This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0140
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/140 of 29 January 2018 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain cast iron articles originating in the People's Republic of China and terminating the investigation on imports of certain cast iron articles originating in India
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta' Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta' Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja
C/2018/0265
ĠU L 25, 30.1.2018, pp. 6–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 05/03/2024: This act has been changed. Current consolidated version:
16/02/2019
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32018R0140R(01) | (SL) | |||
| Modified by | 32019R0261 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 | 16/02/2019 |
|
30.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/140
tad-29 ta' Jannar 2018
li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 9(2) u (4) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri proviżorji
|
(1) |
Fis-16 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut bil-grafit lamellari (magħruf ukoll bħala ħadid griż) jew ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet tagħhom, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1480 (2) (“ir-Regolament proviżorju”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni fl-10 ta' Diċembru 2016 billi ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' Bidu”) wara lment ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2016 minn seba' produtturi tal-Unjoni, jiġifieri Fondatel Lecompte SA, Ulefos Niemisen Valimo Oy Ltd, Saint-Gobain PAM SA, Fonderies Dechaumont SA, Heinrich Meier Eisengießerei GmbH & Co. KG, Saint-Gobain Construction Products UK Ltd u Fundiciones de Odena SA (“l-ilmentaturi”), li jirrappreżentaw aktar minn 40 % mill-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut. |
|
(3) |
Kif iddikjarat fil-premessa 33 tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u ta' ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”) u l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.2. Proċedura sussegwenti
|
(4) |
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju antidumping proviżorju (“divulgazzjoni proviżorja”), l-ilmentaturi, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “is-CCCME”), l-assoċjazzjoni ad hoc ta' importaturi mhux relatati Free Castings Imports (“FCI”), żewġ importaturi mhux relatati, il-produtturi esportaturi Indjani, u seba' produtturi esportaturi Ċiniżi għamlu sottomissjonijiet bil-miktub biex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji. |
|
(5) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti mas-CCCME, mal-FCI, u mal-ilmentaturi. Żewġ seduti li saru mas-CCCME kienu ppreseduti mill-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u indirizzathom hawn taħt. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li ħasset li kienet meħtieġa għas-sejbiet finali tagħha. Sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-importaturi mhux relatati, saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:
|
|
(8) |
Il-Kummissjoni informat lill-partijiet kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-RPĊ u tiġbor b'mod definittiv l-ammonti garantiti permezz ta' dazju proviżorju, u ttemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (“divulgazzjoni finali”). |
|
(9) |
Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw fuq id-divulgazzjoni finali. Is-CCCME, l-FCI, l-industrija tal-Unjoni u tliet produtturi esportaturi kkummentaw fi preżentazzjonijiet bil-miktub wara divulgazzjoni finali u waqt seduti. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u ttieħdu inkunsiderazzjoni. |
1.3. Divulgazzjoni proviżorja
|
(10) |
Is-CCCME u Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory iddikjaraw li d-divulgazzjoni proviżorja tal-Kummissjoni kienet insuffiċjenti, u b'hekk taffettwa d-drittijiet tad-difiża tagħhom u talbu lill-Kummissjoni tagħmel kjarifiki u divulgazzjoni ulterjuri. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-kalkoli tad-dumping, dawn il-partijiet talbu informazzjoni addizzjonali rigward il-metodoloġija speċifika segwita għal kull tip ta' prodott, il-valur normali miksub fuq il-bażi ta' dawk il-metodoloġiji skont it-tip ta' prodott, il-marġini tad-dumping li jirriżultaw mill-metodoloġiji differenti, l-ammonti użati għall-SG&A u l-profitt u l-volum ta' bejgħ tat-tipi ta' prodotti differenti mibjugħa fis-suq Indjan bil-proporzjon ta' tranżazzjonijiet profittabbli. |
|
(12) |
Is-CCCME talbet ukoll lill-Kummissjoni biex tipprovdi lista ta' tipi ta' prodotti bil-volum totali ta' esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha fil-kampjun skont it-tip ta' prodott u l-volum totali ta' bejgħ domestiku mill-produtturi Indjani. |
|
(13) |
Barra minn hekk, is-CCCME affermat li l-Kummissjoni naqset milli tiddivulga l-informazzjoni dwar it-tipi ta' prodotti speċifiċi tal-produtturi tal-pajjiż analogu u li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u s-CCCME ma kinux f'pożizzjoni li jidentifikaw jekk kienx hemm differenzi li kien jistħoqqilhom aġġustament, billi dawn ma kinux jafu t-tip ta' prodotti li ntużaw għad-determinazzjoni tal-valur normali. |
|
(14) |
Il-metodoloġija segwita għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping ġiet deskritta f'dettall fil-premessi minn 61 sa 98 tar-Regolament proviżorju. Biex tipproteġi l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva tal-produtturi Indjani li kkooperaw u tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, il-kalkoli dettaljati tad-dumping ġew iddivulgati biss lill-produtturi esportaturi fil-kampjun, inkluża l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-valur normali għal kull tip ta' prodott. |
|
(15) |
Madankollu, minħabba li d-dejta użata biex tiddetermina l-valuri normali kienet tirrigwarda żewġ gruppi ta' kumpaniji biss fil-pajjiż analogu, ma kienx possibbli li jiġu pprovduti ċifri aggregati rigward il-valur normali mingħajr ma tiġi ddivulgata dejta sensittiva kummerċjalment relatata ma' dawn il-partijiet. Għaldaqstant, il-valur normali ġie ddivulgat f'meded. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni ma għamlitx kalkoli aggregati ġenerali għal kull tip ta' prodott mibjugħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha fil-kampjun. Minflok, il-Kummissjoni għamlet kalkoli skont it-tip ta' prodott għal kull produttur esportatur. Barra minn hekk, id-dejta aggregata mitluba mis-CCCME għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha fil-kampjun u għall-produtturi Indjani analogi rigward il-volumi ta' bejgħ skont kull tip ta' prodott tikkostitwixxi informazzjoni kummerċjalment sensittiva fis-sens tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba. |
|
(17) |
Minkejja dan, qabel id-divulgazzjoni proviżorja, fil-fajl mhux kunfidenzjali ddaħħal dokument li jagħti d-dettalji tal-karatteristiċi tekniċi tal-firxa sħiħa ta' tipi ta' prodotti mibjugħa fis-suq analogu u fis-suq tal-Unjoni mill-produtturi Indjani fil-kampjun. |
|
(18) |
Sabiex tappoġġa t-talba tagħha għal aktar divulgazzjoni, is-CCCME esprimiet dubji dwar il-konsistenza tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-marġnijiet ta' dumping ippubblikati fir-Regolament proviżorju u tenniet l-istess tħassib wara d-divulgazzjoni finali. Affermat li, billi l-Indja kienet intgħażlet bħala l-pajjiż analogu u u billi l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Indjani kellhom marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet simili, kien korollarju loġiku li jinħtieġ li l-produtturi esportaturi taż-żewġ pajjiżi jkollhom marġnijiet ta' dumping simili. Is-CCCME argumentat li l-informazzjoni disponibbli għaliha ma kinitx biżżejjed biex tifhem u tikkummenta dwar is-sejbiet tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni nnotat li, kif spjegat fil-premessa 179 tar-Regolament proviżorju, id-differenzi fil-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz tal-produtturi esportaturi Indjani u Ċiniżi huma spjegati mid-differenza fit-taħlita ta' prodotti tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u Indjani lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni fakkret li l-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz jirriżultaw minn tqabbil tal-prodotti esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi bi prodotti simili mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-marġini tad-dumping tal-produtturi esportaturi Ċiniżi jirriżultaw mit-tqabbil tal-prodotti esportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni bi prodotti simili mibjugħa fis-suq domestiku Indjan. B'hekk, u kif rikonoxxut mis-CCCME stess, diskrepanza bejn dawn iż-żewġ marġini hi eżitu possibbli. |
|
(20) |
Barra minn hekk, matul is-seduta li saret mas-CCCME ippreseduta mill-Uffiċjal tas-Seduta, fit-8 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni spjegat għaliex l-aġġustament għall-VAT mhux rifondibbli fil-marġni tad-dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi Ċiniżi affettwa t-tqabbil bejn ir-riżultati Indjani u Ċiniżi. Dan l-aġġustament kien ukoll is-suġġett tal-kummenti tas-CCCME indirizzati hawn taħt. |
|
(21) |
Fir-rigward tal-kalkoli tad-dannu, is-CCCME affermat li l-Kummissjoni kienet injorat it-talba tas-CCCME għal aċċess sħiħ għall-effetti fuq il-volum u l-prezz, għall-kalkoli tal-marġni tad-dannu u tal-indikaturi tad-dannu, u għal kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali oħra li fuqha ġew ibbażati dawk il-kalkoli. F'dan ir-rigward is-CCCME ddikjarat li l-obbligu tal-Kummissjoni li tirrispetta l-kunfidenzjalità mhuwiex assolut u jinħtieġ li dan jiġi bbilanċjat mad-drittijiet ta' difiża tal-partijiet interessati. Bħala eżempju, is-CCCME nnotat li l-Kummissjoni ma ddivulgatilhiex il-karatteristiċi tal-prodott li ntużaw għat-tqabbil tal-prezzijiet mil-lat tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(22) |
Is-CCCME ssuġġerixxiet ukoll modi kif il-Kummissjoni setgħet issib dik li affermat li kien il-bilanċ meħtieġ bejn il-kunfidenzjalità u d-drittijiet tad-difiża. Dawn kienu jinkludu, pereżempju, proposti biex jiġu pprovduti “divulgazzjonijiet aggregati”. Is-CCCME ssuġġerixxiet li l-Kummissjoni tista' tipprovdi l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz mad-dejta kkonsolidata tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha fil-kampjun u d-dejta kkonsolidata tal-produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun. Is-CCCME qieset li billi tipprovdi dejta kkumpilata bħal din lill-partijiet interessati li mhumiex huma nfushom attivi bħala atturi ekonomiċi fis-suq, il-Kummissjoni tkun qed tirrispetta kif xieraq il-kunfidenzjalità tad-dejta sottostanti. |
|
(23) |
Is-CCCME maqdret il-fatt li l-Kummissjoni konsistentement tat prijorità lill-kunfidenzjalità fuq id-drittijiet tad-difiża tas-CCCME, mingħajr ebda valutazzjoni taċ-ċirkustanzi speċifiċi, tal-pożizzjoni tas-CCCME fir-rigward tal-informazzjoni inkwistjoni u, b'mod ġenerali, mingħajr ebda kunsiderazzjoni għall-importanza tad-drittijiet tad-difiża. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din il-valutazzjoni. Hi analizzat kull biċċa informazzjoni mitluba mis-CCCME b'mod individwali u fil-25 ta' Awwissu 2017 hi pprovdiet l-informazzjoni kollha lis-CCCME bl-eċċezzjoni ta' informazzjoni li ma kinitx eżistenti, ma kinitx parti mill-fajl, jew kienet kunfidenzjali. Meta l-informazzjoni ma kinitx parti mill-fajl, jew kunfidenzjali, il-Kummissjoni mmotivat kif xieraq iċ-ċaħda tagħha għad-divulgazzjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ma għamlitx kalkoli aggregati ġenerali tat-twaqqigħ tal-prezz u kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz skont in-numru ta' kontroll tal-prodott (product control number, “PCN” jew “tip ta' prodott”). Minflok, hi għamlet kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull tip ta' prodott u għal kull produttur esportatur. Għaldaqstant, l-informazzjoni aggregata ma ntużatx fl-investigazzjoni u, għalhekk, ma kinitx parti mill-fajl. |
|
(25) |
Fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali, il-Kummissjoni fakkret li kienet taħt l-obbligu li tipproteġi t-tali informazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-fajl miftuħ tal-każ imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet, inkluż għas-CCCME, kien fih l-informazzjoni rilevanti kollha għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u użata fl-investigazzjoni. Meta l-informazzjoni tqieset kunfidenzjali, il-fajl miftuħ kien fih sommarji sinifikattivi tagħha. Il-partijiet interessati kollha, inkluża s-CCCME, kellhom aċċess għall-fajl miftuħ u setgħu jikkonsultawh. Fir-rigward tas-CCCME, il-Kummissjoni osservat li għad li din tirrappreżenta, fost l-oħrajn, lill-industrija tal-fonderija taċ-Ċina, din ma kienet awtorizzata minn l-ebda produttur esportatur individwali fil-kampjun biex ikollha aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali tiegħu. B'hekk, id-divulgazzjoni kunfidenzjali mibgħuta lill-produtturi esportaturi Ċiniżi individwali fil-kampjun ma setgħetx tiġi pprovduta lis-CCCME. |
|
(26) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li s-CCCME u l-produttur esportatur kienu ngħataw l-opportunità biex jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom bis-sħiħ u ċaħdet l-affermazzjonijiet tagħhom. |
|
(27) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCME tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li ma tpoġġietx f'pożizzjoni li ppermettitilha li teżerċita d-drittijiet ta' difiża tagħha bis-sħiħ. Is-CCCME ma saqsietx għal informazzjoni ġdida u lanqas ma ppreżentat argumenti ġodda. B'mod partikolari, is-CCCME ma weġbitx għall-ittra ta' divulgazzjoni li fiha l-Kummissjoni indirizzat fid-dettall il-kwistjonijiet li ppreżentat quddiem l-Uffiċjali tas-Seduta fil-15 ta' Settembru 2017. Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni għax, kif stabbilit fil-premessi minn 10 sa 26 ta' dan ir-Regolament, hija pprovdiet aċċess sħiħ lis-CCCME għal informazzjoni mhux kunfidenzjali u debitament iġġustifikat iċ-ċaħda tagħha li tiddivulga informazzjoni kunfidenzjali jew informazzjoni li ma kenitx parti mill-fajl. |
1.4. Kampjunar
|
(28) |
Il-lista ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inkluża fl-Anness għal dan ir-Regolament ġiet immodifikata biex tinkludi l-ismijiet ta' żewġ produtturi esportaturi li ma kinux iddaħħlu jew li kienu ġew spelluti ħażin fir-Regolament proviżorju. |
|
(29) |
Matul l-investigazzjoni, produttur esportatur Ċiniż mhux fil-kampjun informa lill-Kummissjoni li kien biddel ismu. Il-Kummissjoni kienet sodisfatta bl-evidenza ppreżentata. Il-lista ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ġiet immodifikata kif xieraq. |
1.5. Eżaminazzjoni individwali
|
(30) |
Is-CCCME stiednet lill-Kummissjoni tagħti eżami individwali lit-18-il produttur esportatur Ċiniż mhux fil-kampjun li kienu talbu b'mod formali eżami bħal din f'konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(31) |
Kif spjegat fil-premessa 27 tar-Regolament proviżorju, l-eżami ta' numru tant kbir ta' talbiet kienet tkun wisq impenjattiva u ma kinitx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-perjodu ta' żmien stabbilit fir-Regolament bażiku. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma laqgħet ebda talba għal eżami individwali. |
1.6. Trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)
|
(32) |
Matul din l-investigazzjoni, is-CCCME u żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi tennew l-affermazzjoni li billi t-Taqsima 15 tal-Protokoll tal-Adeżjoni tar-RPĊ fid-WTO kienet skadiet wara l-11 ta' Diċembru 2016, l-għażla ta' pajjiż analogu ma kinitx għadha ġġustifikata u jinħtieġ li l-eżistenza tad-dumping tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-prezzijiet u tal-ispejjeż domestiċi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(33) |
