Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1182

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' karkassi u annimali ħajjin

C/2017/2411

OJ L 171, 4.7.2017, p. 74–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1182/oj

4.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/74


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1182

tal-20 ta' April 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' karkassi u annimali ħajjin

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(6)(a) sa (d), l-Artikolu 223(1) u l-Artikolu 223(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2). It-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tinkludi regoli dwar l-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat, inkluża l-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom, u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u biex jiġu stabbiliti prezzijiet tas-suq komparabbli għall-karkassi u l-annimali ħajjin fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli għandhom jiġu adottati permezz tat-tali atti. Ir-regoli l-ġodda għandhom jissostitwixxu r-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2002 (3), (KE) Nru 1249/2008 (4) u (UE) Nru 807/2013 (5).

(2)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi kif stabbiliti fil-punt A tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal annimali bovini li jkollhom tmien xhur jew aktar. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni tal-iskala tal-Unjoni obbligatorja għall-karkassi ta' annimali bovini ta' età speċifika ddeterminata abbażi tas-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dik is-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni għandha tintuża wkoll għal qsim ta' karkassi f'kategoriji kif imsemmi fil-punt A.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jagħtu derogi mill-obbligu ġenerali li jikklassifikaw il-karkassi lill-istabbilimenti ta' skala żgħira. Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni, huwa xieraq li jiġu pprovduti tali derogi għal biċċeriji li joqtlu, bħala medja annwali fil-ġimgħa, inqas minn 150 annimali bovin ta' tmien xhur jew aktar jew inqas minn 500 majjal. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw limiti aktar baxxi skont il-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom speċjalment biex jiġi żgurat li r-rapportar tal-prezzijiet ikun rappreżentattiv.

(4)

Peress li ċerti biċċeriji fl-istabbilimenti tagħhom stess jsemmnu l-annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u anki l-majjal, ma hemmx prezz tas-suq li għandu jiġi rreġistrat għall-karkassi ta' tali annimali. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-iskali ta' klassifikazzjoni obbligatorji tal-Unjoni mhijiex neċessarja f'dawn il-każijiet. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew ikollhom din il-prattika li jidderogaw mir-regoli dwar il-klassifikazzjonijiet obbligatorji tal-karkassi fir-rigward ta' dawn il-karkassi. Din id-deroga għandha titħalla wkoll għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' razez ta' majjal lokali b'kompożizzjoni anatomika tal-ġisem partikolari jew modi ta' kummerċjalizzazzjoni partikolari meta dawn jagħmluha impossibbli li ssir klassifikazzjoni omoġenja u standardizzata tal-karkassi.

(5)

Sabiex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-istabbilimenti u l-qatla staġonali tan-nagħaġ, huwa xieraq li l-Istati Membri li japplikaw il-klassifikazzjoni tal-karkassi tan-nagħaġ pprovduta fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ikollhom il-possibilità li jeżentaw xi biċċeriji minn din il-klassifikazzjoni abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-klassifikazzjoni uniformi tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u ta' nagħaġ fl-Unjoni, jeħtieġ li jiġu ppreċiżati aktar id-definizzjonijiet tal-klassijiet tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam, il-piż tal-karkassi u l-kulur tal-laħam imsemmija fil-punti A.III. u C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, jistgħu jintużaw kriterji oħra għal karkassi ta' ħrief b'piż inqas minn 13 kg.

(7)

Il-punt A.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi għal klassi ta' konformazzjoni S għal karkassi miksuba minn annimali bovini tat-tip ta' karkassa b'muskolatura doppja. Ladarba din il-klassi ta' konformazzjoni eċċezzjonali hija kkummerċjalizzata biss f'xi Stati Membri, huwa xieraq li jkun ipprovdut li l-Istati Membri għandhom l-għażla li ma jużawx il-klassi ta' konformazzjoni S.

(8)

Peress li l-perċentwal ta' dgħif tal-karkassi tal-majjal żdied b'mod stabbli, il-maġġoranza ta' karkassi tal-majjal huma kklassifikati biss f'żewġ klassijiet. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jissuddividu ulterjorment f'subklassijiet il-klassijiet ta' klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal stabbiliti fil-punt B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, biex tiġi żgurata d-differenzjazzjoni tal-karkassi tal-majjal.

(9)

Filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tas-suq għad-determinazzjoni tal-valur kummerċjali ta' karkassa tal-majjal, għandhom jiġu awtorizzati wkoll kriterji ta' valutazzjoni oħrajn minbarra l-piż u l-istima tal-kontenut ta' dgħif.

(10)

Biex jiġu żgurati prezzijiet tas-suq komparabbli, il-punt A.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti preżentazzjoni ta' karkassa standard. Biex fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-karkassi jiġu riflessi ċerti domandi tas-suq, jeħtieġ jiġi stipulat li l-Istati Membri, għall-fini li jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq, jistgħu japplikaw preżentazzjoni ta' karkassi differenti minn dik stabbilita fil-punt A.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 permezz tal-applikazzjoni ta' fatturi korrettivi.

(11)

Biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prattiki tradizzjonali ta' xi Stati Membri relatati mat-tneħħija tax-xaħam estern, huwa xieraq li dawk l-Istati Membri jitħallew ikomplu jagħmlu użu minn tali prattiki, sakemm jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti.

(12)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-iskali ta' klassifikazzjoni tal-Unjoni u biex tittejjeb it-trasparenza tas-suq, għandhom jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet u l-metodi prattiċi għall-klassifikazzjoni, l-użin u l-immarkar ta' karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u tal-majjal u tan-nagħaġ.

(13)

F'każ ta' falliment tekniku tal-metodu ta' gradazzjoni awtomatizzat, huwa xieraq li jiġu stipulati ċerti derogi, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu taż-żmien biex il-karkassi jiġu kklassifikati u mwieżna.

(14)

L-immarkar tal-karkassi għandu jsir fil-ħin tal-klassifikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimmarkawx il-karkassi fejn iż-żamma tar-rekords uffiċjali tipprovdi għal rabta bejn il-karkassi u r-riżultati tal-klassifikazzjoni, b'mod partikolari meta l-karkassi jiġu pproċessati f'qatgħat immedjatament wara l-klassifikazzjoni tal-karkassi, biex b'hekk l-immarkar tal-karkassi ma jkunx neċessarju.

(15)

Biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjoni tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar, u dawk tal-majjal u tan-nagħaġ, dik il-klassifikazzjoni għandha ssir minn klassifikaturi kkwalifikati li jkollhom il-liċenzja jew l-approvazzjoni neċessarji jew billi jintuża metodu ta' gradazzjoni awtorizzat.

(16)

Bil-ħsieb li jiġu awtorizzati metodi ta' gradazzjoni għall-valutazzjoni diretta tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u tan-nagħaġ, kif ukoll tal-perċentwal ta' dgħif tal-karkassi tal-majjal, jistgħu jiġu introdotti metodi ta' gradazzjoni meta jkunu bbażati fuq metodi statistikament ippruvati. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta' gradazzjoni għandha tkun soġġetta għall-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet u rekwiżiti.

(17)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-possibilità li jiġu mmodifikati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, wara li tingħata l-liċenzja, tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għall-klassifikazzjoni ta' karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u tan-nagħaġ, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-preċiżjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet.

(18)

Il-valur tal-karkassa tal-majjal huwa ddeterminat b'mod partikolari mill-perċentwal tad-dgħif b'relazzjoni mal-piż tiegħu. Il-perċentwal ta' dgħif jiġi vvalutat b'metodu ta' gradazzjoni li għandu jikkonsisti minn teknika ta' gradazzjoni awtomatizzata, semiawtomatizzata jew manwali u formola ta' valutazzjoni. Il-formola ta' valutazzjoni għandha ssir billi jitkejlu ċerti partijiet anatomiċi tal-karkassa permezz ta' metodi awtorizzati u ppruvati statistikament. Biex jiġi żgurat li l-metodi statistikament ippruvati jiġu applikati fuq bażi oġġettiva, jeħtieġ li l-esperti tal-Istati Membri jiġu infurmati permezz ta' protokolli dwar it-test ta' awtorizzazzjoni u li dawn l-esperti jiġu kkonsultati dwar ir-riżultati tat-test. Filwaqt li jistgħu jintużaw diversi metodi għall-valutazzjoni tal-perċentwal ta' dgħif ta' karkassa tal-majjal, jeħtieġ ikun żgurat li l-għażla tal-metodu ma taffettwax l-istima tal-perċentwal ta' dgħif.

(19)

Sabiex il-prezzijiet tas-suq komparabbli ta' karkassi u annimali ħajjin jiġu mmoniterjati, jeħtieġ isir provvediment li r-reġistrar tal-prezzijiet għandu jirreferi għal stadju ta' kummerċjalizzazzjoni definit sew. Jeħtieġ jiġi stabbilit liema huma t-tipi ta' annimali li jirreferi għalihom ir-rapportar tal-prezzijiet.

(20)

Il-prezzijiet tas-suq tat-tipi differenti ta' annimali għandhom ikunu rrapportati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1184 (7), li għandu jservi bħala l-bażi biex fuqu jiġu ddeterminati l-prezzijiet medji b'piż differenzjat fil-livell tal-Unjoni.

