EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0290

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/290 tad-19 ta' Frar 2019 li jistabbilixxi l-format għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-produtturi ta' tagħmir elettriku u elettroniku lir-reġistru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/1113

OJ L 48, 20.2.2019, p. 6–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/290/oj

20.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 48/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/290

tad-19 ta' Frar 2019

li jistabbilixxi l-format għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-produtturi ta' tagħmir elettriku u elettroniku lir-reġistru

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Struttura u format armonizzati tad-data għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-produtturi ta' tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) għall-Istati Membri kollha se jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-produtturi li joperaw fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell ta' bosta Stati Membri.

(2)

Sabiex jiġu armonizzati l-prattiki applikati mill-Istati Membri għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar, il-format għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar jenħtieġ li jintuża mill-produtturi kollha, inkluż il-produtturi li jipprovdu l-EEE permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod jew, meta jkunu maħtura, minn rappreżentanti awtorizzati, u mir-reġistri kollha mfassla fl-Istati Membri skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2012/19/UE.

(3)

Il-format għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar jenħtieġ li jistabbilixxi l-elementi ta' informazzjoni ewlenin li jridu jintalbu skont l-Artikolu 16(2) u l-Anness X tad-Direttiva 2012/19/UE għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar mill-produtturi jew, meta jkunu maħtura, mir-rappreżentanti awtorizzati. Jenħtieġ ukoll li jippermetti li jkunu jistgħu jintalbu elementi limitati ta' informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru fejn il-produttur ikun reġistrat u li lilu jirrapporta. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv addizzjonali, it-tali rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali jenħtieġ li jirrigwardaw biss l-entrati li qabel kienu identifikati hekk fil-format innifsu.

(4)

Filwaqt li l-Parti B.5 tal-Anness X tad-Direttiva 2012/19/UE jeżiġi wkoll li kull produttur jew, meta jkunu maħtura, kull rappreżentant awtorizzat jirrapportaw fuq il-WEEE miġbur b'mod separat, riċiklat (inkluż imħejji għall-użu mill-ġdid), irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew ittrasportat ġewwa l-Unjoni jew barra minnha, l-informazzjoni korrispondenti li trid tiġi rrapportata lill-Kummissjoni tinġabar fl-Istati Membri mingħand sorsi differenti. F'dan ir-rigward, l-armonizzazzjoni tal-formati għar-rappurtar iżidu l-piż amministrattiv għall-produtturi, filwaqt li fl-istess ħin ma tkunx meħtieġa fir-rigward tal-objettiv tar-Regolament ta' Implimentazzjoni attwali.

(5)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw minn data li tippermetti li jsiru l-arranġamenti prattiċi għar-reġistri u għall-produtturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, u jenħtieġ li tkun fil-bidu ta' sena kalendarja.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Format għar-reġistrazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri mfassla skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2012/19/UE:

(a)

jużaw il-format stabbilit fl-Anness I, il-Parti A, għar-reġistrazzjoni tal-produtturi;

(b)

jużaw il-format stabbilit fl-Anness I, il-Parti B, għar-reġistrazzjoni tar-rappreżentanti awtorizzati.

2.   L-Istati Membri għandhom jitolbu l-elementi ta' informazzjoni ewlenin identifikati hekk fil-formati stabbiliti fl-Anness I.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu elementi ta' informazzjoni addizzjonali identifikati hekk fil-formati stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Format għar-rappurtar lir-reġistru ta' Stat Membru dwar data relatata mal-EEE mqiegħed fis-suq tiegħu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri mfassla skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2012/19/UE jużaw il-format stabbilit fl-Anness II għar-rappurtar mill-produtturi jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, meta jkunu maħtura skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2012/19/UE, lir-reġistru dwar id-data relatata mal-EEE mqiegħed fis-swieq tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jitolbu l-elementi ta' informazzjoni ewlenin identifikati hekk fil-format stabbilit fl-Anness II.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu elementi ta' informazzjoni addizzjonali identifikati hekk fil-format stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS I

Format għar-reġistrazzjoni fi Stat Membru

L-elementi ta' informazzjoni ewlenin huma mmarkati b'“M”.

