EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0979

Regolament delegat tal-kummissjoni (UE) 2019/979 tal-14 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta’ notifika, u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 166, 21.6.2019, p. 1–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/09/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/979/oj

21.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/979

tal-14 ta’ Marzu 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett, il-pubblikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prospetti, ir-reklami għal titoli, is-supplimenti għal prospett, u l-portal ta’ notifika, u li jħassar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 7(13), 21(12), 21(13), 22(9), 23(7) u 25(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett jenħtieġ li tippreżenta ċ-ċifri finanzjarji ewlenin li jipprovdu lill-investituri b’ħarsa ġenerali fil-qosor lejn l-assi, il-passivi u l-profittabbiltà tal-emittent, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni finanzjarja ewlenija oħra li tkun relevanti għall-investituri biex jagħmlu valutazzjoni preliminari tal-prestazzjoni finanzjarja u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-emittent. Sabiex jiġi żgurat li din l-informazzjoni tkun konċiża u relevanti, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi identifikat għadd limitat ta’ divulgazzjonijiet, jiġi speċifikat it-tqassim tagħhom u tiġi kkalibrata l-informazzjoni finanzjarja biex jitqiesu t-tipi differenti ta’ emittenti u titoli.

(2)

Sabiex jiġi evitat li l-investituri jiġu mqarqa, l-emittenti jenħtieġ li jkunu intitolati li jinkludu divulgazzjonijiet addizzjonali speċifiċi, inklużi miżuri ta’ prestazzjoni alternattivi, fejn iqisu li d-divulgazzjonijiet meħtieġa ma jipprovdux stampa ċara tal-prestazzjoni u tal-pożizzjoni finanzjarja tagħhom. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-investituri jiffokaw primarjament fuq iċ-ċifri li jirriżultaw mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, jenħtieġ li l-miżuri ta’ prestazzjoni alternattivi ma jingħatawx aktar prominenza fil-prospett milli jingħataw iċ-ċifri estratti mill-informazzjoni finanzjarja storika.

(3)

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u l-piżijiet amministrattivi fuq l-emittenti, l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett, inklużi partiti addizzjonali u miżuri ta’ prestazzjoni alternattivi, jenħtieġ li tirriproduċi informazzjoni żvelata fil-prospett stess.

(4)

Huwa xieraq li l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju tal-prospett tiġi adattata għall-attività ekonomika tal-emittent, għas-settur industrijali tiegħu, għall-partiti prinċipali tar-rapporti finanzjarji tiegħu u għat-tip ta’ titoli li jkunu qegħdin jinħarġu jew jiġu offruti. Madankollu, mhuwiex possibbli li jiġu pprovduti mudelli speċifiċi għat-tipi kollha ta’ emittenti.

(5)

Sabiex jiġi evitat li l-investituri jiġu mqarqa u tiġi żgurata l-konsistenza mal-informazzjoni inkluża fil-prospett, meta l-informazzjoni finanzjarja storika inkluża fil-prospett tkun iddikjarata mill-ġdid fil-każ ta’ żbalji materjali li jkunu jinsabu fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew bidliet fl-istandards kontabilistiċi, l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett jenħtieġ li tirrifletti dik l-informazzjoni finanzjarja storika mill-ġdid.

(6)

Meta emittent ikollu storja finanzjarja kumplessa, jenħtieġ li, fejn xieraq, jippreżenta l-informazzjoni finanzjarja tiegħu u l-informazzjoni finanzjarja relatata ma’ entità jew entitajiet oħra fit-taqsima indipendenti fis-sommarju tal-prospett.

(7)

L-investituri jeħtieġu ċarezza fir-rigward ta’ liema informazzjoni tifforma parti mill-prospett u lil min qed tiġi indirizzata offerta ta’ titoli lill-pubbliku. Għalhekk, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni inkorporata b’referenza, meta l-prospett ikun fih iperlinks, huwa jenħtieġ li jinforma lill-investituri li l-informazzjoni fuq is-siti web relatati ma tkunx parti mill-prospett u ma ġietx skrutinizzata jew approvata mill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri sabiex jiġi evitat li s-siti web użati għall-pubblikazzjoni tal-prospett jimmiraw għal residenti fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi fejn ma ssirx l-offerta ta’ titoli lill-pubbliku, pereżempju billi tiġi inkluża fuq is-sit web dikjarazzjoni li tidentifika d-destinatarji tal-offerta.

(8)

Ir-rapportar u l-pubblikazzjoni ta’ data f’format elettroniku li jinqara minn magna jiffaċilita l-użu effiċjenti u l-iskambju ta’ dik id-data. Għalhekk jenħtieġ li tiġi speċifikata l-lista ta’ attributi ta’ data li għandhom jiġu rrapportati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għall-klassifikazzjoni tal-prospetti u l-użu ta’ mudelli f’format XML jenħtieġ li jkun meħtieġ biex jiġi żgurat li dawn l-entrati jkunu jistgħu jinqraw minn magna. Il-lista tad-data jenħtieġ li tkun komprensiva biżżejjed biex tiżgura li l-ESMA tissodisfa l-mandat tagħha skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2017/1129 biex tippubblika rapport annwali li jkun fih statistika dwar il-prospetti approvati u nnotifikati fl-Unjoni, kif ukoll analiżi tax-xejriet waqt li jikkunsidra t-tip ta’ emittenti u t-tip ta’ ħruġ.

(9)

Sabiex jiġi evitat li investituri individwali jiġu mqarqa matul il-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ kwalunkwe titolu propost għal offerti pubbliċi jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, jenħtieġ li reklam ma jitqiesx bħala d-dokument prinċipali ta’ informazzjoni. Għaldaqstant u sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mal-prospett, jenħtieġ li r-reklami ma jkunux twal iżżejjed.

(10)

Ir-reklami relatati mal-offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jistgħu ma jibqgħux eżattirati jew iqarqu meta jinħoloq fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali relatati mal-informazzjoni fil-prospett korrispondenti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti biex jiġi żgurat li r-reklami jiġu emendati mingħajr dewmien żejjed meta dawn ma jibqgħux eżatti jew iqarqu minħabba tali fattur ġdid, żball materjali jew ineżattezza materjali.

(11)

Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati ta’ investiment, l-informazzjoni li tinsab fir-reklami jenħtieġ li ma tippreżentax perspettiva żbilanċjata, pereżempju, billi tippreżenta aspetti negattivi ta’ din l-informazzjoni b’inqas prominenza minn aspetti pożittivi.

(12)

Bħala alternattiva l-miżuri ta’ prestazzjoni jistgħu b’mod sproporzjonat jinfluwenzaw deċiżjonijiet ta’ investiment, informazzjoni dwar offerta lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat iċċirkolata barra mill-prospett jenħtieġ li ma tkunx permessa li tinkludi miżuri bħal dawn, sakemm dawn ma jkunux inklużi fil-prospett.

(13)

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ospitanti ma jagħmlux skrutinju tal-prospetti. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li l-investituri fl-Istati Membri ospitanti jkunu protetti b’mod adegwat, meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tfittex l-assistenza tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju, hija jenħtieġ li tikkomunika l-informazzjoni li hija relevanti għall-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju sabiex tivvaluta l-konsistenza tar-reklam mal-kontenut tal-prospett. Tali komunikazzjoni jenħtieġ li sseħħ fiż-żmien xieraq biex jiġi żgurat li l-investituri fl-Istati Membri ospitanti ma jiġux ippenalizzati mill-fatt li l-awtoritajiet kompetenti ospitanti ma jagħmlux skrutinju tal-prospetti u jkollhom biżżejjed żmien biex janalizzaw l-offerta pubblika sottostanti. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandha tkun infurmata sa fejn ikun meħtieġ biex teżerċita kontroll fuq il-konformità tal-attività ta’ reklamar fil-ġurisdizzjoni tagħha.

