Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0337

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/337 tal-5 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/1239

OJ L 65, 8.3.2018, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/337/oj

8.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/337

tal-5 ta' Marzu 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10b(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 (2) jistabbilixxi regoli kif ukoll speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fl-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jinġiebu inoperabbli b'mod irriversibbli. L-istess Regolament jiddeskrivi wkoll il-metodi li l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jridu jsegwu biex jivverifikaw u jiċċertifikaw id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar u jistabbilixxi regoli rigward l-immarkar tal-armi tan-nar diżattivati.

(2)

Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà possibbli għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 jipprevedi li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fih iridu jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi regolari, filwaqt li titqies l-esperjenza li jkunu kisbu l-Istati Membri waqt l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri u ta' kwalunkwe miżura addizzjonali ta' diżattivazzjoni.

(3)

Għal dak l-għan, f'Settembru 2016 il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta' ħidma flimkien ma' esperti nazzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar bħala parti mill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE. Il-grupp ta' ħidma ffoka fuq ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 bl-għan li tittejjeb iċ-ċarezza tagħhom, li jiġi evitat li jkun hemm ambigwitajiet għall-prattikanti, u li jiġi żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu applikabbli għat-tipi kollha ta' armi tan-nar.

(4)

Id-Direttiva 91/477/KEE ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Id-Direttiva emendata tinkludi l-armi tan-nar diżattivati fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha u tipprevedi wkoll il-klassifikazzjoni tagħhom filwaqt li tagħti definizzjoni ta' armi tan-nar diżattivati li tirrifletti l-prinċipji ġenerali tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar kif stipulat fil-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE (4), li tittrasponi dak il-Protokoll fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ li r-regoli dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 jirriflettu r-regoli l-ġodda dwar id-diżattivazzjoni li ġew introdotti bid-Direttiva (UE) 2017/853 u jkunu konformi magħhom.

(6)

Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 jkopri l-armi tan-nar tal-kategoriji kollha elenkati fil-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE.

(7)

Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar jipprevjenu r-riattivazzjoni tal-armi tan-nar bl-użu ta' għodod ordinarji.

(8)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar jiffokaw fuq id-diżattivazzjoni ta' komponenti essenzjali tal-armi tan-nar, kif definit fid-Direttiva 91/477/KEE. Dan minħabba li d-Direttiva 91/477/KEE tagħti wkoll definizzjoni ta' armi tan-nar diżattivati li tinkludi l-ħtieġa li l-komponenti essenzjali kollha tal-arma tan-nar inkwistjoni jkunu nġiebu inoperabbli b'mod permanenti u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu modifikati b'mod li jippermetti li l-arma tan-nar b'xi mod tiġi attivata mill-ġdid. Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar japplikaw ukoll għad-diżattivazzjoni tal-kanen interkambjabbli (exchange barrels) li, billi huma oġġetti separati, ikollhom rabta teknika mal-armi tan-nar u huma maħsuba biex jiġu mmuntati fuq l-arma tan-nar li trid tiġi diżattivata.

(9)

Fuq talba tal-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi reveduti ġew soġġetti għal test tal-istress li twettaq minn prattikanti nazzjonali tad-diżattivazzjoni tul perjodu ta' ħames ġimgħat, mid-9 ta' Frar sal-20 ta' Marzu 2017. B'mod partikolari, l-eżitu ta' dan it-test tal-istress wassal għad-deċiżjoni li jsir rieżami tal-preżentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-diżattivazzjoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li l-operazzjonijiet speċifiċi tad-diżattivazzjoni jiġu ppreżentati b'mod li ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' armi tan-nar.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE.

(11)

Sabiex l-Istati Membri jagħmlu l-bidliet amministrattivi meħtieġa u jġibu l-prattiki tagħhom konformi ma' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni emendat, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika tliet xhur wara li jidħol fis-seħħ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armi tan-nar tal-kategoriji kollha elenkati fil-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE.”