Il-Kummissjoni applikat il-leġiżlazzjoni li hi attwalment fis-seħħ. L-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament bażiku jipprovdi għall-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-pajjiż analogu għall-istabbiliment tal-valur normali fil-każ ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ. |
1.7. Perjodu ta' investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(34) |
L-FCI tenniet l-affermazzjoni li l-perjodu taħt kunsiderazzjoni hu qasir wisq biex issir xi determinazzjoni sinifikattiva, speċjalment dwar il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ, u perjodu li hu iqsar minn erba' snin imur kontra l-prattika stabbilita tal-Kummissjoni, li normalment tagħżel perjodu ta' mill-inqas erba' snin. |
|
(35) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġie stabbilit fil-bidu f'konformità mal-prattika standard tal-Kummissjoni. Kif spjegat fil-premessa 35 tar-Regolament proviżorju, il-perjodu kkunsidrat ikopri tliet snin kalendarji sħaħ u l-perjodu ta' investigazzjoni. Ma kien hemm ebda raġuni għaliex il-Kummissjoni tvarja mill-prattika standard tagħha u tagħżel perjodu differenti. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(36) |
Fi kwalunkwe każ, anki li kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi l-FCI u tinkludi l-2012 fl-analiżi tad-dannu, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ xorta waħda jkun juri żieda ta' madwar 10 % tul il-perjodu sħiħ. |
|
(37) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-premessa 33 tar-Regolament proviżorju hi kkonfermata. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
Affermazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(38) |
Il-premessa 36 tar-Regolament proviżorju stipulat id-definizzjoni proviżorja tal-prodott ikkonċernat. |
|
(39) |
Il-premessi minn 39 sa 60 tar-Regolament proviżorju jistabbilixxu l-affermazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Indjani, ta' produttur esportatur Ċiniż wieħed, tal-FCI, u ta' żewġ importaturi separati mhux relatati u l-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni rigward l-ambitu tal-prodott. |
|
(40) |
Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, iż-żewġ importaturi mhux relatati u l-FCI ppreżentaw talbiet għal kjarifika u affermazzjonijiet oħra li jargumentaw li ċerti tipi ta' prodotti jinħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. It-talbiet ta'esklużjoni kkonċernaw it-tipi ta' prodotti li ġejjin:
|
|
(41) |
Fir-rigward tat-talba ta' importatur minnhom li tiġi kkonfermata l-esklużjoni tal-prodott tal-uċuħ fonduti u tal-ispralli tal-kanali soġġetti għall-istandard EN 1433, il-Kummissjoni kkonfermat li l-ispralli tal-kanali huma soġġetti għall-istandard EN 1433 u, għaldaqstant, huma esklużi mill-prodott ikkonċernat f'konformità mal-premessi 44 u 60 tar-Regolament proviżorju. Fir-rigward tal-uċuħ fonduti, il-Kummissjoni nnotat li dawn għandhom l-istess karatteristiċi u applikazzjonijiet u huma soġġetti għall-istess standard bħall-ispralli tal-kanali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eskludiet l-uċuħ fonduti mill-prodott ikkonċernat. |
|
(42) |
Fir-rigward tat-talba tal-FCI biex tiġi kkonfermata l-esklużjoni tal-prodott tat-turġien tal-ħadid u tal-vireg tal-irfigħ, il-Kummissjoni stabbilixxiet li t-tali turġien tal-ħadid u vireg tal-irfigħ mhumiex meqjusa li huma parti mill-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni, għaliex dawn għandhom funzjoni differenti minn dawk deskritti fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dawn huma aċċessorji għall-prodott ikkonċernat, iżda ma għandhomx l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-prodott ikkonċernat jew il-partijiet tiegħu. Tabilħaqq, it-turġien tal-ħadid u l-vireg tal-irfigħ ma jintużawx biex jgħattu sistemi ta' koperturi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ jew biex jagħtu aċċess jew jipprovdu tieqa għal sistemi ta' koperturi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ. |
|
(43) |
L-importatur imsemmi fil-premessa 41 ippreżenta informazzjoni addizzjonali rigward it-talba ta' esklużjoni tal-prodott tiegħu msemmija fil-premessi minn 45 sa 53 tar-Regolament proviżorju dwar il-komponenti Gatic b'dimensjoni li taqbeż l-1 000 mm. Tali komponenti ma jaqgħux fl-ambitu tal-istandard EN 124 u jiswew iktar mid-doppju mill-għotjien tat-tappieri tradizzjonali. |
|
(44) |
Billi komponenti b'dimensjoni iżgħar minn 1 000 mm jistgħu jkunu parti minn prodott b'dimensjoni li taqbeż l-1 000 mm, dawn ma jistgħux jiġu distinti mill-prodott ikkonċernat fl-ebda waħda mill-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-prodott. Dan ġie indirizzat mill-Kummissjoni fil-premessa minn 51 sa 53 tar-Regolament proviżorju. Għaldaqstant, id-differenza fil-prezz tal-prodott mhix rilevanti. |
|
(45) |
Wara divulgazzjoni finali, Gatic tenniet l-affermazzjoni tagħha li jinħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott komponenti li jgħattu l-aċċess bi ftuħ ċar individwali/erja ċara ta' aktar minn 1 000 mm, għax dawn il-komponenti kbar ma jaqgħux taħt l-istandard EN124. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jiddistingwu faċilment komponenti bi ftuħ ċar ta' aktar minn 1 000 mm (mhux soġġetti għal kejl) minn komponenti bi ftuħ ċar ta' anqas minn 1 000 mm (soġġeti għal kejl). Għaldaqstant, ma hemm l-ebda raġuni valida biex jiġu esklużi komponenti bi ftuħ ċar ta' aktar minn 1 000 mm mill-ambitu tal-miżuri. |
|
(46) |
Il-premessi 52 u 53 tar-Regolament proviżorju stabbilixxew li l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi kollha tal-prodott ikkonċernat japplikaw ukoll għall-komponenti Gatic, irrispettivament mid-dimensjoni tal-ftuħ ċar tal-prodott. Dawn il-karatterisitiċ ma jinbidlux bil-fatt li l-komponenti Gatic bi ftuħ ċar individwali ta' aktar minn 1 000 mm ma jaqgħux taħt l-istandard EN 124. Il-prodott ikkonċernat mhuwiex definit bl-istandard u jinkludi firxa usa' ta' tipi ta' prodotti minn dawk li jaqgħu taħt l-istandard EN 124. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(47) |
Importatur ieħor ippreżenta talba għall-esklużjoni espliċita mill-prodott ikkonċernat ta' prodotti soġġetti għall-istandard EN 1253. |
|
(48) |
Għar-raġunijiet stipulati fil-premessi minn 54 sa 56 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonfermat li t-tali prodotti mhumiex parti mill-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni u aġġustat id-definizzjoni tal-prodott fil-parti operattiva kif xieraq. |
|
(49) |
L-FCI ddikjarat li fl-Unjoni ma teżisti ebda produzzjoni ta' kaxex tas-superfiċe f'konformità mal-istandards Ġermaniżi u li l-kaxex tas-superfiċe duttili mhux se jibqgħu disponibbli fl-Unjoni li kieku kellhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' kaxex tas-superfiċe mir-RPĊ. |
|
(50) |
Il-Kummissjoni nnotat li hemm produzzjoni tal-kaxex tas-superfiċe, anki f'konformità mal-istandards Ġermaniżi, mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(51) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-miżuri antidumping definittivi mhumiex imposti biex jagħlqu s-suq għall-prodott ikkonċernat għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. Li kieku fl-Unjoni ma tkun teżisti ebda produzzjoni ta' ċerti tipi ta' kaxex tas-superfiċe f'konformità mal-istandards Ġermaniżi, l-utenti xorta waħda jkollhom il-possibbiltà li jiksbu dan il-prodott minn pajjiżi terzi, inkluż mir-RPĊ. |
|
(52) |
L-FCI ppreżentat talba għall-esklużjoni ta' kaxex tar-rubinett tal-għeluq, billi dawn ma jaqgħux taħt l-istandard EN 124, iżda huma soġġetti għall-istandard EN 1563. Il-kaxex tar-rubinett tal-għeluq huma kategorija ta' kaxex tas-superfiċe. Dawn tal-aħħar diġà kienu soġġetti għal talba ta' esklużjoni li ġiet irrifjutata fil-premessa 59 tar-Regolament proviżorju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat ukoll it-talba ta' esklużjoni tal-kaxex tar-rubinett tal-għeluq mill-prodott ikkonċernat. |
|
(53) |
L-FCI ppreżentat talba għall-esklużjoni ulterjuri tal-ispralli soġġetti għall-istandard EN 124, billi dawn iwettqu l-istess funzjonijiet eżatti bħall-ispralli tal-kanali soġġetti għall-istandard EN 1433. Dawn jaqgħu taħt standards differenti għaliex l-ispralli tal-kanali soġġetti għall-istandard EN 1433 jiġu ttestjati flimkien mal-kanal ta' taħthom, filwaqt li l-ispralli soġġetti għall-istandard EN 124 huma ttestjati waħedhom, b'mod simili għall-għotjien tal-gandotti u għall-għotjien tat-tappieri. |
|
(54) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-karatteristiċi tekniċi għat-tali spralli u għotjien tal-gandotti u għotjien tat-tappieri huma l-istess, billi lkoll huma soġġetti għall-istandard EN 124. Dawn ma jistgħux jiġu distinti faċilment u direttament minn tipi oħra tal-prodott ikkonċernat u, għaldaqstant, it-talba għall-esklużjoni ta' spralli soġġetti għall-istandard EN 124 mill-prodott ikkonċernat ġiet irrifjutata. |
|
(55) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-komponent tal-ispralli tal-kanali soġġetti għall-istandard EN 1433 u l-ispralli soġġetti għall-istandard EN124 għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u materjali u l-istess proċess ta' produzzjoni. Għaldaqstant, huma prodotti identiċi. Barra minn hekk, l-FCI ddikjarat li l-fatti tal-każ iwaqqgħu biċ-ċar l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li l-ispralli tal-kanali waħidhom ma jistgħux jintgħażlu faċilment u direttament minn tipi oħra tal-prodott ikkonċernat. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-ambitu tal-istandard EN 124 huwa limitat għal għotjien tat-tappieri u għotjien tal-gandotti. Għaldaqstant, l-ispralli soġġetti għall-istandard EN 124 huma meqjusa parti minn dawn il-prodotti. Għaldaqstant, il-komponent tal-ispralli tal-kanali soġġett għall-istandard EN 1433 u l-ispralli soġġetti għall-istandard EN124 ma jistgħux jitqiesu bħala prodotti identiċi. |
|
(57) |
Bid-dikjarazzjoni li dawn l-ispralli li huma soġġetti għall-istandard EN 124 ma jistgħux jintgħażlu viżwalment faċilment minn tipi oħra tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni riedet tfisser li dawn l-ispralli ma jistgħux jintgħażlu viżwalment faċilment minn spralli li jintużaw bħala kopertura f'għatu tat-tappieri jew għatu tal-gandotti li jippermetti li jgħaddi ilma minnhom fit-tappiera jew fil-gandott, li jaqgħu taħt il-prodott ikkonċernat bħala parti minnu. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3. DUMPING
3.1. Ir-RPĊ
3.1.1. Pajjiż analogu
|
(58) |
L-ilmentaturi tennew l-oppożizzjoni tagħhom għall-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu fuq il-bażi tat-tfixkil li jirriżulta mis-sussidji fuq l-esportazzjonijiet, taxxa tal-esportazzjoni u politika ta' merkanzija doppja li taffettwa l-prezz tal-mineral tal-ħadid. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni indirizzat dawn l-affermazzjonijiet fil-premessi 80 u 81 tar-Regolament proviżorju. Ma ġie ppreżentat ebda argument ġdid u, għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.1.2. Valur normali
|
(60) |
Kif stipulat fil-premessa 88 tar-Regolament proviżorju, għall-kalkolu tal-valur normali għall-marġini tad-dumping proviżorju, għal kull tip ta' prodott esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, l-ewwel ġie ddeterminat valur normali għal kull produttur analogu Indjan u mbagħad dawn il-valuri normali għal kull tip ta' prodott ġew ponderati flimkien bl-użu tal-kwantità prodotta minn kull produttur Indjan. |
|
(61) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand diversi partijiet interessati li allegaw li l-użu tal-valuri maħduma seta' kabbar wisq il-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu. |
|
(62) |
B'mod partikolari, is-CCCME ddikjarat li l-Kummissjoni kellha d-diskrezzjoni meta tikkalkola l-valur normali f'pajjiż analogu rigward il-livell ta' “kwantitajiet suffiċjenti” skont it-termini tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(63) |
Is-CCCME argumentat ukoll li jekk produttur esportatur Ċiniż wieħed issodisfa t-test tar-rappreżentattività, mela jinħtieġ li jintuża l-istess valur normali bbażat fuq il-prezz għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha l-oħra għall-istess tip ta' prodott. |
|
(64) |
Il-Kummissjoni aċċettat iż-żewġ argumenti tekniċi rigward it-test tal-kwantità suffiċjenti u l-użu tal-valur normali bbażat fuq il-prezz u rrevediet il-kalkolu tal-valur normali kif xieraq. |
|
(65) |
Fid-dawl tal-fatt li kien hemm aktar minn produttur wieħed fil-kampjun fil-pajjiż analogu li kkooperaw mal-investigazzjoni, il-Kummissjoni reġgħet ikkunsidrat l-istabbiliment tal-valur normali biex tnaqqas l-użu tal-valuri normali maħduma kemm jista' jkun. |
|
(66) |
F'dan ir-rigward, fejn kien hemm valur normali bbażat fuq il-prezz tal-bejgħ domestiku fl-Indja li sar matul il-perkors normali tal-kummerċ u fi kwantitajiet suffiċjenti, intuża dan il-prezz minflok il-valur normali medju meħud minn dan il-prezz u valur normali maħdum minn produtturi oħra. Dan hu konformi mal-Artikolu 2(7) li skont dan jinħtieġ li l-valur normali jiġi kkalkolat bi preferenza għall-prezzijiet domestiċi tal-prodott simili fil-pajjiż analogu. |
|
(67) |
Meta tip ta' prodott ma jkunx inbiegħ fis-suq domestiku minn ebda wieħed mill-produtturi Indjani fil-kampjun iżda mill-inqas kien hemm produttur Indjan wieħed fil-kampjun li pproduċa dan it-tip ta' prodott, il-valur normali nħadem bl-użu tal-ispiża tal-manifattura, flimkien mal-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt tal-bejgħ domestiku fil-perkors normali tal-kummerċ magħmul minn dan il-produttur Indjan. Espressa bħala perċentwal tal-fatturat, is-somma tal-ispejjeż tal-SG&A u tal-profitt użata f'dawn il-każijiet kienet fil-medda minn 1 % sa 10 % għall-prodotti ta' ħadid griż u minn 10 % sa 20 % tal-prodotti tal-ħadid duttili. |
|
(68) |
Meta ma kien hemm ebda tlaqqigħ fil-livell tat-tip ta' prodott, il-Kummissjoni użat valur normali bbażat fuq il-bejgħ domestiku fil-perkors normali tal-kummerċ tat-tipi kollha ta' prodotti li użaw l-istess materja prima. Għal erbgħa mill-ħames produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, din is-sitwazzjoni kienet tikkonċerna inqas minn 1,2 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet. Għal esportatur Ċiniż inkluż fil-kampjun, dan kien jirappreżenta aktar minn 50 % tal-volum tal-esportazzjonijiet. Dan l-esportatur Ċiniż biegħ prodotti niċċa relattivament għaljin li ma setgħux jiġu mqabbla mat-tipi ta' prodotti manifatturati u mibjugħa mill-produtturi inklużi fil-kampjun fil-pajjiż analogu u li ma kienx possibbli għalihom li jikkwantifikaw aġġustament 'il fuq mill-valur normali. L-użu ta' valur normali medju tat-tipi ta' prodotti kollha tal-istess materja prima ma żiedx il-marġini tad-dumping ta' dan il-produttur esportatur. |
|
(69) |
Is-CCCME u Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory ukoll esprimew in-nuqqas ta' qbil tagħhom mal-metodoloġija użata mill-Kummissjoni meta ħadmet il-valur normali għat-tipi ta' prodotti mibjugħa fi kwantitajiet insuffiċjenti. Wara t-tibdiliet stabbiliti fil-premessi minn 64 sa 68 aktar 'il fuq, din l-affermazzjoni ma baqgħetx rilevanti billi ma qamet l-ebda sitwazzjoni biex jinħadem valur normali. |
|
(70) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME ppreżentat li jinħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt tal-bejgħ domestiku fil-perkors normali tal-kummerċ li jagħmlu l-produtturi Indjani kollha meta jaħdmu l-valur normali. |
|
(71) |
Fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-premessa 67 u skont il-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kienet obbligata tuża l-ammonti għall-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili fil-perkors normali tal-kummerċ li jagħmel il-produttur Indjan li jkun immanifattura t-tip ta' prodott inkwistjoni. |
|
(72) |
Għaldaqstant, l-affermazzjoni tas-CCCME li jinħtieġ li l-Kummissjoni tagħżel spejjeż varji tal-SG&A u profitt minn kumpaniji oħra li ma mmanifatturawx it-tip ta' prodott ikkonċernat u toħroġ medja tagħhom b'xi mod ġiet miċħuda. |
|
