' l-Avorju tiddeċiedi l-koeffiċjent li jikkorrispondi għall-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex jiġi implimentat il-Programm Multijannwali. Rigward l-ewwel sena ta' validità tal-Protokoll, din l-allokazzjoni trid tiġi trażmessa lill-Komunità fil-mument ta' l-approvazzjoni tal-Programm Settorjali Multijannwali mill-Kummissjoni Konġunta. Għal kull sena segwenti, dan il-koeffiċjent jiġi kkomunikat mill-Kosta ta' l-Avorju lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju tas-sena preċedenti. 5. Jekk l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Multijannwali tiġġustifikah, il-Komunità Ewropea tkun tista' titlob aġġustament mill-ġdid tas-somma allokata għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju, li tagħmel parti mill-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll, biex is-somma effettiva tal-fondi allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm tiġi adattata għal dawn ir-riżultati. Artikolu 8Nuqqasijiet ta' qbil – is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll 1. Kull nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-applikazzjoni tiegħu għandu jitressaq għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stipulata fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, u jekk meħtieġ, għandha tissejjaħ laqgħa straordinarja. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet meta n-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ Partijiet jitqies bħala wieħed serju u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta skond l-ewwel paragrafu ma jkunux wasslu għal soluzzjoni bonarja. 3. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għan-notifika mill-Parti interessata ta’ l-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u ta' mhux anqas minn tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta' din is-sospensjoni. 4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex ifittxu soluzzjoni bonarja għad-diverġenzi ta' bejniethom. Meta tinkiseb tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribut finanzjarju għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u prorata temporis skond it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża. Artikolu 9Is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba n-nuqqas ta' ħlas Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, f’każ li l-Komunità Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kondizzjonijiet li ġejjin: a) L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju jibagħtu notifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki meħtieġa u jekk ikun il-każ għall-ħlas sa mhux aktar tard minn 60 jum ta' xogħol, li għandhom jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Kumissjoni tkun ġiet notifikata. b) Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni raġjonevoli għan-nuqqas ta’ ħlas fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 2(5) ta' dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju ikunu fid-dritt li jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward minnufih. c) Il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid, hekk kif isir il-pagament. Artikolu 10Id-dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju huma regolati mill-liġi applikabbli fil-Kosta ta' l-Avorju, sakemm il-Ftehim, il-Protokoll preżenti, l-Anness u l-appendiċi tiegħu ma jistipulawx xort'oħra. Artikolu 11Klawsola tar-reviżjoni Meta dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jkunu ilhom fis-seħħ tliet snin, il-partijiet għandhom jeżaminaw mill-ġdid l-applikazzjoni tal-Protokoll u l-Anness tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta fir-rigward ta' kwalunkwe emenda għad-dispożizzjonijiet tagħhom. Dawn l-emendi jistgħu jinkludu t-tunnellaġġ ta' referenza u l-ammonti b'rata fissa li jitħallsu għal-liċenzji. Artikolu 12Tħassir L-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju dwar is-sajd 'il barra mill-Kosta ta' l-Avorju huwa revokat u sostitwit mill-Anness ta' dan il-Protokoll. Artikolu 13Dħul fis-seħħ 1. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa fir-rigward. 2. Isiru applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2007. L-ANNESS KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-KOSTA TA' L-AVORJU Kapitolu I – Formalitajiet applikabbli għat-talba u għall-ħruġ tal-liċenzji Sezzjoni 1 Ħruġ tal-liċenzji 1. Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw liċenzja biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. 2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda regolari ma' l-amministrazzjoni tal-Kosta ta' l-Avorju, fis-sens li jridu jkunu meħlusa mill-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Kosta ta' l-Avorju fil-qafas tal-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-Komunità. 3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iressqu talba (elettronikament) lill-Ministru responsabbli mis-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju, għal kull bastiment li jixtieq jistad jbis-saħħa tal-ftehim, mill-anqas 30 jum tax-xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-validità mitluba. 4. It-talbiet huma preżentati lill-ministeru responsabbli għas-sajd skond il-formoli li l-format tagħhom jinsab fl-Appendiċi I. L-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex l-informazzjoni li jirċievu fil-qafas tat-talba għall-liċenzji, tkun trattata b'mod kunfidenzjali. Din l-informazzjoni għandha tintuża biss fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-sajd. 5. Kull talba għal-liċenzja għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin: - prova tas-somma mħallsa minn qabel għall-perjodu tal-validità tagħha. - kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għat-tip ta’ bastiment ikkonċernat skond dan il-Protokoll. 6. Il-ħlas ta' l-ammont dovut għal-liċenzja għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll. 7. Il-ħlasijiet jinkludu t-taxxi kollha nazzjonali u lokali esklużi t-taxxi tal-port u l-ammonti dovuti għall-provvista ta' servizzi. 8. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta l-ministeru responsabbli għas-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju jirċievi d-dokumentazzjoni kollha stipulata f'punt 6 hawn fuq, lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-intermedjarju tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kosta ta' l-Avorju. 9. Il-liċenzja tinħareġ f'isem il-bastiment indikat u mhix trasferibbli. 10. Madanakollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f'każ ta' prova ta' forza maġġuri, il-liċenzja ta' bastiment għandha tiġi sostitwita b'liċenzja ġdida li tinħareġ fuq bastiment ieħor ta' l-istess kategorija tal-bastiment sostitwit, kif stipulat fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ħlas ulterjuri. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livell ta' ħut maqbud għad-determinazzjoni tal-ħlas eventwali addizzjonali għandu jikkunsidra t-total tal-ħut maqbud miż-żewġ bastimenti. 11. Is-sid tal-bastiment li jkun qed jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-ministeru responsabbli għas-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju permezz ta' l-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. 12. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida issir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-liċenzja annullata lill-ministeru responsabbli għas-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju. Id-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kosta ta' l-Avorju għandha tiġi mgħarrfa dwar it-trasferiment tal-liċenzja. 13. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord f'kull ħin. Il-Komunità Ewropea żżomm aġġornament ta' l-abbozz tal-lista ta' bastimenti li għalihom saret talba għal-liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Dan l-abbozz jiġi notifikat lill-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju hekk kif jiġi ffinalizzat u eventwalment kull darba li jiġi aġġornat. Meta jiġi rċevut dan l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem indirizzata mill-Komunità Ewropea lill-awtoritajiet tal-pajjiż kostali, il-bastiment jiġi reġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju fuq lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu, li tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lil sid il-bastiment u għandha tinżamm abbord, minflok il-liċenzja tas-sajd, sakemm tiġi mibgħuta din ta’ l-aħħar. 14. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu l-implimentazzjoni ta' sistema għal-liċenzji msejsa esklussivament fuq l-iskambju elettroniku ta' l-informazzjoni kollha u tad-dokumenti deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu mill-aktar fis possibbli s-sostituzzjoni tal-liċenzja tal-karti bl-ekwivalenti elettronika, bħal-lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. Sezzjoni 2 Il-kundizzjonijiet tal-liċenzja – ħlasijiet u ħlasijiet bil-quddiem 1. Il-liċenzi għandhom validità ta' sena. Jistgħu jiġġeddu. 2. Il-ħlas stabbilit huwa ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju għall-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ. 3. Il-liċenzji jinħarġu wara li jsir il-ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-ammonti segwenti: - EUR 3 850 għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 110 tunnellata fis-sena; - EUR 1 400 għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 40 tunnellata fis-sena; 4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena, dwar it-tunnellaġġ tal-qabdiet li jkunu saru matul is-sena li tkun għadha kif għaddiet, kif konfermat mill-istituti xjentifiċi regolati minn punt 5 aktar 'il quddiem. 5. It-tnaqqis finali ta' l-ammonti dovuti fuq bażi annwali huwa deċiż mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena n+1, abbażi tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qabdiet magħmula minn kull sid ta' bastiment u konfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia), l-IPIMAR (Instituto Português de Investigaçao Maritima) u ċ-Ċentru tar-Riċerki Oċeanoloġiċi (CRO) tal-Kosta ta' l-Avorju. Dan huwa trażmess permezz ta' l-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. 6. It-tnaqqis għandu jiġi nnotifikat fl-istess waqt lill-ministeru responsabbli għas-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju u lis-sidien tal-bastimenti. 7. Kull ħlas addizzjonali eventwali għall-kwantitajiet maqbuda li jeċċedu l-110 tunnelati għall-bastimenti tat-tonn bit-tartarun u l-40 tunnellata għall-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu tas-sena n+1, fil-kont imsemmi f'paragrafu 6 ta' l-1 Sezzjoni ta' dan il-Kapitolu, bir-rata ta' EUR 35 għal kull tunnellata. 8. Madanakollu, jekk it-tnaqqis finali huwa inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem skond il-punt 3 tas-sezzjoni preżenti, l-ammont residwu korrispondenti ma jistax jiġi rkuprat minn sid il-bastiment. Kapitolu II – Iż-Żoni tas-sajd 1. Il-bastimenti tal-Komunità jkunu jistgħu jistadu fl-ilmijiet lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ. Kapitolu III – Id-Dikjarazzjoni tal-Qabdiet tal-Ħut 1. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-perjodu ta' żmien li matulu bastiment Komunitarju ikun fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju, huwa definit kif ġej: - il-żmien li jgħaddi bejn id-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju; - iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju u t-trasbord u/jew l-iżbark fil-Kosta ta' l-Avorju. 2. Il-bastimenti kollha awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju fil-qafas tal-ftehim, għandhom jinnotifikaw il-qabdiet tagħhom lill-ministeru inkarigat mis-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju, biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkontrollaw il-kwantitajiet tal-qabdiet kif ikkonfermati mill-Istituti xjentifiċi kompetenti, skond il-proċedura stipulata f'Kapitolu I sezzjoni 2, parti 4 ta' dan l-anness. Il-qabdiet għandhom ikunu notifikati kif ġej: 2.1 Matul perjodu ta' sena ta' validità tal-liċenzja, fis-sens ta' Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness preżenti, id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet tal-bastiment għal kull vjaġġ. L-oriġinal tad-dikjarazzjonijiet għandu jiġi nnotifikat lill-ministeru responsabbli mis-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju, permezz ta' prova fiżika, fi żmien 45 jum mill-aħħar vjaġġ magħmul fil-perjodu msemmi. Barra minn hekk dawn in-notifiki għandhom isiru bil-fax (225.21.35.04.09 jew 225.21.35.63.15) inkella permezz tal-posta elettronika. 2.2 Il-bastimenti għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola rilevanti li tinsab fil-ġurnal ta' abbord, li l-mudell tagħha jinsab f'appendiċi 2. Għall-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju, huwa marbut li jdaħħal nota fil-ġurnal ta' abbord bir-referenza segwenti: ''Il Barra miż-Żona tas-Sajd tal-Kosta ta' l-Avorju". 