EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2424

Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 341, 24.12.2015, p. 21–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1001 ? 32017R1430

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2424/oj

24.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/21


REGOLAMENT (UE) 2015/2424 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (2), li ġie kkodifikat fl-2009 bħala r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (3), ħoloq sistema ta' protezzjoni tat-trademarks li hi speċifika għall-Unjoni Ewropea u li pprevediet il-protezzjoni tat-trademarks fil-livell tal-Unjoni, b'mod parallel mal-protezzjoni tat-trademarks disponibbli fil-livell tal-Istati Membri skont sistemi nazzjonali tat-trademarks, armonizzati permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (4), li ġiet ikkodifikata bħala d-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(2)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, it-terminoloġija tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandha tiġi aġġornata. Dan jeħtieġ is-sostituzzjoni ta' “trademark Komunitarja” bi “trademark tal-Unjoni Ewropea” (“trademark tal-UE”). Sabiex tiġi riflessa aħjar il-ħidma li ssir mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinji), ismu għandu jiġi sostitwit bl-isem “Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea” (“l-Uffiċċju”).

(3)

Bħala segwitu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 dwar strateġija għall-Ewropa dwar id-drittijiet tal-proprjetà industrijali, il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni komprensiva ta' kif taħdem b'mod ġenerali s-sistema tat-trademarks fl-Ewropa kollha kemm hi, li tkopri l-livell tal-Unjoni u l-livell nazzjonali u l-interrelazzjoni bejn it-tnejn.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta' Mejju 2010 dwar ir-reviżjoni futura tas-sistema tat-trademarks fl-Unjoni Ewropea, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u d-Direttiva 2008/95/KE.

(5)

L-esperjenza li nkisbet minn meta ġiet stabbilita s-sistema tat-trademarks Komunitarji 'l hawn uriet li l-intrapriżi li ġejjin minn ġewwa l-Unjoni u minn pajjiżi terzi aċċettaw is-sistema li saret, b'suċċess u b'mod vijabbli, kemm sistema kumplimentari kif ukoll alternattiva għall-protezzjoni tat-trademarks fil-livell tal-Istati Membri.

(6)

It-trademarks nazzjonali jibqgħu madankollu meħtieġa għal dawk l-intrapriżi li ma jkunux jixtiequ l-protezzjoni tat-trademarks tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew li ma jkunux jistgħu jiksbu protezzjoni kullimkien fl-Unjoni filwaqt li ma jkun hemm l-ebda ostaklu għall-protezzjoni nazzjonali. Għandha tkun il-fakultà ta' kull persuna li tfittex il-protezzjoni ta' trademark li tiddeċiedi jekk tfittix biss il-protezzjoni bħala trademark nazzjonali fi Stat Membru wieħed jew iktar, jew biss bħala trademark tal-UE, jew it-tnejn.

(7)

Filwaqt li l-evalwazzjoni ta' kif taħdem b'mod ġenerali s-sistema tat-trademarks Komunitarji kkonfermat li bosta aspetti ta' dik is-sistema, inklużi l-prinċipji fundamentali li fuqhom hija bbażata, maż-żmien taw prova ta' kemm huma effettivi u li għadhom jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi kummerċjali, fil-komunikazzjoni tagħha “Suq uniku għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali” tal-24 ta' Mejju 2011 il-Kummissjoni kkonkludiet li jeħtieġ li s-sistema tat-trademarks fl-Unjoni tiġi modernizzata billi ssir iktar effettiva, effiċjenti u konsistenti b'mod ġenerali u billi din tiġi adattata għall-era tal-Internet.

(8)

B'mod parallel għat-titjib u l-emendi tas-sistema tat-trademarks tal-UE, il-liġijiet u l-prattiki dwar it-trademarks nazzjonali għandhom jiġu armonizzati iktar u jsiru konformi mas-sistema tat-trademark tal-UE sal-livell li hu xieraq sabiex jinħolqu kemm jista' jkun kondizzjonijiet ugwali għar-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tat-trademarks kullimkien fl-Unjoni.

(9)

Bil-għan li jkun hemm iktar flessibbiltà filwaqt li tkun ukoll żgurata iktar ċertezza legali b'rabta mal-mezzi ta' rappreżentanza tat-trademarks, ir-rekwiżit tal-kapaċità ta' rappreżentanza grafika għandu jitħassar mid-definizzjoni ta' trademark tal-UE. Għandu jkun possibbli li sinjal jiġi rappreżentat fi kwalunkwe forma adatta bl-użu ta' teknoloġija disponibbli b'mod ġenerali, u għaldaqstant mhux bilfors b'mezzi grafiċi, dment li r-rappreżentanza tkun ċara, preċiża, awtonoma, faċilment aċċessibbli, li tista' tinftiehem, dejjiema u oġġettiva.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 attwalment ma joffrix l-istess livell ta' protezzjoni għad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi bħal strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni. Għalhekk jeħtieġ li jiġu ċċarati r-raġunijiet assoluti għaċ-ċaħda fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u li jkun żgurat li tali raġunijiet għaċ-ċaħda jkunu konsistenti b'mod sħiħ mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni u mal-liġi rilevanti nazzjonali li jipprovdu għall-protezzjoni ta' dawk it-titli ta' proprjetà intellettwali. Għal raġunijiet ta' koerenza ma' leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, l-ambitu ta' dawk ir-raġunijiet assoluti għandu jiġi estiż biex ikopri wkoll termini tradizzjonali protetti għall-inbid u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.