(73) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME talbet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li t-taxxi indiretti ma ġewx inklużi fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi Indjani, ma kellhomx effett fuq it-test ta' profittabbiltà u ma ġewx inklużi fil-prezzijiet domestiċi użati biex jiġi determinat il-valur normali. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li la l-prezzijiet u lanqas l-ispejjeż li ntużaw biex jiġi determinat il-valur normali ma kienu jinkludu taxxi indiretti u li t-taxxi indiretti ma kellhom l-ebda impatt fuq it-test ta' profittabbiltà. |
3.1.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(75) |
Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-premessa 89 tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata. |
3.1.4. Paragun
|
(76) |
Produttur esportatur minnhom afferma li jenħtieġ li l-valur normali jiġi aġġustat skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku biex jirrifletti l-fatt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma ddisinjawx il-prodott ikkonċernat. Id-disinn ġie pprovdut mill-importatur mhux relatat. |
|
(77) |
Billi l-produtturi Indjani fil-kampjun iddisinjaw il-prodott simili mibjugħ fis-suq domestiku tagħhom, il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni. Il-kwantifikazzjoni relattiva tal-aġġustament saret fuq il-bażi tad-dejta rilevanti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(78) |
Is-CCCME ddikjarat li l-aġġustament għat-taxxi indiretti kien illegali u ma ssemmiex fil-premessa 91 tar-Regolament proviżorju fl-aġġustamenti li saru fl-Artikolu 2(10). Is-CCCME affermat li l-aġġustament għar-rifużjoni parzjali tal-VAT hu bbażat fuq il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-istatus ta' ekonomija mhux tas-suq tar-RPĊ. |
|
(79) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-affermazzjonijiet. Il-Kummissjoni għamlet aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(b) għad-differenza fit-taxxi indiretti bejn il-bejgħ mill-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni (fejn tintalab taxxa ta' 17 % fuq l-esportazzjoni u 5 % minnha mbagħad tintradd lura) u t-taxxi indiretti fuq il-bejgħ domestiku fl-Indja (fejn it-taxxi ġew esklużi mill-prezz dometiku). Dan l-aġġustament ma huwa relatat bl-ebda mod mal-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-pajjiż analogu għar-RPĊ. Il-premessa 91 tar-Regolament proviżorju ma semmietx dan l-aġġustament, li tħalla barra bi żball. Madankollu, l-aġġustament ġie rrapportat fid-divulgazzjoni proviżorja speċifika mogħtija lill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Ħadd minnhom ma kkummenta fuq dan l-aġġustament. |
|
(80) |
Wara divulazzjoni finali, is-CCCME tenniet l-oġġezzjoni tagħha għall-fatt li l-Kummissjoni użat l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku biex tiżgura l-komparabbiltà bejn il-prezz ta' esportazzjoni mir-RPĊ u l-valur normali mill-Indja. Is-CCCME ddikjarat li billi s-sistema tal-VAT tal-esportazzjonijiet kienet waħda mir-raġunijiet għaliex ir-RPĊ mhijiex pajjiż b'ekonomija tas-suq, ma tistax tintuża biex isir aġġustament għall-paragun tal-prezzijiet. Dan l-argument ġie miċħud. L-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni ssib sors alternattiv tal-valur normali meta pajjiż ma jkunx ekonomija tas-suq u meta kumpanija ma tiddikjarax li tkun ingħatat Trattament ta' Ekonomija tas-Suq (“TES”). Ladarba jiġi determinat il-valur normali, il-Kummissjoni tiġi obbligata tiżgura paragun ġust u raġonevoli, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(81) |
Kif speċifikat fil-premessa 79 hawn fuq, l-esportazzjonijiet tal-oġġetti fonduti mir-RPĊ huma soġġetti għal VAT tal-esportazzjonijiet parzjalment rifondabbli, filwaqt li l-bejgħ domestiku fl-Indja għandu t-taxxi kollha rimborżati. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat paragun ġust u f'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita (3), il-Kummissjoni kienet obbligata taġġusta l-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, bħal kif il-Kummissjoni kienet diġà għamlet għal differenzi oħra li jaffettwaw paragun skont dispożizzjonijiet oħra tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(82) |
Jekk kumpanija fir-RPĊ tkun ingħatat TES, jiġi applikat l-istess aġġustament għall-valur normali, billi tinstab l-istess differenza fit-taxxa. |
|
(83) |
Is-CCCME u żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi ddikjaraw li jinħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel divulgazzjoni ulterjuri għar-raġunament dwar l-użu tal-PCN imqassar li jidentifika t-tipi ta' prodotti differenti għall-kalkoli u l-impatt ta' dan fuq il-paragun ġust. |
|
(84) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li kienet ikkonformat mal-obbligu tagħha li tiżgura paragun ġust u li l-PCN imqassar ippermettielha tqabbel it-totalità tal-volum ta' esportazzjonijiet mal-aktar tipi li jixxiebhu tal-prodott simili b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi bażiċi tagħhom. Il-Kummissjoni ma stabbilixxiet ebda differenza fil-valur tas-suq tal-karatteristiċi tal-prodott imħollija barra fil-PCN imqassar. Barra minn hekk, ebda produttur esportatur Ċiniż ma għamel affermazzjoni kkwantifikata biex jitlob aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi. |
|
(85) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME u żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi tennew li l-Kummissjoni naqqset milli tiżgura l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Is-CCCME ddikjarat li jinħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel aġġustamenti għad-differenzi fil-prodotti riflessi jew le bil-karatteristiċi oriġinali tal-PCN. Is-CCCME ddikjarat li ma kellhiex aċċess għall-karatteristiċi tekniċi tal-prodott mibjugħ mill-produtturi Indjani u li d-divulgazzjoni tal-PCN sħiħ tal-prodott manifatturat mill-produtturi Indjani ma kenitx biżżejjed. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-affermazzjonijiet. Il-Kummissjoni fakkret li, f'Ġunju 2017, għamlet il-klassifikazzjoni tal-prodotti manifatturati fil-pajjiż analogu disponibbli għall-partijiet interessati kollha skont il-15-il karatteristika teknika tal-PCN oriġinali. Barra mill-katalogi tal-prodotti, li l-produtturi Indjani ma kellhomx, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda sors alternattiv ieħor ta' informazzjoni teknika li ma kienx kunfidenzjali min-natura tiegħu jew seta' jitqassar b'mod sinifikattiv biex jiġi rivedut minn partijiet interessati oħra. |
|
(87) |
Barra minn hekk, filwaqt li l-15-il karatteristika tal-prodott manifatturat mill-produtturi Indjani fil-PCN oriġinali kienu magħrufa sew mas-CCCME, hija ma għamlet l-ebda dikjarazzjoni speċifika dwar x'tip ta' aġġustament jinħtieġ li jsir, mhux biss lil hinn mill-PCN, iżda anki fil-PCN. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma identifikatx il-ħtieġa għal dan l-aġġustament matul iż-żjajjar ta' verifika tagħha. Ġie nnutat li, fil-preżentazzjoni tagħha tat-22 ta' Diċembru 2016 dwar l-għażla ta' pajjiż analogu, is-CCCME stess saħqet li “l-użu tal-Indja jindirizza wkoll kwistjonijiet tal-paragun ta' tipi ta' prodotti, għal darb'oħra għax id-dejta tkun aktar rappreżentattiva […]. Bl-Indja bħala l-pajjiż analogu, id-dejta tas-sors tkun akbar b'mod sinifikanti u skont dan ikun ħafna aktar probabbli li l-Kummissjoni jkollha biżżejjed dejta biex tagħmel paragun tat-tipi ta' prodotti” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(88) |
Is-CCCME ddikjarat li jinħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel aġġustamenti għall-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi Indjani għall-irregolaritajiet allegati li rriżultaw mill-volum baxx ta' produzzjoni ta' prodotti tal-ħadid duttili. Is-CCCME ma pprovdiet ebda evidenza biex issostni din id-dikjarazzjoni. |
|
(89) |
Billi nstab li l-bejgħ tal-prodotti tal-ħadid duttili fl-Indja kien rappreżentattiv, il-Kummissjoni qieset li t-tali aġġustament ma kienx iġġustifikat. F'kull każ, billi din l-affermazzjoni ma kinitx sostanzjata, kellha tiġi miċħuda. |
|
(90) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME tenniet din l-affermazzjoni u ppreżentat li kienet spjegat lill-Kummissjoni li l-irregolaritajiet allegati rriżultaw fi spiża tal-produzzjoni li kienet għolja b'mod mhux raġonevoli. Is-CCCME żiedet li fin-nuqqas tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż pertinenti għall-produtturi Indjani, mhux dejjem kienet f'pożizzjoni li tagħmel talba sostanzjata għal aġġustament. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda spjegazzjoni dettaljata dwar din it-talba. Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni proviżorja, is-CCCME ppreżentat li “jista' jkun hemm irregolarità fil-produzzjoni jew konsum żejjed ta' diversi fatturi tal-ispejjeż li jirriżulta fi spiża tal-produzzjoni unitarja li hija għolja b'mod żbaljat”. Is-CCCME baqgħet vaga jew siekta dwar liema spejjeż ta' produzzjoni ġew affettwati, fil-konfront ta' liema parametru referenzjarju jinħtieġ li tiġi stabbilita l-irregolarità allegata u kif jinħtieġ li jiġi kkalkulat l-aġġustament. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li din l-affermazzjoni ma setgħetx issir fin-nuqqas ta' divulgazzjoni tal-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi Indjani. |
|
(93) |
L-ewwel nett, id-dejta dwar l-ispejjeż tal-produtturi Indjani kienet kunfidenzjali fin-natura tagħha u ma setgħetx titqassar għall-ispezzjoni minn parti interessata oħra b'mod sinifikattiv għall-finijiet tas-CCCME u tipproteġi d-dejta sensittiva kummerċjali tal-produtturi Indjani. |
|
(94) |
It-tieni nett, il-proċessi tal-produzzjoni fl-Indja u r-RPĊ huma simili ħafna. Dan ġie kkonfermat fil-premessa 79 tar-Regolament proviżorju u fil-preżentazzjoni tas-CCCME tat-22 ta' Diċembru 2016 dwar l-għażla tal-Indja bħala l-pajjiż analogu. Is-CCCME ddikjarat li “l-maġġoranza tal-produtturi Ċiniżi huma fonderiji żgħar u l-proċess tal-produzzjoni mhuwiex awtomatizzat, iżda aktar manwali”. Innutat ukoll li “huwa fatt magħruf li l-Indja u ċ-Ċina huma simili fil-livelli ta' żvilupp u fid-daqs tagħhom” u “fir-rigward ta' elementi oħra li jaffettwaw l-ispejjeż u l-prezzijiet”, li r-RPĊ u l-Indja huma “aktar simili għal xulxin miċ-Ċina u kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn”. Għaldaqstant, is-CCCME, li tiddikjara li tirrappreżenta għadd għoli ta' produtturi Ċiniżi ta' kull daqs, setgħet għamlet id-dikjarazzjonijiet tagħha mingħajr il-ħtieġa li taċċessa d-dejta kunfidenzjali tal-produtturi Indjani. Fuq il-bażi tal-għarfien tagħha rigward l-industrija, kellha tkun kapaċi tispeċifika x-xejriet tal-manifattura u l-proporzjonijiet tal-produzzjoni li jwasslu għall-ispiża ta' produzzjoni unitarja mhux raġonevoli allegata u tissostanzja l-aġġustament iddikjarat. |
|
(95) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda element li kien jiġġustifika aġġustament għall-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi Indjani fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż analogu. Meta wieħed iqis li nstab li l-volum tal-bejgħ tal-produtturi Indjani huwa rappreżentattiv u fin-nuqqas ta' xi talba speċifika u sostanzjata mis-CCCME, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba li jinħtieġ li tiġi aġġustata l-ispiża tal-produzzjoni tal-produtturi Indjani. |
|
(96) |
Produttur esportatur Ċiniż minnhom afferma li l-Kummissjoni kienet aġġustat b'mod indebitu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha għall-ispejjeż tal-kreditu billi hi ma ġarrbet ebda spiża bħal din. |
|
(97) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. Biex tiżgura paragun ġust tal-prezzijiet, ġew applikati provvedimenti għall-ispejjeż ta' kreditu fuq il-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li taw termini ta' pagament lill-klijenti tagħhom, billi kull kreditu mogħti hu fattur meħud f'kunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitluba. Dan il-produttur esportatur instab li ta kreditu lill-klijenti tiegħu u, għalhekk, aġġustament għall-ispejjeż tal-kreditu kien iġġustifikat, għad li l-kumpanija ma sselfitx flus biex tkopri ż-żmien ta' trasportazzjoni u l-pagament mill-klijent. |
|
(98) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME ppreżentat li jinħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel aġġustament għall-valur normali meta jkun ibbażat fuq prezzijiet biex jagħmel tajjeb għat-taxxi indiretti mġarrba minn materjali fiżikament inkorporati fil-prodott simili. |
|
(99) |
Madankollu, billi f'dan il-każ il-materjali inkorporati fil-prodott simili ma kinux jinkludu imposti ta' importazzjoni jew taxxi mhux rimborżati, is-suġġeriment tas-CCCME li kellu jwassal għal aġġustament tal-prezz kien irrelevanti. |
3.1.5. Marġini tad-dumping
|
(100) |
Kif spjegat fil-premessi aktar 'il fuq, il-Kummissjoni ħadet f'kunsiderazzjoni ċerti kummenti mingħand partijiet interessati u reġgħet ikkalkolat il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(101) |
Il-marġini tad-dumping definittivi mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: Tabella 1 Marġini tad-dumping definittivi
|
3.2. L-Indja
|
(102) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment ieħor rigward l-Indja. |
|
(103) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet proviżorji tagħha ta' stabbiliment ta' ebda dumping għall-gruppi fil-kampjun tal-produtturi esportaturi fl-Indja. |
|
(104) |
B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni kkonfermat li hi ma stabbilixxiet l-ebda dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw barra l-kampjun, f'konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, u l-ebda dumping għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Indja billi l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw jirrappreżentaw volum għoli ħafna (madwar 85 %) tal-esportazzjonijiet Indjani totali lejn l-Unjoni. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(105) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 108 sa 111 tar-Regolament proviżorju. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(106) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 112 sa 114 tar-Regolament proviżorju. |
4.3. Importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(107) |
Is-CCCME tenniet it-tħassib tagħha li qasmet fis-sottomissjoni tagħha tat-23 ta' Jannar 2017 rigward l-kredibbiltà tad-dejta dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Hi xeħtet dubju fuq il-metodu użat mill-ilmentaturi biex waslu għad-dejta dwar l-importazzjonijiet limitata għall-prodott ikkonċernat billi użaw id-dejta aġġustata tal-Eurostat u aċċettata mill-Kummissjoni, u argumentat li jinħtieġ li l-Kummissjoni tibbaża l-eżami tad-dannu tagħha b'mod oġġettiv fuq evidenza pożittiva u mhux fuq suppożizzjonijiet mhux sostanzjati mill-ilmentaturi. Is-CCCME affermat ukoll li l-oneru li tikseb dejta kredibbli dwar l-importazzjonijiet jaqa' fuq il-Kummissjoni. |
|
(108) |
B'appoġġ għall-affermazzjoni tagħha li d-dejta dwar l-importazzjonijiet użata mill-Kummissjoni allegatament ma kenitx kredibbli u ma setgħetx tikkwalifika bħala evidenza pożittiva, fis-6 ta' Novembru 2017 is-CCCME ppreżentat għall-ewwel darba ċifri ta' volum tal-esportazzjonijiet għall-prodott ikkonċernat mir-RPĊ li ddikjarat li kienu bbażati fuq statistika tal-esportazzjoni doganali tar-RPĊ għall-prodott ikkonċernat li ġabret fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni u fuq bażi kunfidenzjali. Is-CCCME kompliet tafferma li setgħet tidentifika mid-deskrizzjoni tal-prodott liema prodotti ma kinux ikkonċernati mill-prodott u, b'riżultat ta' dan, setgħet tikkalkula l-volum attwali tal-prodotti kkonċernat esportat mir-RPĊ. |
|
(109) |