2.3 Il-formoli għandhom jimtlew b'mod li jinqara faċilment u għandhom ikunu iffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu. 2.4. Id-dikjarazzjonijiet dwar il-qabdiet għandhom ikunu affidabbli biex l-evoluzzjoni ta' l-istokkijiet tkun tista’ tiġi segwita. 3. F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Gvern tal-Kosta ta' l-Avorju jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment inkriminat sakemm il-formalità tiġi sodisfatta, u li jimponi l-penali fuq sid il-bastiment skond ir-regoli fis-seħħ fil-Kosta ta' l-Avorju. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b'dan. 4. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu sistema għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet imsejsa eklussivament fuq l-iskambju elettroniku ta' l-informazzjoni u tad-dokumenti kollha deskritti aktar 'il fuq. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu s-sostituzzjoni tad-dikjarazzjoni bil-miktub (il-ġurnal ta' abbord) bl-ekwivalenti f'forma elettronika, mill-aktar fis possibbli. Kapitolu IV – L-Imbark tal-baħrin 1. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ jimpenjaw ruħhom biex jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin: - għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz, għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP, - għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP. 2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw irwieħhom biex itellgħu abbord baħrin supplimentari mill-pajjiżi AKP. 3. Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, għandha tapplika fl-intier tagħha għall-baħrin li jittellgħu abbord bastimenti Komunitarji. B'mod partikolari l-applikazzjoni tad-dritt ta' assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u tal-professjonijiet. 4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin ta' l-AKP, li kopja tagħhom qed tingħata lill-firmatarji ta' dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tas-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u inċident. 5. Is-salarju tal-baħrin ta' l-AKP jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin ta' l-AKP ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards ta’ l-ILO. 6. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment maħtur lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment jiġi awtomatikament liberat mill-obbligu ta' l-imbark ta' dak il-baħri. Kapitolu V – Il-Miżuri tekniċi Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mil-ICCAT għar-reġjun, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-inġenji tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom. Kapitolu VI – L-Osservaturi 1. Il-bastimenti awtorizzati jistadu fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju fil-qafas tal-ftehim jistgħu itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-organizazzjoni reġjonali tas-sajd (ORP) kompetenti, bil-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. 1.1 Fuq talba ta' l-awtorità kompetenti, il-bastimenti Komunitarji jtellgħu abbord osservatur maħtur minnha, li jkollu l-kompitu li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju. 1.2 L-awtorità kompetenti tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista ta’ l-osservaturi maħtura biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom. 1.3 L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem ta' l-osservatur nominat biex jittella' abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord. 2. L-osservatur jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju, il-perjodu li matulu l-osservatur jibqa' abbord jista' jiġi estiż għal diversi vjaġġi skond it-tul taż-żmien medju tal-vjaġġi previsti għall-bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtorità kompetenti meta jiġi nnotifikat l-isem ta’ l-osservatur maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment konċernat. 3. Il-kundizzjonijiet għat-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandhom jiġu maqbula bi ftehim komuni bejn is-sid tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità kompetenti. 4. It-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet tas-sajd tal-Kosta ta’ l-Avorju, wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula. 5. Is-sidien ikkonċernati għandhom, fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sottoreġjun, previsti għat-tlugħ abbord ta' l-osservaturi. 6. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż li jinsab 'il barra mis-sotto-reġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta' l-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur reġjonali abbord joħroġ miż-żona tas-sajd reġjonali, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż li għandhom jiġu mħallsa minn sid il-bastiment. 7. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-12-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dak l-osservatur abbord. 8. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmjiet tal-Kosta ta' l-Avorju, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti: 8.1 josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti; 8.2 jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti impenjati fl-attivitajiet tas-sajd, 8.3 jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi, 8.4 jinnota l-irkaptu tas-sajd użat, 8.5 jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju; 8.6 jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet addizzjonali u jagħmel stima tal-volum ta' l-ispeċijiet ta' ħut mormija li huma tajbin għall-kummerċ; 8.7 jikkomunika, permezz ta' kull mezz xieraq, l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali li jkunu abbord. 9. Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu li hu fil-poter tiegħu sabiex jiżgura is-sigurtà fiżika u morali ta' l-osservatur fit-twettiq ta' dmirijietu. 10 L-osservatur għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-faċilitajiet kollha neċessarji għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-Partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu aktar faċilment. 11. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu: 11.1 jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd, 11.2 jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti. 12. Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti b'kopja tiegħu tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art. 13. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni u ta’ l-ikel ta’ l-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skond il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment. 14. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti. 15. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi interessati, mill-aktar fis possibbli dwar id-definizzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali u l-għażla ta' l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Fl-istennija ta' l-implimentazzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju fil-qafas tal-ftehim għandhom itellgħu abbord, minflok u fil-post ta' l-osservaturi reġjonali, osservaturi maħtura mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju skond ir-regoli stabbiliti aktar 'il fuq. Kapitolu VII – Il-Kontroll 1. Skond il-punt 13 tas-Sezzjoni 1 ta' dan l-Anness, il-Komunità Ewropea għandha żżomm aġġornat l-abbozz tal-lista ta' bastimenti li nħarġitilhom liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u sussegwetament kull meta tiġi aġġornata. 2. Hekk kif jiġi rċevut l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem (stipulat f'punt 3 ta' sezzjoni 2 ta' l-1 kapitolu ta' l-anness preżenti) indirizzat mill-Kummissjoni Ewropea lill-awtoritajiet tal-pajjiż kostali, il-bastiment jiġi reġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju fuq lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu, li tiġi notifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lil sid il-bastiment u għandha tinżamm abbord, minflok il-liċenzja tas-sajd, sakemm tasal din ta’ l-aħħar. 3. Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha: 3.1 Il-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw, mill-inqas minn 3 sigħat qabel, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju inkarigati mill-kontroll tas-sajd, bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. Għandhom jiddikjaraw ukoll il-kwantitajiet totali u l-ispeċijiet abbord. 3.2 Meta jinnotifika l-ħruġ tiegħu, kull bastiment għandu wkoll jagħti l-pożizzjoni tiegħu. Dawn in-notifiki għandhom isiru bi prijorità bil-fax (225.21.35.04.09 jew 225.21.35.63.15) inkella permezz tal-posta elettronika ( ) jew, fin-nuqqas ta' dan, bir-radju (Kodiċi tar-radju ). 3.3 Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi. 3.4 In-numri tal-fax u tat-telefon kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenza tas-sajd. 4. Il-Proċeduri ta' kontroll 4.1 Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal tal-Kosta ta' l-Avorju inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd. 4.2. Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali ma taqbiżx iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom. 4.3. Wara kull spezzjoni u kontroll, tingħata dikjarazzjoni lill-kaptan tal-bastiment. 5. Il-kontroll bis-satellita 5.1 Il-bastimenti kollha Komunitarji li jistadu fil-qafas ta’ dan il-ftehim ser ikunu sorveljati permezz tas-satellita skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Appendiċi 3. Dawn id-dispożizzjonijiet jidħlu fis-seħħ fl-għaxar jum min-notifika mill-Gvern tal-Kosta ta' l-Avorju lid-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kosta ta' l-Avorju, li ċ-Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd tal-Kosta ta' l-Avorju (CSP) ikun beda jiffunzjona. 6. L-ispezzjoni 6.1 L-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju għandhom jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea, fi żmien massimu ta’ 36 siegħa, b’kull spezzjoni u b’kull applikazzjoni ta’ sanzjoni fuq bastiment Komunitarju, li jkun daħal fl-ilmijiet tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. 6.2 L-Istat tal-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirċievu fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ispezzjoni. 7. Ir-rapport tat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni 7.1 Il-kaptan tal-bastiment, wara li jinkiteb ir-rapport mill-awtorità kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju, għandu jiffirma dan id-dokument. 7.2 Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jippreżenta biex iwieġeb għall-ksur allegat kontrih. Jekk jirrifjuta li jiffirma id-dokument, irid jagħti ir-raġunijiet preċiżi għal dan u l-ispettur irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li jiffirma". 7.3 Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet tal-Kosta ta' l-Avorju. F' każ ta' ksur minuri, l-awtorità kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu. 8. Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta' spezzjoni 8.1 Qabel ma jiġu kkunsidrati l-miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew ta' l-ekwipaġġ tal-bastiment jew kull azzjoni oħra li tirrigwarda t-tagħbija u t-tagħmir tal-bastiment, għajr dawk maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi dwar il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni, fi żmien jum wieħed tax-xogħol minn meta jiġi rċevut dan it-tagħrif, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju, bil-parteċipazzjoni eventwali ta' rappreżentant ta' l-Istat Membru konċernat. 8.2 Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew it-tagħrif rilevanti li jistgħu jgħinu biex jiċċaraw iċ-ċirkostanzi tal-fatti allegati. Sid il-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi mgħarraf bl-eżitu ta' din il-laqgħa u bil-miżuri kollha li jistgħu jirriżultaw mill-ispezzjoni. 9. IL-proċedura għall-ispezzjoni 9.1 Qabel ma jittieħdu proċeduri ġudizzjarji, għandu jsir tentattiv sabiex l-ksur allegat jiġi riżolt bonarjament. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux iktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol mill-ispezzjoni. 9.2 F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skond il-liġi tal-Kosta ta' l-Avorju. 9.3 F’każ li t-tilwima ma setgħetx tissolva bonarjament u f'każ li titressaq quddiem l-awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja ma' bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju, f’ammont li għandu jiġi ffissat b'kunsiderazzjoni għall-ispejjeż konnessi ma' l-ispezzjoni kif ukoll l-ammont tal-multa u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli għall-ksur. 9.4 Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel l-għeluq tal-proċedura ġudizzjarja. Tiġi rrilaxxata f'każ ta' liberazzjoni. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tiġi rrilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju. 9.5 Il-bastiment jiġi rrilaxxat u l-ekwipaġġ jitħalla jitlaq mill-port: - kemm meta jitwettqu l-obbligi miftehma fil-proċedura bonarja; - kif ukoll wara d-depożitu tal-garanzija bankarja skond il-punt 9.3 aktar ’il fuq u l-aċċettatazzjoni tagħha mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju, sakemm l-eżitu tal-proċedura ġudizzjarja ikun għadu pendenti. 