(11)

Sabiex tinżamm protezzjoni b'saħħitha tad-drittijiet f'denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fil-livell tal-Unjoni u l-livell nazzjonali, jeħtieġ li jiġi ċċarat li dawk id-drittijiet jagħtu d-dritt lil kwalunkwe persuna awtorizzata taħt il-liġi rilevanti li topponi applikazzjoni sussegwenti għar-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE, irrispettivament minn jekk dawk id-drittijiet humiex ukoll raġunijiet għaċ-ċaħda li tagħhom ikun meħtieġ li jittieħed kont ex officio mill-eżaminatur.

(12)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u konsistenza sħiħa mal-prinċipju ta' prijorità, li taħtu trademark preċedenti rreġistrata tieħu preċedenza fuq trademarks irreġistrati iktar tard, jeħtieġ li jiġi stipulat li l-infurzar tad-drittijiet mogħtija minn trademark tal-UE għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' proprjetarji miksuba qabel id-data tal-applikazzjoni jew tal-prijorità tat-trademark tal-UE. Dan huwa f'konformità mal-Artikolu 16(1) tal-Ftehim dwar aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ tal-15 ta' April 1994.

(13)

Jista' jkun hemm konfużjoni marbuta mas-sors kummerċjali li minnu joħorġu l-oġġetti jew is-servizzi meta kumpannija tuża l-istess sinjal jew wieħed simili bħala trademark b'mod tali li tiġi stabbilita rabta bejn il-kumpannija li jkollha l-isem u l-oġġetti jew is-servizzi li ġejjin minn dik il-kumpannija. L-użu tas-sinjal bħala isem kummerċjali jew denominazzjoni simili għandu jiġi inkluż taħt il-ksur ta' trademark tal-UE dment li l-użu huwa intiż għall-iskop ta' distinzjoni ta' oġġetti jew servizzi.

(14)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u konsistenza sħiħa ma' leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni, jixraq li jiġi previst li l-proprjetarju ta' trademark tal-UE għandu jkun intitolat li jipprojbixxi li parti terza jużaw sinjal f'reklamar komparattiv fejn dan ir-reklamar komparattiv imur kontra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(15)

Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tat-trademarks u tiġi kumbattuta l-falsifikazzjoni b'mod iktar effettiv u f'konformità ma' obbligi internazzjonali tal-Unjoni taħt il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), b'mod partikolari l-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) dwar il-libertà ta' transitu u, fir-rigward ta' mediċini ġeneriċi, id-“Dikjarazzjoni dwar il-Ftehim TRIPS u s-saħħa pubblika”, adottata mill-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Doha fl-14 ta' Novembru 2001, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi li, fil-proċess normali tan-negozju, partijiet terzi jdaħħlu oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma jkunu ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn tali oġġetti joriġinaw minn pajjiżi terzi u jkollhom, mingħajr awtorizzazzjoni, trademark li tkun identika jew essenzjalment identika mat-trademark tal-UE rreġistrata fir-rigward ta' tali oġġetti.

(16)

Għal dan il-għan, għandu jkun permissibbli għall-proprjetarji tat-trademarks tal-UE li jimpedixxu d-dħul ta' oġġetti li jikkostitwixxu ksur u t-tqegħid tagħhom f'kull sitwazzjoni konnessa mad-dwana, inkluż it-transitu, it-trasbord, il-ħżin, żoni liberi, il-ħżin temporanju, l-ipproċessar attiv jew id-dħul temporanju tagħhom ġewwa t-territorju, inkluż meta ma jkunx maħsub li tali oġġetti jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Fit-twettiq ta' kontrolli doganali, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jagħmlu użu mis-setgħat u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), anke fuq it-talba tad-detenturi tad-dritt. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom iwettqu l-kontrolli rilevanti abbażi ta' kriterji għall-analiżi tar-riskji.

