EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2174

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2174 tad-19 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/7091

OJ L 433, 22.12.2020, p. 11–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/2174/oj

22.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 433/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2174

tad-19 ta’ Ottubru 2020

li jemenda l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel iddeċidiet fl-erbatax-il laqgħa tagħha li saret f’Mejju 2019, bid-Deċiżjoni BC-14/12, li tinkludi entrata ġdida għall-iskart tal-plastik perikoluż (l-entrata A3210) fl-Anness VIII u żewġ entrati ġodda għall-iskart tal-plastik mhux perikoluż fl-Anness II (l-entrata Y48) u fl-Anness IX (l-entrata B3011) tal-Konvenzjoni ta’ Basel. Dawk il-bidliet se jsiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2021.

(2)

Jixraq li l-Unjoni, li hija Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basel, timmodifika l-Annessi rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biex jitqiesu l-bidliet relatati mal-entrati dwar l-iskart tal-plastik fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel.

(3)

Il-Kumitat għall-Politika tal-Ambjent tal-OECD adotta bidliet fl-Appendiċi 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD (2) relatata mal-iskart tal-plastik perikoluż u kjarifiki fl-Appendiċijiet 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD fis-7 ta’ Settembru 2020. Dawk il-bidliet se jsiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2021. Jixraq li l-Unjoni timmodifika l-Annessi rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biex jitqiesu dawn il-bidliet.

(4)

Dan ir-Regolament iqis il-fatt li ma ntlaħaq l-ebda ftehim fl-OECD biex jiġu inkorporati l-emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar l-iskart tal-plastik mhux perikoluż (l-entrati B3011 u Y48) fl-Appendiċijiet tad-Deċiżjoni tal-OECD.

(5)

Fir-rigward tal-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi u l-importazzjoni tal-iskart tal-plastik fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Annessi III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jiġu emendati biex jitqiesu l-bidliet fl-Annessi II, VIII u IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel u l-bidliet fl-Appendiċi 4 tad-Deċiżjoni tal-OECD. B’riżultat ta’ dan, mill-1 ta’ Jannar 2021, l-esportazzjoni mill-Unjoni u l-importazzjoni fl-Unjoni tal-iskart tal-plastik fl-entrati AC300 u Y48 lejn pajjiżi terzi u minnhom li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD (3) se jkunu soġġetti għall-proċeduri ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel. F’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 36(1) u l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik fl-entrati A3210 u Y48 se tkun ipprojbita lejn pajjiżi terzi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD.

(6)

Fid-dawl tal-fatt li l-Unjoni ppreżentat notifika li tkopri l-vjeġġi tal-iskart fl-Unjoni, lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basel skont l-Artikolu 11 ta’ dik il-Konvenzjoni, ma hemm l-ebda rekwiżit li jobbliga lill-Unjoni timplimenta l-bidliet fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel relatati mal-iskart tal-plastik mhux perikoluż (l-entrati B3011 u Y48) fil-liġi tal-Unjoni, għall-vjeġġi bejn l-Istati Membri. Madankollu, biex tiġi żgurata ċ-ċarezza ġuridika, jenħtieġ li jiddaħħlu entrati ġodda għall-vjeġġi tal-iskart tal-plastik mhux perikoluż fl-Unjoni fl-Annessi III, IIIA u IV tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 li jqisu t-terminoloġija li tintuża fl-entrati l-ġodda B3011 u Y48 fil-Konvenzjoni ta’ Basel, u li bihom fil-biċċa l-kbira jinżammu l-kontrolli attwali fuq tali vjeġġi fl-Unjoni.

(7)

Għadd ta’ linji gwida tekniċi u dokumenti ta’ gwida dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ diversi flussi ta’ skart ġew adottati fl-aħħar laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel. Dawk il-linji gwida tekniċi u dokumenti ta’ gwida jipprovdu gwida utli u għaldaqstant jenħtieġ li jiżdiedu fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jiġi emendat skont dan.