(21)

Jekk Stat Membru jkollu reġjuni definiti għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-prezzijiet reġjonali stabbiliti għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-prezz nazzjonali. F'każijiet fejn isiru xi pagamenti supplimentari lill-fornituri ta' annimali, l-istabbilimenti jew il-persuni li huma obbligati jirrapportaw il-prezzijiet għandhom ikunu obbligati li jinfurmaw lill-awtorità kompetenti dwar il-pagament supplimentari biex jiġi korrett il-prezz medju nazzjonali.

(22)

Sabiex jiġi żgurat il-monitoraġġ tas-suq u biex jitqabblu l-iżviluppi tal-prezzijiet ma' ċerti prezzijiet ta' referenza stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jeħtieġ li jiġu kkalkulati l-prezzijiet medji tal-Unjoni għal ċerti karkassi u annimali ħajjin abbażi ta' ċerta informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri kull sena.

(23)

Bil-ħsieb li jiġi mmoniterjat ir-rapportar tal-prezzijiet tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u dawk tal-majjal, u bil-ħsieb li jiġu kkalkulati l-koeffiċjenti tal-użin skont il-kategoriji, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jinnotifikaw lill-Kummissjoni perjodikament dwar ċerta informazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (8) għajr għal dawk in-notifiki li huma neċessarji għall-organizzazzjoni ta' spezzjonijiet fuq il-post jew li jservu bħala bażi biex jagħtu stampa ġenerali kompluta tas-suq tal-laħam.

(24)

Għall-fini taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, ir-Regolamenti (KE) Nru 315/2002, (KE) Nru 1249/2008 u (UE) Nru 807/2013 għandhom jiġu revokati.

(25)

Fid-dawl tal-ħtieġa li l-Istati Membri jitħallew jadattaw irwieħhom għall-qafas legali l-ġdid, dan ir-Regolament għandu japplika 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SKALI TAL-UNJONI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI

Artikolu 1

L-identifikazzjoni tal-età u l-kategoriji tal-annimali bovini

L-età tal-annimali bovini biex jiġu stabbiliti l-kategoriji kif imsemmija fil-punt A.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi vverifikata abbażi tal-informazzjoni disponibbli fis-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali bovini stabbilita f'kull Stat Membru f'konformità mat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

Artikolu 2

Derogi mill-klassifikazzjoni obbligatorja tal-karkassi

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni tal-karkassi ta' annimali bovini u dawk tal-majjal, stipulati fil-punti A.V u B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament, ma għandhomx ikunu obbligatorji għal biċċeriji li joqtlu:

(a)

inqas minn 150 annimal bovin ta' tmien xhur jew aktar fil-ġimgħa bħala medja annwali;

(b)

inqas minn 500 majjal fil-ġimgħa bħala medja annwali.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx, b'mod partikolari biex jiżguraw li r-reġistrar tal-prezzijiet ikun rappreżentattiv kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali bovini u dawk tal-majjal ma għandhomx ikunu obbligatorji:

(a)

għal karkassi ta' annimali bovini u dawk tal-majjal proprjetà tal-biċċeriji, jekk ma ssir ebda tranżazzjoni kummerċjali biex jinxtraw dawn l-annimali;

(b)

għal karkassi ta' majjal ta' razez lokali ddefiniti b'mod ċar jew b'modi ta' kummerċjalizzazzjoni partikolari, jekk il-kompożizzjoni anatomika ta' ġisimhom tagħmilha impossibbli li ssir klassifikazzjoni omoġenja u standardizzata tal-karkassi.

3.   L-Istati Membri li japplikaw klassifikazzjoni ta' karkassi tan-nagħaġ skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li r-rekwiżiti dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tan-nagħaġ ma għandhomx ikunu obbligatorji għal ċerti biċċeriji.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk jiddeċiedu li japplikaw kwalunkwe waħda mid-derogi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw il-klassijiet tal-konformazzjoni, il-kisja ta' xaħam u l-piż tal-karkassa ta' annimali bovini u nagħaġ

1.   Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar id-definizzjonijiet tal-klassijiet tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u nagħaġ imsemmija fil-punti A.III u C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma stipulati fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

2.   Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mal-klassifikazzjoni ta' ħrief b'piż tal-karkassa ta' inqas minn 13 kg huma stipulati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Il-klassi ta' konformazzjoni S

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-klassi ta' konformazzjoni S għall-karkassi taċ-ċanga msemmija fil-punt A.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u dan meta jikkunsidraw il-karatteristiċi partikolari tal-annimali bovini tagħhom.

Artikolu 5

Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal

L-Istati Membri jistgħu jissuddividu ulterjorment f'subklassijiet il-klassijiet ta' klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal stabbiliti fil-punt B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kriterji ta' valutazzjoni ulterjuri, minbarra l-piż u l-istima tal-perċentwal ta' dgħif imsemmija fil-punt B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, biex jiddeterminaw il-valur kummerċjali tal-karkassi tal-majjal.

Artikolu 6

Rekwiżiti addizzjonali dwar il-preżentazzjoni tal-karkassi għall-fini li jiġu stabbiliti prezzijiet tas-suq komparabbli

1.   Mingħajr preġudizzju għall-punti A.IV, B.III u C.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ma jista' jitneħħa l-ebda xaħam, muskolu jew tessut ieħor mill-karkassa qabel ma tintiżen, tiġi kklassifikata u mmarkata, għajr għal każijiet fejn jiġu applikati rekwiżiti veterinarji.

2.   Karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur jeħtieġ jiġu ppreżentati skont il-punt A.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mingħajr:

(a)

falda rqiqa;

(b)

falda ħoxna.

3.   Il-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar jeħtieġ jiġu ppreżentati mingħajr:

(a)

kliewi;

(b)

xaħam tal-kliewi;

(c)

xaħam pelviku;

(d)

falda rqiqa;

(e)

falda ħoxna;

(f)

id-denb;

(g)

in-nerv tas-sinsla;

(h)

ix-xaħam tal-iskrotu;

(i)

xaħam mal-ġewwieni tan-naħa ta' fuq;

(j)

il-vina ġugulari u x-xaħam ta' magħha.

4.   Għall-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-punt A.V tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u b'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tneħħija tax-xaħam estern qabel l-użin, il-klassifikazzjoni u l-immarkar tal-karkassi sakemm tali tneħħija tippermetti ġudizzju aktar oġġettiv tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam ma tiġix influwenzata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din il-prattika tiġi rregolata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u għandha tinvolvi esklużivament it-tneħħija parzjali tax-xaħam estern:

(a)

mill-għadma tal-ġenb, mill-flett u mill-kustilji tan-nofs;

(b)

mit-tarf tal-ponta tas-sidra u ż-żona anoġenitali ta' barra;

(c)

min-naħa l-għolja tal-koxxa.

Artikolu 7

Il-klassifikazzjoni u l-użin

1.   Il-klassifikazzjoni msemmija fil-punti A.II, A.III, B.II, C.II u C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha ssir fil-biċċerija fil-ħin tal-istabbiliment tal-piż sħun tal-karkassa.

2.   Il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-klassifikazzjoni qabel l-użin skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament jekk ċerti metodi ta' gradazzjoni applikati fit-territorju ta' Stat Membru jirrikjedu dan.

3.   Il-karkassi għandhom jintiżnu malajr kemm jista' jkun wara l-qatla u mhux aktar minn:

(a)

60 minuta wara li jiddendel l-annimal, fil-każ tal-annimali bovini u n-nagħaġ;

(b)

45 minuta wara li jiddendel l-annimal, f'dak li jirrigwarda l-majjal.

4.   Fil-każ tal-majjal, jekk f'biċċerija kwalunkwe l-perjodu ta' żmien ta' 45 minuta bejn meta jiddendlu u meta jintiżnu l-karkassi b'mod ġenerali ma jkunx jista' jinżamm, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista' tippermetti li t-tnaqqis ta' 2 % kif imsemmi fl-Artikolu 14(3):

(a)

jitnaqqas b'unitajiet perċentwali ta' 0,1 għal kull kwarta addizzjonali jew parti minnha li tgħaddi meta l-perjodu ta' bejn meta tiddendel il-karkassa u meta tintiżen jaqbeż il-45 minuta;

(b)

jista' jiżdied b'ċerti unitajiet perċentwali stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat meta l-perjodu ta' bejn meta tiddendel il-karkassa u meta tintiżen ikun inqas minn 45 minuta. F'dan il-każ it-tnaqqis għandu jiġi ġġustifikat abbażi ta' dejta xjentifika.

5.   F'każijiet fejn il-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati taċ-ċanga u tal-laħam tan-nagħaġ imsemmija fl-Artikolu 10 jonqsu milli jikklassifikaw il-karkassi, il-klassifikazzjoni ta' dawn il-karkassi għandha ssir fil-jum tal-qatla jew, jekk il-perjodu rikjest bejn meta tiddendel il-karkassa u meta tintiżen skada fil-jum ta' wara l-qatla, il-klassifikazzjoni għandha ssir kemm jista' jkun malajr dakinhar.