(17)

Bil-għan li jittieħed kont simultanjament kemm tal-ħtieġa li jiġi żgurat l-infurzar effettiv ta' drittijiet marbutin mat-trademarks kif ukoll tal-ħtieġa li jiġu evitati l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kummerċ ta' oġġetti leġittimi, id-dritt tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE għandu jiskadi meta, matul proċedimenti sussegwenti mibdija f'qorti għat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (“qorti għat-trademarks tal-UE” ) li tkun kompetenti biex tieħu deċiżjoni sostantiva rigward jekk ikunx hemm ksur tat-trademark tal-UE, id-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti jkun jista' jagħti prova li l-proprjetarju tat-trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jipprojbixxi t-tqegħid tal-oġġetti fis-suq fil-pajjiż destinatarju finali.

(18)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 jipprevedi li detentur tad-dritt jinżamm responsabbli għad-danni fil-konfront tad-detentur tal-oġġetti meta, fost l-oħrajn, ikun instab li l-oġġetti inkwistjoni ma jkunux jiksru dritt ta' proprjetà intellettwali.

(19)

Għandhom jittieħdu miżuri adegwati bil-għan li jiżguraw it-tranżitu mingħajr xkiel tal-mediċini ġeneriċi. Fir-rigward ta' denominazzjonijiet internazzjonali komuni (INN) bħala ismijiet ġeneriċi rikonoxxuti globalment għal sustanzi attivi fi preparazzjonijiet farmaċewtiċi, huwa ferm importanti li jitqiesu l-limitazzjonijiet eżistenti fuq l-effett tad-drittijiet tat-trademark tal-UE. Konsegwentement, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE m'għandux ikollu d-dritt li jimpedixxi kwalunkwe parti terza milli ddaħħal oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera hemmhekk, abbażi ta' similaritajiet bejn l-INN għall-ingredjent attiv fil-mediċini u t-trademark.

(20)

Sabiex il-proprjetarji ta' trademarks tal-UE jkunu jistgħu jiġġieldu l-falsifikazzjoni b'mod iktar effettiv, dawn għandu jkollhom id-dritt li jipprojbixxu t-twaħħil ta' marka li tikkostitwixxi l-ksur fuq oġġetti u atti preparatorji mwettqa qabel it-twaħħil.

(21)

Id-drittijiet esklużivi mogħtija minn trademark tal-UE ma għandhomx jagħtu d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu ta' sinjali jew indikazzjonijiet minn partijiet terzi li jintużaw b'mod ġust u għaldaqstant skont prattiki onesti f'materji industrijali u kummerċjali. Sabiex jinħolqu kondizzjonijiet ugwali għall-ismijiet kummerċjali u t-trademarks tal-UE fil-każ ta' konflitti, minħabba l-fatt li b'mod regolari l-ismijiet kummerċjali jingħataw protezzjoni mhux ristretta kontra trademarks sussegwenti, dan l-użu għandu jitqies biss li jinkludi l-użu tal-isem personali tal-parti terza. Dan għandu jippermetti wkoll l-użu ta' sinjali jew indikazzjonijiet deskrittivi jew nonspeċifiċi b'mod ġenerali. Barra minn hekk, il-proprjetarju ma għandux ikollu d-dritt li jipprevjeni l-użu ġust u onest ta' trademark tal-UE sabiex l-oġġetti jew is-servizzi jiġu identifikati li jappartjenu għall-proprjetarju jew biex issir referenza għalihom b'dan il-mod. L-użu ta' trademark li jsir minn partijiet terzi biex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumatur għall-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti ġenwini li oriġinarjament ġew mibjugħa minn jew bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE fl-Unjoni għandu jitqies bħala ġust sakemm fl-istess ħin ikun skont prattika onesta f'materji industrijali u kummerċjali. L-użu ta' trademark li jsir minn partijiet terzi għall-fini ta' espressjoni artistika għandu jitqies bħala ġust sakemm fl-istess ħin ikun skont prattika onesta f'materji industrijali u kummerċjali. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b'tali mod li jiżgura r-rispett sħiħ għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni.

(22)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet marbutin mat-trademarks miksuba b'mod leġittimu, jixraq u jeħtieġ li, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li t-trademark sussegwenti ma tistax tiġi infurzata kontra t-trademark preċedenti, jiġi stabbilit li proprjetarji ta' trademarks tal-UE ma għandux ikollhom id-dritt li jopponu l-użu ta' trademark sussegwenti jekk it-trademark sussegwenti tkun inkisbet fi żmien meta t-trademark preċedenti ma setgħetx tiġi infurzata kontra t-trademark sussegwenti.

(23)

Għal raġunijiet ta' ekwità u ċertezza legali l-użu ta' trademark tal-UE f'għamla li tvarja f'elementi li ma jibdlux in-natura distintiva tal-marka, fl-għamla li fiha tkun ġiet irreġistrata, għandu jkun biżżejjed biex jippreserva d-drittijiet mogħtija irrispettivament minn jekk it-trademark fl-għamla kif tintuża hijiex ukoll irreġistrata.