L-elementi ta' informazzjoni li jiddependu fuq filtru mmarkati b'“F” huma parti mill-elementi ta' informazzjoni ewlenin iżda japplikaw biss meta fl-element ta' informazzjoni preċedenti tkun intgħażlet tweġiba speċifika.

L-elementi ta' informazzjoni addizzjonali huma mmarkati b'“M*”.

PARTI A

Format għar-reġistrazzjoni ta' produttur

Elementi ta' informazzjoni

Deskrizzjoni

Tip ta' element ta' informazzjoni

Isem il-produttur:

L-isem uffiċjali tal-produttur marbut man-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali jew mal-kodiċi/numru ta' identifikazzjoni pprovdut meta ssir reġistrazzjoni fir-reġistru tan-negozju fl-Istat Membru.

 

Jekk il-produttur ikun persuna ġuridika (kumpanija), ipprovdi isem il-kumpanija

 

F

Jekk il-produttur ikun persuna fiżika, ipprovdi:

L-isem

Il-kunjom

 

F

L-isem kummerċjali tal-produttur

L-isem li juża l-produttur għall-iskopijiet ta' reklamar u bejgħ, li huwa differenti mill-isem ġuridiku fl-artikli tiegħu ta' inkorporazzjoni jew dokumenti uffiċjali oħra.

M*

Indirizz legali tal-produttur:

Indirizz uffiċjali tal-produttur.

 

L-isem tat-triq

M

In-numru tat-triq

M

Il-kodiċi postali

M

Il-post

M

Il-provinċja

M*

Il-muniċipalità

M*

URL tas-sit web (jekk jeżisti sit web)

M

Il-kategoriji tal-fatturat annwali tal-EEE

Indikazzjoni tal-fatturat annwali tal-produttur. L-Istati Membri li jitolbu dan l-element ta' informazzjoni jridu jipprovdu “kategoriji tal-fatturat annwali tal-EEE” differenti sabiex il-produttur ikun jista' jagħżel il-kategorija rilevanti.

M*

Il-persuna ta' kuntatt tal-produttur

Il-persuna assoċjata mal-produttur bħala punt ta' kuntatt. Din il-persuna hija individwu li jintgħażel bħala l-punt ta' kuntatt inizjali jew regolari għal dak il-produttur.

 

L-isem

 

M

Il-kunjom

 

M

In-numru tat-telefown

In-numru tat-telefown tan-negozju.

M

L-email

L-email tan-negozju.

M

L-indirizz

L-indirizz tan-negozju tal-persuna ta' kuntatt.

 

L-isem tat-triq

M

In-numru tat-triq

M

Il-kodiċi postali

M

Il-post

M

Il-provinċja

M*

Il-muniċipalità

M*

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali/il-kodiċi ta' reġistrazzjoni tan-negozju

Għall-produtturi li jkunu persuni ġuridiċi, il-kodiċi/in-numru ta' identifikazzjoni pprovdut meta ssir ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tan-negozju fl-Istat Membru.

F

In-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali

In-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tal-produttur fl-Istat Membru.

M*

Informazzjoni ta' identifikazzjoni oħra

Għall-produtturi stabbiliti fil-pajjiżi terzi, numru/kodiċi ta' reġistrazzjoni uffiċjali.

F

Kategorija/kategoriji tal-EEE

Deskrizzjoni tal-kategorija jew tal-kategoriji tal-EEE li l-produttur iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru skont in-numru skont l-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE.

M

Subkategorija/subkategoriji tal-EEE

Deskrizzjoni tas-subkategorija jew tas-subkategoriji tal-EEE li l-produttur iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru kif applikata fl-Istat Membru.

M*

Tip ta' EEE (tagħmir domestiku jew mhux tagħmir domestiku)

Għal kull waħda mill-kategoriji jew, jekk japplikaw, is-subkategoriji tal-EEE li l-produttur iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru, l-indikazzjoni ta' “tagħmir domestiku” jew “mhux tagħmir domestiku”.