(2)

L-Artikolu 3(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità pubblika kompetenti sabiex tivverifika li d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I (‘l-entità ta' verifika’).”

(3)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 5

Immarkar tal-armi tan-nar diżattivati

L-armi tan-nar diżattivati għandhom jiġu mmarkati b'marka unika komuni skont il-mudell stabbilit fl-Anness II li tindika li ġew diżattivati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I. Il-marka titwaħħal mill-entità ta' verifika mal-komponenti essenzjali kollha mmodifikati għad-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar u għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun viżibbli b'mod ċar u ma tistax titneħħa;

(b)

ikollha tagħrif dwar l-Istat Membru fejn twettqet id-diżattivazzjoni u dwar l-entità ta' verifika li ċċertifikat id-diżattivazzjoni;

(c)

jinżamm(u) n-numru/i tas-serje oriġinali tal-arma tan-nar.”

(4)

L-Anness I jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(5)

L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(6)

L-Anness III jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta' Ġunju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 22).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 7).


ANNESS I

Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar

L-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni li għandhom jitwettqu sabiex l-armi tan-nar jinġiebu inoperabbli b'mod irriversibbli huma definiti fuq il-bażi ta' tliet tabelli:

Fit-Tabella I hemm elenkati t-tipi differenti ta' armi tan-nar;

It-Tabella II tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti waqt l-operazzjonijiet biex l-armi tan-nar jinġiebu inoperabbli b'mod irriversibbli;

Fit-Tabella III jiġu deskritti l-operazzjonijiet speċifiċi għal kull tip ta' arma tan-nar li għandhom jitwettqu biex l-armi tan-nar jinġiebu inoperabbli b'mod irriversibbli.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar għandhom jipprevjenu r-riattivazzjoni tal-armi tan-nar bl-użu ta' għodod komuni.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar jiffokaw fuq id-diżattivazzjoni ta' komponenti essenzjali tal-armi tan-nar, kif definit fid-Direttiva 91/477/KEE. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stipulati fl-Anness I japplikaw ukoll għad-diżattivazzjoni ta' kanen interkambjabbli li, billi huma oġġetti separati, għandhom rabta teknika mal-armi tan-nar u huma maħsuba biex jiġu mmuntati fuq l-arma tan-nar li għandha tiġi diżattivata.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u uniformi tal-operazzjonijiet tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni għandha telabora definizzjonijiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Tabella I

Lista ta' tipi ta' armi tan-nar

Tipi ta' Armi tan-Nar

1

Pistoli (ta' sparatura waħda, semi-awtomatiċi)

2

Rivolvers (inklużi rivolvers b'ikkargar miċ-ċilindru)

3

Armi tan-nar twal ta' sparatura waħda (mhux bi break action)

4

Armi tan-nar bi break action (eż. b'kanna mingħajr raddi spirali, b'kanna b'raddi spirali, ikkumbinati, b'falling/rolling block action, armi tan-nar qosra u twal)

5

Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (b'kanna mingħajr raddi spirali, b'kanna b'raddi spirali)

6

Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (b'kanna mingħajr raddi spirali, b'kanna b'raddi spirali)

7

Armi tan-nar awtomatiċi: eż. azzarini tal-assalt, (sub)mitraljatriċi, pistoli awtomatiċi

8

Armi tan-nar b'ikkargar mill-muzzle, inkluż bi break action (għajr rivolvers b'ikkargar miċ-ċilindru)

Tabella II

Prinċipji Ġenerali

Il-prevenzjoni taż-żarmar tal-komponenti essenzjali tal-armi tan-nar permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding.

Dan il-proċess jista' jsir wara kontroll mill-Awtorità Nazzjonali, abbażi tal-liġijiet nazzjonali.

Ebusija tal-inserzjonijiet: L-entità li tkun qed twettaq id-diżattivazzjoni għandha tiżgura li l-pinnijiet/it-tappijiet/il-vireg użati jkollhom ebusija ta' mill-inqas 40 HRC, u li l-materjal li jintuża għall-iwweldjar iżomm il-partijiet iwweldjati flimkien b'mod permanenti u effettiv.