Il-Kummissjoni nnutat li s-CCCME kienet ikkalkulat hi stess il-volum esportat tal-prodott ikkonċernat, anki fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, billi użat id-dejta doganali tar-RPĊ, u b'hekk eskludiet ċerti deskrizzjonijiet ta' prodotti. Il-Kummissjoni qieset id-dejta tal-esportazzjoni pprovduta mis-CCCME u sabet li din id-dejta ma setgħetx tibdel is-sejbiet tagħha skont ix-xejriet tas-sehem mis-suq, il-volum tal-importazzjonijiet u l-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, Il-Kummissjoni kompliet tinnota li s-CCCME ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar il-kompjutezza u l-preċiżjoni tal-ġbir tad-dejta tagħha. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li s-CCCME ma speċifikatx liema bażi ta' dejta uffiċjali mill-awtoritajiet doganali tar-RPĊ kienet użat li kienet tippermetti ġbir ta' dejta tranżazzjoni bi tranżazzjoni u identifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodott. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li l-istatistika tal-esportazzjoni mir-RPĊ mhijiex neċessarjament identika għall-istatistika tal-importazzjoni miġbura mill-Eurostat minħabba ż-żmien meħud bejn l-esportazzjoni mir-RPĊ sal-importazzjoni attwali fl-Unjoni. Il-Kummissjoni analizzat id-dejta tal-esportazzjoni pprovduta mis-CCCME u sabet li din id-dejta ma setgħetx tibdel is-sejbiet tagħha skont ix-xejriet tas-sehem mis-suq, il-volum tal-importazzjonijiet u l-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni li d-dejta tal-importazzjoni użata minnha ma kenitx kredibbli. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-metodu użat mill-ilmentaturi biex jaslu għad-dejta dwar l-importazzjonijiet kien relatat mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien ibbażat fuq dejta tal-Eurostat. Dan il-metodu inkluda għall-2013 it-totali tal-kodiċijiet NM 7325 10 50 u 7325 10 92, perċentwal ta' 30 % tal-kodiċi NM 7325 10 99, u tal-kodiċi NM 7325 99 10 nieqes volum fiss. Wara tibdil fil-kodiċijiet NM għall-2014 sal-perjodu ta' investigazzjoni l-ilmentaturi użaw perċentwal ta' 60 % tal-kodiċi NM 7325 10 00 fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u tal-kodiċi NM 7325 99 10 nieqes volum fiss. |
|
(111) |
Billi l-Kummissjoni ma sabet ebda sors alternattiv ieħor ta' informazzjoni li jkun jirrifletti b'mod aktar preċiż id-dejta dwar l-importazzjonijiet għall-prodott ikkonċernat, hi qieset il-metodu bbażat fuq id-dejta tal-Eurostat bħala l-aktar wieħed xieraq. Għaldaqstant, hi ċaħdet l-affermazzjoni tas-CCCME. |
|
(112) |
Kemm l-FCI kif ukoll is-CCCME ddikjaraw li l-metodoloġija użata għall-valutazzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ inkludiet b'mod skorrett il-prodotti importati kollha taħt il-kodiċi NM 7325 99 10 nieqes volum fiss, kif ipproponew l-ilmentaturi, billi dan il-kodiċi tipikament ma kienx jintuża għall-prodott ikkonċernat qabel l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fl-2005 u l-ilmentaturi ma pprovdewx evidenza li dan il-kodiċi NM kien jintuża għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat wara l-2009. Għaldaqstant, l-FCI talbet l-esklużjoni jew it-teħid f'kunsiderazzjoni ta' proporzjon ta' dan il-kodiċi NM għall-kalkolu tal-volum ta' importazzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni nnotat li analiżi tal-importazzjonijiet taħt dan il-kodiċi NM mindu ġew imposti l-miżuri proviżorji sal-bidu ta' Ottubru 2017 uriet importazzjonijiet sinifikanti ta' 6 796 tunnellata taħt il-kodiċi TARIC 7325991051 mir-RPĊ li jirreferi b'mod esklużiv għall-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, hu ċar li l-prodott ikkonċernat hu importat taħt il-kodiċi NM 7325 99 10 ukoll. Madankollu, il-Kummissjoni ma kellha ebda evidenza li l-importazzjonijiet ta' prodotti oħra taħt dan il-kodiċi NM segwew l-istess xejra bħall-prodott ikkonċernat mill-2005. Konsegwentement, l-użu ta' perċentwal fuq il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma jkunx kredibbli. |
|
(114) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma taġġustax il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li anki li kieku hi teskludi dan il-kodiċi NM mill-analiżi tagħha, il-volum tal-importazzjonijiet xorta waħda juri żieda komparabbli fis-sehem mis-suq tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(115) |
Is-CCCME ddikjarat li la l-ilmentaturi u lanqas il-Kummissjoni ma spjegaw il-perċentwal stmat tal-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat taħt il-kodiċijiet NM 7325 10 99 u r-raġuni għaliex il-perċentwal tal-volum tal-importazzjonijiet taħt il-kodiċi 7325 10 99 baqa' stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(116) |
Kif indirizzat fil-premessa 122 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni bbażat id-determinazzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fuq il-metodu propost mill-ilmentaturi għaliex hi qisitu kredibbli u oġġettiv. Ebda parti ma pproponiet metodu aktar kredibbli ieħor. Għall-esklużjoni tal-ispralli tal-kanali, il-Kummissjoni ħadet il-bejgħ medju tal-ispralli tal-kanali tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun fil-perjodu ta' investigazzjoni, li ammonta għal 10 % tal-importazzjonijiet totali. Dan il-perċentwal intuża għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Billi s-CCCME ma pprovdiet ebda dejta alternattiva għall-volum tal-importazzjonijiet tal-ispralli tal-kanali mir-RPĊ, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(117) |
L-FCI ddikjarat li f'dan il-każ ma tista' tiġi stabbilita ebda żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet billi, meta wieħed iqis is-snin kollha mindu skadew il-miżuri antidumping fl-2010, l-importazzjonijiet żdiedu biss bejn l-2013 u l-2014 u filwaqt li l-importazzjonijiet fil-perjodu ta' investigazzjoni kienu ogħla mil-livelli tal-2013, dawn kienu ferm inqas mil-livelli tal-importazzjonijiet tal-2010 u tal-2011. |
|
(118) |
Il-Kummissjoni sabet li l-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien raġonevoli u konformi mal-prattika standard tal-Kummissjoni biex teżamina x-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu. Għaldaqstant, ma ħaditx f'kunsiderazzjoni s-snin preċedenti, kif issuġġerixxiet l-FCI. |
|
(119) |
Fir-rigward tat-twaqqigħ tal-prezz, l-FCI ddikjarat li l-kalkoli proviżorji huma qarrieqa, billi dawn iqabblu l-prezzijiet tal-prodotti mibjugħa mill-fonderiji Ċiniżi lill-importaturi fl-Unjoni ma' dak tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni lill-klijenti finali u ma kinux jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż imġarrba esklużivament mill-importaturi mhux relatati. Spejjeż bħal dawn jinkludu l-ispejjeż tar-RuŻ, spejjeż għall-ħolqien ta' mudelli u ta' prototipi, spejjeż ta' ċertifikazzjoni, spejjeż ta' omologazzjoni, verifiki tal-kwalità u verifiki tal-konformità, spejjeż tal-ħżin, u spejjeż tal-bejgħ. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni vverifikat din id-dejta u ddeċidiet li taġġusta l-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz għal dawn l-ispejjeż. Il-prezzijiet tal-produttur tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati 'l isfel bl-ispejjeż tar-RuŻ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li koprew l-ispejjeż rilevanti kollha msemmija fil-premessa preċedenti. L-aġġustament kien 2,2 % tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(121) |
Barra minn hekk, sar aġġustament ta' madwar EUR 33 għal kull tunnellata fuq il-prezz tal-importazzjonijiet għall-ispejjeż tal-importazzjoni fuq il-bażi tad-dejta taż-żewġ importaturi mhux relatati vverifikata wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. |
|
(122) |
Is-CCCME talbet għal aktar dettalji dwar il-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu, l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet huwa analizzat bħala wieħed mill-indikaturi tad-dannu u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku jitlob li t-twaqqigħ tal-prezz ikun sinifikanti. F'dan il-każ it-twaqqigħ tal-prezz fil-firxa minn 31,6 % sa 39,2 % jista' jitqies sinifikanti. Għal din is-sejba mhuwiex meħtieġ li kull tranżazzjoni turi t-twaqqigħ tal-prezz. Dan għaliex l-effett u l-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni huwa analizzat kollu kemm hu; dan jinkludi t-twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. F'kull każ, għal informazzjoni, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huma hekk: Tabella 2 Marġni tat-twaqqigħ tal-prezz
|
|
(123) |
Wara divulgazzjoni finali, l-ilmentaturi oġġezzjonaw għall-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex jaġġustaw il-prezzijiet tal-produtturi tagħhom 'l isfel minflok ma jaġġustaw il-prezzijiet tal-importazzjoni 'l fuq, filwaqt li l-maġġoranza tal-ispejjeż tar-RuŻ ma jiġġarbux mill-importaturi affattu iżda jiġġarrbu mill-produtturi fir-RPĊ. Barra minn hekk, l-ilmentaturi qiesu li l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni kienu għoljin wisq u jistgħu jinkludu spejjeż relatati mal-importazzjonijiet tal-ispralli tal-kanali u dazju tal-importazzjoni mhux korrett ta' 2,7 % minflok 1,7 % għall-prodotti kollha tal-ħadid duttili. |
|
(124) |
L-aġġustament tal-ispejjeż tar-RuŻ għall-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz u għal-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kien ibbażat, minn naħa waħda, fuq dejta vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, u min-naħa l-oħra, fuq evidenza li ħarġet matul iż-żjajjar ta' verifika għand l-importaturi mhux relatati li jġarrbu dawn l-ispejjeż għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. Billi l-ilmentaturi ma pprovdewx evidenza għall-affermazzjoni tagħhom li dawn l-ispejjeż ma ġġarbux minn importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tagħhom. |
|
(125) |
Il-kalkolu tal-ispejjeż wara l-importazzjoni huwa bbażat fuq dejta vverifikata taż-żewġ importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun. Din id-dejta kienet unikament għall-prodott ikkonċernat, għaldaqstant ma kenitx tinkludi l-prodotti esklużi (pereżempju l-ispralli tal-kanali). Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(126) |
Rigward l-aġġustament għad-dazji tal-importazzjoni, il-Kummisjoni użat ir-rata tad-dazju doganali applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ħadid duttili. Ma qisitx dikjarazzjonijiet ħżiena possibbli biex tevita milli tħallas il-livell korrett ta' dazji tal-importazzjoni. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(127) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI pprovdiet ir-riżultati ta' żewġ offerti riċenti mnedija minn korpi pubbliċi Taljani, li ntrebħu minn (rivenditur ta') produtturi tal-Unjoni, li offrew prezz aktar baxx għall-prodott simili mill-importaturi mhux relatati għall-prodott ikkonċernat li kien ħafna aktar baxx minn dak li ġie ddikjarat mill-ilmentaturi u rrappurtat fir-Regolament proviżorju. |
|
(128) |
Il-Kummissjoni nnutat li din l-evidenza aneddotali riċenti mhijiex biżżejjed biex jiġi konkluż li jinħtieġ li d-dejta vverifikata tagħha għall-perjodu ta' investigazzjoni titqies mhux kredibbli. Barra minn hekk, it-taħlita ta' prodotti ta' dawn l-offerti tvarja mit-taħlita ta' prodotti ta' produzzjoni medja u l-ispiża ta' produzzjoni korrispondenti tagħha Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(129) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u wara r-reviżjoni tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz stipulati fil-premessi minn 119 sa 122, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-premessi minn 115 sa 128 tar-Regolament proviżorju. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Rimarki ġenerali
|
(130) |
Is-CCCME nnotat li l-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha tad-dejta makroekonomika fuq dejta attwali fir-rigward tal-ilmentaturi u tal-industrija li takkumpanja u fuq stimi pprovduti mill-ilmentaturi għall-bqija tal-industrija tal-Unjoni. Iddikjarat li dawn l-istimi ma setgħux jitqiesu bħala evidenza pożittiva billi l-ammonti u s-sorsi tagħhom ma ġewx divulgati lill-partijiet interessati. Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME tenniet l-affermazzjoni tagħha. |
|
(131) |
Il-Kummissjoni enfasizzat li ma ddiżaggregatx l-analiżi tagħha tal-industrija tal-Unjoni f'ilmentaturi fil-konfront ta' mhux ilmentaturi u nnutat li kienet talbet għad-dejta makroeknomika mill-industrija tal-Unjoni u kienet għamlet din id-dejta li użat fl-investigazzjoni disponibbli fil-fajl miftuħ għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kif speċifikat fil-premessa 32 tar-Regolament proviżorju, hi kienet ivverifikat ukoll fil-post fil-bini tal-ilmentaturi s-sorsi u l-proċess segwit minn dawn tal-aħħar għall-kumpilazzjoni tad-dejta għall-bqija tal-industrija. Barra minn hekk, id-dejta vverifikata li ġiet mingħand il-kumpaniji fil-kampjun kopriet sehem sinifikanti mid-dejta makroekonomika ġenerali, jiġifieri 48 % tal-volum totali tal-produzzjoni u 43 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni mis-CCCME. |
|
(132) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI ddikjarat li l-Kummissjoni tikkontradixxi lilha nnifisha, għax il-premessa 132 tar-Regolament proviżorju tirrapporta li l-Kummissjoni evalwat indikaturi makroekonomiċi relatati mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Madankollu, fil-premessa 131 hawn fuq ġie ddikjarat li d-dejta makroekonomika hija bbażata fuq dejta vverifikata li ġejja mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun li jkopru 48 % tal-volum tal-produzzjoni totali u 43 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. Huwa ċar li d-dejta li tkopri inqas minn 50 % tal-output totali mhijiex rappreżentattiva tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. Fuq il-bażi ta' dak li ntqal qabel, is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar indikaturi makroekonomiċi huma bbażati fuq dejta parzjali u qarrieqa li ma tippermettix evalwazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni nnutat li vverifikat id-dejta makroekonomika rigward l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi fil-post fil-bini tal-ilmentaturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni vverifikat fid-dettall il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, li jkopru parti kbira mill-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dejta makroekonomika mhijiex unikament ibbażata fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(134) |
Barra minn hekk, l-FCI ddikjarat li d-dejta dwar l-indikaturi makroekonomiċi huma problematiċi kif jidher mill-fatt li l-Kummissjoni kellha tivverifika s-sorsi oriġinali tad-dejta fil-post tal-avukati tal-ilmentaturi f'aktar minn okkażjoni waħda. Barra minn hekk, l-ilmentaturi ppreżentaw verżjonijiet differenti tad-dejta dwar l-indikaturi makroekonomiċi, kull darba f'ċifri differenti. Dan il-fatt waħdu juri li l-metodoloġija li segwew l-ilmentaturi hija żbaljata b'mod irrimedjabbli. |
|
(135) |
Barra minn hekk, l-FCI nnutat li d-dejta li fuqha huma bbażati s-sejbiet tal-Kummissjoni huma parzjali. Id-dejta tirreferi biss għall-ilmentaturi u għal wieħed biss miż-żewġ sostenituri. B'kollox, id-dejta tammonta għal inqas minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili fl-Unjoni. |
|
(136) |
Wara divulgazzjoni finali, l-ilmentaturi ċċaraw ukoll li sabiex tinġabar id-dejta, użaw dejta dettaljata dwar indikaturi tad-dannu minn tweġibiet tal-kwestjonarju, iffirmati minn uffiċjali responsabbli fil-kumpaniji inkwistjoni, li ġew fornuti mill-ilmentaturi u wieħed mill-produtturi sostenituri fl-ilment u sussegwentement ġew aġġornati biex ikopru l-perjodu ta' investigazzjoni. L-istimi saru mill-ilmentaturi għad-dejta li tikkonċerna produtturi tal-Unjoni oħrajn fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar is-suq tagħhom. Fin-nuqqas ta' dejta fattwali rigward uħud mill-produtturi tal-Unjoni, l-ilmentaturi ħadu approċċ konservattiv, billi assumew 100 % tal-użu tal-kapaċità u ċifra ta' bejgħ kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(137) |
Il-fatt li l-ilmentaturi aġġornaw id-dejta makroekonomika matul il-perjodu ta' investigazzjoni ma kellu l-ebda implikazzjoni fuq il-kredibbiltà tad-dejta finali li ġabru. Id-dejta finali ġiet ivverifikata u nstab li kienet kredibbli mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni mill-FCI. |
|
(138) |
Is-CCCME affermat ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel analiżi segmentata għal kull Stat Membru, u dan irriżulta f'qasma bejn l-Istati Membri li għandhom primarjament swieq ta' ħadid duttili jew ħadid griż. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa 199 tar-Regolament proviżorju fejn hi enfasizzat li s-suq tal-Unjoni hu suq uniku u l-prodotti tal-ħadid duttili u griż huma prodotti interskambjabbli. Għaldaqstant hi ċaħdet l-affermazzjoni li għamlet is-CCCME. |
