EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0988

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/988 tas-27 ta' April 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/2445

OJ L 182, 18.7.2018, p. 46–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/988/oj

18.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/46


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/988

tas-27 ta' April 2018

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 18(5), 21(3), 23(5), 24(12) u 32(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 (2) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-mudelli għal ċerti dokumenti li jridu jitfasslu fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq. Minħabba għadd ta' żbalji u nuqqasijiet, dawk il-mudelli jenħtieġ jiġu emendati u kkoreġuti u jsiru aktar komprensivi.

(2)

Għall-finijiet tat-trasparenza u l-kompletezza, meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-manifattur tal-magni jenħtieġ jinkludi kopja tar-rapporti tad-dimostrazzjoni ta' testijiet speċifiċi fil-folder tal-informazzjoni.

(3)

Sabiex jiġu armonizzati u faċilitati l-proċeduri għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi għall-monitoraġġ waqt is-servizz tal-magni mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 (3), ix-xogħol ta' referenza u l-massa tas-CO2 ta' referenza użati għal dak il-kalkolu jenħtieġ jiġu ddikjarati fl-addendum tal-mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u fil-format uniku tar-rapport tat-test.

(4)

Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni tat-teknoloġija użata fil-pakkett leġiżlattiv kollu relatat mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip tal-magni b'kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux tat-triq, u biex tiġi ċċarata t-tifsira tagħhom, it-termini “ċilindrata” (cylinder displacement) u “ċilindrata” (engine displacement) li jidhru fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 jenħtieġ jinbidlu bit-termini “ċilindrata għal kull ċilindru” u “ċilindrata totali tal-magna”.

(5)

Fl-aħħar nett, wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656, ġew identifikati tipi differenti ta' żbalji minuri li jeħtieġ jiġu kkoreġuti. B'mod partikolari, jenħtieġ isiru ċerti bidliet f'dispożizzjonijiet li għandhom kontradizzjonijiet jew informazzjoni żejda u jenħtieġ jiġu kkoreġuti ċerti referenzi u numerazzjoni.

(6)

B'mod partikolari, il-punti 10. sa 11.2 tal-mudell għall-format uniku tar-rapport tat-test jenħtieġ jiġu kkoreġuti biex ikunu jirriflettu sew it-terminoloġija tar-Regolament (UE) 2016/1628.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 jiġi emendat u kkoreġut skont dan,

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu 12a li ġej:

“Artikolu 12a

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/988 (*1), sal-31 ta' Diċembru 2018, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip lit-tipi ta' magni jew lill-familji ta' magni skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fis-6 ta' Awwissu 2018.

2.   Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/988, sat-30 ta' Ġunju 2019, l-Istati Membri għandhom ikomplu jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-magni bbażati fuq tip ta' magna approvat skont dan ir-Regolament, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fis-6 ta' Awwissu 2018.

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/988 tas-27 ta' April 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 18.7.2018, p. 46)”;"

(2)

L-Anness I hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(3)

l-Anness IV hu emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:

(1)

L-Anness I hu kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(2)

fl-Anness II, l-Appendiċi 1 u l-Appendiċi 2 huma kkoreġuti skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(3)

fl-Anness III, l-Appendiċi 1, it-Tabella 1, id-disa' ringiela, fl-ewwel kolonna, il-kliem “Il-kodiċi applikabbli ta' eżenzjoni (EM) jew il-kodiċi ta' tranżizzjoni (TM) mill-kolonna 4 tat-Tabella 1 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II” jinbidel bil-kliem “Il-kodiċi applikabbli ta' eżenzjoni (EM) jew il-kodiċi ta' tranżizzjoni (TR) mill-kolonna 4 tat-Tabella 1 tal-Appendiċi 2 tal-Anness II”;

(4)

fl-Anness IV, l-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE hu kkoreġut skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness V hu kkoreġut skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament;

(6)

l-Anness VI hu kkoreġut skont l-Anness VII ta' dan ir-Regolament;

(7)

l-Anness IX hu kkoreġut skont l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 364).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 334).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hi emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1.5.1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.5.1.