(24)

Fid-dawl tad-deklin gradwali u n-numru insinifikanti ta' applikazzjonijiet għat-trademark tal-UE magħmula fl-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u fl-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, il-preżentazzjoni ta'applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tkun possibbli biss fl-Uffiċċju.

(25)

Il-protezzjoni tat-trademark tal-UE tingħata fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi speċifiċi li n-natura u n-numru tagħhom jistabbilixxu l-livell ta' protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju tat-trademark. Għalhekk huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli għad-denominazzjoni u l-klassifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi fir-Regolament (KE) Nru 207/2009 u li jiġu żgurati ċertezza legali u amministrazzjoni tajba billi jkun meħtieġ li l-oġġetti u s-servizzi li għalihom tkun qed tintalab il-protezzjoni tat-trademarks jiġu identifikati mill-applikant b'ċarezza u preċiżjoni biżżejjed li tippermetti, abbażi tal-applikazzjoni biss, li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jiddeterminaw il-livell ta' protezzjoni li għaliha tkun saret l-applikazzjoni. L-użu ta' termini ġenerali għandu jiġi interpretat li jinkludi biss l-oġġetti u s-servizzi kollha koperti bit-tifsira litterali tat-terminu. Proprjetarji ta' trademarks tal-UE, li minħabba l-prattika preċedenti tal-Uffiċċju huma rreġistrati fir-rigward tal-intestatura sħiħa ta' klassi tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, għandhom jingħataw il-possibbiltà li jadattaw il-listi tagħhom ta' oġġetti u servizzi sabiex jiġi żgurat li l-kontenut tar-Reġistru jissodisfa l-istandard meħtieġ ta' ċarezza u preċiżjoni skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(26)

Jixraq li r-reġim tat-tfittxijiet tat-trademark tal-UE u nazzjonali jiġu ssimplifikati billi jiġi evitat dewmien mhux meħtieġ fir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE u biex din issir iktar flessibbli fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utent billi t-tfittxija għat-trademark tal-UE ssir ukoll fakultattiva. It-tfittxijiet tat-trademark tal-UE u nazzjonali fakultattivi għandhom jiġu kkomplementati mid-disponibbiltà ta' magni tat-tiftix kumplessivi, rapidi u b'saħħithom li jistgħu jintużaw mill-pubbliku mingħajr ħlas fil-kuntest ta' kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali.

(27)

Bħala suppliment għad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar marki kollettivi Komunitarji u bħala rimedju għall-iżbilanċ attwali bejn is-sistemi nazzjonali u s-sistema tat-trademark tal-UE, jeħtieġ li jiżdied sett ta' dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li tiġi pprovduta protezzjoni għal marki ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE”) li permezz tagħhom istituzzjoni jew organizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni tippermetti lil min jaderixxi mas-sistema ta' ċertifikazzjoni biex juża l-marka bħala sinjal għal oġġetti jew servizzi li jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni.

(28)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tas-sistema attwali ta' trademarks tal-UE żvelat il-potenzjal għal titjib ta' ċerti aspetti ta' proċedura. Konsegwentement, għandhom jittieħdu ċerti miżuri li jissimplifikaw u jħaffu l-proċeduri fejn xieraq u biex jissaħħu ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà, fejn meħtieġ.

(29)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u sabiex tiġi pprovduta iktar trasparenza, jixraq li l-kompiti kollha tal-Uffiċċju jiġu definiti b'mod ċar, inklużi dawk li mhumiex relatati mal-ġestjoni tas-sistema tat-trademarks tal-UE.

(30)

Bil-għan li tiġi promossal-konverġenza ta' prattiki u li jiġu żviluppati għodod komuni, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas adatt għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, li jiddefinixxi l-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni u li permezz tiegħu, l-Uffiċċju jkun jista' jikkoordina proġetti rilevanti komuni ta' interess għall-Unjoni u l-Istati Membri u jiffinanzja dawk il-proġetti, sa ammont massimu. Dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni għandhom ikunu ta' benefiċċju għal intrapriżi li jużaw is-sistemi tat-trademarks fl-Ewropa. Għall-utenti tar-reġim tal-Unjoni stabbilit f'dan ir-Regolament, il-proġetti, partikolarment il-bażijiet ta' data għal skopijiet ta' tiftix u konsultazzjoni, għandhom jipprovdu għodod addizzjonali, inklużivi, effiċjenti li huma mingħajr ħlas biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi riżultanti min-natura unitarja tat-trademark tal-UE.

(31)

Sa fejn xieraq, ċerti prinċipji fir-rigward tal-governanza tal-Uffiċċju għandhom jiġu adattati għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE adottat mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni f'Lulju 2012.

(32)

Fl-interess ta' iktar ċertezza legali u trasparenza, jeħtieġ li jiġu aġġornati ċerti dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju.