Tabella III

Operazzjonijiet speċifiċi skont it-tip ta' arma tan-nar

1.

PISTOLI (TA' SPARATURA WAĦDA, SEMI-AWTOMATIĊI)

1.1

Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': >

Formula

il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali.

1.2

Il-kanna: Għall-pistoli kollha, għajr dawk b'kanen bi break action, trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ, li jrid jiġi wweldjat fih b'mod solidu.

1.3

Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa.

1.4

Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 1.2.

1.5

Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli li ma jkunux f'pistola għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 1.1 – 1.4 u 1.19 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

1.6

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar.

1.7

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali.

1.8

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar.

1.9

Is-slajd: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul is-superfiċje għandu jitneħħa.

1.10

Is-slajd: Neħħi l-pinn tal-isparar.

1.11

Is-slajd: Neħħi l-imqabad tas-sokor fl-islajd.

1.12

Is-slajd: Fejn applikabbli, illima n-naħa ta' ġewwa tax-xifer tas-sokor tal-parti tal-ħruġ fl-islajd b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad.

1.13

Is-slajd: Jekk il-blokka tal-kulatta tista' titneħħa minn fuq il-mekkaniżmu tal-islajd, il-blokka tal-kulatta diżattivata trid titwaħħal b'mod permanenti mal-mekkaniżmu tal-islajd.

1.14

Qafas/Receiver: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa.

1.15

Qafas/Receiver: Illima mill-inqas 2/3 tal-binarji tal-islajd fuq iż-żewġ naħat tal-qafas.

1.16

Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika.

1.17

Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru).

1.18

Sistema awtomatika: Eqred il-pistun tal-gass, il-pajp tal-gass u l-fetħa tal-gass billi taqta' jew tiwweldja.

1.19

Sistema awtomatika: Jekk ma jkunx hemm pistun tal-gass, neħħi l-pajp tal-gass. Jekk il-kanna tintuża bħala pistun tal-gass, iwweldja l-kanna diżattivata mal-qafas. F'kull każ fejn ikun hemm kanna b'bokka tal-gass, din għandha tingħalaq b'iwweldjar.

1.20

Magazzins: Iwweldja spottjaturi fil-magazzin, jew uża miżuri xierqa bi grad ekwivalenti ta' permanenza, skont it-tip ta' arma u skont il-materjal li minnu hi magħmula, sabiex ma jkunx possibbli li jitneħħa l-magazzin.

1.21

Magazzins: Jekk il-magazzin ikun nieqes, iwweldja spottjaturi fil-post fejn jidħol il-magazzin, jew uża miżuri xierqa, jew waħħal sokra li tipprevjeni, b'mod permanenti, li jiddaħħal magazzin.

1.22

Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

1.23

Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni.


2.

RIVOLVERS (INKLUŻI RIVOLVERS B'IKKARGAR MIĊ-ĊILINDRU)

2.1

Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' >

Formula

il-kalibru; tul: minimu ta'

Formula

it-tul tal-kanna mill-forcing cone).

2.2

Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan tal-kanna (ħdejn il-forcing cone), li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % tal-kalibru, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Bħala alternattiva, iwweldja fil-kanna, b'mod solidu, tapp tal-azzar imwebbes li jidħol sew fit-toqba (tul: mill-inqas nofs it-tul taċ-ċejmber taċ-ċilindru), u qis li tibda fuq in-naħa taċ-ċilindru.

2.3

Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-qafas b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 2.2.

2.4

Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 2.1 – 2.3 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

2.5

Ċilindru: Illima l-ħitan interni kollha miċ-ċilindru, għal minimu ta' 2/3 tat-tul tiegħu. Neħħi kemm jista' jkun mill-ħitan interni taċ-ċilindru, idealment sad-dijamteru tal-qoxra tal-iskartoċċ u mingħajr ma ttaqqab il-ħajt estern.

