Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0008

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/8 tal-5 ta' Jannar 2016 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti (self-employment) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 3, 6.1.2016, p. 35–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/8/oj

6.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/8

tal-5 ta' Jannar 2016

li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti (self-employment)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Bl-iskop li jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-objettivi komuni stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni għandha tirċievi mingħand l-Istati Membri sett komprensiv ta' dejta dwar l-impjiegi indipendenti li jippermetti li jsiru paraguni bejn l-Istati Membri.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 (2) jistabbilixxi modulu ad hoc dwar l-impjiegi indipendenti.

(3)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 (3) jispeċifika u jiddeskrivi l-oqsma ta' informazzjoni speċjalizzata (“submoduli ad hoc”) li jridu jiġu inklużi fil-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri, il-kodiċijiet u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta skont is-submodulu ad hoc dwar l-impjiegi indipendenti.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw, u l-iskadenza sa meta għandha tintbagħat lill-Kummissjoni huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 tat-8 ta' April 2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 99, 9.4.2013, p. 11).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1397/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2013 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin mill-2016 sal-2018, għall-istħarriġ permezz ta' kampjun dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 42).


ANNESS

Dan l-Anness jistabbilixxi l-karatteristiċi tekniċi, il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw fil-modulu ad hoc dwar l-impjiegi indipendenti skedat li jsir fl-2017. Dan jistabbilixxi wkoll id-dati ta' meta trid titressaq id-dejta lill-Kummissjoni.

L-iskadenza għat-trażmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni: Il-31 ta' Marzu 2018.

Il-filtri u l-kodiċijiet li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta: kif stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 (1).

Il-kolonni riżervati għall-fatturi ta' ponderazzjoni opzjonalidawn għandhom jintużaw f'każijiet ta' subkampjunar jew nuqqas ta' tweġiba. il-kolonni 222-225 li fihom numri sħaħ u l-kolonni 226-227 li fihom pożizzjonijiet deċimali.

(1)   Submodulu “Impjieg indipendenti ekonomikament dipendenti”

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

MAINCLNT

 

Id-dipendenza ekonomika

STAPRO = 1,2

211

 

In-numru u l-importanza ta' klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar

 

 

1

L-ebda klijent f'dawn l-aħħar 12-il xahar

 

2

Klijent wieħed biss f'dawn l-aħħar 12-il xahar

3

2-9 klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar, iżda wieħed kien dominanti

4

2-9 klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar, u l-ebda wieħed ma kien dominanti

5

Aktar minn 9 klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar, iżda wieħed kien dominanti

6

Aktar minn 9 klijenti f'dawn l-aħħar 12-il xahar, l-ebda wieħed ma kien dominanti

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

WORKORG

 

Dipendenza organizzattiva

STAPRO = 1,2 AND MAINCLNT ≠ 1

212

 

Influwenza fuq kif jiġu deċiżi l-ħinijiet tax-xogħol

 

 

1

Il-parteċipant jiddeċiedi

 

2

Il-klijent(i) tal-partċipant jiddeċiedi/u

3

Kwalunkwe parti oħra tiddeċiedi

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

(2)   Submodulu “Kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk li jaħdmu għal rashom”

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

REASSE

 

Ir-raġuni ewlenija għaliex bdew jaħdmu għal rashom

STAPRO = 1,2

213

 

Ir-raġuni ewlenija għaliex bdew jaħdmu għal rashom meta bdew jaħdmu għal rashom fl-impjieg attwali

 

 

1

Ma setax isib impjieg bħala impjegat

 

2

L-ex-impjegatur tal-parteċipant talab lill-parteċipant jibda jaħdem għal rasu

3

Hija l-prattika normali fil-qasam tal-parteċipant

4

Inqalgħet opportunità tajba

5

Kompla negozju tal-familja

6

La ried u lanqas ippjana li jibda jaħdem għal rasu, iżda beda jaħdem bħala ħaddiem għal rasu għal raġuni oħra li ġietx elenkata qabel

7

Ried jibda jaħdem għal rasu minħabba ħinijiet tax-xogħol flessibbli

8

Ried jaħdem għal rasu għal raġuni oħra

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

SEDIFFIC

 

Id-diffikultà ewlenija bħala persuna li taħdem għal rasha

STAPRO = 1,2

214

 

Id-diffikultà ewlenija awtoperċepita bħala impjegat indipendenti matul l-aħħar 12-il xahar

 

 

0

Nuqqas ta' influwenza fuq l-iffissar tal-prezz tax-xogħol tiegħu stess

 

1

Nuqqas ta' aċċess għall-finanzjament għan-negozju

2

Il-ħlasijiet idumu ma jsiru jew ma jsirux

3

Livelli ta' piż amministrattiv mhux xierqa

4

In-nuqqas ta' dħul f'każ ta' mard

5

Perijodi ta' diffikultà finanzjarja

6

Perjodi mingħajr ebda klijent, mingħajr ċessjonijiet jew proġetti biex jaħdem fuqhom