Artikolu 8

L-immarkar tal-karkassi

1.   L-immarkar tal-karkassi għandu jsir fil-ħin tal-klassifikazzjoni.

2.   L-immarkar għandu jsir permezz ta' timbru jew tikketta li jindikaw mill-inqas:

(a)

għaċ-ċanga u għal-laħam tan-nagħaġ, il-kategorija, il-klassi tal-konformazzjoni u l-kisja ta' xaħam imsemmija fil-punti A.II, A.III, C.II u C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament;

(b)

għall-majjal, il-klassi tal-karkassa jew l-istima tal-perċentwal ta' dgħif kif stabbiliti fil-punt B.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   L-immarkar għandu jkun fuq is-superfiċje ta' mill-inqas:

(a)

kull kwart ta' karkassa taċ-ċanga;

(b)

kull karkassa jew nofs karkassa ta' nagħġa;

(c)

kull nofs karkassa ta' majjal.

L-immarkar b'timbru għandu jsir fuq is-superfiċje ta' barra tal-karkassa. It-tikketti jistgħu jitqiegħdu fuq is-superfiċje ta' barra jew ta' ġewwa tal-karkassa.

4.   L-immarkar b'timbru għandu jkun jista' jinqara b'mod ċar u għandu jsir b'linka li ma titħassarx, mhux tossika u reżistenti għas-sħana.

5.   It-tikketti għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar, ikunu reżistenti għat-tbagħbis u mwaħħla sew mal-karkassi.

6.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-karkassi jistgħu ma jiġux immarkati fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jitħejja rekord uffiċjal li jkun jinkludi għal kull karkassa mill-inqas:

(i)

identifikazzjoni individwali tal-karkassa li ma tinbidel bl-ebda mod;

(ii)

il-piż sħun tal-karkassa, u

(iii)

ir-riżultati tal-klassifikazzjoni;

(b)

il-karkassi kollha jitqattgħu, f'operazzjoni kontinwa, f'impjant tat-tqattigħ approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u li jkun maġenb il-biċċerija.

7.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar rekwiżiti addizzjonali dwar l-immarkar.

Artikolu 9

Il-metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ issir:

(a)

minn klassifikaturi kkwalifikati li kisbu liċenzja għall-klassifikazzjoni viżiva tal-karkassi. Il-liċenzja tista' tiġi mibdula b'approvazzjoni konċessa mill-Istat Membru fejn din l-approvazzjoni tikkorrispondi ma' rikonoxximent ta' kwalifika; jew

(b)

bl-użu ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati li jistgħu jikkonsistu f'tekniki ta' gradazzjoni awtomatizzati jew semiawtomatizzati jew manwali kif ipprovdut fl-Artikoli 10 u 11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tekniki ta' gradazzjoni jitħaddmu minn persunal ikkwalifikat.

Artikolu 10

Awtorizzazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għal karkassi taċ-ċanga u tan-nagħaġ

1.   L-Istati Membri jistgħu joħorġu liċenzja li tawtorizza metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati taċ-ċanga u tan-nagħaġ li jikkonsistu f'teknika ta' gradazzjoni awtomatizzata (apparat) u ekwazzjoni (formola) għall-applikazzjoni fit-territorju tagħhom jew parti minnu.

2.   L-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet minimi għal test ta' awtorizzazzjoni stabbilit fil-Parti A tal-Anness IV.

3.   Tal-inqas xahrejn qabel il-bidu tat-test ta' awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-Parti B tal-Anness IV biex il-Kummissjoni tkun tista' tipparteċipa fit-test ta' awtorizzazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jaħtru korp indipendenti li għandu janalizza r-riżultati tat-test ta' awtorizzazzjoni. Fi żmien xahrejn mit-tmiem tat-test ta' awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-Parti C tal-Anness IV.

5.   Fejn tingħata liċenzja li tawtorizza metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għaċ-ċanga u għan-nagħaġ ibbażati fuq test ta' awtorizzazzjoni li matulu ntużaw aktar minn preżentazzjoni ta' karkassa waħda, id-differenzi bejn dawk il-preżentazzjonijiet ta' karkassi ma għandhomx iwasslu għal differenzi fir-riżultati tal-klassifikazzjoni.

6.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għaċ-ċanga u għan-nagħaġ mingħajr ma jorganizzaw test ta' awtorizzazzjoni, sakemm tali awtorizzazzjoni tkun diġà ngħatat għall-istess metodi ta' gradazzjoni biex jiġu applikati fi Stat Membru ieħor abbażi ta' test ta' awtorizzazzjoni fejn il-kampjun tal-karkassi jkun suffiċjentement rappreżentattiv tal-popolazzjoni tal-annimali bovini u tan-nagħaġ fl-Istat Membru kkonċernat.

7.   Modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' metodu ta' gradazzjoni awtomatizzat għaċ-ċanga jew għan-nagħaġ awtorizzat għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti sakemm tingħata prova li tali modifiki jirriżultaw f'livell ta' preċiżjoni li tal-inqas jissodisfa r-rekwiżiti minimi għal test ta' awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull modifika li għaliha jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

Artikolu 11

Awtorizzazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni għal karkassi tal-majjal

1.   Metodu ta' gradazzjoni kif imsemmi fil-punt B.IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jikkonsisti f'teknika ta' gradazzjoni awtomatizzata, semiawtomatizzata jew manwali (apparat) u ekwazzjoni (formola) biex jiġi stmat il-perċentwal ta' dgħif ta' karkassa tal-majjal.

2.   L-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet u l-ħtiġijiet minimi għal test ta' awtorizzazzjoni skont il-Parti A tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, permezz ta' protokoll kif speċifikat fil-Parti B tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, dwar il-metodi ta' gradazzjoni tal-majjal li jixtiequ jkunu awtorizzati biex jiġu applikati fit-territorji tagħhom.

Il-protokoll għandu jkun magħmul minn żewġ partijiet u għandu jinkludi l-elementi pprovduti fil-Parti B tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.

L-ewwel parti tal-protokoll għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni qabel il-bidu tat-test ta' awtorizzazzjoni. Fi żmien xahrejn mit-tmiem tat-test ta' awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni t-tieni parti tal-protokoll.

4.   Wara li tirċievi l-protokoll, il-Kummissjoni għandha tagħmlu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri l-oħra jistgħu jressqu l-kummenti tekniċi tagħhom fi żmien tliet ġimgħat minn meta jirċievu l-protokoll. L-Istat Membru li jkun bagħat il-protokoll jista' jadattah u jerġa' jibgħat protokoll ġdid fi żmien tmien ġimgħat minn meta jkun intbagħat l-ewwel protokoll.

5.   L-applikazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni għandha tkun tikkorrispondi fil-partikolaritajiet kollha mad-deskrizzjoni mogħtija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizzahom.

6.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw metodi ta' gradazzjoni mingħajr test ta' awtorizzazzjoni, sakemm tali awtorizzazzjoni tkun diġà ngħatat għall-istess metodu ta' gradazzjoni applikabbli fi Stat Membru ieħor abbażi ta' test ta' awtorizzazzjoni fejn il-kampjun tal-karkassi jkun suffiċjentement rappreżentattiv tal-popolazzjonijiet tal-majjal fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-klassifikazzjoni b'tekniki ta' gradazzjoni awtomatizzati

1.   Biċċeriji li joperaw klassifikazzjoni bl-użu ta' tekniki ta' gradazzjoni awtomatizzati kif stabbiliti fl-Artikoli 10(1) u 11(1) għandhom:

(a)

f'dak li jirrigwarda l-karkassi taċ-ċanga, jidentifikaw il-kategorija tal-karkassa billi jużaw is-sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali bovini stabbilita skont l-Artikolu 1;

(b)

iżommu rapporti ta' kontroll ta' kuljum dwar il-funzjonament tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati, inkluż kull nuqqas li jinstab u l-azzjoni meħuda fejn meħtieġ.

2.   Il-klassifikazzjoni b'tekniki ta' gradazzjoni awtomatizzati tkun valida biss jekk:

(a)

il-preżentazzjoni tal-karkassa tkun identika għall-preżentazzjoni użata matul it-test ta' awtorizzazzjoni; jew

(b)

jintwera, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li l-fatt li jintużaw preżentazzjonijiet ta' karkassi differenti ma għandux effett fuq ir-riżultat tal-klassifikazzjoni b'metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati.

KAPITOLU II

IR-RAPPORTAR TAL-PREZZIJIET TAS-SUQ TAL-KARKASSI U L-ANNIMALI ĦAJJIN

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq

Għall-fini tal-istabbiliment tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' annimali, il-prezzijiet tas-suq għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 għal:

(a)

karkassi ta':

(i)

annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar,

(ii)

majjal,

(iii)

annimali bovini ta' anqas minn tmien xhur,

(iv)

nagħaġ li għandhom inqas minn 12-il xahar;

(b)

annimali ħajjin:

(i)

għoġġiela maskili ta' bejn tmint ijiem u erba' ġimgħat,

(ii)

annimali bovini għat-tismin,

(iii)

qżieqeż ta' madwar 25 kg ta' piż ħaj.

Artikolu 14

Rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u dawk tal-majjal

1.   Il-prezz tas-suq irrapportat għandu jkun il-prezz tal-biċċerija li jesprimi l-valur tal-karkassa, nett qabel it-taxxa fuq il-valur miżjud, skont id-dokumenti maħruġa lill-fornitur mill-:

(a)

biċċerija; jew

(b)

persuna fiżika jew ġuridika li bagħtet l-annimal għall-qatla fil-biċċerija.

2.   Il-prezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun espress għal kull 100 kg ta' karkassa ppreżentata skont l-Artikolu 6, imwieżna fuq il-ganċ fil-biċċerija.