10. It-Trasbord 10.1 Kull bastiment Komunitarju li jixtieq jagħmel trasbord tal-qabdiet fl-ilmijiet tal-Kosta ta' l-Avorju għandu jagħmel dan fil-portijiet tal-Kosta ta' l-Avorju. 10.2 Is-sidien ta' dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju bl-informazzjoni li ġejja, mill-anqas minn 24 siegħa minn qabel: - l-isem tal-bastimenti tas-sajd qabel ma jwettqu t-trasbord; - l-isem, in-numru ta' l-IMO u tar-reġistrazzjoni tal-bastiment tal-ġarr; - it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun ser jiġi trasbordat; - il-jum u l-post tat-trasbord; 10.3 It-trażbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kosta ta' l-Avorju u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jew li jkomplu jistadu inkella li joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. 10.4 Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. Kull ksur ta' din id-dispożizzjoni huwa soġġett għas-sanzjonijiet previsti mir-regoli fis-seħħ fil-Kosta ta' l-Avorju. 11. Il-Kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trasbord f’port tal-Kosta ta' l-Avorju għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tal-Kosta ta' l-Avorju. Wara’ kull spezzjoni u kontroll fil-port, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. APPENDIċIJIET 1 - Formola ta' applikazzjoni għal-liċenzja 2 – Il-ġurnal ta' abbord ta' l-ICCAT 3 - Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti bis-satellita (VMS) u l-pożizzjoni eżatta taż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju Appendiċi 1 MINISTERU TAL- PRODUZZJONI TA' L-ANNIMALI BP V 84 Abidjan (Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju) | REPUBBLIKA TAL-KOSTA TA' L-AVORJU GĦAQDA – DIXXIPLINA - XOGĦOL | APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA TAS-SAJD MARITTIMU TAQSIMA A 1. L-isem ta' sid il-bastiment: …………………………………………………………………………………………………………………… 2. In-nazzjonalità ta' sid il-bastiment: ………………………………………………………………………………………….…………….…… 3. L-indirizz kummerċjali ta' sid il-bastiment: …………………………………………………………….………………………………….... ……………………………………………………………………………………………………………………………………………….…… ……………………………………………………………………………………………………………………………………………….…… TAQSIMA B (Għandha timtela għal kull bastiment) 1. Il-perjodu ta’ validità………………………………………………………………………………………………………………………………… 2. Isem il-bastiment: …………………………………………………………………………………………………………………………………… 3. Is-sena ta' kostruzzjoni: …………………………………………………………………………………………………………………………… 4. Bandiera ta' l-oriġini: …………………………………………………………………………………………….………………………………..… 5. Bandiera attwali: …………………………………………………………………………………………………………………… 6. Data li fiha nkisbet il-bandiera attwali: …………………………………………………………………………………………………….……… 7. Is-sena li fiha nkisbet: ……………………………………………………………………………………………………………………………… 8. Port ta’ reġistrazzjoni u n-numru tal-liċenzja: ……………………………………………………………………………………………………… 9. Żoni ta' l-operazzjoni, ………………………………………………………………………………………………………………………….…….. 10. Tip ta’ sajd: …………………………………………………………………………………………………………………………………… 11. Tunnellaġġ gross (GRT): …………………………………………………………………………………………………………………………………. 12. Tunnellaġġ Nett (NRT): ………………………………………………………………………………………………………………………………….. 13. Kodiċi tas-sinjal tar-radju: …………………………………………………………………………………………………………………………… 14. Tul totali f'metri ……………………………………………………………………………………………………………….…. 15. Wisa' (metri) …………………………………………………………………………………………………………………………….…. 16. Fond (metri) ………………………………………………………………………………………..………………………………………. 17. Materjal tal-buq::………………………………………………………………………………………………….…..…… 18. Qawwa tal-magna: ………………………………………………………………………………………………………………………..…… 19. Veloċità ( knots ): …………………………………………………………………………………………………………………………….…… 20. Kabini: ………………………………………………………………………………………………………………………………….……….. 21. Kapaċità tat-tankijiet (m³): ……………………………………………………………………………………………………………..…… 22. Kapaċità ta' l-istivi tal-ħut (m³): ……………………………………………………………………………………………………………. 23. Kapaċità ta' tkessiħ (tunnellati/24siegħa) u s-sistema użata: ……………………………………………………………………………………….. 24. Kulur tal-buq: ………………………………………………………………………………………………………………………….….. 25. Kulur tas-sovrastrutturi:……………………………………………………………………………………………………………………….. 26. Nru. ta’ Ekwipaġġ: ………………………………………………………………………………………………………………………….…. 27. Tagħmir ta' komunikazzjoni abbord: Tip | Marka | Mudell | Qawwa: (Watts) | Sena tal-Produzzjoni | Frekwenzi | Riċeviment | Trażmissjoni | 28. Tagħmir ta' navigazzjoni u identifikazzjoni: . Tip | Marka | Mudell | 29. Dgħajjes awżiljarji użati (għal kull bastiment): …………………………………………………………………………………………….. 29.1. It-tunellaġġ gross: ……………………………………………………………………………………………………………………………………. 29.2. Tul totali f'metri ………………………………………………………………………………….…………………………… 29.3. Wisa' (metri) ………………………………………………………………………………………………………………………….…. 29.4. Għoli (metri) ………………………………………………………………………………………………………………………….….. 29.5. Materjal tal-buq: ……………………………………………………………………………………………………...…. 29.6. Qawwa tal-magna: ………………………………………………………………………………………………………………………….. 29.7. Veloċità ( knots ): ………………………………………………………………………………………………………………………………. 30. Tagħmir awżiljari ta' l-ajru għas-sejbien tal-ħut (ukoll jekk mhux installat abbord): ………………………………………………….. ………………………………………………………………………………………………………………………………………………….. 31. Port ta’ reġistrazzjoni: …………………………………………………………………………………………………………………………………. 32. L-isem tal-kaptan:: …………………………………………………………………………………………………………………………..…. 33. L-indirizz: ……………………………………………………………………………………………………….…………………………..…... 34. In-nazzjonalità tal-kaptan:…………………………………………………………………………………………………………….…….…… Ehmeż: - tliet fotokopji bil-kulur tal-bastiment (mill-ġenb), tad-dgħajjes awżiljarji tas-sajd u tat-tagħmirta' l-ajru awżiljari għas-sejbien tal-ħut, - illustrazzjoni u deskrizzjoni dettaljata ta' l-irkaptu tas-sajd użat, - dokument li jistabbilixxi li r-rappreżentant tal-proprjetarju/sid għandu s-setgħa jiffirma dinl-applikazzjoni. ………………………… | ………………………………………………………….. | (Data ta' l-applikazzjoni) | Il-firma tar-rappreżentant tas-sid | Appendiċi 2 ĠURNAL TA’ ABBORD TA' L-ICCAT GĦAS-SAJD TAT-TONN | Bil-konz Lixka ħajja Tartarun idur Tkarkir Outros (Oħrajn) | Bandiera: ……………………………………………………………………........................... | Kapaċità – (TM): ……………………………………………........ | Numru tar-reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... | Il-Kaptan: ……………………………………………………….... | Is-sid: ………………………………………………………….......................... | In-numru ta' membri ta' l-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ | L-indirizz: ………………………………………………………………………….... | Data tar-rapport …..