Meta applikabbli, kopja tar-rapporti ta' dimostrazzjoni stipulati fil-punti 10.5.1. u 13.4.1. tal-Appendiċi 1 tal-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654”;

(b)

jiżdiedu l-punti 1.5.2. u 1.5.3. li ġejjin:

“1.5.2.

Meta applikabbli, deskrizzjoni tal-konnessjoni għar-reġistri, u l-metodu biex jinqraw, li huma stipulati fil-punt 5.2.1.1.(e) tal-Appendiċi 1 tal-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 u fil-punt 4.1. tal-Appendiċi 2 ta' dak l-Anness;

1.5.3.

Meta t-tip tal-magna jew il-familja tal-magna jkunu membru tal-familja tal-magni NCD, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, inkella tista' tingħata ġustifikazzjoni għall-appartenenza tagħhom flimkien mal-informazzjoni mitluba fil-punti 1.5, 1.5.1. u 1.5.2. dwar il-familja tal-magni NCD;”;

(c)

il-punt 1.6.1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.6.1.

Meta applikabbli, kopja tar-rapporti ta' dimostrazzjoni stipulati fil-punt 9.3.6.1. tal-Appendiċi 4 tal-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654;”

(d)

jiżdiedu l-punti 1.6.2. u 1.6.3. li ġejjin:

“1.6.2.

Meta applikabbli, deskrizzjoni tal-konnessjoni għar-reġistri, u l-metodu biex jinqraw, li huma stipulati fil-punt 5.4. tal-Appendiċi 4 tal-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 u fil-punt 4.1. tal-Appendiċi 2 ta' dak l-Anness;

1.6.3.

Meta t-tip tal-magna jew il-familja tal-magna jkunu membru tal-familja tal-magni PCD, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, inkella tista' tingħata ġustifikazzjoni għas-sħubija tagħhom flimkien mal-informazzjoni mitluba fil-punti 1.6, 1.6.1. u 1.6.2. dwar il-familja tal-magni PCD;”;

(2)

L-Appendiċi 3 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti B hi emendata kif ġej:

(i)

il-punt 2.10.4 jinbidel b'dan li ġej:

“2.10.4.

Oħrajn: Iva/Le

(jekk iva, imla t-taqsima 3.10.4. u agħti dijagramma skematika tal-pożizzjoni u l-ordni tal-apparat)”;

(ii)

il-punt 2.11.9 jinbidel b'dan li ġej:

“2.11.9.

Apparat jew karatteristiċi oħrajn li għandhom influwenza qawwija fuq l-emissjonijiet: Iva/Le

(jekk iva, imla t-taqsima 3.11.7.)”;

(b)

fil-Parti C, it-tabella hi emendata kif ġej:

(i)

tiżdied ir-ringiela li ġejja bin-numru 3.4.6.1.:

“3.4.6.1.

F'każ ta' RMCs, in-numru tal-RMC ta' prekundizzjonament qabel it-test NRSC tal-RMC

X

 

 

 

 

 

 

 

Minimu ta' 0,5”;

(ii)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin bin-numri minn 3.10.3. sa 3.10.4.1.:

“3.10.3.

Injezzjoni tal-arja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.10.3.1.

Prinċipju ta' tħaddim:

 

 

X

 

 

 

 

 

 

3.10.4.

Oħrajn:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.10.4.1.

Tip(i):

 

 

X”;

 

 

 

 

 

 

(iii)

tiżdied ir-ringiela li ġejja bin-numru 3.11.1.3.1.:

“3.11.1.3.1.

Kundizzjonijiet tat-test għall-kejl:

X

X”;

 

 

 

 

 

 

 

(iv)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin bin-numri 3.11.7. u 3.11.7.1.:

“3.11.7.

Apparati u elementi oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.11.7.1.

Tip(i):

 

 

X”.

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:

(1)

fil-Parti A, il-punt 1.3 jinbidel b'dan li ġej:

“1.3.