M*

L-isem tal-marka tal-EEE

Għal kull waħda mill-kategoriji jew, jekk japplikaw, is-subkategoriji tal-EEE li l-produttur iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru, l-isem adottat b'mod arbitrarju li jingħata minn produttur lill-EEE biex jiddistingwih bħala magħmul jew mibjugħ minn dak il-produttur u li jista' jintuża u jiġi protett bħala marka tal-fabbrika.

M*

Ir-responsabbiltà tal-produttur

Informazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet stabbiliti fid-Direttiva 2012/19/UE fl-Istat Membru. Jekk l-istess produttur ikun stabbilixxa skema ta' konformità individwali għal ċerti kategoriji tal-EEE u jkun ingħaqad ma' skema ta' konformità kollettiva għal kategoriji oħrajn, jenħtieġ li jiġu indikati t-tnejn.

 

Il-produttur stabbilixxa skema ta' konformità individwali.

Iva/Le

 

M

Jekk it-tweġiba hija “Iva”, ipprovdi aktar informazzjoni dwar l-iskema ta' konformità individwali.

Deskrizzjoni tal-informazzjoni addizzjonali li l-produttur għandu jissottometti b'rabta mal-iskema ta' konformità individwali.

M*

Il-produttur ingħaqad ma' skema(i) ta' konformità kollettiva(i).

Iva/Le

 

M

Responsabbiltà finanzjarja:

Informazzjoni dwar il-forma tal-garanzija li jipprovdi kull produttur meta jqiegħed prodott fis-suq tal-Istat Membru skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2012/19/UE.

 

Il-produttur jipparteċipa fi skema ta' konformità kollettiva waħda jew aktar.

Iva/Le

 

M

Il-produttur jipprovdi assigurazzjoni għar-riċiklaġġ.

Iva/Le

 

M

Il-produttur jipprovdi kont tal-bank imblokkat.

Iva/Le

 

M

Oħra (speċifika)

Jekk il-garanzija finanzjarja fi Stat Membru ma jkollha l-ebda waħda mill-forom imsemmija hawn fuq, il-produttur għandu jiddeskrivi l-forma tal-garanzija.

F

Bejgħ mill-bogħod:

 

 

Il-produttur juża l-bejgħ mill-bogħod biex ibigħ l-EEE direttament lill-unitajiet domestiċi privati jew lill-utenti għajr l-unitajiet domestiċi privati fi Stat Membru ieħor.

Iva/Le

Il-produttur stabbilit fl-Istat Membru għandu jindika jekk, fi żmien ir-reġistrazzjoni, ikunx ibigħ l-EEE wkoll permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod direttament lill-unitajiet domestiċi privati jew lill-utenti għajr l-unitajiet domestiċi privati fi Stat Membru ieħor.

M

Lista tal-Istati Membri li fihom il-produttur ibigħ l-EEE permezz tal-bejgħ mill-bogħod

Jekk il-produttur stabbilit fl-Istat Membru jbigħ l-EEE permezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod direttament lill-unitajiet domestiċi privati jew lill-utenti għajr l-unitajiet domestiċi privati fi Stat Membru ieħor, irid jipprovdi l-isem tal-Istat(i) Membru/i.

F

L-isem tar-rappreżentant awtorizzat fl-Istat(i) Membru/i li fihom il-produttur ibigħ l-EEE permezz tal-bejgħ mill-bogħod

Jekk il-produttur stabbilit fl-Istat Membru jbigħ l-EEE permezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod direttament lill-unitajiet domestiċi privati jew lill-utenti għajr l-unitajiet domestiċi privati fi Stat Membru ieħor, irid jipprovdi l-isem tar-rappreżentant awtorizzat f'dak l-Istat Membru.

F

Dikjarazzjoni

Niddikjara/niddikjaraw li l-informazzjoni pprovduta hija vera u tipprovdi informazzjoni preċ iż a dwar il-produttur imsemmi hawn fuq u riflessjoni preċ iża tat-tip ta' tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ta' …(żid l-isem tal-Istat Membru) mill-produttur imsemmi hawn fuq..”

