EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0813

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/813 tas-17 ta' Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

ST/8670/2019/INIT

OJ L 133, 21.5.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/813/oj

21.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/813

tas-17 ta' Mejju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE (1) u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1995. Il-Konvenzjoni ġiet konkluża għal perjodu ta' tliet snin.

(2)

Skont l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni, il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali jista' jestendi l-Konvenzjoni għal perjodi suċċessivi ta' mhux aktar minn sentejn kull darba. Mindu ġiet konkluża, il-Konvenzjoni ġiet estiża regolarment għal perjodi oħra ta' sentejn. Il-Konvenzjoni ġiet estiża l-aħħar permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fil-5 ta' Ġunju 2017 (2) u tibqa' fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2019.

(3)

Matul id-49 sessjoni tiegħu, li se ssir fl-10 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali huwa mistenni jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn mill-1 ta' Lulju 2019.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fid-49 sessjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali, peress li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiġi estiża l-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fid-49 sessjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali għandha tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn mill-1 ta' Lulju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

E.O. TEODOROVICI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE tad-19 ta' Diċembru 1995 dwar l-approvazzjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali u l-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, li jikkostitwixxu l-Ftehim Internazzjonali dwar iċ-Ċereali tal-1995 (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47).

(2)  Informazzjoni dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali (1995) (ĠU L 12, 17.1.2018, p. 1).


Top