(33)

Jixraq li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni bonarja, rapida u effiċjenti tat-tilwim billi l-Uffiċċju jiġi nkarigat bl-istabbiliment ta' ċentru ta' medjazzjoni b'servizzi li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe persuna bil-għan li tinkiseb riżoluzzjoni bonarja tat-tilwim marbut mat-trademarks tal-UE u d-disinji Komunitarji permezz ta' ftehim reċiproku.

(34)

L-istabbiliment tas-sistema tat-trademarks tal-UE rriżulta f'iktar piż finanzjarju għall-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali u awtoritajiet oħrajn tal-Istati Membri. L-ispejjeż addizzjonali huma relatati mat-trattament ta' numru ikbar ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni u invalidità li jinvolvu trademarks tal-UE jew li jitressqu minn proprjetarji ta' dawn it-trademarks; ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni marbutin mas-sistema tat-trademarks tal-UE; kif ukoll ma' attivitajiet maħsubin biex jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tat-trademarks tal-UE. Huwa, għalhekk, xieraq li jkun żgurat li l-Uffiċċju jikkumpensa partijiet mill-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għar-rwol tagħhom fl-iżgurar tal-funzjonament mingħajr xkiel tas-sistema tat-trademarks tal-UE. Il-ħlas ta' tali kumpens għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' data statistika rilevanti mill-Istati Membri. Tali kumpens m'għandux ikun daqstant li li jirriżulta f'defiċit baġitarju għall-Uffiċċju.

(35)

Fl-interess ta' ġestjoni finanzjarja tajba, għandha tiġi evitata l-akkumulazzjoni mill-Uffiċċju ta' bilanċi baġitarji pożittivi sinifikanti. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta' riżerva finanzjarja mill-Uffiċċju li tkopri in-nefqa operazzjonali tiegħu ta' sena biex jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu u t-twettiq tal-kompiti tiegħu. Dik ir-riżerva għandha tintuża biss biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kompiti tal-Uffiċċju kif speċifikat f'dan ir-Regolament.

(36)

Minħabba l-importanza essenzjali tal-ammonti tat-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju biex titħaddem is-sistema tat-trademarks tal-UE u r-relazzjoni komplementari tagħha fir-rigward tas-sistemi tat-trademarks nazzjonali, jinħtieġ li dawk l-ammonti tat-tariffi jiġu stabbiliti direttament fir-Regolament (KE) Nru 207/2009 fl-għamla ta' anness. L-ammonti tat-tariffi għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jiżgura li: l-ewwel, id-dħul li jipproduċu jkun fil-prinċipju biżżejjed biex il-baġit tal-Uffiċċju jkun ibbilanċjat; it-tieni, ikun hemm koeżistenza u komplementarjetà bejn it-trademark tal-UE u s-sistemi tat-trademarks nazzjonali, b'kont meħud ukoll tad-daqs tas-suq kopert mit-trademark tal-UE u l-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; u t-tielet, id-drittijiet tal-proprjetarji tat-trademark tal-UE jiġu infurzati b'mod effiċjenti fl-Istati Membri.

(37)

Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 jagħti setgħat lill-Kummissjoni li tadotta regoli li jimplimentaw dak ir-Regolament. B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). B'riżultat ta' dan, huwa meħtieġ ukoll li jiġu inkorporati ċerti regoli li attwalment jinsabu fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 (8), (KE) Nru 2869/95 (9) u (KE) Nru 216/96 (10) fit-test tar-Regolament (KE) Nru 207/2009. Ir-Regolament (KE) Nru 2868/95 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, u r-Regolament (KE) Nru 2869/95 għandu jitħassar.

(38)

Sal-punt li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 jeħtieġu jiġu allinjati mal-Artikolu 290 tat-TFUE, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu b'mod simultanju, fil-ħin u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(39)

Sabiex jiġu żgurati eżaminazzjoni u reġistrazzjoni effettivi, effiċjenti u rapidi tal-applikazzjonijiet għal trademark tal-UE mill-Uffiċċju billi jintużaw proċeduri li huma trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji dwar il-proċeduri għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' oppożizzjoni u dawk il-proċeduri li jirregolaw l-emenda tal-applikazzjoni.

(40)

Sabiex jiġi żgurat li trademark tal-UE tkun tista' tiġi revokata jew iddikjarata invalida b'mod effettiv u effiċjenti permezz ta' proċeduri trasparenti, dettaljati, ġusti u ekwi, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri għal revoka u għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

(41)

Sabiex ikun jista' jsir rieżami effettiv, effiċjenti u komplet tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju mill-Bordijiet tal-Appell permezz ta' proċedura trasparenti, dettaljata, ġusta u ekwa li tqis il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 207/2009, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji dwar il-kontenut formali tal-avviż tal-appell, il-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' appell, il-kontenut formali u l-forma tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell u r-rimborż tat-tariffi tal-appell.