2.6

Ċilindru: Jekk jista' jkun, iwweldja biex tiġi evitata t-tneħħija taċ-ċilindru mill-qafas, jew ħu miżuri xierqa, bħal twaħħil b'pinn, li jagħmluha impossibbli li ċ-ċilindru jitneħħa.

2.7

Ċilindru: Għal ċilindri ta' rikambju mhux armati fuq arma tan-nar, għandha tiġi applikata l-operazzjoni 2.5. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li ċ-ċilindru ma jkunx jista' jiġi armat fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

2.8

Qafas/Receiver:Kabbar it-toqba tal-pinn tal-isparar għal daqs tliet darbiet akbar mid-daqs oriġinali tagħha.

2.9

Qafas/Receiver:Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar.

2.10

Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika.

2.11

Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru).

2.12

Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

2.13

Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni.


3.

ARMI TAN-NAR TWAL TA' SPARATURA WAĦDA (MHUX BI BREAK ACTION)

3.1

Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': >

Formula

il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali.

3.2

Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ qabel jiġi wweldjat fih b'mod solidu.

3.3

Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa.

3.4

Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 3.2.

3.5

Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 3.1 – 3.4 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

3.6

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar.

3.7

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali.

3.8

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar.

3.9

Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika.

3.10

Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru).

3.11

Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

3.12

Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni.


4.

ARMI TAN-NAR BI BREAK ACTION (eż. B'KANNA MINGĦAJR RADDI SPIRALI, B'KANNA B'RADDI SPIRALI, IKKUMBINATI, B'FALLING/ROLLING BLOCK ACTION, ARMI TAN-NAR QOSRA U TWAL)

4.1

Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': >

Formula

il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. Għal armi tan-nar li ma għandhomx ċejmber inkluż fil-kanna, aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' >

Formula

il-kalibru; tul: minimu ta'

Formula

it-tul tal-kanna mill-forcing cone).

4.2

Il-kanna: Fiċ-ċejmber għandu jiġi wweldjat b'mod solidu tapp li jidħol issikkat. Dan għandu jkun twil mill-inqas 2/3 tat-tul taċ-ċejmber, u għandu jiġi posizzjonat l-aktar viċin tal-blokka kemm jista' jkun.

4.3

Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa.

4.4

Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding.

4.5

Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 4.1 – 4.4 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

4.6

Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika.

4.7

Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru).

4.8

Mekkaniżmu: Illima kon ta' mill-inqas 60 grad (l-angolu tal-quċċata), sabiex tasal jew għal dijametru tal-bażi ta' mill-inqas 10 mm jew għad-dijametru ta' wiċċ il-kulatta.

4.9

Mekkaniżmu: Neħħi l-pinn tal-isparar, kabbar it-toqba tal-pinn tal-isparar għal dijametru minimu ta' 5 mm u wweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar.

4.10

Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

4.11

Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni.


5.

ARMI TAN-NAR TWAL B'RIPETIZZJONI (B'KANNA MINGĦAJR RADDI SPIRALI, B'KANNA B'RADDI SPIRALI)

5.1

Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': >

Formula

il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. Għal armi tan-nar li ma għandhomx ċejmber inkluż fil-kanna, aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' >

Formula

il-kalibru; tul: minimu ta'

Formula

it-tul tal-kanna mill-forcing cone).

5.2

Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ qabel jiġi wweldjat fih b'mod solidu.

5.3

Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa.

5.4

Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 5.2.

5.5

Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 5.1 – 5.4 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

5.6

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar.

5.7

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali.

5.8

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar.

5.9

Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika.

5.10

Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru).

5.11

Magazzins: Iwweldja spottjaturi fil-magazzin, jew uża miżuri xierqa bi grad ekwivalenti ta' permanenza, skont it-tip ta' arma u skont il-materjal li minnu hi magħmula, sabiex ma jkunx possibbli li jitneħħa l-magazzin.

5.12

Magazzins: Jekk il-magazzin ikun nieqes, iwweldja spottjaturi fil-post fejn jidħol il-magazzin, jew uża miżuri xierqa, jew waħħal sokra li tipprevjeni, b'mod permanenti, li jiddaħħal magazzin.