|
(140) |
L-ewwel is-CCCME affermat li d-dejta dwar l-importazzjonijiet għas-sena 2013 ma setgħetx titqabbel mad-dejta dwar l-importazzjonijiet għas-snin sussegwenti u għall-perjodu ta' investigazzjoni minħabba tibdiliet fil-kodiċijiet doganali għall-prodott ikkonċernat li seħħew fl-2014. It-tieni, is-CCCME affermat li l-użu ta' settijiet ta' dejta mhux komparabbli ma jippermettix lill-Kummissjoni tislet konklużjonijiet dwar l-evoluzzjoni tal-volumi tal-importazzjonijiet. Is-CCCME finalment affermat li li kieku l-Kummissjoni analizzat l-effetti tal-volumi fir-rigward tad-dejta fuq il-bażi tal-istess metodoloġija, jiġifieri għall-perjodu mill-2014 sal-perjodu ta' investigazzjoni, hi kienet tikkonkludi li ma kien hemm ebda żieda fl-importazzjonijiet. |
|
(141) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-perjodu għall-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-2013 sal-perjodu ta' investigazzjoni. Għall-analiżi tagħha tax-xejriet tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni aċċettat il-metodu tal-ilmentaturi biex jaslu għad-dejta dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat bl-użu ta' dejta tal-Eurostat u li hi vverifikat u aċċettat bħala raġonevoli. Ma kien hemm ebda sors alternattiv ta' informazzjoni disponibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tas-CCCME. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(142) |
L-FCI u s-CCCME ddikjaraw li s-sejba tal-Kummissjoni fil-premessa 139 tar-Regolament proviżorju mhix sostnuta mill-fatti, billi l-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ naqas bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni, għall-kuntrarju ta' dak li hu stipulat fil-premessa 139 tar-Regolament proviżorju. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni aċċettat dawn is-sottomissjonijiet. It-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni kien xprunat b'mod sinifikanti mit-tnaqqis fil-konsum kif irrapportat fit-Tabella 3 tal-premessa 113 tar-Regolament proviżorju. Madankollu, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għad li l-konsum naqas bi 8 %, l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ żdiedu b'16 % u l-volum tal-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni naqas b'4 %. |
|
(144) |
L-FCI ddikjarat li l-ilmentaturi kkalkolaw l-użu tal-kapaċità tagħhom kif irrapportat fit-Tabella 6 tal-premessa 137 tar-Regolament proviżorju fuq il-bażi ta' tliet xiftijiet. Skont l-FCI, hu magħruf b'mod ġenerali fis-suq għall-prodotti tal-ħadid fondut li fonderija hi f'pożizzjoni tajba jekk taħdem b'żewġ xiftijiet, filwaqt li t-tielet xift tal-produzzjoni jiġi għali u jaħdem b'kapaċità ta' produzzjoni inferjuri. |
|
(145) |
L-argument tal-FCI ma kienx sostnut minn xi evidenza u xorta waħda ma kienx jipprekludi l-possibbiltà tat-tielet xift. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li anki li kieku l-użu tal-kapaċità kellu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' żewġ xiftijiet, ix-xejra tibqa' l-istess bħal dik mogħtija fit-Tabella 6 tar-Regolament proviżorju u jifdal kapaċità żejda sostanzjali. Meta wieħed jassumi li l-produzzjoni tibqa' stabbli matul ix-xiftijiet kollha, l-użu tal-kapaċità bbażat fuq żewġ xiftijiet jammonta għal madwar 80 %. |
|
(146) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità u wara l-korrezzjoni tal-premessa 139 tar-Regolament proviżorju kif stipulat fil-premessi 142 u 143, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-premessi minn 137 sa 142 tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(147) |
L-FCI u s-CCCME ddikjaraw li s-sejba fil-premessa 145 tar-Regolament proviżorju mhix sostnuta mill-fatti, billi l-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ naqas bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni, għall-kuntrarju ta' dak li hu stipulat fil-premessa 145 tar-Regolament proviżorju. |
|
(148) |
Il-Kummissjoni taċċetta r-referenza żbaljata għall-importazzjonijiet miżjuda bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni fil-premessa 145 tar-Regolament proviżorju u tinnota li t-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ seħħ matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni sħiħ u għaldaqstant jista' jiġi attribwit għat-tnaqqis fil-konsum kif irrapportat fit-Tabella 3 tal-premessa 113 tar-Regolament proviżorju kif ukoll għall-volum akbar ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mir-RPĊ tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni sħiħ. Madankollu, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għad li l-konsum naqas bi 8 %, l-importazzjoni li huma oġġett ta' dumping mir-RPĊ żdiedet b'16 %, u dan irriżulta f'żieda ferm aktar sinifikanti tas-sehem mis-suq ta' din tal-aħħar, jiġifieri b'26 %. |
|
(149) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq u wara l-korrezzjoni tal-premessa 145 tar-Regolament proviżorju kif stipulat fil-premessi 147 u 148, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-premessi minn 143 sa 146 tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2.3. Tkabbir
|
(150) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tat-tkabbir, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa 147 tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2.4. Impjiegi u produttività
|
(151) |
L-FCI ddikjarat li s-sejba fil-premessa 149 tar-Regolament proviżorju mhix sostnuta mill-fatti, billi l-livell inferjuri ta' impjiegi ma jistax jiġi marbut mal-kwantitajiet dejjem akbar ta' importazzjonijiet mir-RPĊ, billi l-unika sena li fiha l-importazzjonijiet żdiedu (mill-2013 għall-2014), l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni żdiedu wkoll. Fis-snin li fihom naqsu l-impjiegi, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu wkoll. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni nnotat li x-xejra tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni sħiħ uriet numru inqas ta' impjegati, li primarjament hu r-riżultat tal-produzzjoni mnaqqsa. Min-naħa tagħha l-produzzjoni mnaqqsa kienet dovuta għall-bejgħ imnaqqas fl-Unjoni minħabba t-tnaqqis fid-domanda kif ukoll iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta' dumping matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din is-sekwenza ta' avvenimenti hi riflessa fl-analiżi tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni sħiħ u mhux billi jitqabblu l-iżviluppi sena wara sena. B'hekk, l-argument tal-FCI ma jistax jiġi aċċettat. |
|
(153) |
L-FCI ddikjarat li l-livelli ta' impjiegi u ta' produttività ma jappoġġawx sejba ta' dannu materjali. Il-livelli ta' impjiegi baqgħu relattivament stabbli, speċjalment b'kunsiderazzjoni tal-fatt li erba' kumpaniji waqqfu l-produzzjoni tal-prodott investigat matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-livelli ta' produttività żdiedu. |
|
(154) |
Il-Kummissjoni nnotat li t-tnaqqis fl-impjiegi jista' jiġi attribwit ukoll għall-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni u tagħmel titjib fl-effiċjenza fid-dawl tal-kompetizzjoni dejjem akbar mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Dan it-titjib fl-effiċjenza rriżulta f'żieda ta' 3 % fil-produttività. B'hekk, l-argument tal-FCI ġie miċħud. |
|
(155) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor fir-rigward tal-impjiegi u tal-produttività, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa 149 tar-Regolament proviżorju. |
4.4.2.5. Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru mid-dumping tal-passat
|
(156) |
L-FCI ppreżentat li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni hi simili għas-sitwazzjoni fiż-żmien li fih fl-2011 tħassru l-miżuri kontra ċerti oġġetti fonduti li joriġinaw fir-RPĊ, għaliex l-industrija tal-kostruzzjoni għadha ma rkupratx mill-kriżi ekonomika u diversi Stati Membri fl-Unjoni naqqsu l-baġit tagħhom għall-proġetti infrastrutturali b'mod konsiderevoli. |
|
(157) |
Madankollu, l-FCI tirreferi għall-istatistiċi tal-Eurostat li ma jappoġġawx dawn l-affermazzjonijiet. L-istatistiċi tal-produzzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-inġinerija ċivili juru żieda matul il-perjodu kkunsidrat. Il-konsum tal-Unjoni tal-oġġetti tal-ħadid fondut ma bbenefikax minn dan it-tkabbir, kif jidher fit-Tabella 3 tar-Regolament proviżorju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad din is-sottomissjoni. B'hekk, l-argument tal-FCI ma jistax jiġi aċċettat. |
|
(158) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI affermat li l-premessa 157 ta' hawn fuq tikkonkludi ħażin li l-istatistika dwar is-settur tal-kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili turi żieda minn meta l-miżuri antidumping tħassru fl-2011. Meta wieħed iħares lejn l-evoluzzjoni tal-industrija tal-kostruzzjoni minn tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza f'nofs l-2010, l-FCI tafferma li dan is-settur għadu ma rkuprax mill-kriżi ekonomika tal-2008/2009. |
|
(159) |
Il-Kummissjoni nnutat li s-settur tal-kostruzzjoni u tal-inġinerija ċivili juru xejra 'l fuq mill-2013, u dan jindika rkupru kajman mix-xejra 'l isfel preċedenti. Dan jikkontradixxi l-affermazzjoni tal-FCI li s-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni hija l-istess bħal kif kienet sal-2011, billi s-settur tal-kostruzzjoni u tal-inġinerija ċivili wera xejra 'l isfel f'dak il-perjodu. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(160) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi 150 u 151 tar-Regolament proviżorju. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(161) |
L-FCI ddikjarat li ma jista' jinstab ebda tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ meta jiġi kkunsidrat it-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni u, għalhekk, it-tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ ma jistax jitqies li hu sinjal ta' dannu materjali. |
|
(162) |
Kif indirizzat fil-premessa 153 tar-Regolament proviżorju, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqsu kontinwament b'5 %, filwaqt li l-kost unitarju medju tal-produzzjoni naqas bi 3 % biss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Billi t-tnaqqis fil-prezz qabeż it-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(163) |
Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, ma ġie ppreżentat ebda kumment fir-rigward tal-kostijiet lavorattivi tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
4.4.3.3. Inventarji
|
(164) |
Wara l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji, ma ġie ppreżentat ebda kumment fir-rigward tal-inventarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
4.4.3.4. Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(165) |
Is-CCCME xeħtet dubju fuq il-konklużjoni tal-Kummissjoni li kien hemm tnaqqis gradwali fil-profittabbiltà mill-2006 billi għamlet riferiment għat-talba tar-rieżami ta' skadenza tal-2010. |
|
(166) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li fuq il-bażi tad-dejta vverifikata pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u disponibbli fil-fajl, il-konklużjoni tagħha stabbilita fil-premessa 162 tar-Regolament proviżorju hi korretta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li għamlet is-CCCME. |
|
(167) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar l-indikaturi mikroekonomiċi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 152 sa 166 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(168) |
Is-CCCME affermat li l-Kummissjoni ma investigatx is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-parti Ċentrali u tal-Lvant tal-Unjoni u b'hekk ma setgħetx tikkonkludi dwar id-dannu għall-industrija tal-Unjoni fis-sħuħija tagħha. |
|
(169) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni billi hi kienet investigat is-suq kollu tal-Unjoni għall-indikaturi makroekonomiċi tad-dannu. Il-Kummissjoni tqis li l-kampjun ta' produtturi tal-Unjoni hu rappreżentattiv biżżejjed għall-fini tal-analiżi tad-dannu tagħha tal-indikaturi makroekonomiċi u tikkonferma l-eżistenza tal-kummerċ intra-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(170) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 167 sa 170 tar-Regolament proviżorju. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping
|
(171) |
L-FCI ddikjarat li r-Regolament proviżorju ma jirriflettix il-fatt li l-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għall-ewwel żdied u mbagħad naqas b'mod kostanti mill-2014 sal-perjodu ta' investigazzjoni, filwaqt li l-volum tal-bejgħ fl-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni sħiħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' stabbli. |
|
(172) |
Il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bi 11 % u bi 3 % rispettivament, il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'16 % u b'26 % tul l-istess perjodu. Dan juri rabta ċara bejn żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u suq iżgħar għall-industrija tal-Unjoni. Għalhekk il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(173) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI talbet lill-Kummissjoni tispjega x-xejriet diverġenti bejn it-tnaqqis fl-importazzjonijiet mir-RPĊ ta' 8 % (b'żieda fil-prezzijiet) bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni u t-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul dak il-perjodu wkoll. |
|
(174) |
Għalkemm f'termini ta' volum il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni ma jurix xejra parallela mal-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f'termini tal-ishma mis-suq ix-xejriet huma simili. Barra minn hekk, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppa f'konformità mal-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, u dan juri żieda mill-2013 sal-2014 u tnaqqis wara. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni segwiet ix-xejra tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, ix-xejra matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu tappoġġa l-eżistenza ta' rabta ta' kawżalità, kemm f'termini ta' volumi kif ukoll ta' ishma mis-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm koinċidenza ġenerali fiż-żmien bejn iċ-ċaqliq 'il fuq fl-importazzjonijiet Ċiniżi u ċ-ċaqliq 'l isfel fl-indikaturi tad-dannu rigward l-industrija tal-Unjoni. |
|
(175) |
L-FCI ddikjarat li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni naqsu b'mod kostanti bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni, anki meta l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'4 % bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Jidher ċar li ż-żewġ xejriet huma diverġenti u, għalhekk, l-ebda impatt fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni ma jista' jiġi attribwit għall-istrateġija tal-ipprezzar tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(176) |
Barra minn hekk, l-FCI ddikjarat li l-fatt li l-produtturi tal-Unjoni ma żidux il-profittabbiltà tal-bejgħ tagħhom minkejja li żdiedu l-prezzijiet tal-prodotti Ċiniżi hu dimostrazzjoni ċara li kull dannu materjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn is-sottomissjonijiet, għaliex l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, anki wara ż-żieda fil-prezz tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni u, għalhekk, ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(178) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI rritornat għal dan il-kwistjoni u talbet lill-Kummissjoni tispjega r-rabta ta' kawżalità minkejja xejra diverġenti mill-2014 'il quddiem hekk kif l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu (– 8 %) filwaqt li l-prezzijiet għall-prodotti Ċiniżi żdiedu (+ 1 %) u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' stabbli (58,8 %). |
|
(179) |
Il-Kummissjoni nnutat li, biex tevita l-effetti taċ-ċaqliq ekonomiku normali, hija tħares lejn il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu sabiex tistabbilixxi xejra. Barra minn hekk, anki matul xejra 'l isfel fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet mir-RPĊ urew żieda fis-sehem mis-suq. |