(42)

Sabiex tiġi żgurata operazzjoni bla xkiel, effettiva u effiċjenti tas-sistema tat-trademark tal-UE, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti rigward id-dettalji dwar il-proċedimenti orali u l-arranġamenti dettaljati ta' kumpilazzjoni ta' xhieda, l-arranġamenti dettaljati għan-notifika, il-mezzi ta' komunikazzjoni u l-formoli li għandhom jintużaw mill-partijiet fil-proċedimenti, ir-regoli għall-kalkolu u t-tul tal-limiti taż-żmien, il-proċeduri għar-revoka ta' deċiżjoni jew għall-kanċellazzjoni ta' dħul fir-Reġistru, l-arranġamenti dettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti, u d-dettalji dwar ir-rappreżentazzjoni quddiem l-Uffiċċju.

(43)

Sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Bordijiet tal-Appell, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bord tal-Appell.

(44)

Sabiex tiġi żgurata reġistrazzjoni effettiva u effiċjenti ta' trademarks internazzjonali b'mod li jkun bis-sħiħ konsistenti mar-regoli tal-Protokoll relatat mal-Ftehim ta' Madrid li jikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali tal-marki, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji dwar il-proċeduri marbutin mal-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' oppożizzjoni, inklużi l-komunikazzjonijiet neċessarji li għandhom isiru lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), u d-dettalji tal-proċedura li tikkonċerna r-reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika relatata ma' marka kollettiva, marka ta' ċertifikazzjoni jew marka ta' garanzija.

(45)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-dettalji li jikkonċernaw applikazzjonijiet, pretensjonijiet, ċertifikati, pretensjonijiet, regolamenti, notifiki u kwalunkwe dokument ieħor skont ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti stabbiliti minn dan ir-Regolament kif ukoll fir-rigward ta' rati massimi għall-ispejjeż essenzjali għall-proċedimenti u verament imġarrba, dettalji dwar pubblikazzjonijiet fil-Bullettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea u l-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju, l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet nazzjonali, arranġamenti dettaljati dwar traduzzjonijiet ta' dokumenti ta' sostenn fi proċedimenti bil-miktub, it-tipi eżatti ta' deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu minn membru wieħed tad-diviżjonijiet tal-oppożizzjoni jew kanċellazzjoni, dettalji dwar l-obbligu ta' notifika skont il-Protokoll ta' Madrid, u rekwiżiti dettaljati rigward it-talba għal estensjoni territorjali sussegwenti għar-reġistrazzjoni internazzjonali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(46)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(47)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u ta opinjoni fil-11 ta' Lulju 2013.

(48)

Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-titolu, “trade mark Komunitarja” hija sostitwita bi “trademark tal-Unjoni Ewropea”.

(2)

It-terminu “trade mark Komunitarja” huwa sostitwit bit-terminu “trademark tal-Unjoni Ewropea” (“trademark tal-UE”) fl-Artikolu 1(1); u fi bnadi oħrajn fir-Regolament huwa sostitwit bit-terminu “trademark tal-UE” filwaqt li jsir kwalunkwe tibdil grammatikali meħtieġ.

(3)

Fir-Regolament kollu, it-terminu “il-qorti tat-trade marks Komunitarji” huwa sostitwit bit-terminu “qorti għat-trademarks tal-Unjoni Ewropea” (“qorti għat-trademarks tal-UE” ) filwaqt li jsir kwalunkwe tibdil grammatikali meħtieġ.

(4)

It-terminu “marka kollettiva Komunitarja” huwa sostitwit bit-terminu “marka kollettiva tal-Unjoni Ewropea” (“marka kollettiva tal-UE”) fl-Artikolu 66(1); u fi bnadi oħrajn fir-Regolament huwa sostitwit bit-terminu “marka kollettiva tal-UE” filwaqt li jsir kwalunkwe tibdil grammatikali meħtieġ.

(5)

Fir-Regolament kollu, ħlief fil-każijiet imsemmija fil-punti (2), (3) u (4), il-kliem “Komunità”, “Komunità Ewropea” u “Komunitajiet Ewropej” huma sostitwiti bil-kelma “Unjoni” u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali meħtieġ.

(6)

Fir-Regolament kollu, il-kliem “President tal-Uffiċċju” u kull referenza għal dak il-President huma sostitwiti bil-kliem “Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju” jew “Direttur Eżekuttiv”, skont il-każ, u għandu jsir kwalunkwe tibdil grammatikali meħtieġ.

(7)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Uffiċċju

1.   L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (‘l-Uffiċċju’), huwa b'dan stabbilit.

2.   Ir-referenzi kollha fil-liġi tal-Unjoni għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinji) għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Uffiċċju.”.