3.   Il-piż tal-karkassa li jrid jittieħed inkunsiderazzjoni għar-reġistrar tal-prezz tas-suq għandu jkun il-piż kiesaħ li jeħtieġ jikkorrispondi mal-piż sħun kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), nieqes 2 %.

4.   Il-prezzijiet għall-karkassi kklassifikati rrapportati mill-biċċerija jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li bagħtet l-annimal għall-qatla fil-biċċerija għandhom ikunu jew il-prezz medju għal kull klassi jew il-prezzijiet tal-karkassi għal kull klassi. F'dan il-każ, jekk jiġu rrapportati l-prezzijiet tal-karkassi għal kull klassi, l-awtorità kompetenti għandha tikkalkula l-prezz medju għal kull klassi.

Artikolu 15

Rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur u ta' nagħaġ ta' inqas minn 12-il xahar

1.   Fir-rigward tal-karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur u ta' nagħaġ ta' inqas minn 12-il xahar, il-prezz tas-suq irrapportat għandu jkun il-medja tal-prezzijiet imħallsa fil-biċċerija li tesprimi l-valur tal-karkassa, nett qabel it-taxxa fuq il-valur miżjud, u b'koeffiċjent tal-piż differenzjat. Il-koeffiċjent għandu jirrifletti:

(a)

il-proporzjon relattiv ta':

(i)

il-kwalitajiet differenti tal-karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur, kif definiti mill-Istat Membru, jew

(ii)

il-kategoriji ta' piż differenti ta' karkassi ta' nagħaġ ta' inqas minn 12-il xahar, kif definiti mill-Istat Membru; u

(b)

l-importanza relattiva ta' kull suq.

2.   Il-prezz tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun espress għal kull 100 kg ta' karkassa ppreżentata skont l-Artikolu 6, imwieżna fuq il-ganċ fil-biċċerija.

3.   Fil-każ tal-karkassi ta' annimali bovini ta' inqas minn tmien xhur, il-piż li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għar-rapportar tal-prezz tas-suq għandu jkun il-piż kiesaħ li jeħtieġ jikkorrispondi mal-piż sħun kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), nieqes 2 %.

4.   Għall-karkassi ta' nagħaġ ta' inqas minn 12-il xahar, il-piż li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għar-rapportar tal-prezz tas-suq għandu jkun il-piż kiesaħ li għandu jikkorrispondi għall-piż sħun tal-karkassa kkoreġut biex jieħu kont tat-telf tal-piż waqt it-tkessiħ.

Artikolu 16

Rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' annimali ħajjin

1.   Għall-fini tar-rapportar tal-prezzijiet tas-suq, l-annimali ħajjin imniżżla fl-Artikolu 13(b) għandhom ikunu kklassifikati fit-tipi differenti li ġejjin:

(a)

fir-rigward ta' għoġġiela maskili ta' bejn tmint ijiem u erba' ġimgħat:

(i)

“għoġol maskili għat-trobbija, tat-tip tal-ħalib” għal għoġol maskili għat-trobbija minn razza ta' baqar għall-ħalib;

(ii)

“għoġol maskili għat-trobbija, tat-tip taċ-ċanga” għal għoġol maskili għat-trobbija minn razza ta' baqar għal-laħam, minn razza ta' baqar biż-żewġ użi, jew imwieled minn taħlit ma' razza ta' baqar għal-laħam;

(b)

fir-rigward ta' annimali bovini għat-tismin:

(i)

“annimali bovini għat-tismin ta' età żgħira” għal annimali bovini maskili jew femminili li jkollhom sitt xhur jew aktar iżda inqas minn 12-il xahar, mixtrija wara li jinfatmu biex jissemmnu,

(ii)

“annimali bovini maskili għat-tismin ta' sena” għal annimali bovini maskili li jkollhom 12-il xahar jew aktar iżda inqas minn 24 xahar, mixtrija biex jissemmnu,

(iii)

“annimali bovini femminili għat-tismin ta' sena” għal annimali bovini femminili li jkollhom 12-il xahar jew aktar iżda inqas minn 24 xahar, mixtrija biex jissemmnu;

(c)

fir-rigward tal-majjal: “qżieqeż” għal-laħam li jkunu jiżnu, bħala medja, madwar 25 kg ta' piż ħaj, mixtrija biex jissemmnu.

2.   Il-prezz tas-suq irrapportat għandu jkun il-medja tal-prezzijiet imħallsa f'dak l-Istat Membru fl-istess stadju tal-bejgħ bl-ingrossa, għat-tip ta' annimal kif imsemmi fil-paragrafu 1, nett qabel it-taxxa fuq il-valur miżjud u b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat. Il-koeffiċjenti għandhom jirriflettu l-proporzjon relattiv tal-kwalitajiet differenti tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) u l-importanza relattiva ta' kull suq.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet addizzjonali għar-rapportar tal-prezzijiet ta' karkassi u annimali ħajjin

1.   Meta Stat Membru jkollu reġjuni definiti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddetermina l-medja tal-prezzijiet reġjonali għal kull klassi u kwalità tal-karkassi kif ukoll għal kull tip u kwalità ta' annimali ħajjin kif imsemmi fl-Artikoli 14, 15 u 16 ta' dan ir-Regolament, rispettivament.

2.   Meta jsiru pagamenti supplimentari mill-biċċerija jew mill-persuna fiżika jew ġuridika li jkunu rikjesti jirrapportaw il-prezzijiet lill-fornituri tal-karkassi jew tal-annimali ħajjin, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tal-ammont ta' tali pagamenti u l-perjodu relatat miegħu. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jikkonsidra l-pagamenti supplimentari magħmula lill-fornituri tal-karkassi jew l-annimali ħajjin, il-biċċerija jew il-persuna fiżika jew ġuridika li jkunu rikjesti jirrapportaw il-prezzijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-ammont ta' kwalunkwe pagament supplimentari kull darba li jsir tali pagament.

KAPITOLU III

KALKOLU TAL-PREZZ MEDJU TAL-UNJONI

TAQSIMA I

Prezz medju tal-Unjoni għall-karkassi

Artikolu 18

Prezz medju tal-Unjoni għaċ-ċanga

1.   Għal kategorija speċifikata fil-punt A.II tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

il-prezz medju tal-Unjoni għal kull waħda mill-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam elenkati fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-prezzijiet nazzjonali tas-suq irreġistrata għall-klassi. L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet li jkunu nqatlu minn dik il-klassi f'kull Stat Membru meta mqabbel mat-total tal-qatliet ta' dik il-klassi fl-Unjoni;

(b)

il-prezz medju tal-Unjoni għal kull klassi ta' konformazzjoni għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-medja tal-prezzijiet tal-Unjoni għall-klassijiet tal-kisja tax-xaħam li jikkostitwixxu dik il-klassi tal-konformazzjoni. L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-qatliet ta' kull klassi tal-kisja tax-xaħam meta mqabbel mat-total tal-qatliet ta' dik il-klassi tal-konformazzjoni fl-Unjoni;

(c)

il-prezz medju tal-Unjoni għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-medja tal-prezzijiet tal-Unjoni msemmija fil-punt (a). L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet maqtula f'kull klassi kif imsemmi fil-punt (a) meta mqabbel mat-total tal-qatliet tal-Unjoni fil-kategorija.

2.   Il-prezz medju tal-Unjoni għall-kategoriji kollha flimkien għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-prezzijiet medji msemmija fil-paragrafu 1(c). L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon ta' kull kategorija meta mqabbel mat-total tal-qatliet ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar fl-Unjoni.

Artikolu 19

Prezz medju tal-Unjoni għall-majjal

Il-prezz medju tal-Unjoni ta' kull klassi elenkata fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 għandu jkun il-medja b'piż differenzjat tal-prezzijiet nazzjonali tas-suq irreġistrata għall-klassi. L-użin għandu jiġi bbażat fuq il-proporzjon tal-kwantitajiet li jkunu nqatlu minn dik il-klassi f'kull Stat Membru meta mqabbel mat-total tal-qatliet ta' dik il-klassi fl-Unjoni.

Artikolu 20

Prezz medju tal-Unjoni għal annimali bovini li jkollhom inqas minn tmien xhur

Il-prezz medju tal-Unjoni għal annimali bovini maqtula meta jkollhom inqas minn tmien xhur għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal dawk l-annimali bovini kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184. Dik il-medja għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tal-produzzjoni netta ta' dawk l-annimali bovini fl-Unjoni.

Artikolu 21

Prezz medju tal-Unjoni għal nagħaġ li jkollhom inqas minn 12-il xahar

Il-prezz medju tal-Unjoni għal nagħaġ li jkollhom inqas minn 12-il xahar għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal kategoriji ta' piż differenti kif imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184. Dik il-medja għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tal-produzzjoni netta ta' dawk il-ħrief fl-Unjoni.

TAQSIMA II

Prezz medju tal-Unjoni għall-annimali ħajjin

Artikolu 22

Prezz medju tal-Unjoni għal għoġġiela maskili ta' bejn tmint ijiem u erba' ġimgħat

1.   Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull ras, ta' għoġġiela maskili ta' bejn tmint ijiem u erba' ġimgħat għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għal għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib u għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip taċ-ċanga skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184.