5.13

Magazzins: Għal magazzins f'għamla ta' tubu, għaddi pinn wieħed jew aktar tal-azzar imwebbes minn ġol-magazzin, minn ġewwa ċ-ċejmber u mill-qafas, b'mod li dawn jeħlu ma' xulxin b'mod permanenti. Weħħel flimkien permezz ta' wweldjar.

5.14

Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

5.15

Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni.


6.

ARMI TAN-NAR TWAL SEMI-AWTOMATIĊI (B'KANNA MINGĦAJR RADDI SPIRALI, B'KANNA B'RADDI SPIRALI)

6.1

Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': >

Formula

il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. Għal armi tan-nar li ma għandhomx ċejmber inkluż fil-kanna, aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' >

Formula

il-kalibru; tul: minimu ta'

Formula

it-tul tal-kanna mill-forcing cone).

6.2

Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ qabel jiġi wweldjat fih b'mod solidu.

6.3

Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa.

6.4

Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 6.2.

6.5

Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 6.1 – 6.4 u 6.12 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

6.6

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar.

6.7

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali.

6.8

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar.

6.9

Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika.

6.10

Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru).

6.11

Sistema awtomatika: Eqred il-pistun tal-gass, il-pajp tal-gass u l-fetħa tal-gass billi taqta' jew tiwweldja.

6.12

Sistema awtomatika: Jekk ma jkunx hemm pistun tal-gass, neħħi l-pajp tal-gass. Jekk il-kanna tintuża bħala pistun tal-gass, iwweldja l-kanna diżattivata mal-qafas. F'kull każ fejn ikun hemm kanna b'bokka tal-gass, din għandha tingħalaq b'iwweldjar.

6.13

Sistema awtomatika: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta u f'postijiet oħra għandu jitneħħa, sabiex il-firroll jew il-blokka tal-kulatta jitnaqqsu b'mill-inqas 50 % tal-piż oriġinali tagħhom. Iwweldja l-blokka tal-kulatta mal-arma tan-nar biex dawn jeħlu flimkien b'mod permanenti; bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

6.14

Sistema awtomatika: F'każijiet fejn l-irjus tal-firrolli jkunu inkorporati f'portatur tal-firroll, il-portatur għandu jitnaqqas b'mill-inqas 50 %. Ras il-firroll trid tiġi mwaħħla b'mod permanenti mal-portatur, filwaqt li l-portatur irid jiġi mwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding.

6.15

Magazzins: Iwweldja spottjaturi fil-magazzin, jew uża miżuri xierqa bi grad ekwivalenti ta' permanenza, skont it-tip ta' arma u skont il-materjal li minnu hi magħmula, sabiex ma jkunx possibbli li jitneħħa l-magazzin.

6.16

Magazzins: Jekk il-magazzin ikun nieqes, iwweldja spottjaturi fil-post fejn jidħol il-magazzin, jew uża miżuri xierqa, jew waħħal sokra li tipprevjeni, b'mod permanenti, li jiddaħħal magazzin.

6.17

Magazzins: Għal magazzins f'għamla ta' tubu, għaddi pinn wieħed jew aktar tal-azzar imwebbes minn ġol-magazzin, minn ġewwa ċ-ċejmber u mill-qafas, b'mod li dawn jeħlu ma' xulxin b'mod permanenti. Weħħel flimkien permezz ta' wweldjar.

6.18

Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

6.19

Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni.


7.

ARMI TAN-NAR AWTOMATIĊI: eż. AZZARINI TAL-ASSALT, (SUB)MITRALJATRIĊI, PISTOLI AWTOMATIĊI

7.1

Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': >

Formula

il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali.

7.2

Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ qabel jiġi wweldjat fih b'mod solidu.

7.3

Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa.

7.4

Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 7.2.

7.5

Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 7.1 – 7.3 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

7.6

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar.

7.7

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali.

7.8

Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar.

7.9

Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul is-superfiċje għandu jitneħħa.