Dikjarazzjoni tal-manifattur dwar il-konformità tat-tip tal-magna jew tal-familja tal-magna mal-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward ta' fjuwils likwidi, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils speċifikati minbarra dawk stabbiliti fil-punt 1.2.2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654;”

(2)

Il-Parti B hi kkoreġuta kif ġej:

(a)

il-punt 2.1.3.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.1.3.2.

Fil-kolonna korrispondenti tat-tabella, is-salib (X) jidentifika l-iskopijiet li huwa maħsub għalihom kull element:

(a)

“Test” tfisser informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tat-test tal-emissjonijiet,

(b)

“Installazzjoni” tfisser informazzjoni meħtieġa għall-installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, u

(c)

“Omologazzjoni” tfisser informazzjoni meħtieġa għal kull spezzjoni li tikkonferma li l-magna taqbel mal-karatteristiċi tat-tip tal-magna speċifikat u, meta applikabbli, tal-familja tal-magna speċifikata.

Il-kolonni “test”, “installazzjoni” u “omologazzjoni” qed jingħataw biss għal skopijiet ta' informazzjoni, u jistgħu jitħallew barra mid-dokument ta' informazzjoni mressaq lill-awtorità tal-approvazzjoni.”;

(b)

fil-punt 4.2, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Id-deżinjazzjoni tal-familja tal-magna għandha tidentifika b'mod ċar u b'mod inekwivoku dawk il-magni li jippreżentaw kombinazzjoni unika ta' karatteristiċi tekniċi għal dawk l-entrati stabbiliti fil-Parti B tal-Appendiċi 3 applikabbli għall-familja partikolari tal-magna.”

(3)

L-Appendiċi 3 hu kkoreġut kif ġej:

(a)

Il-Parti B hi kkoreġuta kif ġej:

(i)

il-punt 2.5 jinbidel b'dan li ġej:

“2.5.

Il-firxa taċ-ċilindrata għal kull ċilindru (cm3): …”;

(ii)

il-punt 2.8.3 jinbidel b'dan li ġej:

“2.8.3.

lista ta' fjuwils addizzjonali, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils li jistgħu jintużaw mill-magna, kif dikjarat mill-manifattur skont il-punt 1.2.3. tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 (agħti referenza għall-istandard jew l-ispeċifikazzjoni rikonoxxuti): …”;

(b)

fil-Parti C, it-tabella hi kkoreġuta kif ġej:

(i)

ir-ringiela bin-numru 3.4.6. tinbidel b'dan li ġej:

“3.4.6.

Pre-kundizzjonament għat-test NRSC tal-RMC: Operazzjoni bi stat stabbli/RMC:

X”;

 

 

 

 

 

 

 

 

(ii)

ir-ringieli bin-numri 3.6.4. u 3.6.5 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.6.4.

Ċilindrata totali tal-magna (cm3):

 

 

X

 

 

 

 

 

 

3.6.5.

Ċilindrata għal kull ċilindru bħala % tal-magna referenzjarja:

 

 

X

 

 

 

 

 

Jekk il-familja tal-magna”;

(iii)

ir-ringieli bin-numri 3.8.3. u 3.8.3.1 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.8.3.

Apparat għat-tkessiħ tal-arja taċ-ċarġ: Iva/Le

X

X

 

 

 

 

 

 

 

3.8.3.1.

Tip: arja-arja/arja-ilma/oħrajn (speċifika)

 

X”;

 

 

 

 

 

 

 

(iv)

fir-ringiela bin-numru 3.8.3.4, in-numru “3.8.3.4.” isir “3.8.3.3.”;

(v)

ir-ringiela bin-numru 3.10.1.1. tinbidel b'dan li ġej:

“3.10.1.1.

Karatteristiċi: imkessaħ/mhux imkessaħ, pressjoni għolja/pressjoni baxxa/oħrajn (speċifika):

 

 

X”;

 

 

 

 

 

 

(vi)

ir-ringiela bin-numru 3.11.1.3. tinbidel b'dan li ġej:

“3.11.1.3.