2.   Il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tan-numru ta' baqar irreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) kif ġej:

(a)

għal għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip tal-ħalib, in-numru ta' baqar tal-ħalib;

(b)

għal għoġġiela maskili għat-trobbija tat-tip taċ-ċanga, in-numru ta' baqar.

Artikolu 23

Prezz medju tal-Unjoni għall-annimali bovini għat-tismin

1.   Il-prezz medju tal-Unjoni, għal kull kilogramma ta' piż ħaj, tal-annimali bovini għat-tismin għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għall-annimali bovini għat-tismin ta' età żgħira, għall-annimali bovini maskili għat-tismin ta' sena u għall-annimali bovini femminili għat-tismin ta' sena skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184.

2.   Il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tan-numru ta' annimali bovini rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 kif ġej:

(a)

fil-każ tal-annimali bovini għat-tismin ta' età żgħira, in-numru ta' annimali bovini li ma jkollhomx aktar minn sena u li ma jkunux għall-qatla;

(b)

fil-każ tal-annimali bovini maskili għat-tismin ta' sena, in-numru ta' annimali bovini maskili li jkollhom aktar minn sena iżda inqas minn sentejn;

(c)

fil-każ tal-annimali bovini femminili għat-tismin ta' sena, in-numru ta' annimali bovini femminili li jkollhom aktar minn sena iżda inqas minn sentejn u li ma jkunux għadhom welldu.

Artikolu 24

Prezz medju tal-Unjoni għall-qżieqeż

Il-prezz medju tal-Unjoni għall-qżieqeż ta' madwar 25 kg ta' piż ħaj għandu jkun il-medja tal-prezzijiet irreġistrati għall-qżieqeż skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184. Din il-medja għandha tiġi kkalkolata b'koeffiċjenti tal-piż differenzjat stabbiliti abbażi tan-numru ta' qżieqeż irreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008.

KAPITOLU IV

NOTIFIKI

Artikolu 25

Notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni

1.   In-notifiki pprovduti f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.

2.   Mhux aktar tard mill-15 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni n-numru totali ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar u ta' majjal u nagħaġ maqtula fis-sena kalendarja preċedenti mqassam kif ġej:

(a)

għall-annimali bovini, in-numru totali għal kull kategorija, il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam;

(b)

fil-każ ta' majjal, in-numru totali għal kull klassi ta' karkassa.

(c)

fil-każ tan-nagħaġ, in-numru totali għal kull kategorija ta' piż.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni, meta jintalbu, il-listi tal-:

(a)

biċċeriji li jirreġistraw il-prezzijiet, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 filwaqt li jindikaw l-ammont ipproċessat ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar għal kull biċċerija, espress f'numri, fis-sena kalendarja preċedenti;

(b)

persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirreġistraw il-prezzijiet, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 filwaqt li jindikaw in-numru ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew aktar li jkunu bagħtu għall-qatla fis-sena kalendarja preċedenti.

4.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja, fejn disponibbli, dwar prodotti koperti mill-Partijiet XV, XVII u XVIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

il-prezzijiet tas-suq fl-Istati Membri tal-prodotti impurtati minn pajjiżi terzi;

(b)

il-prezzijiet attwali li jkunu japplikaw fis-swieq rappreżentattivi f'pajjiżi terzi.

5.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwalitajiet tal-karkassi u l-annimali ħajjin, u l-koeffiċjenti tal-ippeżar kif imsemmija fl-Artikoli 14, 15 u 16 ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-fatturi korrettivi u s-swieq rappreżentattivi msemmija fl-Artikoli 5, 10, 11 u 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju ta' kull sena.

6.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 315/2002, (KE) Nru 1249/2008 u (UE) Nru 807/2013 huma mħassra.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra (KE) Nru 315/2002, (KE) Nru 1249/2008 u (UE) Nru 807/2013 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-11 ta' Lulju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Uniku dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2002 tal-20 ta' Frar 2002 dwar l-istħarriġ ta' prezzijiet ta' karkassi ta' nagħaġ friski jew imkessħa fi swieq rappreżentattivi fil-Komunità (ĠU L 50, 21.2.2002, p. 47).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2013 tas-26 ta' Awwissu 2013 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta' prezzijiet ta' ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Unjoni (ĠU L 228, 27.8.2013, p. 5).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1184 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta' ċerti kategoriji ta' karkassi u annimali ħajjin (Ara paġna 103 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni b'informazzjoni u dokumenti u l-emendar u r-revoka ta' diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (Ara paġna 113 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1).


ANNESS I

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam ta' karkassi taċ-ċanga msemmija fl-Artikolu 3(1)

1.   KONFORMAZZJONI

Żvilupp ta' profili ta' karkassi, u b'mod partikolari l-partijiet essenzjali (il-qatgħa t-tonda, id-dahar, l-ispalla)

Klassi ta' konformazzjoni

Dispożizzjonijiet addizzjonali

S

Superjuri

Il-qatgħa t-tonda: ittundjata ħafna b'muskolatura doppja u bi ħjut viżibilment separati

In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex b'mod immarkat ħafna fuq is-simfisi (symphysis pelvis)

Id-dahar: wiesa' ħafna u oħxon ħafna, sal-ispalla

Ramp ittundjat ħafna

L-ispalla: ittundjata ħafna

 

E

Eċċellenti

Il-qatgħa t-tonda: ittundjata ħafna

In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex b'mod immarkat tul is-simfisi (symphysis pelvis)

Id-dahar: wiesa' u oħxon ħafna, sal-ispalla

Ramp ittundjat ħafna

L-ispalla: ittundjata ħafna

 

U

Tajba ħafna

Il-qatgħa t-tonda: ittundjata

In-naħa l-għolja tal-koxxa tinfirex tul is-simfisi (symphysis pelvis)

Id-dahar: wiesa' u oħxon, sal-ispalla

Ramp ittundjat ħafna

L-ispalla: ittundjata

 

R

Tajba

Il-qatgħa t-tonda: żviluppata sew

In-naħa l-għolja tal-koxxa tkun xi ftit ittundjata

Id-dahar: għadu oħxon imma inqas wiesa' mal-ispalla

 

L-ispalla: relattivament żviluppata sew

 

O

Mhux ħażina

Il-qatgħa t-tonda: żvilupp medju jxaqleb għal żvilupp b'nuqqas

 

Id-dahar: bejn ħxuna medja u kważi ħxuna xejn

Ir-ramp: profil dritt

L-ispalla: bejn żvilupp medju u kważi ċatta

 

P

Fqira

Il-Qatgħa t-Tonda: żviluppata ftit

 

Id-dahar: dejjaq bl-għadam viżibbli

 

L-ispalla: ċatta bl-għadam viżibbli

 

2.   GRAD TAl-KISJA TAX-XAĦAM

Ammont ta' xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika

Klassi tal-kisja tax-xaħam

Dispożizzjonijiet addizzjonali

1

Baxxa

Mingħajr xaħam fil-kavità toraċika

2

Ftit

Fil-kavità toraċika l-muskolu jidher b'mod ċar bejn il-kustilji

3

Medja

Fil-kavità toraċika l-muskolu għadu jidher bejn il-kustilji

4

Għolja

Il-ħjut tax-xaħam fuq il-qatgħa t-tonda huma prominenti. Fil-kavità toraċika l-muskolu bejn il-kustilji jista' jkun infiltrat bix-xaħam

5

Għolja ħafna

Il-qatgħa t-tonda hija kompletament miksija bix-xaħam, li l-ħjut tax-xaħam mhumiex iktar viżibbli b'mod ċar. Fil-kavità toraċika l-muskolu bejn il-kustilji jkun infiltrat bix-xaħam


ANNESS II

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam ta' karkassi tan-nagħaġ imsemmija fl-Artikolu 3(1)

1.   KONFORMAZZJONI

Żvilupp tal-profili tal-karkassi, partikolarment il-partijiet essenzjali (ir-robbu ta' wara, id-dahar, l-ispalla).

Klassi ta' konformazzjoni

Dispożizzjonijiet addizzjonali

S

Superjuri

Ir-robbu ta' wara: muskolatura doppja Profili konvessi ħafna

Id-dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna u oħxon ħafna

L-ispalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna

E

Eċċellenti

Ir-robbu ta' wara: oħxon ħafna. Profili konvessi ħafna

Id-dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna u oħxon ħafna sal-ispalla

L-ispalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna

U

Tajba ħafna

Ir-robbu ta' wara: oħxon. Profili konvessi

Id-dahar: wiesa' u oħxon sal-ispalla

L-ispalla: ħoxna u konvessa

R

Tajba

Ir-robbu ta' wara: profili aktarx dritti

Id-dahar: oħxon imma inqas wiesa' lejn l-ispalla

L-ispalla: żviluppata tajjeb, imma inqas ħoxna

O

Mhux ħażina

Ir-robbu ta' wara: profili aktarx xi ftit konkavi

Id-dahar: bin-nieqes fil-wisa' u fil-ħxuna

L-ispalla: tagħti għad-djuq. Bin-nieqes fil-ħxuna

P

Fqira

Ir-robbu ta' wara: profili konkavi għal konkavi ħafna

Id-dahar: dejjaq u konkavi bl-għadam jidher

L-ispalla: dejqa, ċatta u bl-għadam jidher

2.   GRAD TAL-KISJA TAX-XAĦAM

Ammont ta' xaħam fuq il-parti esterna u dik interna tal-karkassa.

Klassi tal-kisja tax-xaħam

Dispożizzjonijiet addizzjonali (1)

1.