7.10

Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Neħħi l-pinn tal-isparar.

7.11

Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Neħħi l-imqabad tas-sokor fl-islajd.

7.12

Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Fejn applikabbli, illima n-naħa ta' ġewwa tax-xifer tas-sokor tal-parti tal-ħruġ fl-islajd b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad.

7.13

Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Jekk il-blokka tal-kulatta tista' titneħħa minn fuq il-mekkaniżmu tal-islajd, il-blokka tal-kulatta diżattivata trid titwaħħal b'mod permanenti mal-mekkaniżmu tal-islajd.

7.14

Qafas/Receiver (għal pistoli awtomatiċi): Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa.

7.15

Qafas/Receiver (għal pistoli awtomatiċi): Illima mill-inqas 2/3 tal-binarji tal-islajd fuq iż-żewġ naħat tal-qafas.

7.16

Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika.

7.17

Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru).

7.18

Sistema awtomatika: Eqred il-pistun tal-gass, il-pajp tal-gass u l-fetħa tal-gass billi taqta' jew tiwweldja.

7.19

Sistema awtomatika: Jekk ma jkunx hemm pistun tal-gass, neħħi l-pajp tal-gass. Jekk il-kanna tintuża bħala pistun tal-gass, iwweldja l-kanna diżattivata mal-qafas. F'kull każ fejn ikun hemm kanna b'bokka tal-gass, din għandha tingħalaq b'iwweldjar.

7.20

Sistema awtomatika: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta u f'postijiet oħra għandu jitneħħa, sabiex il-firroll jew il-blokka tal-kulatta jitnaqqsu b'mill-inqas 50 % tal-piż oriġinali tagħhom. Iwweldja l-blokka tal-kulatta mal-arma tan-nar biex dawn jeħlu flimkien b'mod permanenti; bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

7.21

Sistema awtomatika: F'każijiet fejn l-irjus tal-firrolli jkunu inkorporati f'portatur tal-firroll, il-portatur għandu jitnaqqas b'mill-inqas 50 %. Ras il-firroll trid tiġi mwaħħla b'mod permanenti mal-portatur, filwaqt li l-portatur irid jiġi mwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding.

7.22

Magazzins: Iwweldja spottjaturi fil-magazzin, jew uża miżuri xierqa bi grad ekwivalenti ta' permanenza, skont it-tip ta' arma u skont il-materjal li minnu hi magħmula, sabiex ma jkunx possibbli li jitneħħa l-magazzin.

7.23

Magazzins: Jekk il-magazzin ikun nieqes, iwweldja spottjaturi fil-post fejn jidħol il-magazzin, jew uża miżuri xierqa, jew waħħal sokra li tipprevjeni, b'mod permanenti, li jiddaħħal magazzin.

7.24

Magazzins: Għal magazzins f'għamla ta' tubu, għaddi pinn wieħed jew aktar tal-azzar imwebbes minn ġol-magazzin, minn ġewwa ċ-ċejmber u mill-qafas, b'mod li dawn jeħlu ma' xulxin b'mod permanenti. Weħħel flimkien permezz ta' wweldjar.

7.25

Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza.

7.26

Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni.


8.

ARMI TAN-NAR B'IKKARGAR MILL-MUZZLE, INKLUŻ BI BREAK ACTION (GĦAJR RIVOLVERS B'IKKARGAR MIĊ-ĊILINDRU)

8.1

Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul il-kompartiment ta' kombustjoni, jekk ikun preżenti (wisa': >

Formula

il-kalibru; tul: tliet darbiet id-dijametru tal-balla. Għal armi tan-nar li ma għandhomx kompartiment ta' kombustjoni inkluż fil-kanna, aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' >

Formula

il-kalibru; tul: minimu ta'

Formula

it-tul tal-kanna mill-forcing cone).

8.2

Il-kanna: Għal armi tan-nar b'kompartiment ta' kombustjoni inkluż fil-kanna, trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan u minn ġol-kompartiment ta' kombustjoni, biex fiha jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu.