(9)

Peress li l-bidliet fl-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Basel u fl-Appendiċijiet tad-Deċiżjoni tal-OECD se jsiru effettivi fl-1 ta’ Jannar 2021, jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 relatati ma’ dawk il-bidliet isiru effettivi wkoll fl-1 ta’ Jannar 2021.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Annessi IC, III, IIIA, IV, V u VII huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness VIII huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni C(2001)107/Finali tal-Kunsill tal-OECD li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru.

(3)  Id-Deċiżjoni C(2001) 107/Final tal-Kunsill tal-OECD li tikkonċerna r-reviżjoni tad-Deċiżjoni C(92)39/Finali dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru.


ANNESS I

L-Annessi IC, III, IIIA, IV, V u VII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness IC, it-tieni paragrafu tal-punt 25(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Tali kodiċijiet jistgħu jiġu inklużi fl-Annessi IIIA, IIIB, IV (EU48) jew IVA ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ, jenħtieġ li n-numru tal-Anness jiġi ddikjarat quddiem il-kodiċijiet. Fir-rigward l-Anness IIIA, jenħtieġ li jintużaw il-kodiċi(jiet) rilevanti kif indikat(i) fl-Anness IIIA, f’sekwenza kif ikun xieraq. Ċerti entrati tal-Konvenzjoni ta’ Basel bħal B1100 u B3020 huma ristretti biss għal flussi ta’ skart partikolari, kif indikat fl-Anness IIIA.”

(2)

l-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦAR-REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI STABBILITI FL-ARTIKOLU 18 (SKART ‘EKOLOĠIKU’ ELENKAT)”;

(b)

fil-Parti I, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Kwalunkwe referenza fl-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel għal-lista A għandha tinftiehem bħala referenza għall-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;”;

(c)

fil-Parti I, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

Għall-iskart ittrasportat fl-Unjoni, l-entrata B3011 tal-Konvenzjoni ta’ Basel ma tapplikax u minflok tapplika din l-entrata li ġejja:

EU3011

Skart tal-plastik (innota l-entrata AC300 relatata fil-parti II tal-Anness IV, u l-entrata EU48 relatata fil-parti I tal-Anness IV):

L-iskart tal-plastik elenkat hawn taħt, diment li jkun kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart (*):

Skart tal-plastik li jikkonsisti kważi esklużivament (**) minn polimeru mhux aloġenat wieħed, inkluż il-polimeri li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:

Polietilen (PE)

Polipropilen (PP)

Polistiren (PS)

Akrilonitril butadien stiren (ABS)

Polietilentereftalat (PET)

Polikarbonati (PC)

Polieteri

Skart tal-plastik li kważi esklużivament (**) jikkonsisti minn reżina mwebbsa waħda jew prodott wieħed tal-kondensazzjoni, inkluż ir-reżini li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:

Reżini tal-urea formaldeid

Reżini tal-fenol formaldeid

Reżini tal-melamina formaldeid

Reżini tal-epossi

Reżini tal-alkidi

Skart tal-plastik li kważi esklużivament (**) jikkonsisti minn wieħed mill-polimeri fluworurati li ġejjin (***):

Perfluworoetilen/propilen (FEP)

Alkani perfluworoalkossiċi:

Tetrafluworoetilen/perfluworoalkil vinil etere (PFA)

Tetrafluworoetilen/perfluworometil vinil etere (MFA)

Fluworur tal-polivinil (PVF)

Fluworur tal-poliviniliden (PVDF)

Politetrafluworoetilen (PTFE)

Klorur tal-polivinil (PVC).

(*)  Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(**)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(**)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(**)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(***)  It-tipi ta’ skart prodotti fil-fażi ta’ wara l-konsumatur huma esklużi”;"

(d)

fil-parti II, it-test li ġej jitħassar:

Skart tal-plastik solidu

GH013

391530 ex 390410—40

Polimeri tal-klorur tal-vinil”

(3)

l-Anness IIIA huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 3, jitħassru l-punti (d), (e) u (f);

(b)

jiddaħħal il-punt 4 li ġej:

“4.