Dikjarazzjoni tal-produttur jew, fejn japplika, tal-parti terza li taġixxi f'isem il-produttur li l-informazzjoni pprovduta hija vera u preċiża.

Fil-każ ta' formoli elettroniċi, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi mmarkata (kaxxa li tista' tiġi mmarkata).

M

PARTI B

Format għar-reġistrazzjoni ta' rappreżentant awtorizzat

Elementi ta' informazzjoni

Deskrizzjoni

Tip ta' element ta' informazzjoni

L-isem tar-rappreżentant awtorizzat:

L-isem uffiċjali tar-rappreżentant awtorizzat marbut man-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali jew mal-kodiċi/numru ta' identifikazzjoni pprovdut meta ssir reġistrazzjoni fir-reġistru tan-negozju fl-Istat Membru.

 

Jekk ir-rappreżentant awtorizzat ikun persuna ġuridika (kumpanija), ipprovdi isem il-kumpanija

 

F

Jekk ir-rappreżentant awtorizzat ikun persuna fiżika, ipprovdi:

L-isem

Il-kunjom

 

F

L-indirizz ġuridiku tar-rappreżentant awtorizzat:

L-indirizz uffiċjali tar-rappreżentant awtorizzat. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru.

 

L-isem tat-triq

 

M

In-numru tat-triq

 

M

Il-kodiċi postali

 

M

Il-post

 

M

Il-provinċja

 

M*

Il-muniċipalità

 

M*

URL tas-sit web (jekk jeżisti sit web)

 

M

Il-persuna ta' kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat:

Il-persuna assoċjata mar-rappreżentant awtorizzat bħala punt ta' kuntatt. Din il-persuna hija individwu li jintgħażel bħala l-punt ta' kuntatt inizjali jew regolari għal dan ir-rappreżentant awtorizzat. Il-persuna ta' kuntatt għandha tkun stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru.

 

L-isem

 

M

Il-kunjom

 

M

In-numru tat-telefown

In-numru tat-telefown tan-negozju.

M

L-email

L-email tan-negozju.

M

L-indirizz

L-indirizz tan-negozju tal-persuna ta' kuntatt.

 

L-isem tat-triq

M

In-numru tat-triq

M

Il-kodiċi postali

M

Il-post

M

Il-provinċja

M*

Il-muniċipalità

M*

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali/il-kodiċi ta' reġistrazzjoni tan-negozju

Għar-rappreżentanti awtorizzati li jkunu persuni ġuridiċi, il-kodiċi/in-numru ta' identifikazzjoni pprovdut meta ssir ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tan-negozju fl-Istat Membru.

F

In-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali

In-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tar-rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru.

M*

L-isem tal-produttur(i) irrappreżentat(i):

Jekk il-produttur ikun persuna ġuridika (kumpanija), ipprovdi isem il-kumpanija

Jekk il-produttur ikun persuna fiżika, ipprovdi:

L-isem

Il-kunjom

L-isem uffiċjali tal-produttur(i) irrappreżentat(i) mir-rappreżentant awtorizzat kif marbut man-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali/Ewropew tal-produttur jew mal-kodiċi/numru ta' identifikazzjoni pprovdut meta ssir reġistrazzjoni fir-reġistru tan-negozju fil-pajjiż fejn ikun stabbilit il-produttur.

Jekk ir-rappreżentant awtorizzat jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed u l-Istat Membru jipprevedi li r-rappreżentant awtorizzat ikun irreġistrat darba, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika b'mod separat l-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati.

M

Id-dettalji ta' kuntatt tal-produttur(i) irrappreżentat(i):

Id-dettalji ta' kuntatt uffiċjali tal-produttur(i) irrappreżentat(i) mir-rappreżentant awtorizzat.