7

Diffikultà oħra

8

Ma kellu l-ebda diffikultà

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

REASNOEM

 

Ir-raġuni ewlenija għaliex ma għandux impjegati miegħu

STAPRO = 2

215

 

Ir-raġuni ewlenija awtoperċepita għaliex ma għandux impjegati miegħu

 

 

0

Il-parteċipant primarjament jixtieq jimpjega ruħu

 

1

Ma hemmx biżżejjed xogħol

2

Diffiċli li jinstab staff xieraq

3

Il-qafas legali hu kkumplikat wisq

4

Kontribuzzjonijiet soċjali għoljin

5

Mhux possibbli fl-okkupazzjoni tal-parteċipant

6

Il-parteċipant jippreferi li jaħdem ma' sottokuntratturi jew kumpaniji assoċjati

7

Il-klijient(i) jrid(u) lill-parteċipant jagħmel ix-xogħol

8

Raġuni oħra

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

BPARTNER

 

Jaħdem ma' sħab kummerċjali

STAPRO = 1,2

216

 

Jaħdem ma' sid konġunt u/jew f'netwerk ta' ħaddiema għal rashom oħra

 

 

1

Jaħdem flimkien ma' sid konġunt

 

2

Jaħdem flimkien ma' oħrajn li jaħdmu għal rashom f'netwerk

3

It-tnejn

4

L-ebda minnhom

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

PLANEMPL

 

Rekrutar ippjanat ta' impjegati jew sottokuntratturi

STAPRO = 1,2

217

 

Pjanijiet biex jimpjega impjegati u jagħti sottokuntratti fit-12-il xahar li ġejjin

 

 

1

Pjanijiet biex jimpjega impjegati permanenti biss

 

2

Pjanijiet biex jimpjega impjegati temporanji biss

3

Pjanijiet biex jimpjega kemm impjegati permanenti kif ukoll impjegati temporanji

4

Pjanijiet biex jimpjega s-sottokuntratturi biss

5

Pjanijiet biex jimpjega sottokuntratturi u impjegati

6

M'għandux pjanijiet biex jimpjega impjegati jew sottokuntratturi

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

(3)   Is-submodulu “Il-ħaddiema għal rashom u l-impjegati”

L-isem/Il-kolonna

Il-kodiċi

Id-deskrizzjoni

Il-filtru

JBSATISF

 

Is-sodisfazzjon tal-impjieg

WSTATOR = 1,2

218

 

Il-livell ta' sodisfazzjon tal-impjieg bħala parti mill-inpjieg prinċipali

 

 

1

Sodisfatt ħafna

 

2

Sodisfatt mhux ħażin

3

Ftit sodisfatt

4

Assolutament mhux sodisfatt

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

AUTONOMY

 

L-awtonomija tal-impjieg

WSTATOR = 1,2

219

 

Il-livell ta' influwenza fuq il-kontenut u l-ordni tal-kompiti fl-impjieg prinċipali

 

 

1

Jista' jinfluwenza kemm il-kontenut kif ukoll l-ordni tal-kompiti

 

2

Jista' jinfluwenza l-kontenut iżda mhux l-ordni tal-kompiti

3

Jista' jinfluwenza l-ordni iżda mhux il-kontenut tal-kompiti

4

La jista' jinfluwenza l-kontenut lanqas l-ordni tal-kompiti

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

PREFSTAP

 

L-istatus professjonali preferut għall-impjieg prinċipali

WSTATOR = 1,2

220

 

Il-preferenza li jaħdem bħala impjegat jekk bħalissa jaħdem għal rasu, jew il-preferenza li jaħdem għal rasu jekk bħalissa qed jaħdem bħala impjegat

 

 

1

Ma jridx ibiddel l-istatus professjonali

 

2

Hu impjegat indipendenti iżda jixtieq jaħdem bħala impjegat

3

Qed jaħdem bħala impjegat jew ħaddiem tal-familja iżda jixtieq ikun ħaddiem għal rasu.

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx

OBSTACSE

 

Ir-raġuni ewlenija għaliex ma jiħux l-impjieg prinċipali bħala l-impjieg prinċipali

PREFSTAP = 3

221

 

Ir-raġuni ewlenija għaliex l-impjegati attwali jew il-ħaddiema tal-familja li jixtiequ jkunu ħaddiema għal rashom għadhom ma qalbux għall-istatus professjonali preferut tagħhom

 

 

1

Sigurtà finanzjarja

 

2

Diffikultajiet biex jinkiseb il-finanzjament għan-negozju

3

Hemm wisq stress, responsabbiltajiet, jew riskju

4

Inqas kopertura tal-protezzjoni soċjali

5

Raġuni oħra

9

Ma japplikax (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba/Ma nafx


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta' data mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta' referenza (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57).


Top