It-taħlitiet ta’ skart li ġejjin, ikklassifikati f’inċiżi separati jew f’subinċiżi ta’ entrata unika waħda, huma inklużi f’dan l-Anness biss għall-finijiet ta’ vjeġġi fl-Unjoni:

(a)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati fl-inċiż li jirreferi għall-polimeri mhux aloġenati;

(b)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati fl-inċiż li jirreferi għar-reżini mwebbsa jew prodotti tal-kondensazzjoni;

(c)

taħlitiet ta’ skart ikklassifikati fl-entrata EU3011 u elenkati bħala “alkani perfluworoalkossiċi”.”

(4)

l-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“LISTA TAT-TIPI TA’ SKART SOĠĠETTI GĦALL-PROĊEDURA TA’ NOTIFIKA U TA’ KUNSENS BIL-MIKTUB MINN QABEL (SKART ELENKAT BĦALA ‘AMBRA’)”;

(b)

il-Parti I hija emendata kif ġej:

(i)

l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“It-tipi ta’ skart li ġejjin se jkunu soġġetti għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel:

It-tipi ta’ skart elenkati fl-Annessi II u VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel (*).

(*)  L-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel huwa elenkat f’dan ir-Regolament fil-Lista A tal-Parti 1 tal-Anness V. L-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basel huwa elenkat f’dan ir-Regolament fil-Lista A tal-Parti 3 tal-Anness V.”;"

(ii)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Kwalunkwe referenza fl-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel għal-lista B għandha tinftiehem bħala referenza għall-Anness III ta’ dan ir-Regolament”.

(iii)

jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

l-entrata A3210 tal-Konvenzjoni ta’ Basel ma tapplikax u minflok tapplika l-entrata AC300 fil-Parti II.

(f)

fil-każ tal-iskart ittrasportat fl-Unjoni, l-entrata Y48 tal-Konvenzjoni ta’ Basel ma tapplikax u minflok tapplika din l-entrata li ġejja:

EU48:

L-iskart tal-plastik mhux kopert mill-entrata AC300 fil-parti II jew mill-entrata EU3011 fil-parti I tal-Anness III, kif ukoll it-taħlitiet ta’ skart tal-plastik mhux koperti mill-punt 4 tal-Anness IIIA.”;

(c)

fil-Parti II, l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata AC270:

“AC300

Skart tal-plastik, inkluż taħlitiet ta’ skart bħal dan, li fih kostitwenti tal-Anness I jew li huwa kkontaminat bihom, sal-punt li juri karatteristika tal-Anness III (innota l-entrata EU3011 relatata fil-parti I tal-Anness III, u l-entrata EU48 relatata fil-parti I)”;

(5)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fit-taqsima A3 tal-Lista A, tiżdied l-entrata li ġejja:

“A3210

Skart tal-plastik, inkluż taħlitiet ta’ skart bħal dan, li fih kostitwenti tal-Anness I jew li huwa kkontaminat bihom, sal-punt li juri karatteristika tal-Anness III (innota l-entrata B3011 relatata, fil-Lista B ta’ din il-Parti, u l-entrata Y48, fil-Lista A tal-Parti 3);

(ii)

fil-Lista B, it-taqsima B3 hija emendata kif ġej:

l-entrata B3010 titħassar;

l-entrata li ġejja tiddaħħal qabel l-entrata B3020:

“B3011

Skart tal-plastik (innota l-entrata A3210 relatata, fil-Lista A ta’ din il-Parti, u l-entrata Y48, fil-Lista A tal-Parti 3)

L-iskart tal-plastik elenkat hawn taħt, diment li jkun destinat għar-riċiklaġġ (*) b’mod ambjentalment korrett u kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart (**):

Skart tal-plastik li jikkonsisti kważi esklużivament (***) minn polimeru mhux aloġenat wieħed, inkluż il-polimeri li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:

Polietilen (PE)

Polipropilen (PP)

Polistiren (PS)

Akrilonitril butadien stiren (ABS)

Polietilentereftalat (PET)

Polikarbonati (PC)