|
(180) |
Is-CCCME affermat li l-Kummissjoni naqset milli tiżgura l-komparabbiltà tal-prezzijiet fl-analiżi tagħha tat-twaqqigħ tal-prezz billi ma qisitx ċerti karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat. Hi affermat ukoll li l-Kummissjoni kienet ħadet f'kunsiderazzjoni karatteristiċi differenti tal-prodott għad-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping. |
|
(181) |
Il-Kummissjoni saħqet li hi kienet ikkunsidrat il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott investigat fit-tqabbil tal-prezz tagħha u żgurat komparabbiltà bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili mmanifatturat fl-Unjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. Għaldaqstant l-affermazzjoni mis-CCCME ġiet miċħuda. |
|
(182) |
Is-CCCME affermat li la s-CCCME u lanqas il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kellhom il-possibbiltà li jidentifikaw id-differenzi bejn il-prodotti Ċiniżi esportati u l-prodotti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni li jimpattaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet u jitolbu aġġustamenti għall-fini tad-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz. |
|
(183) |
Il-Kummissjoni nnotat li hi ddivulgat il-kalkoli speċifiċi tat-twaqqigħ tal-prezz u l-metodoloġija użata lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u kkonfermat li fuq il-bażi tal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott investigat hi kienet żgurat il-komparabbiltà bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni. Ma kien intwera ebda bżonn ta' xi aġġustament speċifiku għad-differenza fil-karatteristiċi fiżiċi. Għaldaqstant l-affermazzjoni mis-CCCME ġiet miċħuda. |
|
(184) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME ddikjarat li hi u l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kellhomx l-opportunità li jirrieżaminaw il-kalkolu tal-Kummissjoni tal-volum u l-valur tal-bejgħ għal kull PCN mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, u għaldaqstant ma setgħetx tivvaluta l-iżbalji li kienu saru f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, is-CCCME affermat li l-bażi fattwali għall-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tqajjem dubju, u ma tammontax għal evidenza pożittiva. |
|
(185) |
Il-Kummissjoni nnutat li fid-divulgazzjoni finali lis-CCCME hija spjegat ir-raġuni għaliex jinħtieġ li din id-dejta tinżamm kunfidenzjali. Għaldaqstant, hi ċaħdet l-affermazzjoni tas-CCCME. |
|
(186) |
Is-CCCME affermat li l-Kummissjoni kienet naqset milli tivvaluta l-firxa tat-twaqqigħ tal-prezz b'rabta mal-proporzjon tal-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezz għalihom u, għalhekk, xeħtet dubju fuq l-oġġettività tal-Kummissjoni fl-eżami tagħha tal-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Is-CCCME tenniet l-affermazzjoni tagħha wara d-divulgazzjoni finali. |
|
(187) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet li 62,6 % tal-bejgħ totali fl-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kien waqqa' l-prezz mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni sabet li t-tipi ta' prodotti kollha importati kienu paragunabbli għat-tipi ta' prodotti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni kompliet tinnota li l-prezzijiet tat-tipi ta' prodotti kollha importati kienu waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tat-tipi paragunabbli mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. B'hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan juri biżżejjed l-effetti dannużi tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(188) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI tenniet li ċ-ċifri dwar il-livell tal-impjiegi u l-produttività ma jappoġġawx sejba ta' dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. Barra minn hekk, iż-żieda fl-effiċjenza tal-linji ta' produzzjoni awtomatizzati jirrikjedu tnaqqis fl-għadd ta' unitajiet ta' xogħol. |
|
(189) |
Il-Kummissjoni nnutat li t-tnaqqis fl-impjiegi jista' jiġi attribwit għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni kkawżat minn żieda fil-kwantitajiet ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni u tikseb l-effiċjenza fid-dawl taż-żieda fil-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ. It-tnaqqis fl-impjiegi huwa akbar miż-żieda fil-produttività, u dan juri dannu kkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(190) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi 173 u 174 tar-Regolament proviżorju. |
5.2. Effetti ta' fatturi oħra
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(191) |
Hekk kif il-Kummissjoni spjegat fil-premessi 179 u 180 tar-Regolament proviżorju, l-importazzjonijiet mill-Indja ma kissrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, u ma setax kellhom aktar minn impatt marġinali fuq id-dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(192) |
Madankollu, is-CCCME affermat li l-importazzjonijiet mill-Indja jistgħu jkissru r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni billi ma hemm ebda bażi ta' evidenza għall-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-produtturi esportaturi mir-RPĊ iggwadanjaw sehem mis-suq mingħand l-industrija tal-Unjoni, iż-żieda u t-tnaqqis rispettivi tas-sehem mis-suq tal-Indja u tal-Unjoni huma l-istess, l-evoluzzjoni mill-2014 sal-perjodu ta' investigazzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet mill-Indja evolviet b'mod aktar konformi mal-evoluzzjoni tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni mill-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, u t-twaqqigħ tal-prezz mill-Indja hu ogħla mit-twaqqigħ tal-prezz mir-RPĊ li wera li kull effett fuq il-prezz hu aktar probabbli li jkun riżultat tal-importazzjonijiet mill-Indja, minflok mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(193) |
Is-CCCME affermat ukoll li jinħtieġ li l-Kummissjoni tissepara u tagħmel distinzjoni f'dettall tal-effetti differenti kollha tal-importazzjonijiet mill-Indja, u tissepara kull wieħed minn dawn mill-effetti allegatament dannużi tal-importazzjonijiet Ċiniżi permezz ta' analiżi segmentata skont kull Stat Membru u skont il-ħadid griż, il-prodott Indjan, u l-ħadid duttili, il-prodott Ċiniż. |
|
(194) |
Il-Kummissjoni qieset li għar-raġunijiet diġà spjegati fil-premessa 199 tar-Regolament proviżorju, ma hemm ebda ħtieġa li ssir analiżi segmentata għall-eżami ta' jekk l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ ikkawżawx dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni nnutat li ż-żieda relattiva fis-sehem mis-suq tal-Unjoni miżmuma mill-importazzjonijiet mill-Indja hija kemxejn ogħla milli għar-RPĊ tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni iżda f'termini assoluti l-volumi tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tal-Indja huma ferm anqas mill-volumi tal-importazzjonijiet u mis-sehem mis-suq tar-RPĊ tul l-istess perjodu u matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(196) |
Il-Kummissjoni nnutat li fuq il-bażi tal-volumi assoluti hija ma tistax tikkonkludi li t-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni hu kompletament dovut għaż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indjani. |
|
(197) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-affermazzjoni tas-CCCME rigward l-evoluzzjoni tal-volumi tal-importazzjonijiet mill-2014 sal-perjodu ta' investigazzjoni hi f'kontradizzjoni mal-fatti. Il-volumi tal-importazzjonijiet kemm mill-Indja kif ukoll mir-RPĊ evolvew bl-istess mod meta mqabbla mal-evoluzzjoni tal-produzzjoni u tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(198) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrikonoxxiet it-twaqqigħ tal-prezz mill-Indja u kkonfermat il-konklużjoni tagħha fil-premessa 179 tar-Regolament proviżorju li d-differenzi fil-prezzijiet medji mhumiex indikattivi billi t-taħlita tal-prodott bejn l-importazzjonijiet mill-Indja u mir-RPĊ kienet differenti. |
|
(199) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME affermat li ma kellhiex l-informazzjoni li kienet tippermettilha tikkummenta dwar id-differenzi fil-prezzijiet li kienu jkunu indikattivi skont il-Kummissjoni u, għaldaqstant, ma qablitx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni. |
|
(200) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li meta titqies l-evoluzzjoni tal-volumi tal-importazzjonijiet, tas-sehem mis-suq u tal-prezzijiet, l-importazzjonijiet Indjani setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, wieħed ma jistax jassumi li l-importazzjonijiet mill-Indja kienu l-unika raġuni għas-sitwazzjoni li kienet qed tiddeterjora tal-industrija tal-Unjoni. Kieku, ipotetikament, kellu jiġi eliminat l-effett tal-importazzjonijiet mill-Indja, kieku l-importazzjonijiet mir-RPĊ jibqgħu kawża indipendenti tad-dannu fihom innifishom. B'mod partikolari, il-livell tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni hu ferm aktar sinifikanti (aktar minn tliet darbiet ogħla) mil-livell tal-importazzjonijiet mill-Indja matul l-istess perjodu. |
|
(201) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu probabbli li l-importazzjonijiet mill-Indja setgħu kkontribwixxew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, dawn l-importazzjonijiet ma kissrux ir-rabta ta' kawżalità bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ minħabba l-volumi u s-sehem mis-suq inferjuri tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li kull effett mill-importazzjonijiet mill-Indja mhuwiex attribwit lir-RPĊ, billi l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kkalkolat għall-implimentazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri jqis biss l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. |
|
(202) |
Il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 175 sa 182 tar-Regolament proviżorju għar-raġunijiet imsemmija aktar 'il fuq u b'dan tiċħad l-affermazzjonijiet li għamlet is-CCCME. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(203) |
L-FCI ppreżentat li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet affettwata b'mod negattiv mill-esportazzjonijiet akbar mill-industrija tal-Unjoni lil pajjiżi terzi bi prezzijiet anqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni tagħhom. |
|
(204) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi kienu jammontaw biss għal madwar 10 % mill-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi seta' kellhom biss effett marġinali fuq is-sitwazzjoni ta' dannu tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni, u għalhekk ma setgħux ikissru r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(205) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI talbet spjegazzjoni mill-Kummissjoni dwar kif il-kombinazzjoni ta' żieda fl-esportazzjonijiet bi prezzijiet baxxi ħafna ma kenitx kapaċi tkisser ir-rabta ta' kawżalità bejn id-dannu allegat imġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. L-FCI affermat li kieku l-industrija tal-Unjoni ma begħitx il-prodotti tagħha lil swieq terzi u minflok biegħet dik il-parti tal-output domestikament, bi prezzijiet tal-Unjoni medji, hija setgħet ittejjeb il-profitt tagħha bi 17,20 %. |
|
(206) |
Il-Kummissjoni nnutat li s-suppożizzjoni tal-FCI li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jbigħu l-prodotti li esportaw fis-suq tal-Unjoni għall-istess prezz li bih ibigħu fl-Unjoni ma hija bbażata fuq l-ebda evidenza u hija sempliċiment spekulazzjoni. L-ewwel nett, il-prezzijiet fl-industrija tal-Unjoni jinsabu taħt pressjoni minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ. It-tieni nett, skont il-liġi fundamentali ekonomika tal-provvista u tad-domanda, żieda fil-provvista tnaqqas il-prezz tal-prodott. Barra minn hekk, it-taħlita tal-prodotti tal-prodotti esportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun tista' tkun differenti mill-produzzjoni medja tagħhom u mill-ispiża korrispondenti tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni tal-FCI li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jtejbu l-marġni ta' profitt tagħhom billi jbigħu l-esportazzjonjiet tagħhom fis-suq tal-Unjoni. |
5.2.3. Kontrazzjoni fid-domanda
|
(207) |
L-FCI ppreżentat evidenza li skont din l-għeluq tal-fonderiji msemmija fil-premessa 190 tar-Regolament proviżorju jinħtieġ li jkunu attribwixxew għal fatturi għajr iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. |
|
(208) |
Il-Kummissjoni tinnota li rigward l-ACO, l-informazzjoni disponibbli pubblikament indikat li l-pressjoni fuq il-prezzijiet u l-kompetizzjoni mir-RPĊ kienu wħud mir-raġunijiet għall-għeluq tal-fonderija tal-Unjoni. Rigward il-każijiet l-oħra ta' għeluq, l-FCI ma pprovdiet ebda prova konklużiva dwar ir-raġunijiet għall-għeluq. F'kull każ, mhumiex dawn il-każijiet ta' għeluq li niżżlu l-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għax dawn jirriflettu telf fil-kompetizzjoni fis-suq intra-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad din is-sottomissjoni u tibqa' tal-fehma li dawn il-każijiet ta' għeluq ikkoinċidew mad-dannu mġarrab mill-Unjoni u, għalhekk, ma jkissrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(209) |
Is-CCCME affermat li kien ikun aħjar li kieku l-Kummissjoni sseparat u għamlet distinzjoni bejn l-effett dannuż tat-tnaqqis fil-konsum u l-effetti allegatament dannużi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ billi hu ċar li meta tiġi kkunsidrata l-evoluzzjoni tal-bejgħ u tal-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, dan it-tnaqqis ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(210) |
Barra minn hekk, is-CCCME affermat li billi ż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ ma tikkoinċidix mat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, ma hemm ebda bażi fattwali għall-allegazzjoni tal-Kummissjoni li billi ż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ hi ogħla mit-tnaqqis fil-konsum u fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fid-domanda ma jistax ikisser ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(211) |
Il-Kummissjoni tinnota li għall-kuntrarju ta' dak li affermat is-CCCME, iż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ ma tikkoinċidix mat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni meta jiġi kkunsidrat il-perjodu sħiħ tal-valutazzjoni tad-dannu. |
|
(212) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad din l-affermazzjoni u tikkonferma l-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 189 sa 191 tar-Regolament proviżorju. |
5.2.4. Segmentazzjoni fis-suq tal-Unjoni
|
(213) |
L-FCI ddikjarat li l-istandards nazzjonali u r-rekwiżiti differenti fil-livell tal-Istati Membri jaqsmu l-Unjoni f'diversi swieq nazzjonali għall-oġġetti tal-ħadid fondut. |
|
(214) |
Il-Kummissjoni nnotat li minkejja l-eżistenza ta' standards nazzjonali għal tipi ta' prodotti differenti, il-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi wkoll jistgħu jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti nazzjonali relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.2.5. Evoluzzjoni teknika tal-prodott investigat
|
(215) |
L-FCI ddikjarat li l-piż tal-oġġetti mibjugħa kien naqas u, għalhekk, volum tal-produzzjoni ekwivalenti f'tunnellati juri numru akbar ta' oġġetti mibjugħa. Skont l-FCI, nuqqas ta' żieda fil-profitti u fis-sehem mis-suq jinħtieġ li jiġi attribwit għal tibdil strutturali fit-teknoloġija u fil-proċessi tal-produzzjoni aktar milli għall-kompetizzjoni ma' prodotti mmanifatturati fir-RPĊ. |
|
(216) |
Il-Kummissjoni tinnota li fuq il-bażi tad-dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, hi ma setgħetx tistabbilixxi xi tnaqqis sinifikanti fil-piż matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(217) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI allegat li kien hemm tnaqqis ġenerali fil-piż tal-oġġetti tal-ħadid fondut. Il-fatt li l-volumi tal-produzzjoni fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienu ekwivalenti għas-sitwazzjoni prevalenti fl-2013 (96 %) juri li l-industrija tal-Unjoni kienet meħtieġa żżid l-għadd ta' oġġetti mibjugħa. Għaldaqstant, jinħtieġ li kull ħsara tiġi attribwita għal tibdil strutturali fit-teknoloġija u fil-proċessi tal-produzzjoni aktar milli għall-kompetizzjoni ma' prodotti mmanifatturati fir-RPĊ. |