Temperatura minima fil-bokka sal-ewwel apparat ta' postrattament (gradi C), jekk iddikjarat:

X

X”;

 

 

 

 

 

 

 

(vii)

ir-ringiela bin-numru 3.14.2. tinbidel b'dan li ġej:

“3.14.2.

Regolaturi tal-pressjoni/vaporizzaturi”.

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS III

L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Appendiċi 1, it-Taqsima 2, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Kodiċi ta' Eżenzjoni (EM)/kodiċi ta' tranżizzjoni (TR) (6): …”;

(2)

fit-Taqsima 2, it-Tabella 1 hi kkoreġuta kif ġej:

(i)

fl-intestatura tal-kolonna 4, il-kliem “Il-kodiċi ta' Eżenzjoni (EM) jew il-kodiċi ta' tranżizzjoni (TM) (kolonna 4)” jinbidel bil-kliem “Il-kodiċi ta' Eżenzjoni (EM) jew il-kodiċi ta' tranżizzjoni (TR) (kolonna 4)”;

(ii)

fl-ewwel ringiela, fil-kolonna 5 (“Test għal informazzjoni supplimentari”), il-kliem “MAGNA MHUX GĦALL-UŻU F'MAKKINARJU TAL-UE” jinbidel bil-kliem “MAGNA MHUX GĦALL-UŻU F'MAKKINARJU MOBBLI MHUX TAT-TRIQ TAL-UE”.


ANNESS IV

L-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu emendat kif ġej:

(1)

fl-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, jiżdiedu l-punti 11.3. sa 11.3.2. li ġejjin:

“11.3.   Valuri ta' referenza tal-monitoraġġ fis-servizz (9)

11.3.1.

Xogħol ta' referenza (kWh): …

11.3.2.

Massa tas-CO2 ta' referenza (g): …”;

(2)

fin-noti ta' spjegazzjoni tal-Anness IV, tiżdied in-nota ta' spjegazzjoni (9) li ġejja:

“(9)

Applikabbli biss għall-magni tas-sottokategoriji NRE-v-5 u NRE-v-6 ittestjati b'NRTC.”;

ANNESS V

Fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656, l-Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE hu kkoreġut kif ġej:

(1)

Il-punti 2.11.8, 2.11.9. u 2.11.10 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.11.8.

Apparat ieħor ta' postrattament (speċifika): …

2.11.9.

Apparat jew karatteristiċi oħra li għandhom influwenza qawwija fuq l-emissjonijiet (speċifika): …”;

(2)

fil-punt 3.6.4. tat-tieni kolonna “Deskrizzjoni tal-Element”, il-kliem “Ċilindrata (cm3):” jinbidel bil-kliem “Ċilindrata totali tal-magna (cm3):”;


ANNESS VI

L-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:

(1)

fil-punt 3.1, il-kliem introduttorju tal-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Eżempju ta' numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna NRSh-v-1b li taħdem bil-petrol, maħruġ min-Netherlands, li ġiet estiża tliet darbiet:”;

(2)

fil-punt 3.2, il-kliem introduttorju tal-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Eżempju ta' numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna NRE-c-3 tat-tip 1 A li tuża żewġ tipi ta' fjuwil, li taħdem bi fjuwil gassuż tat-tip LN2 (kompożizzjoni speċifika ta' gass naturali likwifikat/bijometan likwifikat li twassal għal fattur λ-xift li ma jvarjax b'aktar minn 3 fil-mija mill-fattur λ-xift tal-gass G20 speċifikat fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654, u li l-kontenut tal-etan tagħha ma jaqbiżx il-1,5 fil-mija), li għadu ma ġiex estiż, maħruġ minn Franza:”;

(3)

fil-punt 3.3, il-kliem introduttorju tal-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Eżempju ta' numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna RLL-v-1 skont il-limiti tal-emissjonijiet tal-SPE li taħdem bid-diżil, maħruġ mill-Awstrija, li ġie estiż darbtejn:”.


ANNESS VII

L-Anness VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 hu kkoreġut kif ġej:

(1)

il-punt 2.6 jinbidel b'dan li ġej:

“2.6.