(14)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament (UE) 2017/1129 u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet fejn il-pubblikazzjoni ta’ supplimenti għall-prospetti hija meħtieġa. Mhuwiex possibbli li jiġu identifikati s-sitwazzjonijiet kollha fejn ikun meħtieġ suppliment għall-prospett minħabba li dan jista’ jiddependi fuq l-emittent u t-titoli involuti. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu speċifikati s-sitwazzjonijiet minimi fejn ikun meħtieġ suppliment.

(15)

Rapporti finanzjarji annwali awditjati huma kruċjali għall-investituri meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment. Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jibbażaw id-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom fuq l-aktar informazzjoni finanzjarja reċenti, huwa meħtieġ li tkun mitluba l-pubblikazzjoni ta’ suppliment li jinkludi rapporti finanzjarji annwali awditjati ġodda tal-emittenti tat-titoli ta’ ekwità u l-emittenti tal-ishma sottostanti meta riċevuti depożitarji jkunu ppubblikati wara l-approvazzjoni tal-prospett.

(16)

Peress li l-previżjonijiet tal-profitt u l-istimi tal-profitt jistgħu jinfluwenzaw deċiżjoni ta’ investiment, huwa meħtieġ li jiġi ppubblikat suppliment li jkun fih kwalunkwe emenda għal ċifri impliċiti jew espliċiti li jikkostitwixxu previżjonijiet ta’ profitt jew stimi tal-profitt jew l-irtirar ta’ previżjoni ta’ profitt jew stima tal-profitt diġà inkluża fil-prospett. Għall-istess raġuni, fil-każ ta’ titoli ta’ ekwità u riċevuti depożitarji, huwa wkoll meħtieġ li jiġi prodott suppliment għall-prospett fejn tbassir tal-profitt jew stima tal-profitt ġodda jkunu ġew ippubblikati qabel tmiem il-perjodu tal-offerta jew qabel l-ammissjoni għall-kummerċ.

(17)

Informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti ewlenin jew kwalunkwe entità ta’ kontroll tal-emittent hija vitali għal valutazzjoni informata tal-emittent. Madankollu, bidla fil-kontroll tal-emittent hija partikolarment sinifikanti fejn l-offerta tirreferi għal titoli ta’ ekwità, li ġeneralment ikunu aktar sensittivi għall-prezz għall-bidliet tal-emittenti. Għaldaqstant, għandu jiġi ppubblikat suppliment meta jkun hemm bidla ta’ kontroll ta’ emittent ta’ titoli ta’ ekwità jew emittent ta’ ishma sottostanti ta’ riċevuti depożitarji.

(18)

Huwa essenzjali li l-investituri potenzjali li jivvalutaw offerta pendenti ta’ titoli ta’ ekwità jkunu f’pożizzjoni li jqabblu t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ tali offerta mal-prezz jew it-termini ta’ skambju marbuta ma’ kull offerta pubblika ta’ xiri mħabbra matul l-perjodu tal-offerta. Barra minn hekk, ir-riżultat ta’ offerta pubblika ta’ xiri hija sinifikanti għad-deċiżjoni dwar l-investiment minħabba li l-investituri jeħtieġu li jkunu jafu jekk dan jimplikax bidla fil-kontroll tal-emittent jew le. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi ppubblikat suppliment fil-każ ta’ kull offerta pubblika ta’ xiri ġdida.

(19)

Meta dikjarazzjoni tal-kapital operatorju ma tkunx valida aktar, l-investituri ma jkunux f’pożizzjoni li jieħdu deċiżjoni dwar l-investiment bl-informazzjoni kollha dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent. L-investituri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jivvalutaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet dwar l-investiment tagħhom fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida dwar il-kapaċità tal-emittent li jaċċessa flus kontanti u riżorsi likwidi disponibbli oħra biex jagħmel tajjeb għar-responsabbiltajiet tiegħu. Sabiex dan isir, huwa meħtieġ suppliment.

(20)

Wara l-approvazzjoni ta’ prospett, emittent jew offerent jista’ jiddeċiedi li joffri t-titoli fi Stati Membri oħra għajr dawk imsemmija fil-prospett, jew japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli fi swieq regolati fi Stati Membri oħra li mhumiex dawk previsti fil-prospett. L-informazzjoni dwar tali offerti u ammissjonijiet fih hija importanti għall-valutazzjoni tal-investitur ta’ ċerti aspetti tat-titoli tal-emittent u għalhekk huwa xieraq li f’dawn il-każijiet jintalab suppliment.

(21)

Il-pożizzjoni finanzjarja jew in-negozju tal-entità x’aktarx ikunu affettwati minn impenn finanzjarju sinifikanti. Għaldaqstant, l-investituri għandhom ikunu intitolati li jirċievu informazzjoni addizzjonali dwar il-konsegwenzi ta’ dan l-impenn f’suppliment għall-prospett.

(22)

Żieda tal-ammont nominali aggregat ta’ programm ta’ offerti tipprovdi informazzjoni dwar il-ħtieġa akbar tal-emittenti għall-finanzjament jew żieda fit-talbiet għat-titoli tal-emittenti. F’każ bħal dan, jenħtieġ li jiġi ppubblikat suppliment għall-prospett.

(23)

L-awtoritajiet kompetenti relevanti jenħtieġ li jirċievu l-prospett u d-datali takkumpanjahom fil-ħin debitu permezz tal-portal ta’ notifika, flimkien ma’ ċertifikat ta’ approvazzjoni li jiddikjara li l-prospett tfassal skont ir-Regolament (UE) 2017/1129. L-ESMA jenħtieġ li tiżgura li l-portal ta’ notifika jippreserva s-sigurtà u l-integrità tal-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti jibqgħu responsabbli għas-sottomissjoni ta’ tali informazzjoni. Sabiex ikun permess it-tħaddim bla xkiel u f’waqtu tal-portal ta’ notifika, huwa neċessarju li tiġi speċifikata d-datali takkumpanjahom li għandha tittella’ f’dak il-portal ta’ notifika.

(24)

F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar tali abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-ESMA ma kkonsultatx lil dak il-grupp ta’ partijiet ikkonċernati dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tekniċi għall-portal ta’ notifika peress li dawk l-arranġamenti jaffettwaw biss lill-ESMA u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(25)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(26)

Peress li dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 (3) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 (4), dawn ir-Regolamenti Delegati jsiru obsoleti u għalhekk jenħtieġ li jitħassru.

(27)

Peress li dan ir-Regolament jissupplimenta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/1129, l-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi ddifferita sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1129,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

INFORMAZZJONI FINANZJARJA EWLENIJA FIS-SOMMARJU TAL-PROSPETT

TAQSIMA 1

Kontenut tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju tal-prospett

Artikolu 1

Kontenut minimu tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett

1.   L-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett għandha tkun magħmula mill-informazzjoni finanzjarja stabbilita fl-Annessi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2019/980 (5).

2.   Meta kwalunkwe informazzjoni msemmija fit-tabelli relevanti stabbiliti fl-Annessi I sa VI ta’ dan ir-Regolament ma tkunx inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-emittent, l-emittent għandu jiżvela entrata korrispondenti fir-rapporti finanzjarji tiegħu minflok.

3.   L-emittent jista’ jinkludi partiti addizzjonali jew miżuri ta’ prestazzjoni alternattivi fis-sommarju ta’ prospett fejn dawn ikunu informazzjoni finanzjarja ewlenija dwar l-emittent jew dwar it-titoli li jkunu qed jiġu offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. Għall-finijiet tal-ewwel sentenza, miżuri ta’ prestazzjoni alternattivi għandhom ikunu miżuri finanzjarji tal-prestazzjoni finanzjarja storika u futura, il-pożizzjoni finanzjarja, jew flussi tal-flus, għajr miżuri finanzjarji definiti fil-qafas tar-rapportar finanzjarju applikabbli.