Polieteri

Skart tal-plastik li kważi esklużivament (***) jikkonsisti minn reżina mwebbsa waħda jew prodott wieħed tal-kondensazzjoni, inkluż ir-reżini li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:

Reżini tal-urea formaldeid

Reżini tal-fenol formaldeid

Reżini tal-melamina formaldeid

Reżini tal-epossi

Reżini tal-alkidi

Skart tal-plastik li kważi esklużivament (***) jikkonsisti minn wieħed mill-polimeri fluworurati li ġejjin: (****)

Perfluworoetilen/propilen (FEP)

Alkani perfluworoalkossiċi:

Tetrafluworoetilen/perfluworoalkil vinil etere (PFA)

Tetrafluworoetilen/perfluworometil vinil etere (MFA)

Fluworur tal-polivinil (PVF)

Fluworur tal-poliviniliden (PVDF)

Taħlitiet ta’ skart tal-plastik, li jikkonsistu minn polietilen (PE), polipropilen (PP) u/jew polietilentereftalat (PET), diment li jkunu destinati għal riċiklaġġ separat (*****) ta’ kull materjal u b’mod li jkun ambjentalment korrett, u kważi ħielsa minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart (**).

(b)

fil-Parti 3, il-Lista A hija sostitwita b’dan li ġej:

Lista A (Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basel)

Y46

Skart miġbur mill-unitajiet domestiċi (*)

Y47

Residwi li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni ta’ skart domestiku

Y48

Skart tal-plastik, inkluż taħlitiet ta’ skart bħal dan, bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:

Skart tal-plastik li jkun skart perikoluż (ara l-entrata A3210 fil-Parti 1 tal-Lista A fl-Anness V)

L-iskart tal-plastik elenkat hawn taħt, diment li jkun destinat għar-riċiklaġġ (**) b’mod ambjentalment korrett u kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart: (***)

Skart tal-plastik li jikkonsisti kważi esklużivament (****) minn polimeru mhux aloġenat wieħed, inkluż il-polimeri li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:

Polietilen (PE)

Polipropilen (PP)

Polistiren (PS)

Akrilonitril butadien stiren (ABS)

Polietilentereftalat (PET)

Polikarbonati (PC)

Polieteri

Skart tal-plastik li kważi esklużivament (****) jikkonsisti minn reżina mwebbsa waħda jew prodott wieħed tal-kondensazzjoni, inkluż ir-reżini li ġejjin iżda mhux limitat għalihom:

Reżini tal-urea formaldeid

Reżini tal-fenol formaldeid

Reżini tal-melamina formaldeid

Reżini tal-epossi

Reżini tal-alkidi

Skart tal-plastik li kważi esklużivament (****) jikkonsisti minn wieħed mill-polimeri fluworurati li ġejjin: (*****)

Perfluworoetilen/propilen (FEP)

Alkani perfluworoalkossiċi:

Tetrafluworoetilen/perfluworoalkil vinil etere (PFA)

Tetrafluworoetilen/perfluworometil vinil etere (MFA)

Fluworur tal-polivinil (PVF)

Fluworur tal-poliviniliden (PVDF)

Taħlitiet ta’ skart tal-plastik, li jikkonsistu minn polietilen (PE), polipropilen (PP) u/jew polietilentereftalat (PET), diment li jkunu destinati għal riċiklaġġ separat (******)ta’ kull materjal u b’mod li jkun ambjentalment korrett, u kważi ħielsa minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart. (***)

(*)  Sakemm ma jkunx ikklassifikat b’mod xieraq f’entrata unika fl-Anness III."

(**)  Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B) jew, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal darba waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti."

(***)  Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(****)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(****)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(****)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(*****)  It-tipi ta’ skart prodotti fil-fażi ta’ wara l-konsumatur huma esklużi.”"

(******)  Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B), b’separazzjoni minn qabel u, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal istanza waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.”;"

(***)  Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza."