 

In-numru tat-telefown

M

L-email

M

L-indirizz

M

L-isem tat-triq

M

In-numru tat-triq

M

Il-kodiċi postali

M

Il-post

M

Il-pajjiż

M

URL tas-sit web (jekk jeżisti sit web)

F

Kategoriji tal-fatturat annwali tal-produttur tal-EEE irrappreżentat

Indikazzjoni tal-fatturat annwali tal-produttur irrappreżentat. L-Istati Membri li jitolbu dan l-element ta' informazzjoni jridu jipprovdu “kategoriji tal-fatturat annwali tal-EEE” differenti sabiex il-produttur irrappreżentat ikun jista' jagħżel il-kategorija rilevanti.

Jekk ir-rappreżentant awtorizzat jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed u l-Istat Membru jipprevedi li r-rappreżentant awtorizzat ikun irreġistrat darba, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika b'mod separat, għal kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati, il-kategorija tal-fatturat annwali tal-EEE.

M*

Kategorija/kategoriji tal-EEE

Deskrizzjoni tal-kategorija jew tal-kategoriji tal-EEE li l-produttur irrappreżentat iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru skont in-numru skont l-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE.

Jekk ir-rappreżentant awtorizzat jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed u l-Istat Membru jipprevedi li r-rappreżentant awtorizzat ikun irreġistrat darba, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiddeskrivi b'mod separat il-kategoriji tal-EEE li kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati jqiegħed fis-suq tal-Istat Membru.

M

Subkategorija/subkategoriji tal-EEE

Deskrizzjoni tas-subkategorija jew tas-subkategoriji tal-EEE li l-producer iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru kif applikata fl-Istat Membru.

Jekk ir-rappreżentant awtorizzat jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed u l-Istat Membru jipprevedi li r-rappreżentant awtorizzat ikun irreġistrat darba, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiddeskrivi b'mod separat is-subkategoriji tal-EEE li kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati jqiegħed fis-suq tal-Istat Membru.

M*

Tip ta' EEE (tagħmir domestiku jew mhux tagħmir domestiku)

Għal kull waħda mill-kategoriji jew, ijekk japplikaw, is-subkategoriji tal-EEE li l-produttur irrappreżentat iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru, l-indikazzjoni ta' “tagħmir domestiku” jew “mhux tagħmir domestiku”.

M*

L-isem tal-marka tal-EEE

Għal kull waħda mill-kategoriji jew, jekk japplikaw, is-subkategoriji tal-EEE li l-produttur irrappreżentat iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru, l-isem adottat b'mod arbitrarju li jingħata minn produttur lill-EEE biex jiddistingwih bħala magħmul jew mibjugħ minn dak il-produttur u li jista' jintuża u jiġi protett bħala marka tal-fabbrika.

M*

Ir-responsabbiltà tal-produttur:

Informazzjoni dwar kif il-produttur irrappreżentat jissodisfa r-responsabbiltajiet stabbiliti fid-Direttiva 2012/19/UE fl-Istat Membru. Jekk l-istess produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat f'isem il-produttur ikun stabbilixxa skema ta' konformità individwali għal ċerti kategoriji tal-EEE u jkun ingħaqad ma' skema ta' konformità kollettiva għal kategoriji oħrajn, jenħtieġ li jiġu indikati t-tnejn.

Jekk ir-rappreżentant awtorizzat jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed u l-Istat Membru jipprevedi li r-rappreżentant awtorizzat ikun irreġistrat darba, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jindika b'mod separat kif kull wieħed mill-produtturi rrappreżentati jissodisfa r-responsabbiltajiet stabbiliti fid-Direttiva 2012/19/UE fl-Istat Membru.

 

Il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat f'isem il-produttur stabbilew skema ta' konformità individwali fl-Istat Membru.

Iva/Le

 

M

Jekk it-tweġiba hija “Iva”, ipprovdi aktar informazzjoni dwar l-iskema ta' konformità individwali.

Deskrizzjoni tal-informazzjoni addizzjonali li l-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat f'isem il-produttur għandu jissottometti b'rabta mal-iskema ta' konformità individwali.