4.   Emittenti li ma jaqgħu taħt l-ebda tip ta’ emittent identifikat fl-Artikoli 2 sa 8 għandhom jippreżentaw l-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fit-tabelli li jqisu l-aktar mill-qrib mat-tip ta’ titoli maħruġa.

5.   L-informazzjoni finanzjarja ewlenija għandha tiġi ppreżentata għan-numru ta’ snin meħtieġa mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni għat-tip ta’ ħruġ u ta’ titoli maħruġa.

Artikolu 2

Informazzjoni finanzjarja ewlenija għal entitajiet mhux finanzjarji li joħorġu titoli ta’ ekwità

Meta l-emittent ikun entità mhux finanzjarja li toħroġ titoli ta’ ekwità, is-sommarju ta’ prospett għandu jkun fih l-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fit-tabelli stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Informazzjoni finanzjarja ewlenija għal entitajiet mhux finanzjarji li joħorġu titoli mingħajr ekwità

Meta l-emittent ikun entità mhux finanzjarja li toħroġ titoli mingħajr ekwità, is-sommarju ta’ prospett għandu jkun fih l-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fit-tabelli stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

Informazzjoni finanzjarja ewlenija għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Meta l-emittent ikun istituzzjoni ta’ kreditu, is-sommarju ta’ prospett għandu jkun fih l-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fit-tabelli stipulati fl-Anness III.

Artikolu 5

Informazzjoni finanzjarja ewlenija għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni

Meta l-emittent ikun istituzzjoni ta’ kreditu, is-sommarju ta’ prospett għandu jkun fih l-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fit-tabelli stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 6

Informazzjoni finanzjarja ewlenija għal veikoli bi skop speċjali li joħorġu titoli ggarantiti b’assi

Meta l-emittent ikun veikolu bi skop speċjali li joħroġ titoli ggarantiti b’assi, is-sommarju ta’ prospett għandu jkun fih l-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fit-tabelli stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 7

Informazzjoni finanzjarja ewlenija għall-fondi tat-tip magħluq

Meta l-emittent ikun fond tat-tip magħluq, is-sommarju ta’ prospett għandu jkun fih l-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fit-tabelli stipulati fl-Anness VI.

Artikolu 8

Informazzjoni finanzjarja ewlenija għall-garanti

Meta garanzija hija marbuta mat-titoli, l-informazzjoni finanzjarja ewlenija dwar il-garanti għandha tiġi ppreżentata bħallikieku l-garanti kien l-emittent tal-istess tip ta’ titolu li huwa s-suġġett tal-garanzija permezz tat-tabelli stabbiliti fl-Annessi minn I sa VI. Meta l-garanzija tingħata għal titoli ggarantiti b’assi, l-informazzjoni finanzjarja ewlenija dwar il-garanti għandha tiġi ppreżentata bħallikieku l-garanti kien l-emittent tat-titoli sottostanti.

TAQSIMA 2

Format tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju tal-prospett

Artikolu 9

Format tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju ta’ prospett

1.   L-informazzjoni finanzjarja ewlenija għandha tiġi ppreżentata f’format tabulari skont it-tabelli tal-Annessi minn I sa VI ta’ dan ir-Regolament.

2.   Kwalunkwe informazzjoni finanzjarja storika fis-sommarju ta’ prospett, li ma tkunx estratta mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, għandha tiġi identifikata bħala tali.

3.   Fejn informazzjoni pro forma li għandha tiġi inkluża fis-sommarju ta’ prospett taffettwa l-informazzjoni finanzjarja ewlenija msemmija fit-tabella relevanti tal-Annessi minn I sa VI ta’ dan ir-Regolament, dik l-informazzjoni pro forma għandha tiġi ppreżentata f’kolonni addizzjonali fit-tabelli stabbiliti fl-Annessi minn I sa VI ta’ dan ir-Regolament jew bħala tabella separata. Meta jkun meħtieġ għall-fehim tagħha, l-informazzjoni pro forma għandha tkun akkumpanjata bi spjegazzjoni qasira taċ-ċifri ppreżentati fil-kolonni addizzjonali jew tabella separata.

Meta fil-każ ta’ bidla grossa sinifikanti tiġi inkluża informazzjoni kwalitattiva biss fil-prospett, dikjarazzjoni f’dak is-sens għandha tiġi inkluża fis-sommarju ta’ dak il-prospett.

4.   Meta l-emittent għandu passat finanzjarju kumpless kif stipulat fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat 2019/980, l-informazzjoni finanzjarja ewlenija fis-sommarju tal-prospett għandha tkun ippreżentata b’mod konsistenti mal-prospett u bl-użu tat-tabelli rilevanti fl-Annessi minn I sa VI mar-Regolament.

KAPITOLU II

PUBBLIKAZZJONI TAL-PROSPETT

Artikolu 10

Pubblikazzjoni tal-prospett

1.   Meta prospett, magħmul minn dokument wieħed jew minn dokumenti separati, ikun fih iperlinks għal siti web, huwa għandu jinkludi dikjarazzjoni li tgħid li l-informazzjoni fuq is-siti web ma tifformax parti mill-prospett u ma ġietx skrutinizzata jew approvata mill-awtorità kompetenti. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal iperlinks għall-informazzjoni li tkun inkorporata b’referenza.

2.   Meta prospett jiġi ppubblikat skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2017/1129, għandhom jittieħdu miżuri fuq is-siti web użati għall-pubblikazzjoni tal-prospett biex jiġi evitat li jkunu fil-mira residenti ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi għajr dawk fejn it-titoli jiġu offruti lill-pubbliku.

KAPITOLU III

DATA LI TISTA’ TINQARA MILL-MAGNI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PROSPETTI

Artikolu 11

Data għall-klassifikazzjoni tal-prospetti

Meta tipprovdi lill-ESMA b’kopja elettronika ta’ prospett approvat, inklużi kwalunkwe suppliment u kundizzjonijiet finali fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi wkoll lill-ESMA d-datali takkumpanjahom relevanti għall-klassifikazzjoni tal-prospetti skont it-tabelli stabbiliti fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Arranġamenti prattiċi biex ikun żgurat li d-data tkun tista’ tinqara mill-magni

L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi d-data li takkumpanja msemmija fl-Artikolu 11 f’format XML komuni u skont il-format u l-istandards stabbiliti fit-tabelli fl-Anness VII.

KAPITOLU IV

REKLAMI

Artikolu 13

IDENTIFIKAZZJONI TAL-PROSPETT

Fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat hija soġġetta għall-obbligu li tfassal prospett, reklam għandu jidentifika b’mod ċar dak il-prospett billi:

(a)

jidentifika b’mod ċar is-sit web fejn il-prospett huwa ppubblikat, jew se jkun ippubblikat, fejn ir-reklamar jiġi mxerred f’forma miktuba u b’mezz ieħor li mhux elettroniku;

(b)

jinkludi iperlink għall-prospett u għall-kundizzjonijiet finali relevanti ta’ prospett bażi fejn ir-reklam jixxerred f’forma miktuba b’mezzi elettroniċi, jew billi jiġi inkluż iperlink għas-sit web fejn il-prospett se jiġi ppubblikat jekk il-prospett għadu ma ġiex ippubblikat;

(c)

jinkludi informazzjoni eżatta dwar fejn jista’ jinkiseb il-prospett, u informazzjoni eżatta dwar l-offerta ta’ titoli jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat relatat magħha, fejn ir-reklam jixxerred f’forma jew b’mezz li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punti (a) jew (b).