|
(218) |
Il-Kummissjoni kienet talbet lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mhux biss għad-dejta kollha f'tunnellati prodotti, iżda anki f'biċċiet prodotti. Din id-dejta vverifikata ma wriet l-ebda tnaqqis sinifikanti fil-piż tal-prodott simili. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma qablitx mal-FCI fl-affermazzjoni tagħha li l-industrija tal-Unjoni kienet meħtieġa żżid l-għadd ta' oġġetti mibjugħa. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(219) |
Is-CCCME affermat li minkejja t-twaqqigħ allegat tal-prezz fil-perjodu ta' investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm is-sehem mis-suq tagħha, xi ħaġa li diffiċli tiġi rrikonċiljata ma' sejba ta' rabta ta' kawżalità. |
|
(220) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'mod konsiderevoli. Hi sabet ukoll twaqqigħ sinifikanti tal-prezz. Għaldaqstant, hi ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(221) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME tenniet l-affermazzjoni tagħha li ma hemm l-ebda koinċidenza fiż-żmien bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u d-dannu allegat imġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Is-CCCME enfasizzat li d-dejta wriet li hemm koinċidenza fiż-żmien bejn l-indikaturi tal-ħsara inkwistjoni u l-evalwazzjoni tal-konsum, li hija affermat li kienet tidher li hi l-kawża attwali ta' xi dannu allegat. Kompliet tafferma li dan, min-naħa l-oħra, kellu impatt fuq indikaturi tad-dannu oħra bħall-profittabbiltà. Fl-aħħar nett, is-CCCME affermat li, fl-analiżi tad-dannu u tar-rabta ta' kawżalità tagħha, il-Kummissjoni kellha tqis ix-xejriet fl-importazzjonijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minflok sempliċiment tqabbel il-punti ta' wasla kif iddikjarat mill-Korp tal-Appell (4). |
|
(222) |
B'kuntrast għar-Rapport tal-Korp tal-Appell, fejn ma saret l-ebda analiżi tax-xejriet iżda paragun bejn il-punt ta' tluq u ta' wasla tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni biss, fil-każ inkwistjoni l-Kummissjoni wettqet analiżi bir-reqqa tax-xejriet prevalenti li seħħew matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, inkluż bejn kull sena ta' dak il-perjodu. Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni sabet koinċidenza fiż-żmien bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u d-dannu mġarrba mill-industrija tal-Unjoni fuq il-bażi ta' dak il-perjodu. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(223) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, is-CCCME affermat għall-ewwel darba matul l-investigazzjoni li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni seta' kien awtoinflitt billi diversi produtturi tal-Unjoni bdew jissostitwixxu l-bejgħ tagħhom stess tal-prodott simili mal-bejgħ tal-prodotti komposti, li jipproduċu huma wkoll, u ssuġġerixxiet li kellha titqies il-kompetizzjoni minn dawn il-prodotti, billi din setgħet tkisser l-allegata rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu allegatament imġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(224) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni billi s-CCCME, ħlief għal sempliċi fuljett tal-prodotti mingħand wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, ma ssostanzjatha bl-ebda evidenza konklużiva. Fuq kollox, is-sejbiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq id-dejta relatata mal-prodott investigat. |
|
(225) |
Wara divulgazzjoni finali, l-ilmentaturi komplew itennu li l-bejgħ tal-prodotti mħallta huwa minimu u jirrappreżenta inqas minn 1 % tan-negozju tagħhom. Għalhekk, l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(226) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 202 sa 205 tar-Regolament proviżorju. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
6.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(227) |
L-FCI ddikjarat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma kellhomx l-effett ta' tniżżil tal-prezzijiet domestiċi għall-prodott investigat tal-industrija tal-Unjoni, billi l-prezzijiet Ċiniżi żdiedu b'mod notevoli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'mod progressiv fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni u din ix-xejra segwiet tnaqqis ġenerali fil-kost unitarju tal-produzzjoni, li kien fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(228) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din il-preżentazzjoni, għaliex l-importazzjonijiet mir-RPĊ, anki wara ż-żieda fil-prezz tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kienu għadhom qed iwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, għalhekk, ibaxxu l-prezzijiet fl-Unjoni. Dan hu appoġġat mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li kien akbar mit-tnaqqis fil-kost unitarju tal-produzzjoni. Għaldaqstant, hu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li twaqqaf it-tali tnaqqis fil-prezz dovut għall-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi. |
|
(229) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI ppreżentat li l-produtturi tal-Unjoni jġibu parti mill-firxa ta' prodotti tagħhom mir-RPĊ. B'riżultat ta' dan, l-impożizzjoni ta' dazju proviżorju fuq ir-RPĊ qed tikkawża problemi wkoll għall-produtturi tal-Unjoni. |
|
(230) |
Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni dan l-aħħar għamel investiment kbir għall-iżvilupp ta' fonderija ġdida fl-Istati Uniti; l-impożizzjoni ta' dazju definittiv se jwassal għal żieda fl-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u għall-konsolidazzjoni tal-pożizzjoni dominanti ta' dan il-produttur tal-Unjoni fis-suq tal-Unoni għall-oġġetti ta' ħadid fondut għad-detriment tal-kompetizzjoni ħielsa u ġusta. |
|
(231) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping tista' taffettwa lill-parteċipanti kollha fis-suq tal-Unjoni, inkluż il-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, wara divulgazzjoni finali, l-ilmentaturi u produttur ta' sostenn ippreżentaw li huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jiġi impost dazju definittiv li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi fis-suq. |
|
(232) |
Matul iż-żjara ta' verifika għand il-produttur imsemmi fil-premessa 230, il-kumpanija infurmat lill-Kummissjoni li l-investiment fl-Istati Uniti sar biex jinbidel impjant diġà eżistenti. Billi l-FCI ma ġabet l-ebda evidenza ta' sostenn għall-affermazzjoni tagħha li dan il-produttur se juża dan l-investiment biex iżid l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(233) |
L-ilmentaturi affermaw li jekk ir-rati tad-dazju definittiv jitnaqqsu għal-livelli proposti fid-divulgazzjoni finali, dawn ma jkunux kapaċi jikkompetu mal-importazzjoni li huma l-oġġett ta' dumping, billi l-importaturi tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ għadhom kapaċi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni minkejja l-impożizzjoni tad-dazju proviżorju ta' medja ta' 33 %. |
|
(234) |
Il-miżuri antidumping huma stabbiliti fil-livell meħtieġ biex jitneħħa l-effett tad-dumping dannuż. Għaldaqstant, huwa possibbli li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet għadhom jikkompetu mal-prezz tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni, b'mod partikulari billi d-dazju antidumping proviżorju impost fuq il-marġnijiet tad-dumping instabu li huma aktar baxxi mil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
6.2. Interess tal-importaturi mhux relatati
|
(235) |
L-FCI ddikjarat li l-Kummissjoni ssottovalutat ir-rwol u l-impjiegi maħluqa minn konsorzju kbir ta' SMEs Ewropej fis-suq għall-prodott ikkonċernat. |
|
(236) |
Il-Kummissjoni nnutat li fl-investigazzjoni hi sabet li l-importaturi mhux relatati jġarrbu ċerti spejjeż għad-disinn, għaċ-ċertifikazzjoni u għar-RuŻ tal-prodott ikkonċernat u għalhekk iddeċidew li jaġġustaw il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kif xieraq skont kif indikat fil-premessi minn 119 sa (122) aktar 'il fuq. Madankollu, anki wara t-tali aġġustament, it-tnaqqis u l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu jibqgħu sinifikanti. |
|
(237) |
L-FCI ddikjarat li l-Kummissjoni mhix qed tqis l-importanza taċ-ċertifikazzjonijiet għall-prodott ikkonċernat u l-preżenza ta' kuntratti ta' terminu twil. |
|
(238) |
Il-Kummissjoni nnutat li ma sabet ebda evidenza tal-eżistenza ta' kuntratti ta' terminu twil bħal dawn matul l-investigazzjoni. L-ispejjeż għaċ-ċertifikazzjonijiet għall-prodott ikkonċernat huma integrati fl-aġġustament li sar għall-ispejjeż tar-RuŻ fil-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-eliminazzjoni tad-dannu. |
|
(239) |
In-numru totali ta' impjegati tal-kumpaniji membri tal-FCI hu stmat għal madwar 1 200 għal importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha, u b'hekk il-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ biss se jkollhom impatt potenzjali fuq numru iżgħar ta' impjegati. |
|
(240) |
L-FCI ddikjarat li filwaqt li l-industrija tal-Unjoni xorta tista' żżomm il-livelli attwali ta' impjiegi tagħha anki fil-preżenza tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ, ħafna mill-kumpaniji membri tal-FCI se jkunu mġiegħla jagħlqu jew jagħtu s-sensja lill-ħaddiema jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li timponi dazju antidumping definittiv. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument billi l-FCI naqset milli tissostanzja l-affermazzjoni tagħha b'xi evidenza jew analiżi li kkawżaw għeluq jew tnaqqis fl-impjiegi. Għall-kuntrarju, fid-dawl tal-livell sinifikanti ta' twaqqigħ tal-prezz, minkejja l-effett ta' kwalunkwe dazju definittiv il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi se jibqgħu anqas kompetittivi mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u ma jwasslux għal għeluq u għal tnaqqis fl-impjiegi bħal dawn. |
|
(242) |
L-FCI ddikjarat li l-importaturi mhux relatati ma jistgħux isibu sorsi alternattivi ta' provvista faċilment u f'perjodu qasir u l-produtturi tal-Unjoni mhux se jbigħu l-prodott investigat lill-importaturi mhux relatati, billi jinsabu f'kompetizzjoni diretta ma' xulxin. |
|
(243) |
Rigward l-argumenti li l-impożizzjoni ta' miżuri tista' twassal għal nuqqas tal-provvista tal-prodott investigat, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-objettiv tal-miżuri antidumping mhuwiex li jingħalaq is-suq tal-Unjoni għal kull importazzjoni, iżda li jitreġġa' lura l-kummerċ ġust billi jitneħħa l-effett tad-dumping dannuż. Għalhekk, jinħtieġ li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma jiqfux, iżda se jkomplu, però bi prezzijiet ġusti. |
|
(244) |
Fl-istess ħin, ma jistax jiġi eskluż fil-prattika li l-miżuri kontra r-RPĊ ma jkollhomx effett. Madankollu, kif spjegat fil-premessa 220 tar-Regolament proviżorju, l-importaturi mhux relatati jistgħu potenzjalment jirrikorru għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-importaturi mhux relatati mhumiex esklużivament dipendenti fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, iżda matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni xtraw il-prodott investigat ukoll mingħand produtturi f'pajjiżi terzi oħra, bħall-Indja, it-Turkija u l-Brażil. Il-Kummissjoni nnotat ukoll importazzjonijiet oħra mill-Vjetnam, mill-Eġittu u mill-Ukrajna. |
|
(245) |
Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità żejda disponibbli, billi hi kienet qed topera b'livell ta' użu tal-kapaċità ta' madwar 50 %. L-FCI naqset milli tippreżenta xi evidenza biex tappoġġa l-allegazzjoni li l-industrija tal-Unjoni mhix se tbigħ il-prodott investigat lill-importaturi mhux relatati. |
|
(246) |
Wara divulgazzjoni finali, l-FCI rritornat għall-kwistjoni tas-sigurtà tal-provvista, u ddikjarat li l-produtturi tal-Unjoni qatt ma qablu u qatt ma huma se jaqblu biex jipproduċu oġġetti fonduti f'isem il-kumpaniji membri tal-FCI. Il-kumpaniji membri tal-FCI kkuntattjaw diversi fonderiji fl-Unjoni u dawn kollha rrifjutaw li jipprovdu materjali ta' provvista prodotti skont il-forom tagħhom jew iddikjaraw li ma kinux disponibbli biex jipproduċu oġġetti ta' ħadid fondut għad-dimensjonijiet kollha mitluba. |
|
(247) |
Rigward bidla possibbli għal pajjiżi terzi, l-FCI ddikjarat li l-ebda pajjiż imsemmi f'dan ir-Regolament ma jirrappreżenta alternattiva vijabbli għar-RPĊ. L-Indja u t-Turkija mhumiex alternattivi raġonevoli. Huma esportaw biss kwantitajiet limitati tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni. B'mod partikulari, il-produtturi fl-Indja kważi esklużivament jipproduċu ħadid fondut griż, filwaqt li l-produtturi fir-RPĊ jipproduċu l-aktar ħadid fondut duttili. Kważi 30 000 tunnellata ta' oġġetti tal-ħadid fondut ġew impurtati minn pajjiżi terzi għajr l-Indja matul il-perjodu ta' investigazzjoni, għaldaqstant skont l-FCI huwa inkonċepibbli li jibdew jiġu prodotti biżżejjed volumi ta' oġġetti fonduti f'perjodu ta' żmien raġonevoli f'pajjiżi oħra għajr ir-RPĊ. Barra minn hekk, kull bidla fis-sors tal-importazzjonijiet għall-prodott ikkonċernat tfisser spejjeż addizzjonali għall-importaturi mhux relatati. L-investiment kollu fil-forom sjieda tal-produtturi fir-RPĊ ma jistgħux jintużaw xi mkien ieħor u għaldaqstant jitilfu l-valur tagħhom jekk jiġi impost dazju definittiv. Barra minn hekk, kull bidla tal-produzzjoni teħtieġ iż-żmien u dan id-dewmien jirriżulta fi tluq ta' importaturi mhux relatati mis-suq tal-Unjoni. |
|
(248) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-FCI ma pprovdiet l-ebda evidenza li tappoġġa l-affermazzjoni li l-produtturi tal-Unjoni qatt ma huma se jaqblu li jipproduċu oġġetti fonduti f'isem il-kumpaniji membri tal-FCI. |
|
(249) |
Min-naħa l-oħra, wara divulgazzjoni finali, l-ilmentaturi ppreżentaw li huma lesti li jfornu lill-importaturi u pprovdew evidenza li huma diġà jagħmluh dan. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(250) |
Il-fatt li kienu jeżistu biss importazzjonijiet limitati matul il-perjodu ta' investigazzjoni minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ ma jeskludix il-possibbiltà li l-produzzjoni tiċċaqqlaq lejn pajjiżi terzi oħra. Barra minn hekk, il-miżuri ma għandhomx l-objettiv li jagħlqu s-suq tal-Unjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda li jreġġgħu lura l-kummerċ ġust billi jneħħu l-effett ta' dumping dannuż. Billi r-rati ta' dazju definittiv jinsabu taħt il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu u saħansitra taħt il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha inklużi fil-kampjun, dawn mhumiex mistennija li jkollhom effett projbittiv fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ. Dan huwa appoġġat mill-istatistika ta' importazzjonijiet sa mill-impożizzjoni ta' miżuri antidumping proviżorji, u din għadha turi importazzjonijiet sinifikanti mir-RPĊ. |
|
(251) |
Għaldaqstant, l-ispejjeż addizzjonali implikati marbuta ma' bidla potenzjali fil-produzzjoni huma primarjament suġġestivi u mhux marbuta b'mod inerenti mal-impożizzjoni ta' miżuri antidumping. |
|
(252) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet kollha li għamlet l-FCI rigward is-sigurtà tal-provvista. |
6.3. Interess tal-utenti
|
(253) |
L-FCI ddikjarat li l-miżuri jkunu jmorru kontra l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet differenti mitluba mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-entitajiet privati li huma dipendenti fuq l-importazzjonijiet minn importaturi mhux relatati, speċjalment f'reġjuni mhux qrib biżżejjed tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(254) |
Il-Kummissjoni tenniet li l-utenti finali ma jistgħux jibbażaw fuq prezzijiet oġġett ta' dumping għas-skapitu tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li diġà hemm kummerċ intra-UE tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili, inkluż lejn reġuni li ma jinsabux qrib il-produtturi tal-Unjoni. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(255) |