Baxxa

Estern

Traċċi ta' xaħam jew ebda xaħam viżibbli

Intern

Addominali

Traċċi ta' xaħam jew ebda xaħam viżibbli fuq il-kliewi

Toraċiku

Traċċi ta' xaħam jew ebda xaħam viżibbli bejn il-kustilji

2.

Ftit

Estern

Saff irqiq ta' xaħam jiksi parti mill-karkassa imma jista' jkun inqas evidenti fuq is-saqajn

Intern

Addominali

Traċċi ta' xaħam jew saff irqiq ta' xaħam imkebbeb madwar parti mill-kliewi

Toraċiku

Il-muskolu viżibbli sew minn bejn il-kustilji

3.

Medja

Estern

Saff ħafif ta' kisja ta' xaħam fuq il-karkassa kollha jew kważi kollha. Żoni ta' xaħam ftit imħaxxna fuq il-bażi tad-denb

Intern

Addominali

Saff ħafif ta' xaħam imkebbeb madwar parti mill-kliewi

Toraċiku

Il-muskolu għadu jidher minn bejn il-kustilji

4.

Għolja

Estern

Saff oħxon ta' xaħam jiksi parti kbira mill-karkassa kollha imma jista' jkun irqaq fuq is-saqajn u mħaxxen fuq l-ispallejn

Intern

Addominali

Il-kilwa mkebba fix-xaħam

Toraċiku

Il-muskolu ta' bejn il-kustilji jista' jkun infiltrat bix-xaħam. Jidhru d-depożiti ta' xaħam fuq il-kustilji

5.

Għolja ħafna

Estern

Kisja ta' xaħam ħoxna ħafna

Rqajja' ta' xaħam xi drabi jidhru

Intern

Addominali

Il-kliewi mkebbin f'saff oħxon ta' xaħam

Toraċiku

Il-muskolu ta' bejn il-kustilji infiltrat bix-xaħam. Depożiti ta' xaħam jidhru fuq il-kustilji


(1)  Id-dispożizzjonijiet addizzjonali għall-kavità addominali ma japplikawx għall-finijiet tal-Anness III.


ANNESS III

Skala ta' klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħrief b'piż ta' karkassa inqas minn 13-il kg kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)

Kategorija

A

B

C

Piż

≤ 7 kg

7,1 — 10 kg

10,1 — 13 kg

Kwalità

Primarja

Sekondarja

Primarja

Sekondarja

Primarja

Sekondarja

Kulur il-laħam (*1)

roża ċar fid-deher

kulur ieħor jew livell ieħor ta' xaħam

roża ċar fid-deher jew roża

kulur ieħor jew livell ieħor ta' xaħam

roża ċar fid-deher jew roża

kulur ieħor jew livell ieħor ta' xaħam

Klassi tal-kisja tax-xaħam (*2)

(2) (3)

(2) (3)

(2) (3)


(*1)  Iddeterminat fuq il-ġenb tar-rectus abdominis b'referenza għal grafika tal-kuluri standardizzata.

(*2)  Kif definit fil-punt C.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.


ANNESS IV

Awtorizzazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għal karkassi taċ-ċanga u tan-nagħaġ imsemmija fl-Artikolu 10

PARTI A

Kundizzjonijiet u rekwiżiti minimi għall-awtorizzazzjoni

1.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza test ta' awtorizzazzjoni għal ġurija komposta minn għall-inqas ħames esperti liċenzjati fil-klassifikazzjoni tal-karkassi ta' annimali bovini jew nagħaġ. Żewġ membri tal-ġurija għandhom jiġu mill-Istat Membru li jkun qiegħed jagħmel it-test. Kull wieħed mill-membri l-oħra tal-ġurija għandu jiġu minn Stat Membru ieħor. Il-ġurija għandha tkun komposta minn numru bil-fard ta' esperti. Is-servizzi tal-Kummissjoni u esperti oħra tal-Istati Membri jistgħu jattendu għat-test ta' awtorizzazzjoni bħala osservaturi.

Il-membri tal-ġurija għandhom jaħdmu b'mod indipendenti u anonimu.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnomina koordinatur tat-test ta' awtorizzazzjoni li għandu:

(a)

ma jkunx parti mill-ġurija;

(b)

ikollu għarfien tekniku sodisfaċenti u jkun indipendenti għalkollox;

(c)

jissorvelja l-funzjonament indipendenti u anonimu tal-membri tal-ġurija;

(d)

jiġbor ir-riżultati tal-klassifikazzjoni tal-membri tal-ġurija u dawk miksuba bl-użu tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati;

(e)

jiżgura li, matul iż-żmien kollu tat-test ta' awtorizzazzjoni, ir-riżultati tal-klassifikazzjoni miksuba bl-użu tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati ma jkunux disponibbli għall-membri tal-ġurija u viċeversa u lanqas għal xi parti oħra interessata;

(f)

jivvalida l-klassifikazzjonijiet għal kull karkassa u jista' jiddeċiedi, għal raġunijiet oġġettivi li għandhom ikunu speċifikati, li jwarrab karkassi mill-kampjun li ser jintuża għall-analiżi.

2.

Għat-test ta' awtorizzazzjoni:

(a)

kull klassi tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam għandha tkun suddiviża fi tliet subklassijiet;

(b)

ikun meħtieġ kampjun ta' tal-anqas 600 karkassa vvalidata;

(c)

il-perċentwal ta' karkassi rrifjutati ma għandux ikun ta' iktar minn 5 % tal-karkassi li huma tajbin għall-klassifikazzjoni bl-użu ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati.

3.

Għal kull karkassa vvalidata, il-medjan tar-riżultati tal-membri tal-ġurija għandu jkun ikkunsidrat bħala l-grad korrett ta' dik il-karkassa.

Għal stima tal-prestazzjoni tal-metodu ta' gradazzjoni awtomatizzat, ir-riżultati tal-metodu ta' gradazzjoni awtomatizzat għandhom jitqabblu, għal kull karkassa vvalidata, mal-medjan tar-riżultati tal-ġurija. Il-preċiżjoni tal-gradazzjoni b'metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati li tirriżulta tkun stabbilita bl-użu ta' sistema ta' punti attribwiti kif ġej:

 

Konformazzjoni

Kisja ta' xaħam

Ebda żball

10

10

Żball ta' unità waħda (i.e. subklassi waħda 'l fuq jew 'l isfel)

6

9

Żball ta' żewġ unitajiet (i.e. żewġ subklassijiet 'il fuq jew 'l isfel)

– 9

0

Żball ta' tliet unitajiet (i.e. tliet subklassijiet 'il fuq jew 'l isfel)

– 27

– 13

Żball ta' iktar minn tliet unitajiet (i.e. iktar minn tliet subklassijiet 'il fuq jew 'l isfel)

– 48

– 30

Bil-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, il-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati għandhom jilħqu tal-anqas 60 % tal-għadd massimu ta' punti kemm għall-konformazzjoni u kemm għall-kisja tax-xaħam.

Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni bl-użu ta' metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati trid tkun fil-limiti li ġejjin:

 

Konformazzjoni

Kisja ta' xaħam

Bias

± 0,30

± 0,60

Inklinazzjoni tal-linja ta' rigressjoni

1 ± 0,15

1 ± 0,30

Meta tintuża iktar minn preżentazzjoni ta' karkassa waħda waqt test ta' awtorizzazzjoni, id-differenzi bejn dawk il-preżentazzjonijiet ta' karkassi ma għandhomx iwasslu għal differenzi fir-riżultati tal-klassifikazzjoni.

PARTI B

Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar l-organizzazzjoni ta' test ta' awtorizzazzjoni

(a)

Id-dati li fihom għandu jsir it-test ta' awtorizzazzjoni;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-karkassi ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew iktar ikklassifikati fl-Istat Membru kkonċernat jew f'parti minnu;

(c)

il-metodi ta' statistika użati għall-għażla tal-kampjun tal-karkassi li għandu jkun rappreżentattiv, skont il-kategorija, il-klassijiet tal-konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam, ta' annimali bovini ta' tmien xhur jew iktar u ta' nagħaġ maqtulin fl-Istat Membru kkonċernat jew f'parti minnu;

(d)

l-isem u l-indirizz tal-biċċerija (jew biċċeriji) fejn għandu jsir it-test tal-awtorizzazzjoni, spjegazzjoni tal-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tal-linja (jew linji) tal-ipproċessar, inkluża l-veloċità kull siegħa;

(e)

il-preżentazzjoni (jew preżentazzjonijiet) tal-karkassi li għandhom jintużaw matul it-test ta' awtorizzazzjoni;

(f)

deskrizzjoni tat-teknika ta' gradazzjoni awtomatizzata u l-funzjonijiet tekniċi tagħha, partikolarment il-kunċett tas-sigurtà tal-apparat kontra kull tip ta' manipulazzjoni;

(g)

l-esperti liċenzjati nominati mill-Istat Membru kkonċernat biex jieħdu sehem fit-test ta' awtorizzazzjoni bħala membri tal-ġurija;

(h)

il-koordinatur tat-test ta' awtorizzazzjoni, bl-evidenza tal-għarfien tekniku sodisfaċenti tiegħu u indipendenza sħiħa;

(i)

l-isem u l-indirizz tal-korp indipendenti magħżul mill-Istat Membru kkonċernat li għandu janalizza r-riżultati tat-test tal-awtorizzazzjoni.