Artikolu 14

Kontenut meħtieġ

1.   Ir-reklami mxerrda lill-investituri individwali potenzjali għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kelma “reklam”, b’mod prominenti. Meta reklam jixxerred f’forma orali, l-iskop tal-komunikazzjoni għandu jkun identifikat b’mod ċar fil-bidu tal-messaġġ;

(b)

dikjarazzjoni li l-approvazzjoni tal-prospett ma għandhiex tinftiehem bħala approvazzjoni tat-titoli offruti jew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat fejn ir-reklam ikun fih referenza għal prospett approvat minn awtorità kompetenti;

(c)

rakkomandazzjoni li investituri potenzjali jaqraw il-prospett qabel ma jagħmlu deċiżjoni ta’ investiment sabiex jifhmu bis-sħiħ ir-riskji u l-benefiċċji potenzjali assoċjati mad-deċiżjoni li jinvestu fit-titoli fejn ir-reklam ikun fih referenza għal prospett approvat minn awtorità kompetenti;

(d)

allert ta’ komprensjoni meħtieġ skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) meta:

(i)

ir-reklam jirrigwarda titoli kumplessi li mhumiex l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punti (i), (ii) u (vi) tal-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); u

(ii)

l-allert ta’ komprensjoni hu, jew se jkun, inkluż fis-sommarju tal-prospett.

2.   Ir-reklami bil-miktub, li jiġu disseminati lil investituri individwali potenzjali, għandhom ikunu differenti biżżejjed fil-format u fit-tul mill-prospett biex ma tkun possibbli l-ebda konfużjoni mal-prospett.

Artikolu 15

Disseminazzjoni tar-reklami

1.   Ir-reklami mxerrda lill-investituri potenzjali għandhom jiġu emendati meta:

(a)

suppliment għall-prospett huwa sussegwentement ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/1129;

(b)

il-fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali msemmija fis-suppliment tirrendi lir-reklam preċedentement imxerred b’mod materjali ineżatt jew li jqarqu.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika wara l-għeluq finali tal-perjodu tal-offerta lill-pubbliku jew wara ż-żmien meta jibda l-kummerċ f’suq regolat, skont liema minnhom iseħħ l-aħħar.

2.   Ir-reklami emendati kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu disseminati lill-investituri potenzjali mingħajr dewmien żejjed wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment għall-prospett u għandu jkun fihom dan kollu li ġej:

(a)

referenza ċara għall-verżjoni ineżatta jew qarrieqa tar-reklam;

(b)

spjegazzjoni li r-reklam ġie emendat minħabba li kien fih informazzjoni materjalment ineżatta jew qarrieqa;

(c)

deskrizzjoni ċara tad-differenzi bejn iż-żewġ verżjonijiet tar-reklam.

3.   Bl-eċċezzjoni tar-reklami disseminati oralment, ir-reklami emendati skont il-paragrafu 1 għandhom jixxerrdu mill-inqas permezz tal-istess mezzi bħar-reklam preċedenti.

Artikolu 16

Informazzjoni dwar offerti ta’ titoli

1.   Informazzjoni żvelata f’forma orali jew miktuba li tikkonċerna offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, kemm bħala reklam jew għal skopijiet oħra, ma għandhiex:

(a)

tikkontradixxi l-informazzjoni fil-prospett;

(b)

tirreferi għal informazzjoni li tikkontradixxi dak li jkun jinsab fil-prospett;

(c)

tippreżenta l-informazzjoni fil-prospett b’mod żbilanċjat materjalment, inkluż permezz tal-preżentazzjoni ta’ aspetti negattivi ta’ tali informazzjoni b’inqas prominenza mill-aspetti pożittivi, l-ommissjoni jew il-preżentazzjoni selettiva ta’ ċerta informazzjoni;

(d)

ikun fiha miżuri alternattivi ta’ prestazzjoni sakemm ma jkunux inklużi fil-prospett.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni fil-prospett għandha tikkonsisti jew f’informazzjoni inkluża fil-prospett, jekk ikun diġà ppubblikat, jew informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-prospett, jekk il-prospett għandu jkun ippubblikat f’data aktar tard.

3.   Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, miżuri ta’ prestazzjoni alternattivi għandhom jikkonsistu minn miżuri finanzjarji tal-prestazzjoni finanzjarja storika jew futura, il-pożizzjoni finanzjarja, jew flussi ta’ flus, għajr miżuri finanzjarji definiti fil-qafas tar-rapportar finanzjarju applikabbli.

Artikolu 17

Proċedura għall-kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

1.   Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih jiġi disseminat reklam temmen li l-kontenut ta’ dak ir-reklam mhuwiex konsistenti mal-informazzjoni fil-prospett, hija tista’ titlob l-assistenza tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. Meta mitluba tagħmel dan, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih qed jixxerred ir-reklam għandha tikkomunika dan li ġej lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju:

(a)

ir-raġunijiet tagħha għaliex temmen li l-kontenut tar-reklam huwa inkonsistenti mal-informazzjoni fil-prospett;

(b)

ir-reklam relevanti u, fejn neċessarju, traduzzjoni tar-reklam fil-lingwa tal-prospett jew f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha, mill-aktar fis possibbli, tibgħat lill-awtorità kompetenti fejn ikun qed jixxerred ir-reklam ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha tal-konsistenza tar-reklam mal-informazzjoni fil-prospett.

KAPITOLU V

SUPPLIMENTI GĦALL-PROSPETT

Artikolu 18

Pubblikazzjoni ta’ suppliment għall-prospett

1.   Suppliment għall-prospett għandu jkun ippubblikat fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

rapporti finanzjarji annwali awditjati ġodda jiġu ppubblikati minn dawn li ġejjin:

(i)

emittent fejn prospett ikun relatat ma’ titoli ta’ ekwità;

(ii)

emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma fil-każ tat-titoli msemmija fl-Artikoli 19(2), 19(3) jew 20(2) tar-Regolament Delegat 2019/980;

(iii)

emittent tal-ishma sottostanti ta’ riċevuti depożitarji msemmija fl-Artikoli 6 u 14 tar-Regolament Delegat 2019/980;

(b)

emittent ippubblika previżjoni jew estimu ta’ profitt wara l-approvazzjoni tal-prospett meta previżjoni jew estimu ta’ profitt huwa meħtieġ li jkun inkluż fil-prospett skont ir-Regolament Delegat 2019/980;

(c)

fil-prospett tkun inkluża emenda għal previżjoni jew estimu ta’ profitt jew l-irtirar ta’ tali previżjoni jew estimu;

(d)

iseħħ tibdil fil-kontroll fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(i)

emittent fejn prospett ikun relatat ma’ titoli ta’ ekwità;

(ii)

emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma fil-każ li prospett huwa relatat ma’ titoli msemmija fl-Artikoli 19(2), 19(3) jew 20(2) tar-Regolament Delegat 2019/980;

(iii)

emittent tal-ishma sottostanti ta’ riċevuti depożitarji msemmija fl-Artikoli 6 u 14 tar-Regolament Delegat 2019/980;

(e)

partijiet terzi jagħmlu offerta ġdida ta’ akkwist kif definita fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew ir-riżultat ta’ kwalunkwe offerta ta’ akkwist jsir disponibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ta’ titoli li ġejjin:

(i)

l-ekwità tal-emittent meta prospett ikun relatat ma’ titoli ta’ ekwità;

(ii)

l-ekwità tal-emittent tal-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma fil-każ li prospett huwa relatat ma’ titoli msemmija fl-Artikoli 19(2), 19(3) jew 20(2) tar-Regolament Delegat;

(iii)

l-ekwità tal-emittent tal-ishma sottostanti ta’ riċevuti depożitarji meta prospett jitfassal skont l-Artikoli 6 u 14 tar-Regolament Delegat 2019/980;

(f)

id-dikjarazzjoni tal-kapital operatorju inkluża fi prospett issir suffiċjenti jew insuffiċjenti għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent, fir-rigward ta’:

(i)

titoli ta’ ekwità;

(ii)

titoli konvertibbli jew skambjabbli msemmija fl-Artikoli 19(2) u 19(3) tar-Regolament Delegat 2019/980;

(iii)

riċevuti depożitarji maħruġa fuq ishma msemmija fl-Artikoli 6 u 14 tar-Regolament Delegat 2019/980;

(g)

emittent ikun qed ifittex l-ammissjoni għall-kummerċ f’mill-anqas suq regolat addizzjonali f’mill-inqas Stat Membru wieħed addizzjonali jew ikollu l-ħsieb li jagħmel offerta ta’ titoli lill-pubbliku f’mill-inqas Stat Membru wieħed addizzjonali li ma jkunx imsemmi fil-prospett;

(h)

fil-każ ta’ prospett dwar titoli ta’ ekwità jew titoli oħra msemmija fl-Artikoli 19(2), 19(3) jew 20(2) tar-Regolament Delegat 2019/980;

(i)

l-ammont nominali aggregat tal-programm tal-offerta jiżdied.