(c)

fil-Parti 3, l-intestatura tal-Lista B hija sostitwita b’dan li ġej:

Lista B (Skart mill-Appendiċi 4, il-Parti II tad-Deċiżjoni tal-OECD)  (*)

(*)  It-tipi ta’ skart bl-entrati AB130, AC250, AC260 u AC270 tħassru peress li dawn ġew ikkunsidrati, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9, kif imħassra bid-Direttiva 2008/98/KE), li mhumiex perikolużi u għaldaqstant mhux soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament. L-iskart bl-entrata AC300 tħassar peress li l-iskart inkwistjoni huwa kopert bl-entrata A3210 fil-Lista A tal-Parti 1.”."

(6)

l-Anness VII huwa emendat kif ġej:

Fil-blokka 10, jiżdied dan li ġej:

“(vii)

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):”


(*)  Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.

(**)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.

(***)  It-tipi ta’ skart prodotti fil-fażi ta’ wara l-konsumatur huma esklużi”;

(*)  L-Anness VIII tal-Konvenzjoni ta’ Basel huwa elenkat f’dan ir-Regolament fil-Lista A tal-Parti 1 tal-Anness V. L-Anness II tal-Konvenzjoni ta’ Basel huwa elenkat f’dan ir-Regolament fil-Lista A tal-Parti 3 tal-Anness V.”;

(*)  Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B) jew, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal darba waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.

(**)  Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.

(***)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.

(****)  It-tipi ta’ skart prodotti fil-fażi ta’ wara l-konsumatur huma esklużi.

(*****)  Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B), b’separazzjoni minn qabel u, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal istanza waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.”;

(*)  Sakemm ma jkunx ikklassifikat b’mod xieraq f’entrata unika fl-Anness III.

(**)  Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B) jew, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal darba waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.

(***)  Fir-rigward ta’ “kważi ħieles minn kontaminazzjoni u tipi oħra ta’ skart”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.

(****)  Fir-rigward ta’ “kważi esklużivament”, l-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali jistgħu joffru punt ta’ referenza.

(*****)  It-tipi ta’ skart prodotti fil-fażi ta’ wara l-konsumatur huma esklużi.”

(******)  Riċiklaġġ/reklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (R3 fl-Anness IV, it-taqsima B), b’separazzjoni minn qabel u, jekk ikun hemm bżonn, ħżin temporanju limitat għal istanza waħda, diment li din tkun segwita mill-operazzjoni R3 u tkun evidenzjata minn dokumentazzjoni kuntrattwali jew dokumentazzjoni uffiċjali rilevanti.”;

(*)  It-tipi ta’ skart bl-entrati AB130, AC250, AC260 u AC270 tħassru peress li dawn ġew ikkunsidrati, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9, kif imħassra bid-Direttiva 2008/98/KE), li mhumiex perikolużi u għaldaqstant mhux soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament. L-iskart bl-entrata AC300 tħassar peress li l-iskart inkwistjoni huwa kopert bl-entrata A3210 fil-Lista A tal-Parti 1.”.”


ANNESS II

“ANNESS VIII

LINJI GWIDA DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALMENT KORRETT (L-ARTIKOLU 49)

I.   Linji gwida u dokumenti ta’ gwida adottati skont il-Konvenzjoni ta’ Basel:

1.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ skart bijomediku u tal-kura tas-saħħa (Y1; Y3) (1)

2.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ skart ta’ batteriji tal-aċidu taċ-ċomb1

3.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett tal-iżmantellar totali jew parzjali ta’ bastimenti1

4.

Linji gwida tekniċi dwar ir-riċiklaġġ/ir-reklamazzjoni ambjentalment korrett(a) ta’ metalli u ta’ komposti tal-metall (R4) (2)

5.