M*

Il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat f'isem il-produttur ingħaqdu ma' skema/i ta' konformità kollettiva/i fl-Istat Membru

Iva/Le

 

M

Responsabbiltà finanzjarja:

Informazzjoni dwar il-forma tal-garanzija li jipprovdi kull produttur irrappreżentat meta jqiegħed prodott fis-suq tal-Istat Membru skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2012/19/UE.

 

Il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat f'isem il-produttur jipparteċipaw fi skema ta' konformità kollettiva waħda jew aktar.

Iva/Le

 

M

Il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat f'isem il-produttur jipprovdu assigurazzjoni għar-riċiklaġġ.

Iva/Le

 

M

Il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat f'isem il-produttur jipprovdu kont tal-bank imblokkat.

Iva/Le

 

M

Oħra (speċifika)

Jekk il-garanzija finanzjarja fi Stat Membru ma jkollha l-ebda waħda mill-forom imsemmija hawn fuq, ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiddeskrivi l-forma tal-garanzija.

M

Dikjarazzjoni

Niddikjara/niddikjaraw li r-rappreżentant awtorizzat imsemmi hawn fuq in ħatar permezz ta' mandat bil-miktub mill-produttur(i) irrappreżantat(i) skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku.”

Dikjarazzjoni tar-rappreżentant awtorizzat jew, fejn japplika, tal-parti terza li taġixxi f'isem ir-rappreżentant awtorizzat li r-rappreżentant awtorizzat inħatar permezz ta' mandat bil-miktub skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku.

Fil-każ ta' formoli elettroniċi, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi mmarkata (kaxxa li tista' tiġi mmarkata).

M

Dikjarazzjoni

Niddikjara/niddikjaraw li l-informazzjoni pprovduta hija vera u tipprovdi informazzjoni preċ iża dwar ir-rappreżentant awtorizzat imsemmi hawn fuq u riflessjoni pre ċiża tat-tip ta' tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ta'… (żid l-isem tal-Istat Membru) mill-produttur(i) irrappreżentat(i) mir-rappreżentant awtorizzat imsemmi hawn fuq.”

Dikjarazzjoni tar-rappreżentant awtorizzat jew, fejn japplika, tal-parti terza li taġixxi f'isem ir-rappreżentant awtorizzat li l-informazzjoni pprovduta hija vera u preċiża.

Fil-każ ta' formoli elettroniċi, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi mmarkata (kaxxa li tista' tiġi mmarkata).

M


ANNESS II

Format għar-rappurtar lir-reġistru ta' Stat Membru dwar l-EEE mqiegħed fis-suq tiegħu

L-elementi ta' informazzjoni ewlenin huma mmarkati b'“M”.

L-elementi ta' informazzjoni li jiddependu fuq filtru mmarkati b'“F” huma parti mill-elementi ta' informazzjoni ewlenin iżda japplikaw biss meta fl-element ta' informazzjoni preċedenti tkun intgħażlet tweġiba speċifika.

L-elementi ta' informazzjoni addizzjonali huma mmarkati b'“M*”.

Elementi ta' informazzjoni

Deskrizzjoni

Tip ta' element ta' informazzjoni

L-isem tal-produttur jew tar-rappreżentant jew tal-organizzazzjoni awtorizzati li jimplimenta obbligi ta' responsabbiltà tal-produttur estiżi f'isem il-produtturi:

L-isem uffiċjali tal-produttur jew tar-rappreżentant jew tal-organizzazzjoni awtorizzati li jimplimenta obbligi ta' responsabbiltà tal-produttur estiżi f'isem il-produtturi marbut man-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali jew mal-kodiċi/numru ta' identifikazzjoni pprovdut meta ssir reġistrazzjoni fir-reġistru tan-negozju fl-Istat Membru.

 

Jekk il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikunu persuna ġuridika (kumpanija), ipprovdi isem il-kumpanija

 

F

Jekk il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikunu persuna fiżika, ipprovdi:

L-isem

Il-kunjom

 

F

Jekk Stat Membru jippermetti li r-rapport jitressaq minn organizzazzjoni li timplimenta obbligi ta' responsabbiltà tal-produttur estiżi f'isem il-produtturi, ipprovdi l-isem ta' din l-organizzazzjoni u l-ismijiet tal-produtturi u/jew tar-rappreżentanti awtorizzati li f'isimhom qed tiġi provduta l-informazzjoni.