KAPITOLU VI

ARRANĠAMENTI TEKNIĊI GĦALL-FUNZJONAMENT TAL-PORTAL TA’ NOTIFIKA

Artikolu 19

Tlugħ ta’ dokumenti u ta’ data li takkumpanjahom

Meta ttella’ kwalunkwe dokument imsemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) 2017/1129 fil-portal ta’ notifika, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawk id-dokumenti jkunu f’format elettroniku li jippermetti li jsir tiftix li ma jistax jiġi modifikat u li jkollhom magħhom id-data relatata ma’ dawk id-dokumenti kif speċifikat fit-tabelli tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament f’format XML komuni.

Artikolu 20

Ipproċessar u notifika ta’ dokumenti u ta’ data li takkumpanjahom

1.   L-ESMA għandha tiżgura li l-portal ta’ notifika awtomatikament jipproċessa u jikkontrolla d-dokumenti kollha mtellgħin u d-data li takkumpanjahom u tinnotifika lill-awtorità kompetenti li qed ittellagħhom jekk l-applowdjar kienx ta’ suċċess u jekk l-applowdjar kienx fih xi żball.

2.   L-ESMA għandha tiżgura li l-portal ta’ notifika jibgħat notifiki ta’ dokumenti applowdjati u tad-data li takkumpanjahom lill-awtoritajiet kompetenti relevanti.

Artikolu 21

Tniżżil ta’ dokumenti u ta’ data li takkumpanjahom

L-ESMA għandha tiżgura li l-portal ta’ notifika jagħmel id-dokumenti mtellgħin u d-data li takkumpanjahom disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti relevanti.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 382/2014 tħassar.

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/301 tħassar.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta’ Lulju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni ta’ supplimenti għall-prospetti (ĠU L 111, 15.4.2014, p. 36).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/301 tat-30 ta’ Novembru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-prospett u t-tixrid tar-reklamar u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (ĠU L 58, 4.3.2016, p. 13).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, il-kontenut, l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (Ara paġna 26 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(8)  Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).


ANNESS I

ENTITAJIET MHUX FINANZJARJI (TITOLI TA’ EKWITÀ)

Entrata li hija mmarkata b’ “*” tirreferi għal informazzjoni obbligatorja jew għal informazzjoni korrispondenti meta l-emittent ma jużax l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standards, IFRS). L-emittent jista’ juża titolu differenti biex jippreżenta sostanzjalment l-istess informazzjoni kif stabbilit fit-tabella, meta dan it-titolu alternattiv jintuża fir-rapporti finanzjarji tiegħu.

Entrata mmarkata b’ “#” tindika li jekk din l-informazzjoni tidher xi mkien ieħor fil-prospett, hija obbligatorja.

Entrata li hija mmarkata b’ “~” fir-rigward ta’ fondi tat-tip magħluq tirreferi għal investimenti b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fl-istess data bħad-data tal-valur nett tal-assi (net asset value, NAV).

Tabella 1

Rapport tal-introjtu għal entitajiet mhux finanzjarji (titoli ta’ ekwità)

 

Sena

Sena -1

Sena -2

Interim

Tqabbil interim mal-istess perjodu fis-sena preċedenti

*Dħul totali

 

 

 

 

 

*Redditu/telf operatorju jew miżura oħra simili ta’ prestazzjoni finanzjarja użata mill-emittent fir-rapporti finanzjarji

 

 

 

 

 

*Redditu jew telf nett (għar-redditu jew telf nett fir-rapporti finanzjarji konsolidati attribwibbli lil titolari ta’ ekwità tal-kumpanija omm)

 

 

 

 

 

#Tkabbir tad-dħul sena fuq sena

 

 

 

 

 

Marġni ta’ redditu operatorju

 

 

 

 

 

Marġni ta’ redditu nett

 

 

 

 

 

#Qligħ għal kull sehem

 

 

 

 

 


Tabella 2

Karta bilanċjali għal entitajiet mhux finanzjarji (titoli ta’ ekwità)

 

Sena

Sena -1

Sena -2

Interim

*Assi totali

 

 

 

 

*Ekwità totali

 

 

 

 

#Dejn finanzjarju nett (dejn fit-tul flimkien ma’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir minus il-kontanti)

 

 

 

 


Tabella 3

Rapport tal-flussi tal-flus għal entitajiet mhux finanzjarji (titoli ta’ ekwità)

 

Sena

Sena -1

Interim

Tqabbil interim mal-istess perjodu fis-sena preċedenti

*Flussi ta’ flus netti relevanti minn attivitajiet operatorji u/jew flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ investiment u/jew flus minn attivitajiet ta’ finanzjament

 

 

 

 


ANNESS II

ENTITAJIET MHUX FINANZJARJI (TITOLI LI MHUMIEX TA’ EKWITÀ)

Entrata li hija mmarkata b’ “*” tirreferi għal informazzjoni obbligatorja jew għal informazzjoni korrispondenti meta l-emittent ma jużax l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standards, IFRS). L-emittent jista’ juża titolu differenti biex jippreżenta sostanzjalment l-istess informazzjoni kif stabbilit fit-tabella, meta dan it-titolu alternattiv jintuża fir-rapporti finanzjarji tiegħu.

Entrata mmarkata b’ “#” tindika li jekk din l-informazzjoni tidher xi mkien ieħor fil-prospett, hija obbligatorja.

Entrata li hija mmarkata b’ “~” fir-rigward ta’ fondi tat-tip magħluq tirreferi għal investimenti b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fl-istess data bħad-data tal-valur nett tal-assi (net asset value, NAV).

Tabella 1

Rapport tal-introjtu għal titoli li mhumiex ta’ ekwità

 

Sena

Sena -1

Interim

Tqabbil interim mal-istess perjodu fis-sena preċedenti

*Redditu/telf operatorju jew miżura oħra simili ta’ prestazzjoni finanzjarja użata mill-emittent fir-rapporti finanzjarji

 

 

 

 


Tabella 2

Karta bilanċjali għal titoli li mhumiex ta’ ekwità

 

Sena

Sena -1

Interim

*Dejn finanzjarju nett (dejn fit-tul flimkien ma’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir minus il-kontanti)

 

 

 

#Proporzjon kurrenti (assi kurrenti/obbligazzjonijiet kurrenti)

 

 

 

#Proporzjon ta’ dejn-ekwità (obbligazzjonijiet totali/ekwità totali tal-azzjonisti)

 

 

 

#Proporzjon ta’ kopertura tal-imgħax (introjtu operatorju/spiża tal-imgħax)

 

 

 


Tabella 3

Rapport tal-flussi tal-flus għal titoli li mhumiex ta’ ekwità)

 

Sena

Sena -1

Interim

Tqabbil interim mal-istess perjodu fis-sena preċedenti

Flussi netti tal-flus minn attivitajiet operatorji

 

 

 

 

Flussi netti tal-flus minn attivitajiet ta’ finanzjament

 

 

 

 

Flussi netti tal-flus minn attivitajiet ta’ investiment

 

 

 

 


ANNESS III

ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU (TITOLI TA’ EKWITÀ U DAWK LI MHUMIEX TA’ EKWITÀ)

Entrata li hija mmarkata b’“*” tirreferi għal informazzjoni obbligatorja jew għal informazzjoni korrispondenti meta l-emittent ma jużax l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standards, IFRS). L-emittent jista’ juża titolu differenti biex jippreżenta sostanzjalment l-istess informazzjoni kif stabbilit fit-tabella, meta dan it-titolu alternattiv jintuża fir-rapporti finanzjarji tiegħu.