(8)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trademark tal-UE

Trademark tal-UE tista' tikkonsisti fi kwalunkwe sinjal, b'mod partikolari kliem, inklużi ismijiet personali, jew disinji, ittri, numri, kuluri, il-forma ta' oġġetti jew tal-imballaġġ ta' oġġetti, jew ħsejjes, dment li dawn is-sinjali jistgħu:

(a)

jagħmlu distinzjoni bejn l-oġġetti jew is-servizzi ta' intrapriża minn dawk ta' intrapriżi oħra; u

(b)

jiġu rrappreżentati fir-Reġistru tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (‘ir-Reġistru’), b'mod li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku li jiddeterminaw b'mod ċar u preċiż is-suġġett tal-protezzjoni mogħtija lill-proprjetarju ta' tali trademark.”.

(9)

L-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

sinjali li jikkonsistu esklużivament f'dawn li ġejjin:

(i)

il-forma, jew xi karatteristika oħra, tal-oġġetti li tirriżulta min-natura tal-oġġetti nnifishom;

(ii)

il-forma, jew xi karatteristika oħra, li tkun meħtieġa biex jinkiseb riżultat tekniku;

(iii)

il-forma, jew xi karatteristika oħra, tal-oġġetti li tagħti valur sostanzjali lill-oġġetti;”;

(b)

il-punti (j) u (k) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(j)

trademarks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni, skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat ikun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(k)

trademarks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni tkun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' termini tradizzjonali għall-inbid;”.

(c)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(l)

trademarks li huma esklużi mir-reġistrazzjoni skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ftehimiet internazzjonali li tagħhom l-Unjoni tkun parti, li jipprevedu l-protezzjoni ta' speċjalitajiet tradizzjonali garantiti;

(m)

trademarks li huma magħmulin minn, jew li jirriproduċu, fl-elementi essenzjali tagħhom, denominazzjoni ta' varjetà ta' pjanti preċedenti reġistrata skont skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, jew ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istat Membru kkonċernat ikunu partijiet, li jipprevedu l-protezzjoni ta' drittijiet fuq varjetà ta' pjanta, u li huma fir-rigward ta' varjetajiet ta' pjanti tal-istess speċi jew speċi relatata mill-qrib.”.

(10)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   Jekk issir oppożizzjoni minn kwalunkwe persuna awtorizzata skont il-liġi rilevanti biex teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw minn denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, it-trademark li ssir applikazzjoni għaliha ma għandhiex tiġi rreġistrata meta u sa fejn, skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li jipprevedu l-protezzjoni ta' denominazzjonijiet tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi:

(i)

applikazzjoni għal denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika kienet diġà ġiet ippreżentata f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE jew id-data tal-prijorità pretiża għall-applikazzjoni, soġġett għar-reġistrazzjoni sussegwenti tagħha;

(ii)

dik id-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tagħti d-dritt li tipprojbixxi l-użu ta' trademark sussegwenti.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Jekk issir oppożizzjoni minn proprjetarju ta' trademark preċedenti rreġistrata fit-tifsira tal-paragrafu 2, it-trademark li tkun saret applikazzjoni għaliha ma għandhiex tkun irreġistrata meta tkun identika jew simili għal trademark preċedenti, irrispettivament minn jekk l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom issir applikazzjoni humiex identiċi jew simili għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata trademark preċedenti jew jekk ma jkunux simili għalihom, meta, fil-każ ta' trademark preċedenti tal-UE, it-trademark ikollha reputazzjoni fl-Unjoni jew, fil-każ ta' trademark nazzjonali preċedenti, it-trademark ikollha reputazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat, u meta l-użu mingħajr raġuni valida tat-trademark li għaliha tkun saret applikazzjoni jieħu vantaġġ inġust min-natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trademark preċedenti, jew ikun ta' detriment għaliha.”.

(11)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Drittijiet mogħtija minn trademark tal-UE

1.   Ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE għandha tagħti drittijiet esklużivi lill-proprjetarju.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' proprjetarji li jkunu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' dik it-trademark tal-UE għandu jkollu d-dritt li jimpedixxi li kwalunkwe parti terza, mingħajr ma jkollha l-kunsens tiegħu, tuża, fil-proċess normali tan-negozju, marbut mal-oġġetti jew servizzi, kwalunkwe sinjal fejn:

(a)

is-sinjal ikun identiku għat-trademark tal-UE u jintuża b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE;

(b)

is-sinjal ikun identiku jew simili għat-trademark tal-UE u jintuża relattivament għal oġġetti jew servizzi li huma identiċi, jew simili, għall-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE, jekk ikun hemm il-probabbiltà li ssir konfużjoni min-naħa tal-pubbliku; il-probabbiltà ta' konfużjoni tinkludi l-probabbiltà ta' assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t-trademark;

(c)

is-sinjal ikun identiku jew simili għat-trademark tal-UE, irrispettivament minn jekk tintużax b'rabta ma' oġġetti jew servizzi li huma identiċi, simili jew mhux simili għal dawk li għalihom tkun ġiet irreġistrata t-trademark tal-UE, meta din tal-aħħar ikollha reputazzjoni fl-Unjoni u meta l-użu ta' dak is-sinjal mingħajr raġuni valida jieħu vantaġġ inġust min-natura distintiva jew ir-reputazzjoni tat-trademark tal-UE, jew ikun ta' detriment għaliha.