Għal armi tan-nar li ma għandhomx kompartiment ta' kombustjoni inkluż fil-kanna, minn ġol-forcing cone iwweldja b'mod solidu fil-kanna tapp tal-azzar imwebbes li jidħol sew fit-toqba (tul: mill-inqas darbtejn it-tul tad-dijametru tal-balla).

8.3

Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 8.1 – 8.2 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ.

8.4

F'każ li l-arma jkollha break action: Illima kon ta' mill-inqas 60 grad (l-angolu tal-quċċata), sabiex tasal jew għal dijametru tal-bażi ta' mill-inqas 10 mm jew għad-dijametru ta' wiċċ il-kulatta.

8.5

F'każ li l-arma jkollha break action: Neħħi l-pinn tal-isparar, kabbar it-toqba tal-pinn tal-isparar għal dijametru minimu ta' 5 mm u wweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar.

8.6

Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika.

8.7

Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru).

8.8

Nippli/toqob: Neħħi jew iwweldja n-nippla/i, iwweldja t-toqba/toqob.

8.9

Kompartimenti ta' kombustjoni separati (multipli) (għajr iċ-ċilindru): Għal armi tan-nar b'kompartimenti ta' kombustjoni separati jew multipli, neħħi l-ħajt intern/ħitan interni mill-kompartiment(i) ta' kombustjoni billi tillima(hom) għal mill-inqas 2/3 tat-tul tiegħu/tagħhom. Neħħi kemm jista' jkun mill-ħajt intern/ħitan interni, idealment billi tasal għad-dijametru tal-kalibru tal-arma.


ANNESS II

Mudell għall-immarkar tal-armi tan-nar diżattivati

Image

(1)

Marka tad-diżattivazzjoni (għandha tibqa' “EU” għall-marki nazzjonali kollha)

(2)

Pajjiż tad-diżattivazzjoni – kodiċi internazzjonali uffiċjali

(3)

Simbolu tal-entità li ċċertifikat id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar

(4)

Sena tad-diżattivazzjoni

Il-marka sħiħa titwaħħal biss fuq il-qafas tal-arma tan-nar, filwaqt li l-marka tad-diżattivazzjoni (1) u l-pajjiż tad-diżattivazzjoni (2) jitwaħħlu fuq il-komponenti essenzjali l-oħra kollha.


ANNESS III

Mudell taċ-ċertifikat għal armi tan-nar diżattivati

(dan iċ-ċertifikat għandu jitħejja fuq karta mhux falsifikabbli)

Il-logo tal-UE

 

Isem l-entità li vverifikat u ċċertifikat il-konformità tad-diżattivazzjoni

Il-logo

ĊERTIFIKAT TA' DIŻATTIVAZZJONI

Numru taċ-Ċertifikat:

Il-miżuri ta' diżattivazzjoni huma konformi mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar skont kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/337 tal-5 ta' Marzu 2018.

Isem l-entità li wettqet id-diżattivazzjoni:

Pajjiż:

Id-data/is-sena taċ-ċertifikazzjoni tad-diżattivazzjoni:

Il-manifattur/id-ditta tal-arma tan-nar diżattivata:

Tip:

Għamla/Mudell:

Kalibru:

Numru(i) tas-serje:

Rimarki:

 

 

 

Il-marka tad-diżattivazzjoni uffiċjali tal-UE

Isem, titlu u firma tal-persuna responsabbli

 

 

NOTA: Dan iċ-ċertifikat huwa dokument importanti. Għandu jinżamm dejjem fuq sid l-arma tan-nar diżattivata. Il-komponenti essenzjali tal-arma tan-nar diżattivata li jirreferi għaliha dan iċ-ċertifikat ġew immarkati b'marka ta' spezzjoni uffiċjali; dawn il-marki m'għandhomx jitneħħew jew jiġu modifikati.

AVVIŻ: Il-falsifikazzjoni ta' ċertifikat ta' diżattivazzjoni jista' jikkostitwixxi reat skont il-liġijiet nazzjonali.


Top