Entrata mmarkata b’“#” tindika li jekk din l-informazzjoni tidher xi mkien ieħor fil-prospett, hija obbligatorja.

Entrata li hija mmarkata b’“~” fir-rigward ta’ fondi tat-tip magħluq tirreferi għal investimenti b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fl-istess data bħad-data tal-valur nett tal-assi (net asset value, NAV).

Tabella 1

Rapport tal-introjtu għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu

 

Sena

Sena -1

Sena -2 (1)

Interim

Tqabbil interim mal-istess perjodu fis-sena preċedenti

*Introjtu mill-imgħax nett (jew ekwivalenti)

 

 

 

 

 

*Tariffa u introjtu nett mill-kummissjonijiet

 

 

 

 

 

*Telf nett minn indeboliment fuq assi finanzjarji

 

 

 

 

 

*Introjtu operatorju nett

 

 

 

 

 

*Miżura tal-prestazzjoni finanzjarja użata mill-emittent fir-rapporti finanzjarji bħar-redditu operatorju

 

 

 

 

 

*Redditu jew telf nett (għar-redditu jew telf nett fir-rapporti finanzjarji konsolidati attribwibbli lil titolari ta’ ekwità tal-kumpanija omm)

 

 

 

 

 

#Qligħ għal kull sehem (għal emittenti ta’ ekwità biss)

 

 

 

 

 


Tabella 2

Karta bilanċjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu

 

Sena

Sena -1

Sena -2 (2)

Interim

#Valur bħala eżitu mill-Proċess ta’ Rieżami u Evalwazzjoni Superviżorji (Supervisory Review and Evaluation Process, SREP) l-aktar reċenti

*Assi totali

 

 

 

 

 

*Dejn superjuri

 

 

 

 

 

*Dejn subordinat

 

 

 

 

 

*Self u riċevibbli mingħand klijenti (nett)

 

 

 

 

 

*Depożiti mingħand klijenti

 

 

 

 

 

*Ekwità totali

 

 

 

 

 

#Self improduttiv (ibbażat fuq ammont riportat nett)/Self u riċevibbli)

 

 

 

 

 

#Proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (Common Equity Tier 1, CET1) jew proporzjon tal-adegwatezza kapitali prudenzjali relevanti ieħor skont il-ħruġ

 

 

 

 

 

#Proporzjon Kapitali Totali

 

 

 

 

 

#Proporzjon ta’ ingranaġġ ikkalkulat skont il-qafas regolatorju applikabbli

 

 

 

 

 


(1)  Jekk jogħġbok indika l-informazzjoni finanzjarja ewlenija għall-għadd ta’ snin li għalihom japplika r-rekwiżit ta’ informazzjoni relevanti skont ir-Regolament Delegat 980/2019.

(2)  Jekk jogħġbok indika l-informazzjoni finanzjarja ewlenija għall-għadd ta’ snin li għalihom japplika r-rekwiżit ta’ informazzjoni relevanti skont ir-Regolament Delegat 980/2019.


ANNESS IV

KUMPANIJI TAL-ASSIGURAZZJONI (TITOLI TA’ EKWITÀ U DAWK LI MHUMIEX TA’ EKWITÀ)

Entrata li hija mmarkata b’“*” tirreferi għal informazzjoni obbligatorja jew għal informazzjoni korrispondenti meta l-emittent ma jużax l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standards, IFRS). L-emittent jista’ juża titolu differenti biex jippreżenta sostanzjalment l-istess informazzjoni kif stabbilit fit-tabella, meta dan it-titolu alternattiv jintuża fir-rapporti finanzjarji tiegħu.

Entrata mmarkata b’“#” tindika li jekk din l-informazzjoni tidher xi mkien ieħor fil-prospett, hija obbligatorja.

Entrata li hija mmarkata b’“~” fir-rigward ta’ fondi tat-tip magħluq tirreferi għal investimenti b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fl-istess data bħad-data tal-valur nett tal-assi (net asset value, NAV).

Tabella 1

Rapport tal-introjtu għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni

 

Sena

Sena -1

Sena -2 (1)

Interim

Tqabbil interim mal-istess perjodu fis-sena preċedenti

*Primjums netti

 

 

 

 

 

*Benefiċċji u pretensjonijiet netti

 

 

 

 

 

*Qligħ qabel it-taxxa

 

 

 

 

 

*Redittu operatorju (distinzjoni bejn assigurazzjoni tal-ħajja u dik mhux tal-ħajja)

 

 

 

 

 

* Redditu jew telf nett (għar-redditu jew telf nett fir-rapporti finanzjarji konsolidati attribwibbli lil titolari ta’ ekwità tal-kumpanija omm)

 

 

 

 

 

#Tkabbir tad-dħul sena fuq sena (primjums netti)

 

 

 

 

 

#Qligħ għal kull sehem (għal emittenti ta’ ekwità biss)

 

 

 

 

 


Tabella 2

Karta bilanċjali għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni

 

Sena

Sena -1

Sena -2 (2)

Interim

*Investimenti inklużi assi finanzjarji relatati ma’ kuntratti marbuta ma’ unitajiet

 

 

 

 

*Assi totali

 

 

 

 

*Obbligazzjonijiet kuntrattwali tal-assigurazzjoni

 

 

 

 

*Obbligazzjonijiet finanzjarji

 

 

 

 

*Obbligazzjonijiet totali

 

 

 

 

*Ekwità totali

 

 

 

 

#Proporzjon tal-Kopertura tas-Solvenza (proporzjon tas-Solvibbiltà II - proporzjon SII) jew proporzjon ta’ kapital prudenzjali relevanti ieħor skont il-ħruġ

 

 

 

 

#Proporzjon ta’ Telf

 

 

 

 

#Proporzjon ikkombinat (pretensjonijiet + spejjeż/primjums għall-perjodu)

 

 

 

 


(1)  Jekk jogħġbok indika l-informazzjoni finanzjarja ewlenija għall-għadd ta’ snin li għalihom japplika r-rekwiżit ta’ informazzjoni relevanti skont ir-Regolament Delegat 980/2019.

(2)  Jekk jogħġbok indika l-informazzjoni finanzjarja ewlenija għall-għadd ta’ snin li għalihom japplika r-rekwiżit ta’ informazzjoni relevanti skont ir-Regolament Delegat 980/2019.


ANNESS V

VEIKOLI BI SKOP SPEĊJALI (SPECIAL PURPOSE VEHICLES, SPVS) LI JOĦORĠU TITOLI GARANTITI B’ASSI

Entrata li hija mmarkata b’ “*” tirreferi għal informazzjoni obbligatorja jew għal informazzjoni korrispondenti meta l-emittent ma jużax l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standards, IFRS). L-emittent jista’ juża titolu differenti biex jippreżenta sostanzjalment l-istess informazzjoni kif stabbilit fit-tabella, meta dan it-titolu alternattiv jintuża fir-rapporti finanzjarji tiegħu.

Entrata mmarkata b’ “#” tindika li jekk din l-informazzjoni tidher xi mkien ieħor fil-prospett, hija obbligatorja.

Entrata li hija mmarkata b’ “~” fir-rigward ta’ fondi tat-tip magħluq tirreferi għal investimenti b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fl-istess data bħad-data tal-valur nett tal-assi (net asset value, NAV).