Ir-rapport tat-test jista' jiġi ppreżentat stampat fuq karta jew b'format elettroniku miftiehem bejn il-manifattur, is-servizz tekniku u l-awtorità tal-approvazzjoni.”;

(2)

L-Appendiċi 1 hu kkoreġut kif ġej:

(i)

il-punti 10 sa 11.2 jinbidlu b'dan li ġej:

“10.   Informazzjoni dwar it-twettiq tat-test tranżitorju (jekk applikabbli):

10.1.   Ċiklu (immarka ċ-ċiklu b'X) li jrid jiġi dikjarat fit-Tabella 8:

It-Tabella 8

Ċiklu tat-test tranżitorju:

NRTC

 

LSI-NRTC

 

10.2.   Fatturi ta' deterjorament tat-test tranżitorju:

10.2.1.

Fattur ta' Deterjorament (DF): ikkalkulat/fiss

10.2.2.

Il-valuri tal-Fattur ta' Deterjorament (DF) u r-riżultati tal-emissjonijiet li jridu jiġu dikjarati fit-Tabella 9 jew fit-Tabella 10

10.3.   Riżultati tal-emissjonijiet tal-NRTC

Tabella 9

Il-valuri tal-Fatturi ta' Deterjorament (DF) u r-riżultati tal-emissjonijiet għall-NRTC

DF

immultiplika/żid

CO

HC

NOx

HC+NOx

PM

PN

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO (g/kWh)

HC (g/kWh)

NOx (g/kWh)

HC+NOx (g/kWh)

PM (g/kWh)

PN (#/kWh)

Startjar ta' magna kiesħa

 

 

 

 

 

 

Riżultati tat-test bi startjar sħun

bi/mingħajr riġenerazzjoni

 

 

 

 

 

 

Riżultat ponderat tat-test

 

 

 

 

 

 

k ru/k rd

immultiplika/żid

 

 

 

 

 

 

Riżultat ponderat tat-test bl-IRAFs

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test finali bil-Fattur ta' Deterjorament (DF)

 

 

 

 

 

 

10.3.1.

CO2 f'ċiklu sħun (g/kWh):

10.3.2.

NH3 medja taċ-ċiklu (ppm):

10.3.3.

Attività taċ-ċiklu għal test bi startjar sħun (kWh):

10.3.4.

CO2 ċ-ċiklu għat-test bi startjar sħun (g):

10.4.   Riżultati tal-emissjonijiet tal-LSI-NRTC

Tabella 10

Il-valuri tal-Fatturi ta' Deterjorament (DF) u r-riżultati tal-emissjonijiet għal-LSI- NRTC

DF

immultiplika/żid

CO

HC

NOx

HC+NOx

PM

PN

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO (g/kWh)

HC (g/kWh)

NOx (g/kWh)

HC+NOx (g/kWh)

PM (g/kWh)

PN (#/kWh)

riżultat tat-test

bi/mingħajr riġenerazzjoni

 

 

 

 

 

 

k ru/k rd

immultiplika/żid

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test bl-IRAFs

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test finali bil-Fattur ta' Deterjorament (DF)

 

 

 

 

 

 

10.4.1.

CO2 f'ċiklu (g/kWh):

10.4.2.

NH3 medja taċ-ċiklu (ppm):

10.4.3.

Attività taċ-ċiklu (kWh):

10.4.4.

CO2 f'ċiklu (g):

10.5.   Sistema tal-kampjunar użata għat-test tranżitorju:

10.5.1.

Emissjonijiet gassużi:

10.5.2.

PM:

10.5.3.

Għadd ta' partikuli:

11.   Riżultat finali tal-emissjonijiet

11.1.   Riżultati tal-emissjonijiet taċ-ċiklu li jridu jiġu dikjarati fit-Tabella 11.

Tabella 11

Riżultat finali tal-emissjonijiet

Emissjonijiet

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC+NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

PN

(#/kWh)

Test Ċiklu (1)

Riżultat finali tal-NRTC bil-Fattur ta' Deterjorament (DF) (2).