PARTI C

Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar ir-riżultati ta' test ta' awtorizzazzjoni

(a)

Sommarju tar-riżultati tal-klassifikazzjoni ffirmata mill-ġurija u mill-koordinatur matul it-test ta' awtorizzazzjoni;

(b)

rapport tal-koordinatur dwar l-organizzazzjoni tat-test ta' awtorizzazzjoni fid-dawl tal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi stipulati fil-Parti A;

(c)

analiżi kwantitattiva, skont metodoloġija li għandha taqbel fuqha l-Kummissjoni, tar-riżultati tat-test ta' awtorizzazzjoni li tindika r-riżultati tal-klassifikazzjoni ta' kull klassifikatur espert u dawk miksuba bl-użu tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati. Id-dejta użata għall-analiżi għandha tingħata f'format elettroniku li għandha taqbel fuqu l-Kummissjoni;

(d)

il-preċiżjoni tal-metodi ta' gradazzjoni awtomatizzati kif stabbilit f'konformità mad-dispożizzjonijiet fil-punt 3 tal-Parti A.


ANNESS V

Awtorizzazzjoni ta' metodi ta' gradazzjoni ta' karkassi tal-majjal imsemmija fl-Artikolu 11

PARTI A

1.   KUNDIZZJONIJIET U REKWIŻIT MINIMU GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

It-test ta' awtorizzazzjoni għandu jikkonsisti minn:

(a)

L-għażla ta' kampjun rappreżentattiv ta' karkassi tal-majjal li għandhom jiġu involuti fil-prova tad-dissezzjoni.

Il-kampjun rappreżentattiv għandu jirrifletti l-popolazzjoni tal-majjal kkonċernata u għandu jikkonsisti f'mill-inqas 120 karkassa.

(b)

Ir-reġistrazzjoni tal-kejl (il-fatturi varjabbli mbassra) fuq il-kampjun rappreżentattiv tal-karkassi tal-majjal.

Il-kejl użat fl-istima tal-perċentwal ta' laħam dgħif jiġi rreġistrat f'biċċerija jew biċċeriji bit-teknika/i ta' gradazzjoni li għandha/għandhom tiġi/jiġu awtorizzata/i.

(c)

Prova tad-dissezzjoni għall-valutazzjoni tal-perċentwal ta' referenza ta' laħam dgħif tal-karkassi tal-majjal kif deskritta fil-punt 2 tal-Parti A.

Il-prova tinvolvi d-dissezzjoni tal-kampjun tal-karkassi tal-majjal f'laħam, xaħam u għadam. Il-kontenut ta' laħam dgħif ta' karkassa tal-majjal għandu jkun ir-relazzjoni bejn il-piż totali tal-muskoli ħomor irrigati sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu mifruda b'sikkina, u l-piż tal-karkassa. Il-piż totali tal-muskoli ħomor irrigati jinkiseb jew

(i)

b'dissezzjoni totali tal-karkassa kif stabbilit fil-punt 2.2 tal-Parti A; jew

(ii)

b'dissezzjoni parzjali tal-karkassa kif stabbilit fil-punt 2.3 tal-Parti A; jew

(iii)

b'kombinazzjoni ta' dissezzjoni totali jew parzjali ma' metodu nazzjonali rapidu bbażat fuq metodi statistiċi aċċettati.

Id-dissezzjoni totali msemmija fil-punt (i) tista' tkun sostitwita wkoll bil-valutazzjoni tal-perċentwal ta' laħam dgħif permezz ta' apparat kompjuterizzat tat-tomografija (CT — kompjuter tomography) bil-kundizzjoni li jiġu pprovduti riżultati komparattivi tad-dissezzjoni sodisfaċenti.

Jekk tintuża kombinazzjoni ma' metodu nazzjonali rapidu kif imsemmi fil-punt (iii), in-numru ta' karkassi għal dissezzjoni totali jew parzjali jista' jitnaqqas għal 50 jekk l-Istat Membru jkun jista' juri li l-preċiżjoni hija mill-inqas daqs dik miksuba b'metodi statistiċi standard fuq 120 karkassa.

(d)

Il-kalkolu ta' ekwazzjoni (formola) għall-metodu ta' gradazzjoni li għandu jiġu awtorizzat.

Għandha titnissel ekwazzjoni biex issir stima tal-perċentwal ta' laħam dgħif tal-kampjun rappreżentattiv ta' karkassi mill-fatturi varjabbli mbassra u mkejla fuq dawk il-karkassi.

Il-perċentwal ta' laħam dgħif ta' kull karkassa involuta fil-prova tad-dissezzjoni għandu jiġi stmat abbażi ta' din il-formola.

(e)

L-analiżi statistika standard għall-valutazzjoni tar-riżultat tal-prova tad-dissezzjoni.

Il-perċentwal ta' laħam dgħif stmat bil-metodu tal-gradazzjoni kkonċernat għandu jitqabbel mal-perċentwal ta' referenza ta' laħam dgħif miksub mill-prova tad-dissezzjoni.

(f)

L-introduzzjoni jew l-emendar ta' ekwazzjoni għall-metodu ta' gradazzjoni għat-tbassir tal-perċentwal ta' laħam dgħif ta' karkassa tal-laħam.

L-ekwazzjoni għandha tiġi integrata fit-teknika ta' gradazzjoni wara li l-applikazzjoni tal-metodi ta' gradazzjoni tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni.

Il-metodi ta' gradazzjoni għandhom ikunu awtorizzati biss jekk l-għerq kwadrat medju tal-previżjoni (RMSEP), ikkalkulat permezz ta' teknika ta' validazzjoni msallba integrali jew b'test ta' validazzjoni ssettjata fuq kampjun rappreżentattiv ta' tal-anqas 60 karkassa, ikun anqas minn 2.5. Barra minn hekk, il-valuri atipiċi għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-RMSEP.

Meta tintuża iktar minn preżentazzjoni ta' karkassa waħda waqt test ta' awtorizzazzjoni, id-differenzi bejn dawk il-preżentazzjonijiet ta' karkassi ma għandhomx iwasslu għal differenzi fir-riżultati tal-klassifikazzjoni.

2.   IL-PROĊEDURA TAL-PROVA TAD-DISSEZZJONI BIEX JITBASSAR IL-PERĊENTWAL TA' REFERENZA TA' LAĦAM DGĦIF TA' KARKASSA TAL-MAJJAL

2.1.

It-tbassir tal-perċentwal ta' referenza ta' laħam dgħif huwa bbażat fuq id-dissezzjoni totali tan-naħa tax-xellug ta' karkassa f'konformità mal-metodu ta' referenza kif stabbilit fil-punt (c) tal-Parti 1.

2.2.

Meta ssir dissezzjoni totali, il-perċentwal ta' referenza għal-laħam dgħif (YTD) jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

Il-piż tal-laħam dgħif għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas il-piż totali tal-elementi li ma jkunux dgħif mill-piż totali tal-karkassa qabel id-dissezzjoni. Is-saqajn u r-ras, apparti l-ħadd, ma jiġux dissezzjonati.

2.3.

Meta ssir dissezzjoni parzjali, it-tbassir tal-perċentwal ta' referenza tal-laħam dgħif (YPD) ikun ibbażat fuq id-dissezzjoni tal-erba' qatgħat maġġuri (l-ispalla, il-flett, il-koxxa u ż-żaqq), flimkien mal-piż tal-flett tari. Il-perċentwal tad-dgħif tad-dissezzjoni parzjali għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

Il-piż tad-dgħif f'dawk l-erba' qatgħat maġġuri (l-ispalla, il-flett, il-koxxa u ż-żaqq) għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas il-piż totali tal-elementi tal-erba' qatgħat li mhumiex dgħif mill-piż totali tal-qatgħat qabel id-dissezzjoni.

Il-bias bejn id-dissezzjoni totali u parzjali tiġi korretta abbażi ta' subkampjun bid-dissezzjoni totali.

2.4.

Il-perċentwal ta' dgħif jista' jitbassar bi proċedura analitika bbażata fuq l-iskennjar tan-naħa tax-xellug tal-karkassa b'CT. Jekk din il-proċedura ta' CT ma tiġix ikkalibrata għad-dissezzjoni totali tal-karkassi, bias potenzjali għad-dissezzjoni totali tiġi korretta abbażi ta' subkampjun li ssir dissezzjoni totali tiegħu skont il-metodu ta' referenza. Hija biss dik il-parti tan-naħa tax-xellug tal-karkassa li jkollha d-dgħif kif iddefinit bil-metodu tad-dissezzjoni totali li jeħtieġ tiġi skennjata, jiġifieri s-saqajn u r-ras, apparti l-ħadd, ma jeħtieġx li jiġu skennjati.

2.5.

Il-korrezzjoni tal-bias meħtieġa għad-dissezzjoni parzjali jew għal proċedura tas-CT hija bbażata fuq subkampjun rappreżentattiv li jinkludi l-kombinazzjonijiet kollha tal-kampjun fir-rigward tal-fatturi ta' stratifikazzjoni bħar-razza, is-sess jew il-ħxuna użati għall-għażla tal-kampjun globali. Jintgħażlu mill-inqas 10 karkassi għall-korrezzjoni tal-bias.