Tabella 1

Rapport tal-introjtu għal SPVs b’rabta ma’ titoli garantiti b’assi

 

Sena

Sena -1

*Profitt jew telf nett

 

 


Tabella 2

Karta bilanċjali għal SPVs b’rabta ma’ titoli garantiti b’assi

 

Sena

Sena -1

*Assi Totali

 

 

*Obbligazzjonijiet Totali

 

 

*Assi finanzjarji indikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

 

 

*Assi finanzjarji derivattivi

 

 

*Assi mhux finanzjarji jekk materjali għan-negozju tal-entità

 

 

*Obbligazzjonijiet finanzjarji indikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf

 

 

*Obbligazzjonijiet finanzjarji derivattivi

 

 


ANNESS VI

FONDI TAT-TIP MAGĦLUQ

Entrata li hija mmarkata b’“*” tirreferi għal informazzjoni obbligatorja jew għal informazzjoni korrispondenti meta l-emittent ma jużax l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (International Financial Reporting Standards, IFRS). L-emittent jista’ juża titolu differenti biex jippreżenta sostanzjalment l-istess informazzjoni kif stabbilit fit-tabella, meta dan it-titolu alternattiv jintuża fir-rapporti finanzjarji tiegħu.

Entrata mmarkata b’“#” tindika li jekk din l-informazzjoni tidher xi mkien ieħor fil-prospett, hija obbligatorja.

Entrata li hija mmarkata b’“~” fir-rigward ta’ fondi tat-tip magħluq tirreferi għal investimenti b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fl-istess data bħad-data tal-valur nett tal-assi (net asset value, NAV).

Tabella 1

Informazzjoni addizzjonali relevanti għall-fondi tat-tip magħluq

Klassi tal-azzjonijiet

Total tan-NAV

Numru ta’ ishma/unitajiet

~NAV/sehem jew Prezz tas-suq/sehem/unità

#Prestazzjoni storika tal-fond

A

XXX

XX

X

 

 

Total Kumplessiv

Total Kumplessiv

 

 


Tabella 2

Rapport tal-introjtu għal fondi tat-tip magħluq

 

Sena

Sena -1

Sena -2

Interim

Tqabbil interim mal-istess perjodu fis-sena preċedenti

*Introjtu nett totali/Introjtu nett mill-investiment jew introjtu totali qabel l-ispejjeż operatorji

 

 

 

 

 

*Profitt/(telf) nett

 

 

 

 

 

*Tariffa fuq il-prestazzjoni (dovuta/imħallsa)

 

 

 

 

 

*Tariffa fuq il-ġestjoni tal-investiment (dovuta/imħallsa)

 

 

 

 

 

*Kwalunkwe tariffa materjali oħra (dovuta/imħallsa) lill-fornituri tas-servizzi

 

 

 

 

 

#Qligħ għal kull sehem

 

 

 

 

 


Tabella 3

Karta bilanċjali għal fondi tat-tip magħluq

 

Sena

Sena -1

Sena -2

Interim

*Assi Netti Totali

 

 

 

 

#Proporzjon ta’ ingranaġġ

 

 

 

 


ANNESS VII

DATA LI TINQARA MINN MAGNA LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA LILL-ESMA

Tabella 1

Numru

Attribut

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Format u Standard li għandhom jintużaw għar-rapportar

1.

Identifikatur nazzjonali

Identifikatur uniku tar-rekord imtella’, assenjat mill-NCA li tibgħat

{ALPHANUM-50}

2.

Identifikatur nazzjonali relatat

Identifikatur uniku tar-rekord li miegħu huwa relatat ir-rekord imtella’, assenjat mill-NCA li tibgħat

Mhux irrapportat f’każ li l-identifikatur nazzjonali relatat ma jkunx applikabbli

{ALPHANUM-50}

3.

Stat Membru li jibgħat

Kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru li approva r-rekord imtella’ jew li bih ġie ffajljat ir-rekord imtella’

{COUNTRYCODE_2}

4.

Stat Membru li jirċievi/Stati Membri li jirċievu

Kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru/i li lilu/lilhom għandu jiġi notifikat jew ikkomunikat ir-rekord imtella’

Meta diversi Stati Membri għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut 4 għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{COUNTRYCODE_2}

5.

Tip ta’ dokument

It-tip ta’ dokument(i) imtella’/imtellgħin

Għażla minn lista ta’ attributi definiti minn qabel:

“BPFT” - Prospett bażi b’termini finali

“BPWO” - Prospett bażi mingħajr termini finali

“STDA” - Prospett awtonomu

“REGN” - Dokument ta’ reġistrazzjoni

“URGN” - Dokument tar-reġistrazzjoni universali

“SECN” - Nota tat-titoli

“FTWS” - Termini finali, inkluż is-sommarju tal-ħruġ individwali anness magħhom

“SMRY” - Sommarju

“SUPP” - Suppliment

“Sumet” - Traduzzjoni tas-sommarju

“COAP” - Ċertifikat ta’ Approvazzjoni

“AMND” – Emenda

Meta dokumenti multipli għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut [5] għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

6.

Tip ta’ struttura

Il-format magħżul għall-prospett

Għażla minn lista ta’ attributi definiti minn qabel:

“SNGL” - Prospett magħmul minn dokument uniku

“SPWS” - Prospett li jikkonsisti f’dokumenti separati b’sommarju

“SPWO” - Prospett li jikkonsisti f’dokumenti separati mingħajr sommarju

7.

Data ta’ approvazzjoni jew ta’ preżentazzjoni

Id-data li fiha ġie approvat jew ippreżentat ir-rekord imtella’

{DATEFORMAT}

8.

Lingwa

Il-lingwa tal-UE li biha huwa abbozzat ir-rekord imtella’

{LANGUAGE}

9.

Isem standardizzat tal-offerent

Isem u kunjom l-offerent f’każ li l-offerent ikun persuna fiżika

Meta offerenti multipli għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut [9] għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{ALPHANUM-280}

10.

Isem standardizzat tal-garanti

Isem u kunjom il-garanti f’każ li l-garanti jkun persuna fiżika

Meta garanti multipli għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut [10] għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{ALPHANUM-280}

11.

LEI tal-Emittent

Identifikatur ta’ Entità Ġuridika tal-emittent

Meta diversi emittenti għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut [11] għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{LEI}

12.

LEI tal-Offerent

Identifikatur ta’ Entità Ġuridika tal-offerent

Meta offerenti multipli għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut [12] għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{LEI}

13.

LEI tal-Garanti

Identifikatur ta’ Entità Ġuridika tal-garanti

Meta garanti multipli għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut [13] għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{LEI}

14.

Residenza tal-offerent

Ir-residenza tal-offerent fil-każ li l-offerent ikun persuna fiżika

Meta offerenti multipli għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut [14] għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{COUNTRYCODE_2}

15.

Residenza tal-garanti

Ir-residenza tal-garanti fil-każ li l-garanti jkun persuna fiżika

Meta garanti multipli għandhom jiġu kkomunikati, l-attribut [15] għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{COUNTRYCODE_2}

16.

FISN

Isem Qasir tal-Istrument Finanzjarju tat-titolu

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN

{FISN}

17.

ISIN

Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli

{ISIN}

18.

CFI

Klassifikazzjoni tal-Kodiċi tal-Istrument Finanzjarju

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN

{CFI_CODE}

19.

Valuta tal-ħruġ

Kodiċi li jirrappreżenta l-valuta li fiha l-valur nominali jew nozzjonali huwa denominat

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN

{CURRENCYCODE_3}

20.

Denominazzjoni għal kull unità

Valur nominali jew valur nozzjonali għal kull unità fil-valuta tal-ħruġ

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN

Attribut applikabbli għal titoli b’denominazzjoni definita

{DECIMAL-18/5}

21.