Linji gwida tekniċi ġenerali għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati b’sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (3)

6.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom, jew li huma kkontaminati bil-1,1,1 trikloro 2,2 bis (4 klorofenil) etan (DDT) (4)

7.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżabromoċiklododekan (HBCD) (5)

8.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS), bl-imluħa tiegħu u bil-fluworur perfluworoottansulfoniku (PFOSF)5

9.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-pentaklorofenol (PCP) u bl-imluħa u bl-esteri tiegħu (6)

10.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-pestiċidi aldrin, alfa eżakloroċikloeżan, beta eżakloroċikloeżan, klordan, klordekon, dieldrin, endrin, ettakloru, eżaklorobenżen, eżaklorobutadien, lindan, mireks, pentaklorobenżen, pentaklorofenol u l-imluħa tiegħu, aċidu perfluworoottansulfoniku, endosulfan tekniku u l-isomeri relatati tiegħu jew toksafen jew bl-eżaklorobenżen bħala sustanza kimika industrijali (Pestiċidi POP)6

11.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-poliklorofenili, bil-polikloroterfenili, bil-polikloronaftaleni jew bil-polibromobifenili inkluż l-eżabromobifenil (PCBs, PCTs, PCNs jew PBBs, inkluż l-HBB)6

12.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżabromodifenil etere u bl-eptabromodifenil etere, jew bit-tetrabromodifenil etere u bil-pentabromodifenil etere jew bid-dekabromodifenil etere (POP-BDEs)3

13.

Linji Gwida Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment Korrett ta’ Tipi ta’ Skart li Fihom jew li Huma Kkontaminati bil-poliklorodibenżofurani, bl-eżaklorobenżen, bil-poliklorobifenili, bil-pentaklorobenżen, bil-polikloronaftaleni, bl-eżaklorobutadien jew bil-poliklorodibenżo-p-diossini mhux prodotti b’mod intenzjonat3

14.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bl-eżaklorobutadien3

15.

Linji gwida tekniċi dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-paraffini klorurati b’katina qasira3

16.

Linji gwida tekniċi għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tajers pnewmatiċi użati u ta’ skart (7)

17.

Linji gwida tekniċi għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart li jikkonsistu minn, li fihom jew li huma kkontaminati bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju5

18.

Linji gwida tekniċi għall-koproċessar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart perikolużi f’kalkari tas-siment7

19.

Dokument ta’ gwida dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tagħmir tal-kompjuters użat u li ma għadux jintuża6

20.

Dokument ta’ gwida dwar l-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ mowbajls użati u li ma għadhomx jintużaw7

21.

Qafas għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ tipi ta’ skart perikolużi u ta’ tipi ta’ skart oħra (8)

22.

Manwali prattiċi għall-promozzjoni tal-immaniġġjar ambjentalment korrett tal-iskart (9)

II.   Linji gwida adottati mill-OECD:

Gwida teknika għall-immaniġġjar ambjentalment korrett ta’ flussi ta’ skart speċifiċi:

Kompjuters personali użati u skartati (10)

III.   Linji Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO):

Linji Gwida dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (11)

IV.   Linji Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO):

Is-sikurezza u s-saħħa fid-demolizzjoni tal-bastimenti: Linji Gwida għall-pajjiżi Asjatiċi u għat-Turkija (12)


(1)  Adottati mis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Diċembru 2002.

(2)  Adottati mis-seba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Ottubru 2004.

(3)  Adottati mill-erbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Mejju 2019.

(4)  Adottati mit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Diċembru 2006.

(5)  Adottati mit-tnax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Mejju 2015.

(6)  Adottati mit-tlettax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Mejju 2017.

(7)  Adottati mill-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Ottubru 2013.

(8)  Adottati mill-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Ottubru 2013.

(9)  Adottati mit-tlettax-il u mill-erbatax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, f’Mejju 2017 u f’Mejju 2019.

(10)  Adottati mill-Kumitat tal-Politika tal-Ambjent tal-OECD fi Frar 2003 (id-dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).

(11)  Ir-Riżoluzzjoni A.962 adottata mill-Assemblea tal-IMO fit-23 Sessjoni regolari tagħha, bejn l-24 ta’ Novembru u l-5 ta’ Diċembru 2003.

(12)  Approvati għall-pubblikazzjoni mill-Korp Governattiv tal-ILO fil-289 sessjoni tagħha, bejn il-11 u s-26 ta’ Marzu 2004.


Top