… ………………………………………………...... | (Awtur tar-rapport): ………………………………………………................................. | L-għadd ta’ jiem fuq il-baħar: | L-gaħħd ta’ jiem ta’ sajd: L-għadd ta’ rimjiet: | Numru tas-sajda: | Data | Is-settur | T° ta’ wiċċ il-baħar (ºC) | Sajda L-għadd ta’ snanar użati | Capturas (Qabdiet) | Isco usado na pesca (Lixka użata) | 1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. | 3 – "Jum" ifisser il-jum li fiħ jintrama l-konz. | 5 - L-aħħar ringiela (Kwantitajiet imħatta) m’għandiex timtela’ qabel it-tmiem tas-sajda. Għandu jkun indikat il-piż reali fil-mument tal-ħatt. | 2 - Fit-tmiem ta’ kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondent tiegħek jew lill-ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Spanja. | 4 - Is-settur tas-sajd jiddetermina l-pożizzjoni tal-bastiment. Aġġusta i-minuti sa l-eqreb figura sħiħa u indika l-grad ta’ latitudni u lonġitudni. Qis li jkun hemm indikazzjoni N/S u E/W. | 6 – L-informazzjoni kollha hawn inkluża hija strettament kunfidenzjali. | DATA...........................................................ĦIN......................................................................... | DATA...........................................................ĦIN......................................................................... | LOCH ......................................................................................................................................... | LOCH ......................................................................................................................................... | 11.0301 | DO | CD[4] | LE | LE | LE | Nru 2 | 11.010404 | DO | CND[5] | LE | LE | LE | Nru 2 | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1 Ir-riżorsi finanzjarji 4.1.1 Sommarju ta' l-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) F'EUR Total indikattiv tan-nefqa ta' l-azzjoni | Total tal-ħaddiema | 0,40 | 0,40 | 0,40 | 0,40 | 0,40 | 0,40 | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1 Implimentazzjoni meħtieġa fuq medda qasira jew twila ta’ żmien Il-Protokoll preċedenti tal-Ftehim tas-Sajd bejn il-KE u l-Kosta ta' l-Avorju jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2007. Il-Protokoll il-ġdid ikopri l-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2013. L-għan ewlieni tal-Ftehim ta’ Sħubija l-ġdid fil-qasam tas-sajd (APP) huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Kosta ta' l-Avorju, sabiex jinħoloq qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u għall-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju. L-elementi ewlenin tal-Protokoll il-ġdid huma: - L-opportunitajiet tas-sajd 25 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, 15-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, skond il-metodu ta' tqassim li ġej (abbażi tal-metodu ta' tqassim tal-Protokoll preċedenti, it-talbiet ta' l-Istati Membri u r-riżultati mgħoddija ta' utilizzazzjoni skond l-Istat Membru u l-kategorija), jiġifieri: ( bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun: Franza: 10, Spanja 15 ( bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: Spanja 10, Il-Portugall: 5 - Tunnellaġġ ta’ referenza annwali: 7 000 tunnellata ta' tonn - Kontribut finanzjarju annwali: 595 000 EUR - Ħlasijiet bil-quddiem u tariffi mħallsa mill-operaturi [11] : EUR 35 għal kull tunnellata ta' tonn maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju minn bastimenti tas-sajd bit-tartaruni u bil-konzijiet. Il-ħlasijiet bil-quddiem annwali huma stabbiliti għal 3 850 EUR għal kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni u 1 400 EUR għal kull bastiment tas-sajd bil-konz. 5.2 Il-valur miżjud ta’ l-intervent Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġiji eventwali F'dak li għandu x’jaqsam ma’ l-FPA il-ġdid, in-nuqqas ta’ intervent Komunitarju jagħti lok għal arranġamenti privati li ma jkunux jiggarantixxu sajd sostenibbli. Il-Komunità tittama wkoll li b'dan l-FPA il-ġdid, il-Kosta ta' l-Avorju se tikkoopera b'mod effikaċi mal-Komunità fil-fora reġjonali bħall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT), fil-ġlieda kontra s-sajd illegali u għal ġestjoni tajba ta' l-istokkijiet b'tendenza kbira li jpassu. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM) In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jaqblu ma’ l-għan ġenerali li jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali tal-flotta Komunitarja, inkluża l-flotta li tistad f'ilmijiet imbegħda, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija sabiex jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd 'il barra mill-ilmijiet tal-Komunità waqt li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. L-indikaturi li ġejjin se jintużaw fil-kuntest ta’ l-ABM sabiex tiġi assigurata l-kontinwità ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehim: ( L-analiżi tar-rata ta’ użu ta' l-opportunitajiet ta' sajd ; ( Il-ġbir u l-analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet u tal-valur kummerċjali tal-ftehim; ( Il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fil-Komunità; ( Il-kontribut għall-istabbilizzazzjoni tas-suq Komunitarju; ( Il-kontribut għall-għanijiet ġenerali tat-tnaqqis tal-faqar fil-Kosta ta' l-Avorju li jinkludi l-kontribut għall-impjiegi u għall-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi u l-appoġġ għall-baġit ta’ l-Istat; ( Għadd ta' laqgħat tekniċi u tal-Kummissjoni konġunta. 5.4 Metodi għall-implimentazzjoni (indikattivi) X Ġestjoni ċentralizzata X direttament mill-Kummissjoni 6. IL-KONTROLL U L-EVALWAZZJONI 6.1 Il-Proċeduri għall-kontroll Il-Kummissjoni (DG FISH, b’kollaborazzjoni mad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-KE f'Abidjan fil-Kosta ta' l-Avorju) se tassigura s-sorveljanza regolari ta’ l-implimentazzjoni ta’ din il-ftehim, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu mill-operaturi u ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet. 6.2 L-evalwazzjoni F’Ottubru 2006, saret u ġiet iffinalizzata evalwazzjoni fil-fond tal-Protokoll 2004-2007 bl-għajnuna ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti sabiex ikunu jistgħu jinfetħu n-negozjati għal Protokoll ġdid. 6.2.1 L-evalwazzjoni ex-ante L-evalwazzjoni qajmet għadd ta' punti li għandhom interess għall-Komunità. - Billi jindirizza l-ħtiġijiet tal-flotot Ewropej, il-Ftehim dwar is-Sajd mal-Kosta ta' l-Avorju jikkontribwixxi għas-sostenn tal-vijabbiltà tal-qasam Komunitarju tas-sajd