 

F

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali/il-kodiċi ta' reġistrazzjoni tan-negozju

Għall-produtturi jew ir-rappreżentant awtorizzat li jkunu persuni ġuridiċi jew organizzazzjonijiet li jimplimentaw obbligi ta' responsabbiltà tal-produttur estiżi f'isem il-produtturi, il-kodiċi/in-numru ta' identifikazzjoni pprovdut meta ssir ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tan-negozju fl-Istat Membru.

F

In-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa nazzjonali

In-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa tal-produttur jew tar-rappreżentant jew tal-organizzazzjoni awtorizzati li jimplimenta obbligi ta' responsabbiltà tal-produttur estiżi f'isem il-produtturi fl-Istat Membru.

M*

Il-perjodu tar-rappurtar

Il-produttur jew r-rappreżentant awtorizzat, jew, fejn japplika, l-organizzazzjoni li timplimenta obbligi ta' responsabbiltà tal-produttur estiżi f'isem il-produtturi għandhom jispeċifikaw il-perjodu tar-rappurtar rilevanti.

M

Persuna ta' kuntatt għar-rappurtar:

Il-persuna assoċjata mal-produttur jew mar-rappreżentant awtorizzat jew, fejn japplika, l-organizzazzjoni li timplimenta obbligi ta' responsabbiltà tal-produttur estiżi f'isem il-produtturi u li tintgħażel bħala l-punt ta' kuntatt inizjali jew regolari għar-rappurtar lir-reġistru.

 

L-isem

 

M

Il-kunjom

 

M

In-numru tat-telefown

In-numru tat-telefown tan-negozju.

M

L-email

L-email tan-negozju.

M

Il-kwantità ta' EEE li jitqiegħed fis-suq tal-Istat Membru (f'tunnellati):

Kull produttur jew kull rappreżentant awtorizzat għandu jirrapporta l-piż tal-EEE mqiegħed fis-suq tal-Istat Membru f'tunnellati kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/699.

Meta l-Istat Membru jippermetti li organizzazzjoni li timplimenta obbligi ta' responsabbiltà tal-produttur estiżi f'isem il-produtturi tipprovdi din l-informazzjoni, irid jiġi speċifikat jekk din l-informazzjoni għandhiex tiġi rrappurtata għal kull produttur irrappreżentat u rappreżentant awtorizzat b'mod individwali jew b'mod totali, għall-produtturi rrappreżentati u r-rappreżentanti awtorizzati kollha.

 

għal kull kategorija tal-EEE

Il-piż tal-EEE li l-produttur iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru għal kull kategorija tal-EEE skont l-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE, bil-pannelli fotovoltajċi rrappurtati b'mod separat.

M

għal kull subkategorija tal-EEE

Il-piż tal-EEE li l-produttur iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru għal kull subkategorija tal-EEE kif applikat fl-Istat Membru.

M*

għal kull tip ta' EEE (tagħmir domestiku jew mhux tagħmir domestiku)

Il-piż tal-EEE li l-produttur iqiegħed fis-suq tal-Istat Membru għal kull tip ta' tagħmir (“tagħmir domestiku” jew “mhux tagħmir domestiku”).

M*

Dikjarazzjoni

Niddikjara/niddikjaraw li l-informazzjoni pprovduta hija vera u tipprovdi riflessjoni preċiża dwar tat-tip u l-kwantit à ta' tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ta' … (żid l-isem tal-Istat Membru) mill-produttur(i) imsemmi(ja) hawn fuq.”

Dikjarazzjoni tal-produttur jew tar-rappreżentant awtorizzat jew, fejn japplika, tal-parti terza li taġixxi f'isem il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat li l-informazzjoni pprovduta hija vera u preċiża.

Fil-każ ta' formoli elettroniċi, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi mmarkata (kaxxa li tista' tiġi mmarkata).

M


Top