 

 

 

 

 

 

 

Riżultat finali tat-test tranżitorju bil-Fattur ta' Deterjorament (DF) (3)

 

 

 

 

 

 

 

11.2.   Riżultat tas-CO2 (4):

11.3.   Valuri ta' referenza tal-monitoraġġ fis-servizz (5)

11.3.1.   Xogħol ta' referenza (kWh) (6):

11.3.2.   Massa tas-CO2 ta' referenza (g) (7):”;

(ii)

in-noti ta' spjegazzjoni tal-Appendiċi 1 jinbidlu b'dan li ġej:

Noti ta' spjegazzjoni tal-Appendiċi 1:

(Ir-referenzi għan-noti f'qiegħ il-paġna, in-noti f'qiegħ il-paġna u n-noti ta' spjegazzjoni ma għandhomx jitniżżlu fir-rapport tat-test)

(1)

Għall-NRSC indika ċ-ċiklu nnutat fil-punt 9.1 (it-Tabella 4); għat-test tranżitorju indika ċ-ċiklu nnutat fil-punt 10.1 (it-Tabella 8).

(2)

Kopja tar-“Riżultati finali tat-test bil-Fattur ta' Deterjorament (DF)” mit-Tabella 6.

(3)

Kopja tar-“Riżultati finali tat-test bil-Fattur ta' Deterjorament (DF)” mit-Tabella 9 jew mit-Tabella 10, kif applikabbli.

(4)

Għat-tip tal-magna jew il-familja tal-magna li jiġu ttestjati b'NRSC u b'ċiklu tranżitorju, indika l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 f'ċiklu sħun mill-NRTC nnutat fil-punt 10.3.4 jew il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 mil-LSI-NRTC nnutat fil-punt 10.4.4. Għal magna li tkun ġiet ittestjata biss b'NRSC, indika l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 mogħtija f'dak iċ-ċiklu nnutat mill-punt 9.3.3.

(5)

Applikabbli biss għall-magni tas-sottokategoriji NRE-v-5 u NRE-v-6 ittestjati b'NRTC.

(6)

Indika l-valur tal-attività taċ-ċiklu għal test bi startjar sħun mill-NRTC nnutat fil-punt 10.3.3.

(7)

Indika l-valur tas-CO2 f'ċiklu għall-valur tat-test bi startjar sħun mill-NRTC nnutat fil-punt 10.3.4.”.

ANNESS VIII

Il-punti 2.4.4 sa 2.4.4.3 tal-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.4.4.   Ċilindrata għal kull ċilindru

2.4.4.1.   Magna b'ċilindrata għal kull ċilindru ≥ 750 cm3

Sabiex il-magni b'ċilindrata għal kull ċilindru ≥ 750 cm3 jitqiesu li jappartjenu għall-istess familja tal-magni, il-firxa taċ-ċilindrata tagħhom għal kull ċilindru ma għandhiex taqbeż il-15 fil-mija tal-akbar ċilindrata għal kull ċilindru fil-familja tal-magna.

2.4.4.2.   Magna b'ċilindrata għal kull ċilindru < 750 cm3

Sabiex il-magni b'ċilindrata għal ċilindru individwali < 750 cm3 jitqiesu li jappartjenu għall-istess familja tal-magni, il-firxa taċ-ċilindrata tagħhom għal kull ċilindru ma għandhiex taqbeż it-30 fil-mija tal-akbar ċilindrata għal kull ċilindru fil-familja tal-magna.

2.4.4.3.   Magna b'firxa akbar fiċ-ċilindrata għal kull ċilindru

Minkejja l-punti 2.4.4.1 u 2.4.4.2, magni b'ċilindrata għal kull ċilindru li taqbeż il-firxa definita fil-paragrafi 2.4.4.1 u 2.4.4.2 jistgħu jitqiesu li jappartjenu għall-istess familja tal-magna soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni. L-approvazzjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi tekniċi (kalkoli, simulazzjonijiet, riżultati tal-esperimenti eċċ.) li juru li jekk tinqabeż il-firxa, ma jkunx hemm influwenza sinifikanti fuq l-emissjonijiet tal-egżost.”.


Top