tat-tonn li jiddependi mis-sajd bit-tartaruni fl-Oċean Atlantiku - Il-Protokoll tal-Ftehim jitqies li jikkontribwixxi għall-vijabbiltà ta' l-industrija Ewropea billi jipproponi ambjent ġuridiku stabbli u viżibbiltà għat-terminu medju lill-industrija Komunitarja u lill-bastimenti li jiddependu fuqu. F'dak li jirrigwarda l-interessi tal-Kosta ta' l-Avorju fil-qafas tal-ftehim, l-evalwazzjoni twasssal għal dawn il-konklużjonijiet. - - Il-Ftehim dwar is-sajd jikkontribwixxi għall-vijabbiltà ta' l-impriżi taċ-ċentru tat-tonn ta' Abidjan billi jipprovdilhom ċertu livell ta' sikurezza ġuridika u perspettivi għat-terminu medju. - - Il-Ftehim dwar is-sajd għandu wkoll impatti fuq il-vijabbiltà tas-settur tas-sajd tal-Kosta ta' l-Avorju f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-industrija tas-sajd f'Abidjan. Minbarra l-valur kummerċjali dirett tal-qabdiet għall-bastimenti kkonċernati, il-ftehim iġib miegħu għadd ta' benefiċċji evidenti li huma elenkati hawn taħt: - garanziji ta' xogħol abbord bastimenti tas-sajd, - effett multiplikattiv għall-impjiegi fil-portijiet, għall-pixkeriji, fil-fabbriki ta' l-ipproċessar, fit-tarzni, fl-impriżi li joffru s-servizzi, eċċ; - li dawn l-opportunitajiet ta' xogħol jingħataw f'reġjuni fejn ma teżisti l-ebda opportunità oħra; - kontribut għall-provvista tal-ħut fil-Komunità. - Il-valur miżjud ta’ l-intervent Komunitarju: L-eżistenza ta' ftehim Komunitarju, permezz ta' qafas regolatorju restrittiv fuq iż-żewġ partijiet, jiggarantixxi ġestjoni tajba ta' l-istokkijiet, li mhux dejjem hija assigurata fil-kuntest ta' arranġamenti privati. Barra minn hekk, il-ftehim tas-sajd joħloq opportunitajiet ta' xogħol għall-baħrin li ġejjin mill-KE kif ukoll minn pajjiżi terzi. Barra minn hekk, il-ftehim tas-sajd jassigura parti sostanzjali mir-riżorsi tal-politika settorjali tas-sajd fil-Kosta ta' l-Avorju. - Ir-riskji u l-għażliet alternattivi: It-twaqqif ta’ Protokoll tas-sajd iġib miegħu ċerti riskji, pereżempju: l-ammonti previsti għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd u l-ħlasijiet tas-sidien tal-bastimenti jistgħu ma jiġux allokati kif miftiehem (frodi), il-flotot barranin jistgħu jinjoraw il-liċenzji u kontrolli oħra. Biex jiġu evitati dawn ir-riskji, huwa mixtieq li titjieb is-sorveljanza tad-dħul u l-infiq, li jitjiebu l-attivitajiet ta' kontroll marittimu, li tissaħħaħ is-sorveljanza bis-satellita (VMS), li jiġu ffinanzjati l-miżuri favur is-sajjieda lokali, eċċ. 6.2.2 L-istima ex-ante tal-valur ekonomiku tal-ftehim u l-kontribut finanzjarju tal-Komunità Il-kontribut finanzjarju mogħti mill-Komunità fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija għas-sajd huwa pakkett uniku stabbilit skond pakkett finanzjarju annwali ta’ EUR 595 000 għall-Protokoll 2007/2013. 6.2.3 Il-miżuri li ttieħdu wara l-evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) Ir-rapport ta' evalwazzjoni jirrakkomanda li t-tunnellaġġ ta' referenza jitnaqqas kemmxejn għal 7 000 tunnellata. Jirrakkomanda wkoll li jiġi negozjat aċċess għal madwar 25 bastiment (minflok 34) filwaqt li jitqiesu i) it-tnaqqis reali tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil- purse seines mill-2002, u ii) tal-probabbiltà li ċerti bastimenti jirritornaw lejn l-oċean atlantiku. F'dak li jikkonċerna l-bastimenti tas-sajd bil-konz, huwa rakkomandat li jinżamm livell ta' sajd simili għal dak offrut mill-possibbiltajiet attwali biex il-bastimenti kkonċernati jkunu jistgħu isibu żoni fejn jistadu jekk meħtieġ. Il-ftehim il-ġdid jinkludi appoġġ finanzjarju globali għall-implimentazzjoni ta' inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd kif definita mill-Gvern tal-Kosta ta' l-Avorju. Il-Komunità u l-Gvern tal-Kosta ta' l-Avorju għandhom jiftehmu dwar programm settorjali multijannwali li jikkonċerna dan l-appoġġ finanzjarju (100 % tal-ħlas totali tal-kontribut finanzjarju). Din il-programmazzjoni ssir permezz ta' djalogu sostnut u permanenti bejn il-partijiet. 6.2.4 It-termini u l-frekwenza għall-evalwazzjoni fil-ġejjieni Biex ix-xogħol ta' studju li ġie ffinalizzat f'Ottubru 2006 jissokta (cf. punt 6.2) u biex jiġi assigurat sajd sostenibbli fir-reġjun, kull tiġdid tal-Protokolli se jkun sottomess għal studju ta' l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali. L-indikaturi elenkati fil-punt 5.3 se jintużaw biex issir evalwazzjoni ex post . 7. il-miżuri kontra l-frodi L-użu tal-kontribut finanzjarju mħallas mill-Komunità fil-qafas tal-Ftehim jaqa’ taħt ir-responsabbiltà unika ta’ l-Istat terz sovran ikkonċernat. Il-Kummissjoni madankollu tintrabat li tipprova toħloq djalogu politiku permanenti u konsultazzjoni sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Protokoll u ssaħħaħ il-kontribut tal-Komunità għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Fil-każijiet kollha, kull ħlas li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ Ftehim tas-sajd huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji normali tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji ta’ l-Istati terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kontribut finanzjarju. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1 L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża (Indika l-intestaturi ta' l-għanijiet, ta' l-azzjonijiet u tar-realizzazzjoni) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL | Azzjoni 1 | Azzjoni 2 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Uffiċjali jew aġenti temporanji[14] (11 01 01) | A*/AD | 0,25 | 0,25 | 0,25 | 0,25 | 0,25 | 0.25 | B*, C*/AST | 0,15 | 0,15 | 0,15 | 0,15 | 0,15 | 0.15 | Impjegati ffinanzjati[15] skond l-Art.11 01 02 | Impjegati oħra ffinanzjati[16] skond l-Art. 11 01 04 04 | TOTAL | 0.40 | 0,40 | 0,40 | 0,40 | 0,40 | 0,40 | 8.2.2 Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni - Għajnuna għan-negozjatur fil-preparazzjoni u l-konklużjoni tan-negozjati tal-ftehimiet tas-sajd: - Il-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu konklużi ftehimiet tas-sajd; - Il-preparazzjoni ta’ proġetti dwar ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni u ta’ noti dwar l-istrateġija tan-negozjati għall-Kummissarju, - Il-preżentazzjoni u d-difiża tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-Grupp ta’ ħidma “Sajd estern” tal-Kunsill; - Il-parteċipazzjoni fis-sejbien ta’ kompromess ma’ l-Istati Membri msemmija fit-test finali tal-ftehim. - Il-kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-ftehimiet: - żgurar tas-segwitu ta' kuljum tal-ftehimiet