Jekk il-popolazzjoni tal-majjal għall-qatla li għandu jittieħed kampjun minnha jkollha l-istess karatteristiċi bħall-popolazzjoni li b'rabta magħha tkun preċedentement saret korrezzjoni tal-bias tad-dissezzjoni parzjali jew proċedura tas-CT, ma tkun meħtieġa ebda dissezzjoni totali addizzjonali.

Jekk proċedura tas-CT tiġi deskritta u tkun rintraċċabbli b'kejl għal dissezzjoni totali jew proċedura oħra ta' CT korretta b'bias, ma tkun meħtieġa ebda dissezzjoni totali addizzjonali.

PARTI B

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni jew lil Stati Membri oħra mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' protokolli għat-test ta' awtorizzazzjoni

1.

L-ewwel parti tal-protokoll għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni u tinkludi b'mod partikolari:

(a)

il-perjodu tal-prova u l-iskeda tal-ħin għall-proċedura sħiħa tal-awtorizzazzjoni,

(b)

l-għadd u l-post tal-biċċeriji,

(c)

id-deskrizzjoni tal-popolazzjoni tal-majjal ikkonċernata mill-metodu ta' valutazzjoni,

(d)

l-indikazzjoni tal-metodu ta' dissezzjoni magħżul (totali jew parzjali),

(e)

meta jsir użu ta' apparat tomografiku kompjuterizzat kif isemmi fil-Parti 1 tal-Parti A ta' dan l-anness, deskrizzjoni tal-proċedura,

(f)

preżentazzjoni tal-metodi statistiċi użati b'rabta mal-metodu tat-teħid tal-kampjun magħżul,

(g)

id-deskrizzjoni tal-metodu nazzjonali rapidu, jekk applikat,

(h)

il-preżentazzjoni eżatta tal-karkassi li se jintużaw.

2.

It-tieni parti tal-protokoll għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tar-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u tinkludi b'mod partikulari:

(a)

preżentazzjoni tal-metodi statistiċi użati b'rabta mal-metodu tat-teħid tal-kampjun magħżul,

(b)

l-ekwazzjoni li tkun se tiġi introdotta jew li tkun ġiet emendata,

(c)

deskrizzjoni numerika u grafika tar-riżultati,

(d)

deskrizzjoni tal-apparat ikkonċernat,

(e)

il-limitu tal-piż tal-majjal li għalih ikun jista' jintuża l-metodu l-ġdid u kull limitazzjoni oħra relatata mal-użu prattiku tal-metodu,

(f)

id-dejta użata għall-analiżi għandha tiġi pprovduta f'format elettroniku.


ANNESS VI

Tabella ta' korrelazzjoni

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008

Dan ir-Regolament

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184

l-Artikolu 2(4)

l-Artikolu 1

 

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3(1)

 

l-Artikolu 4

l-Artikolu 4

 

l-Artikolu 5

l-Artikolu 2(1)

 

l-Artikolu 6(1)

l-Artikolu 7(1)

 

l-Artikolu 6(2), l-ewwel paragrafu

l-Artikolu 7(3)(a)

 

l-Artikolu 6(2), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 7(5)

 

l-Artikolu 6(3)

l-Artikolu 8(2)(a)

 

l-Artikolu 6(3), it-tieni u t-tielet paragrafi

l-Artikolu 8(3)(a)

 

l-Artikolu 6(3), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 8(4)

 

l-Artikolu 6(4)(c)

l-Artikolu 8(4)

 

l-Artikolu 6(4)(d)

l-Artikolu 8(5)

 

l-Artikolu 6(7)

l-Artikolu 8(6)(b)

 

l-Artikolu 7

 

l-Artikolu 1

l-Artikolu 8

l-Artikolu 9

 

l-Artikolu 9

l-Artikolu 10

 

l-Artikolu 10

l-Artikolu 12

 

l-Artikolu 11(1)

 

l-Artikolu 2(2)

l-Artikolu 11(2), l-ewwel paragrafu

 

l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(2)(a)

l-Artikolu 11(2), it-tieni paragrafu

 

l-Artikolu 3(2)(c)(i)

l-Artikolu 11(2), it-tielet paragrafu

l-Artikolu 25(5)

 

l-Artikolu 11(3)

 

l-Artikolu 3(3)

l-Artikolu 11(4)

 

l-Artikolu 2(3)

l-Artikolu 12

 

l-Artikolu 4

l-Artikolu 13(1)

l-Artikolu 14(1) u (2)

 

l-Artikolu 13(2)

l-Artikolu 14(3)

 

l-Artikolu 13(3)

l-Artikolu 6(3)

 

l-Artikolu 13(4)

l-Artikolu 6(4)

 

l-Artikolu 13(5), l-ewwel paragrafu

 

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 13(5), it-tieni paragrafu

 

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 14(1)

 

l-Artikolu 7

l-Artikolu 14(2)

 

l-Artikolu 6

l-Artikolu 15

 

l-Artikolu 8

l-Artikolu 16(1), l-ewwel paragrafu

 

l-Artikolu 14

l-Artikolu 16(1), it-tieni paragrafu

 

l-Artikolu 13(1), l-ewwel paragrafu

l-Artikolu 16(2)

l-Artikolu 14(4)

 

l-Artikolu 16(3)

l-Artikolu 17(2)

 

l-Artikolu 16(4), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 17(1)

 

l-Artikolu 16(5)

 

l-Artikolu 13(2), l-ewwel u t-tieni paragrafi

l-Artikolu 16(7)(a)

 

l-Artikolu 13(2), it-tielet paragrafu

l-Artikolu 18

l-Artikolu 18

 

l-Artikolu 19

l-Artikolu 25(1) u (2)

 

l-Artikolu 20(2)(a)

l-Artikolu 2(1)(b)

 

l-Artikolu 20(2)(b)

l-Artikolu 2(2)(a)

 

l-Artikolu 21(1), l-ewwel paragrafu

l-Artikolu 7(1)

 

l-Artikolu 21(1), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 7(2)

 

l-Artikolu 21(2)

l-Artikolu 5, it-tieni paragrafu

 

l-Artikolu 21(3), l-ewwel paragrafu

l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(2)

 

l-Artikolu 21(3), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 8(4)

 

l-Artikolu 21(3), ir-raba' paragrafu

l-Artikolu 8(3)(c)

 

l-Artikolu 21(4)

l-Artikolu 8(6)(a)

 

l-Artikolu 21(5)

l-Artikolu 6(1)

 

l-Artikolu 22(2), l-ewwel paragrafu

l-Artikolu 7(3)(b)

 

l-Artikolu 22(2), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 14(3)

 

l-Artikolu 22(2), it-tielet paragrafu

l-Artikolu 7(4)(a)

 

l-Artikolu 23(4)

l-Artikolu 11(3)

 

l-Artikolu 23(5)

l-Artikolu 11(5)

 

l-Artikolu 24(2), l-ewwel paragrafu

 

l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(2)(b)

l-Artikolu 24(2), it-tieni paragrafu

 

l-Artikolu 3(2)(c)(ii)

l-Artikolu 24(4)

 

l-Artikolu 2(3)

l-Artikolu 25(2)

 

l-Artikolu 9

l-Artikolu 26(1)

l-Artikolu 14(1)

 

l-Artikolu 26(2)

l-Artikolu 14(2) u (3)

 

l-Artikolu 26(3)

L-Artikoli 19 u 25

 

l-Artikolu 27(3)

l-Artikolu 25(3)

 

l-Artikolu 28

l-Artikolu 3(2)

 

l-Artikolu 29

l-Artikolu 3(1)

 

l-Artikolu 30(2)

l-Artikolu 7(3)(a)

 

l-Artikolu 30(3), l-ewwel paragrafu

l-Artikolu 8(2)(a) u 3(b)

 

l-Artikolu 30(3), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 8(4)

 

l-Artikolu 30(4)

l-Artikolu 8(5)

 

l-Artikolu 31

l-Artikolu 9

 

l-Artikolu 33(1)

l-Artikolu 15(1), l-ewwel paragrafu

 

l-Artikolu 33(2)

l-Artikolu 15(4)

 

l-Artikolu 35

l-Artikolu 21

 

l-Artikolu 38

 

L-Artikoli 16, 17 u 18

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 315/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 315/2002

Dan ir-Regolament

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184

l-Artikolu 2

l-Artikolu 15(1)(b)

 

3.   Ir-Regolament (UE) Nru 807/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 807/2013

Dan ir-Regolament

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1184

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 22

 

l-Artikolu 1(2), l-ewwel paragrafu

 

l-Artikolu 22

l-Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 16(2)

 

l-Artikolu 1(3)

l-Artikolu 16(1)(a)

 

l-Artikolu 2(1)

l-Artikolu 23

 

l-Artikolu 2(2), l-ewwel paragrafu

 

l-Artikolu 12

l-Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 16(2)

 

l-Artikolu 2(3)

l-Artikolu 16(1)(b)

 

l-Artikolu 3(1)

l-Artikolu 20

 

l-Artikolu 3(2), l-ewwel paragrafu

 

l-Artikolu 10

l-Artikolu 3(2), it-tieni paragrafu

l-Artikolu 15(1)

 

l-Artikolu 3(3)(a) sa (d)

l-Artikolu 6(2)

 

l-Artikolu 3(3), it-tieni paragrafu

 

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 3(4)

l-Artikolu 15(3)

 

l-Artikolu 4(1)

 

l-Artikolu 13(1)


Top