Fil-qosor, l-ebda argument ippreżentat mill-partijiet interessati ma juri li hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. |
|
(256) |
Kull effett negattiv fuq l-importaturi mhux relatati ma jistax jiġi kkunsidrat sproporzjonat u hu mmitigat mid-disponibbiltà tas-sorsi alternattivi tal-provvista, kemm minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-industrija tal-Unjoni. L-effetti pożittivi tal-miżuri antidumping fuq is-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, jegħlbu l-effett potenzjalment negattiv fuq il-gruppi ta' interess l-oħra. |
|
(257) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessa 226 tar-Regolament proviżorju. |
7. TERMINAZZJONI U MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
|
(258) |
Fid-dawl tal-fatt li ma kien ġie stabbilit ebda dumping, il-proċediment fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja għandu jiġi tterminat. |
7.1. Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għar-RPĊ
|
(259) |
L-ilmentaturi ddikjaraw li huma ma kinux jaqblu ma' profittabbiltà ta' 5,3 % użata fil-valutazzjoni tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu. Dawn affermaw li l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kienet tammonta għal madwar 10 % fl-2006. Madankollu, il-profittabbiltà użata fil-valutazzjoni tad-dannu hi waħda miksuba mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-2013. |
|
(260) |
Kif spjegat fil-premessa 231 tar-Regolament proviżorju, il-livell ta' profitt tal-2013 jirrifletti dak li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli fil-kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, dan il-profitt fil-mira hu konformi mal-perċentwal propost mill-ilmentaturi għall-kalkoli tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa' fl-ilment tagħhom. |
|
(261) |
L-FCI ddikjarat li l-valutazzjoni proviżorja tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu hi qarrieqa, billi din tqabbel il-prezzijiet tal-prodotti mibjugħa mill-fonderiji Ċiniżi lill-importaturi fl-Unjoni ma' dak tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni lill-klijenti finali u ma tiħux f'kunsiderazzjoni l-ispejjeż imġarrba esklużivament mill-importaturi mhux relatati. Spejjeż bħal dawn jinkludu l-ispejjeż tar-RuŻ, spejjeż għall-ħolqien ta' mudelli u ta' prototipi, spejjeż ta' ċertifikazzjoni, spejjeż ta' omologazzjoni, verifiki tal-kwalità u verifiki tal-konformità, spejjeż tal-ħżin, u spejjeż tal-bejgħ. |
|
(262) |
Il-Kummissjoni vverifikat din id-dejta u ddeċidiet li taġġusta l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz (ara l-premessi minn 119 sa 122 aktar 'il fuq) u l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għat-tali spejjeż, billi aġġustat 'l isfel il-prezzijiet mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni filwaqt li ħadet l-ispejjeż medji ponderati tar-RuŻ fuq il-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Minbarra dan, sar aġġustament fil-prezz tal-importazzjonijiet għall-ispejjeż ivverifikati ta' wara l-importazzjoni. |
7.2. Miżuri definittivi għar-RPĊ
|
(263) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jinħtieġ li jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġni tad-dumping, f'konformità mar-regola tad-dazju l-aktar baxx. |
|
(264) |
Fuq il-bażi ta' hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġi impost id-dazju antidumping definittiv huma stabbiliti kif jidhru fit-Tabella 3 hawn taħt: Tabella 3 Marġni ta' dumping, livell ta' eliminazzjoni tad-dannu u rata ta' dazju
|
|
(265) |
Ir-rati ta' dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u maħdum mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, bl-isem u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(266) |
Jinħtieġ li kull affermazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (pereż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (5) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kull tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat, assoċjat pereżempju ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali. |
|
(267) |
Sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji ta' żgiċċar mill-miżuri, minħabba d-differenza kbira fir-rati ta' dazju, jinħtieġu miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. Il-kumpaniji b'dazji antidumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) hawnhekk. Jinħtieġ li l-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(268) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, ir-rata ta' dazju tal-“kumpaniji l-oħra kollha” jinħtieġ li ma tapplikax biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx iżda anki għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni sakemm dawn tal-aħħar ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. |
|
(269) |
Grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw, flimkien mas-CCCME offrew impenn konġunt fuq il-prezz skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Din l-offerta ta' impenn qed tiġi evalwata. |
|
(270) |
Fid-dawl tal-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (6), huwa xieraq li iġi pprovdut għall-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħalla f'każ ta' rimborż ta' dazji definittivi, għax id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali ma jiprovdux għal din ir-rata tal-imgħax, u l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali twassal għal distorsjonijiet mhux dovuti bejn l-operaturi ekonomiċi skont liema Stat Membru jintgħażel għall-iżdoganar tal-merkanzija. |
7.3. Offerta ta' impenn fuq il-prezz
|
(271) |
Wara divulgazzjoni finali, is-CCCME u 64 produttur esportatur ippreżentaw offerta ta' impenn fuq il-prezz skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. |
|
(272) |
Il-Kummissjoni evalwat din l-offerta u kkonkludiet li l-aċċettazzjoni ta' dan l-impenn ma jkunx prattiku fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku fuq il-bażi ta' dawn l-elementi:
|
|
(273) |
Is-CCCME u l-produtturi esportaturi kkonċernati kif ukoll l-industrija tal-Unjoni ġew infurmati bir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni kienet beħsiebha tirrifjuta l-offerta ta' impenn. L-industrija tal-Unjoni esprimiet il-qbil tagħha maċ-ċaħda. |
|
(274) |
Is-CCCME ppreżentat ċerti kummenti u suġġerimenti b'reazzjoni għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-offerta tal-impenn. Is-CCCME offriet li tuża prezz ta' importazzjoni minimu medju abbażi tal-aktar tipi ta' prodotti għaljin, biex tillimita l-esportazzjonijiet ta' prodotti oħra u biex tiddefinixxi xi kriterji ta' eliġibbiltà sabiex tnaqqas l-għadd ta' produtturi esportaturi li pparteċipaw fl-impenn. Madankollu, għalkemm dawn is-suġġerimenti setgħu jtaffu kemxejn ċerti riskji ta' monitoraġġ, dawk li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-għadd ta' produtturi esportaturi u r-riskju inerenti marbut mal-affidabbiltà tar-rekords kontabilistiċi ma setgħux jiġu vvalutati mill-Kummissjoni billi ma kinux preċiżi biżżejjed biex jiffurmaw offerta riveduta. Barra minn hekk, ir-restrizzjoni tal-produtturi esportaturi parteċipanti jistgħu jwasslu għat-trasferiment tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi mhux parteċipanti permezz ta' dawk parteċipanti. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li impenn simili li jkopri għadd ħafna iżgħar ta' produtturi esportaturi kien soġġett għal ksur ripetut u eventwalment tneħħa fil-passat. Għaldaqstant, b'mod ġenerali, il-kummenti u s-suġġerimenti tas-CCCME ma bidlux il-valutazzjoni tal-Kummissjoni. |
7.4. Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji
|
(275) |
Fid-dawl tal-marġini tad-dumping li nstabu u minħabba l-livell ta' dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju impost bir-Regolament proviżorju jenħtieġ li jinġabru b'mod definittiv. |
|
(276) |
Ir-rati definittivi ta' dazju huma anqas mir-rati proviżorji ta' dazju. B'hekk, l-ammonti miġbura li jeċċedu r-rata definittiva ta' dazju antidumping jinħtieġ li jiġu rilaxxati. |
|
(277) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament(UE) 2016/1036 ma ta l-ebda opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju antidumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti ta' ħadid fondut bil-grafit lamellari (ħadid griż) jew ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet minnhom li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7325 10 00 (kodiċi TARIC 7325100031) u ex 7325 99 10 (kodiċi TARIC 7325991051) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Dawn l-oġġetti huma ta' tip użat għal:
|
— |
kopertura tal-art jew sistemi ta' taħt il-wiċċ, u/jew fetħiet f'sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ, u wkoll |
|
— |
aċċess għal sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ u/jew jipprovdu ħarsa lejn is-sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ. |
L-oġġetti jistgħu jkunu maħdumin bil-magni, miksijin, miżbugħin u/jew iffitjati b'materjali oħra bħal iżda mhux limitati għal konkrit, ċangaturi jew madum.
It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:
|
— |
spralli tal-kanali u uċuħ fonduti soġġetti għall-istandard EN 1433, biex jitwaħħlu bħala komponent fuq kanali tal-polimeru, tal-plastik, tal-azzar galvanizzat jew tal-konkrit li jippermettu l-fluss tal-ilma tas-superfiċje għal ġol-kanal; |
|
— |
toqob tal-iskular tal-art, toqob tal-iskular tal-bjut, cleanouts u għotjien tal-cleanouts, soġġetti għan-norma EN 1253; |
|
— |
turġien tal-ħadid, vireg tal-irfigħ, u idraturi tan-nirien. |
2. Ir-rati ta' dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory |
15,5 |
C221 |
|
Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd. |
31,5 |
C222 |
|
Fengtai (Handan) Alloy Casting Co., Ltd. |
38,1 |
C223 |
|
Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd. |
21,3 |
C224 |
|
Shijiazhuang Transun Metal Products Co., Ltd. |
25,0 |
C225 |
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
25,4 |
Ara l-Anness |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
38,1 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' ċerti oġġetti fonduti mibjugħa sabiex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ. L-imgħax ta' inadempjenza li għandu jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt ta' ħlas ta' imgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali għall-operazzjonijiet ta' rifinazjament prinċipali tagħhom, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih jiskadi, b'żieda ta' punt perċentwali wieħed.
Artikolu 2
L-ammonti ggarantiti bid-dazju antidumping proviżorju skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1480 għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju tal-antidumping se jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
|
— |
ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016), |
|
— |
ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew mill-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, |
|
— |
esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, |
L-Artikolu 1(2) għandu jiġi emendat, wara li l-partijiet kollha interessati jkunu ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw, billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħadd mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għaldaqstant soġġetti għar-rata ta' dazju ta' medja ponderata.
Artikolu 4
Il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fl-Indja huwa b'dan terminat.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1480 tas-16 ta' Awwissu 2017 li jimponi dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjoni ta' ċerti oġġetti ta' ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 211, 17.8.2017, p. 14).
(3) Is-sentenza tad-19 ta' Settembru 2013, il-Kawża C-15/12 P Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials v Council, EU:C:2013:572, il- paragrafi 34-35 tagħha.
(4) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell fi United States — Measures Affecting Imports of Certain Passenger Vehicle and Light Truck Tyres from China, WT/DS/399/AB/R, il-paragrafu 220.
(5) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Brussels, Belgium.
(6) Is-Sentenza Wortmann, C-365/15, EU:C:2017:19, il-paragrafi minn 35 sa 39.
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
|
Isem |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Baoding City Maikesaier Casting Ltd. |
C226 |
|
Baoding GB Metal Products Co., Ltd. |
C232 |
|
Baoding Hualong Casting Co., Ltd. |
C233 |
|
Baoding Shuanghu Casting Co., Ltd. |
C234 |
|
Bo Tou Chenfeng Casting Co., Ltd. |
C235 |
|
Botou City Minghang Casting Co., Ltd. |
C236 |
|
Botou City Qinghong Foundry Co., Ltd. and the related company Cangzhou Qinghong Foundry Co., Ltd. |
C237 |
|
Botou City Simencun Town Bai Fo Tang Casting Factory |
C238 |
|
Botou Dongli Foundry Co., Ltd. |
C239 |
|
Botou GuangTai Precision Casting Factory |
C240 |
|
Botou Mancheng Foundry Co., Ltd. |
C241 |
|
Botou Okai Foundry Co., Ltd. |
C242 |
|
Botou Sanjiang Casting Co., Ltd. |
C243 |
|
Botou TongYang Casting Factory |
C244 |
|
Botou Weili Precision Casting Co., Ltd. |
C245 |
|
Botou Xinrong Foundry Co., Ltd. |
C246 |
|
Botou Zhengxin Foundry Co., Ltd. |
C247 |
|
Cangzhou Hongyuan Machinery & Foundry Co., Ltd. |
C248 |
|
Cangzhou Yadite Casting Machinery Co., Ltd. |
C249 |
|
Changsha Jinlong Foundry Industry Co., Ltd. |
C250 |
|
Changyi City ChangZhan Casting Co., Ltd. |
C251 |
|
China National Minerals Co., Ltd. |
C252 |
|
Dingxiang Sitong Forging and Casting Industrial |
C253 |
|
Dingzhou Dongyu Foundry Co., Ltd. |
C254 |
|
Handan City Jinzhu Foundry Co., Ltd. |
C255 |
|
Handan Haolin Casting Co., Ltd. |
C256 |
|
Handan Qunshan Foundry Co., Ltd. |
C257 |
|
Handan Yanyuan Machinery Foundry Co., Ltd. |
C258 |
|
Handan Yuanyang Foundry Co.,Ltd |
C259 |
|
Handan Zhangshui Pump Manufacturing Co., Ltd. |
C260 |
|
Hebei Cheng'An Babel Casting Co., Ltd. |
C261 |
|
Hebei Feixiang East Foundry Products Co., Ltd. |
C262 |
|
Hebei Jinghua Casting Co., Ltd. |
C263 |
|
Hebei Shunda Foundry Co., Ltd. |
C264 |
|
Hebei Tengfeng Metal Products Co., Ltd. |
C265 |
|
Hebei Zhonghe Foundry Co., Ltd. |
C266 |
|
Hengtong Valve Co.,LTD |
C267 |
|
Heping Cast Co., Ltd. Yi County |
C268 |
|
Jiaocheng County Honglong Machinery Manufacturing Co., Ltd. |
C269 |
|
Jiaocheng County Xinlei Machinery Manufacturing Co., Ltd. |
C270 |
|
Jiaocheng County Xinxing Casting Co., Ltd. |
C271 |
|
Laiwu City Haitian Machinery Plant |
C272 |
|
Laiwu Xinlong Weiye Foundry Co., Ltd. |
C273 |
|
Lianyungang Ganyu Xingda Casting Foundry |
C274 |
|
Lingchuan County Rainbow Casting Co., Ltd. |
C275 |
|
Lingshou County Boyuan Foundry Co., Ltd. |
C276 |
|
Pingyao County Master Casting Co., Ltd. |
C277 |
|
Qingdao Jiatailong Industrial Co.,Ltd |
C278 |
|
Qingdao Jinfengtaike Machinery Co., Ltd. |
C279 |
|
Qingdao Qitao Casting Co., Ltd. |
C280 |
|
Qingdao Shinshu Casting Co., Ltd. |
C281 |
|
Qingyuanxian Yueda Fountry Co., Ltd. |
C282 |
|
Rockhan Technology Co., Ltd. |
C283 |
|
Shahe City Fangyuan Casting Co., Ltd. |
C284 |
|
Shandong Heshengda Machinery Technology Co., Ltd. |
C298 |
|
Shandong Hongma Engineering Machinery Co., Ltd. |
C285 |
|
Shandong Lulong Group Co., Ltd. |
C286 |
|
Shanxi Ascent Industrial Co., Ltd. |
C310 |
|
Shanxi Associated Industrial Co., Ltd. |
C287 |
|
Shanxi Jiaocheng Xinglong Casting Co., Ltd. |
C288 |
|
Shanxi Solid Industrial Co., Ltd. |
C289 |
|
Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co., Ltd. |
C290 |
|
Shaoshan Huanqiu Castings Foundry |
C291 |
|
Tang County Kaihua Metal Products Co., Ltd. |
C292 |
|
Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co., Ltd. |
C293 |
|
Tianjin Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co., Ltd. |
C294 |
|
Tianjin Yu Xing Da Casting Co., Ltd. |
C295 |
|
Wangdu Junrong Foundry Co., Limited |
C296 |
|
Weifang Nuolong Machinery Co., Ltd. |
C297 |
|
Weifang Weikai Casting Co., Ltd. |
C299 |
|
Wen Shui Hengli Nature of the Company |
C300 |
|
Wuhan RedStar Agro-Livestock Machinery Co. Ltd |
C301 |
|
Zibo Joy's Metal Co., Ltd. |
C302 |