tas-sajd, - Il-preparazzjoni u l-verifika ta' l-impenji u tal-ħlasijiet tal-kontribut finanzjarju u ta’ l-azzjonijiet li jridu jintlaħqu jew inkella tal-finanzjament għall-iżvilupp tas-sajd responsabbli; - it-tlestija ta' rapport regolari dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet, - valutazzjoni tal-ftehimiet: l-aspetti xjentifiċi u tekniċi, - il-preparazzjoni ta' l-abbozzi għall-proposti tar-Regolament u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill u t-tfassil tat-test tal-ftehim, - il-ftuħ u s-segwiment tal-proċeduri għall-adozzjoni. - L-għajnuna teknika: - il-preparazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-Kummissjoni Konġunta. - Relazzjonijiet interistituzzjonali: - ir-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess tan-negozjati, - il-kitba tat-tweġibiet għal mistoqsijiet orali u bil-miktub tal-Parlament Ewropew. - Il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni bejn is-servizzi - l-aċċertazzjoni tar-rabta mad-Direttorati Ġenerali l-oħra fi kwistjonijiet li jikkonċernaw in-negozjati u l-kontinwità tal-ftehimiet, - l-organizzazzjoni u t-tweġibiet għall-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi. - Il-valutazzjoni - il-parteċipazzjoni fl-aġġornament tal-valutazzjoni ta’ l-impatt, - l-analiżi ta’ l-għanijiet milħuqa u l-indikaturi tal-valutazzjoni. 8.2.3 L-oriġini tar-riżorsi umani (statutarji) (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors). X Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li ser jiġi sostitwit jew estiż ( Karigi allokati minn qabel fil-qafas ta' l-eżerċizzju ta’ l-SPA/PDB għas-sena 2006 ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-SPA/PDB li jmiss ( Karigi li ser jiġu ristrutturati bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (ristrutturar intern) ( Karigi meħtieġa għas-sena n iżda mhux previsti fl-eżerċizzju ta’ l-SPA/PDB tas-sena kkonċernata 8.2.4 Nefqiet oħra amministrattivi inklużi fl-ammont ta’ referenza (11 01 04/05 – L-infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva) f'euro Il-linja tal-baġit: 11010404 (Nru. ta' l-intsetatura) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL | 1. L-għajnuna teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati ma’ l-impjegati) | L-aġenziji eżekuttivi[17] | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros (1)° | 40000 | 40000 | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | 40000 | 40000 | (1) studju ta’ valutazzjoni ex-post tal-Protokoll fis-seħħ u ex-ante tal-Protokoll futur. 8.2.5 L-ispejjeż tar-riżorsi umani u spejjeż relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza Tip ta’ riżorsi umani | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL | Uffiċjali u aġenti temporanji(11 01 01) | 46 800 | 46 800 | 46 800 | 46 800 | 46 800 | 46 800 | 280 800 | Staff iffinanzjat skond l-art. XX 01 02 (awżiljarji, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (indika l-linja tal-baġit) | L-ispiża totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 46 800 | 46 800 | 46 800 | 46 800 | 46 800 | 46 800 | 280 800 | Kalkolu – L-Uffiċjali u l-aġenti kontrattwali Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ - 1A = 117 000 EUR*0,25 = 29 250 EUR 1B = 117 000 EUR*0,075 = 8 775 EUR 1C = 117 000 EUR*0,075 = 8 775 EUR Sub-total: 46 800 EUR (0,0468 miljun EUR fis-sena) Total: 46 800 EUR (0,0468 miljun EUR fis-sena) Kalkolu – L-impjegati ffinanzjati skond l-Artikolu XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun meħtieġ 8.2.6 Nefqiet oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL | 11 01 02 11 01 – Missjonijiet | 15 000 | 15 000 | 15 000 | 15 000 | 15 000 | 15 000 | 90 000 | 11 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[18] | 10 000 | 10 000 | 10 000 | 10 000 | 10 000 | 10 000 | 60 000 | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni | 2. It-total ta’ nefqiet oħra ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) | 3. Nefqiet oħra ta’ natura amministrattiva (ippreċiża billi tindika l-linja tal-baġit) | It-total tan-nefqiet amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 25 000 | 25 000 | 25 000 | 25 000 | 25 000 | 25 000 | 150 000 | [1] ĠU C [2] ĠU C [3] ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8. [4] Krediti mhux assoċjati [5] Krediti assoċjati [6] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu 11 01 tat-Titolu 11 ikkoċernat. [7] Skond il-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiżdiedu bi qbil bejn il-Partijiet sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika, din iż-żieda ma tkunx ta' preġudizzju għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Kosta ta' l-Avorju. F'dan il-każ, il-kontribut finanzjarju jiżdied proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Kommunità ma jistax jaqbeż d-doppju ta' l-ammont indikat f l-Artikolu 2(3) tal-Protokoll (jiġifieri EUR 1 190 000) Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta' l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dak il-limitu jitħallas is-sena ta' wara (skond id-disponibilitajiet tal-baġit). [8] In-nefqiet relevanti għal Kapitolu 11 01 04 tat-titolu 11. [9] L-ispejjeż rilevanti tal-Kapitolu 11 01, għajr l-Artikolu 11 01 04. [10] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali. [11] Il-ħlasijiet bil-quddiem u t-tariffi ta' l-operaturi m'għandhom l-ebda effett fuq il-baġit Komunitarju. [12] Kif deskritt fil-parti 5.3. [13] Skond il-Protokoll, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiżdiedu bi qbil bejn il-Partijiet sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika, din iż-żieda ma tkunx ta' preġudizzju għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Kosta ta' l-Avorju. F'dan il-każ, il-kontribut finanzjarju jiżdied proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Kommunità ma jistax jeċċedi d-doppju ta' l-ammont indikat f'paragrafu 3 ta' l-Artikolu 2 tal-Protokoll (jiġifieri EUR 1 190 000) Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta' l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li teċċedi dak il-limitu, jitħallas is-sena ta' wara (skond id-disponibilitajiet tal-baġit). [14] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [15] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [16] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza. [17] Għandha ssir referenza għall-prospett leġiżlattiv, speċifikament l-aġenzjija/l-aġenziji eżekuttiva(i) kkonċernata(i). [18] Indika t-tip ta' kumitat kif ukoll il-grupp li minnu jagħmel parti.