EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0037

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

OJ L 11, 14.1.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

?: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/37/oj

14.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/37

tat-28 ta' Ottubru 2016

dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 153(2), l-Artikolu 192(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' April 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għal Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv mal-Kanada.

(2)

Dawk in-negozjati tlestew, u l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, (il-“Ftehim”) jenħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(3)

Skont l-Artikolu 30.6(1) tal-Ftehim, il-Ftehim ma jikkonferixxix drittijiet jew obbligi li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

It-test tal-Ftehim, flimkien mal-Istrument Interpretattiv Konġunt u d-Dikjarazzjonijiet relatati, huma mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


Top