Identifikatur jew isem tal-istrument sottostanti

Kodiċi ISIN tat-titolu/indiċi sottostanti jew l-isem tat-titolu/indiċi sottostanti jekk ma jeżistix ISIN

Meta basket ta’ titoli, għandu jiġi identifikat skont dan

Attribut applikabbli għal titoli bi strument sottostanti definit. Dan il-attribut jenħtieġ li jiġi ripetut għal kull ISIN ta’ tali titoli

Għal strument sottostanti uniku:

Fil-każ ta’ titolu jew indiċi b’ISIN eżistenti: {ISIN}

Fil-każ li l-indiċi ma għandux ISIN: {INDEX}

Inkella: {ALPHANUM-50}

Għal strumenti sottostanti multipli (aktar minn wieħed): “BSKT”

22.

Data ta’ maturità jew skadenza

Id-data tal-maturità jew id-data tal-iskadenza tat-titolu, meta applikabbli

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN

Attribut applikabbli għal titoli b’maturità definita

{DATEFORMAT}

Għall-titoli ta’ dejn perpetwu, l-attribut 22 jenħtieġ li jimtela bil-valur 9999–12–31.

23.

Volum offrut

Għadd ta’ titoli offruti

Attribut applikabbli biss għall-ekwità

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN applikabbli

{INTEGER-18}

Jew bħala valur wieħed, firxa ta’ valuri jew massimu

24.

Prezz offrut

Prezz għal kull titolu offrut, f’valur monetarju. Il-valuta tal-prezz hija l-valuta tal-ħruġ

Attribut applikabbli biss għall-ekwità

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN applikabbli

{DECIMAL-18/5}

Jew bħala valur wieħed, firxa ta’ valuri jew massimu

“PNDG” f’każ li l-prezz offrut ma jkunx disponibbli iżda pendenti

“NOAP” fil-każ li l-prezz offrut ma jkunx applikabbli

25.

Korrispettiv offrut

L-ammont totali offrut, f’valur monetarju tal-valuta tal-ħruġ

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN

{DECIMAL-18/5}

Jew bħala valur wieħed, firxa ta’ valuri jew massimu

“PNDG” f’każ li l-korrispettiv offrut ma jkunx disponibbli iżda pendenti

“NOAP” fil-każ li l-korrispettiv offrut ma jkunx applikabbli

26.

Tip ta’ titolu

Klassifikazzjoni ta’ kategoriji ta’ titoli ta’ ekwità u li mhumiex ta’ ekwità

Dan l-attribut jenħtieġ li jkun repetut għal kull ISIN

Għażla minn lista ta’ attributi definiti minn qabel:

Ekwità

“SHRS”: Sehem

“UCEF”: Unità jew sehem f’fondi tat-tip magħluq

“CVTS”: Titolu konvertibbli

“DRCP”: Riċevuti depożitarji

“OTHR”: Ekwità oħra

Dejn

“DWLD”: Dejn b’denominazzjoni għal kull unità ta’ mill-inqas EUR 100 000

“DWHD”: Dejn b’denominazzjoni għal kull unità ta’ anqas minn EUR 100 000

“DLRM”: Dejn b’denominazzjoni għal kull unità ta’ anqas minn EUR 100 000 nnegozjat f’suq regolat li għalih għandhom aċċess biss l-investituri kwalifikati

“ABSE”: ABS

“DERV”: Titolu derivattiv

27.

Tip ta’ offerta/ammissjoni

Tassonomija skont PR u MiFID/MIFIR

Għażla minn lista ta’ attributi definiti minn qabel:

“IOWA”: Offerta inizjali mingħajr ammissjoni għall-kummerċ/elenkar

“SOWA”: Offerta sekondarja mingħajr ammissjoni għall-kummerċ/elenkar

“IRMT”: Ammissjoni inizjali għall-kummerċ f’suq regolat

“IPTM”: Ammissjoni inizjali għall-kummerċ f’suq regolat wara l-innegozjar preċedenti fil-faċilità multilaterali tan-negozjar (Multilateral Trading Facility, MTF)

“IMTF”: Ammissjoni inizjali għall-kummerċ fuq l-MTF mal-offerta għall-pubbliku

“SIRM”: Ħruġ sekondarju f’suq regolat jew MTF

28.

Karatteristiċi taċ-ċentru ta’ negozjar fejn it-titolu huwa inizjalment ammess għall-kummerċ

Tassonomija skont PR u MiFID/MIFIR

Għażla minn lista ta’ attributi definiti minn qabel:

“RMKT”: RM miftuħ għall-investituri kollha

“RMQI”: RM, jew segment tiegħu, limitat għal investituri kwalifikati

“MSGM”: MTF li hija suq ta’ tkabbir tal-SMEs

“MLTF”: MTF li mhijiex suq ta’ tkabbir tal-SMEs

29.

Reġim ta’ divulgazzjoni

In-numru tal-anness skont liema huwa abbozzat il-prospett skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) []

Meta għandhom jiġu kkomunikati diversi annessi, l-attribut 29 għandu jiġi rrapportat kemm-il darba jkun meħtieġ

{INTEGER-2} Minn 1 sa [29]

30.

Il-kategorija tal-Prospett tat-Tkabbir tal-UE

Ir-raġuni li abbażi tagħha ġie użat il-Prospett tat-Tkabbir tal-UE

Għażla minn lista ta’ attributi definiti minn qabel:

“S15 A”: SME taħt PR Artikolu 15(1)(a)

“I15B”: Emittent ieħor li mhux SME skont il-PR l-Artikolu 15(1)(b)

“I15C”: Emittent ieħor li mhux SME skont il-PR l-Artikolu 15(1)(c)

“O15D”: Offerent tat-titoli skont il-PR l-Artikolu 15(1)(d)


Tabella 2

Simbolu

Tip ta’ data

Definizzjoni

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Attribut għal test liberu

{CFI_CODE}

6 karattri

Kodiċi CFI kif definit f’ISO 10962

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alfa-2

{DATEFORMAT}

Dati fil-format li ġej: SSSS-XX-JJ

Id-dati għandhom jiġu rrapportati f’UTC

Format tad-data skont l-ISO 8601

{LANGUAGE}

Kodiċi b’żewġ ittri

ISO 639-1

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta’ entità ġuridika kif definit f’ISO 17442

{FISN}

35 karattru alfanumeriku bl-istruttura li ġejja

Kodiċi FISM, kif definit f’ISO 18774

{ISIN}

12-ilkarattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN kif definit f’ISO 6166

{CURRENCYCODE_3}

3 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż bi 3 ittri, kif definit mill-kodiċijiet tal-pajjiż ISO 4217

{DECIMAL-n/m}

Numru deċimali sa n ċifri b’kollox, li minnhom sa m ċifri jistgħu jkunu ċifri ta’ frazzjonijiet

Attribut numeriku

Is-separatur deċimali hu “.” (punt)

Il-valuri huma arrotondati u mhux maqtugħa.

{INTEGER-n}}

Numru sħiħ sa n ċifri b’kollox

Attribut numeriku

{INDEX}

4 karattri alfabetiċi

“EONA” – EONIA

“EONS” - EONIA SWAP

“EURI” - EURIBOR

“EUUS” - EURODOLLAR

“EUCH” - EuroSwiss

“GCFR” - GCF REPO

“ISDA” - ISDAFIX

“LIBI” - LIBID

“LIBO” - LIBOR

“MAAA” – Muni AAA

“PFAN” - Pfandbriefe

“TIBO” - TIBOR

“STBO” - STIBOR

“BBSW” - BBSW

“JIBA” - JIBAR

“BUBO” - BUBOR

“CDOR” - CDOR

“CIBO” – CIBOR

“MOSP” – MOSPRIM

“NIBO” - NIBOR

“PRBO” - PRIBOR

“TLBO” - TELBOR

“WIBO” – WIBOR

“TREA” – Teżor

“SWAP” – SWAP

“FUSW” – SWAP tal-futuri


Top