3.   Dawn li ġejjin, b'mod partikolari, jistgħu jiġu pprojbiti skont il-paragrafu 2:

(a)

it-twaħħil ta' sinjal mal-oġġetti jew mal-imballaġġ tagħhom;

(b)

l-offerta ta' oġġetti, it-tqegħid fis-suq, jew il-ħżin tagħhom għal dawk l-għanijiet taħt is-sinjal, jew l-offerta jew il-provvista ta' servizzi b'dak l-istess sinjal;

(c)

l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' oġġetti taħt is-sinjal;

(d)

l-użu tas-sinjal bħala isem kummerċjali jew tal-kumpannija jew parti minn isem kummerċjali jew tal-kumpannija;

(e)

l-użu tas-sinjal f'gazzetti kummerċjali u fir-riklamar;

(f)

l-użu tas-sinjal f'reklamar komparattiv b'mod li jmur kontra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

4.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetarji li jkunu nkisbu qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' dik it-trademark tal-UE għandu jkollu wkoll id-dritt li jimpedixxi li, fil-proċess normali tan-negozju, kwalunkwe parti terza ddaħħal oġġetti fl-Unjoni mingħajr ma jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera hemmhekk, fejn dawn l-oġġetti, inkluż l-imballaġġ tagħhom, joriġinaw minn pajjiżi terzi u jkollhom trademark mingħajr awtorizzazzjoni li tkun identika għat-trademark tal-UE rreġistrata fir-rigward ta' dawn l-oġġetti, jew li ma tkunx tista' tingħaraf fl-aspetti essenzjali tagħha minn dik it-trademark.

Id-dritt tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE skont l-ewwel subparagrafu għandu jiskadi jekk, matul il-proċedimenti biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ksur tat-trademark tal-UE, mibdija f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tingħata evidenza mid-dikjarant jew id-detentur tal-oġġetti li l-proprjetarju tat-trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti fil-pajjiż destinatarju finali.

(*)  Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21)."

(**)  Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).”."

(12)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 9a

Dritt ta' projbizzjoni ta' atti preparatorji b'rabta mal-użu tal-imballaġġ jew mezzi oħrajn

Fejn ikun hemm riskju li l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tkun imwaħħla l-marka jista' jintuża b'rabta ma' oġġetti jew servizzi u tali użu jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE taħt l-Artikolu 9(2) u (3), il-proprjetarju ta' dik it-trademark għandu jkollu d-dritt li jipprojbixxi l-atti li ġejjin jekk jitwettqu fil-proċess normali tan-negozju:

(a)

it-twaħħil ta' sinjal identiku, jew simili, għat-trademark tal-UE fuq l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tista' titwaħħal il-marka;

(b)

l-offerta jew it-tqegħid fis-suq, jew il-ħżin għal dawk il-finijiet, jew l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, l-imballaġġ, it-tabelli, it-tikketti, il-karatteristiċi jew it-tagħmir ta' sigurtà jew awtentiċità jew kwalunkwe mezz ieħor li miegħu tista' titwaħħal il-marka.

Artikolu 9b

Data li minnha jipprevalixxu drittijiet kontra partijiet terzi

1.   Id-drittijiet li jirriżultaw minn trademark tal-UE għandhom jipprevalu kontra partijiet terzi mid-data ta' pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trademark.

2.   Jista' jintalab kumpens raġonevoli għal atti li jiġru wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, jekk wara l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trademark, dawk l-atti jkunu pprojbiti bis-saħħa tal-istess pubblikazzjoni.

3.   Qorti li tismal-każ ma għandhiex tiddeċiedi dwar il-merti ta' dak il-każ qabel ma tiġi ppubblikata r-reġistrazzjoni.”.

(13)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Limitazzjoni tal-effetti ta' trademark tal-UE

1.   Trademark tal-UE ma għandhiex tagħti d-dritt lill-proprjetarju li jipprojbixxi li, fil-proċess normali tan-negozju, parti terza tuża:

(a)

l-isem jew l-indirizz tal-parti terza, fejn dik il-parti terza tkun persuna fiżika;

(b)

sinjali jew indikazzjonijiet li mhumiex ta' natura distintiva jew li għandhom x'jaqsmu man-natura, il-kwalità, il-kwantità, l-użu maħsub, il-valur, l-oriġini ġeografika, iż-żmien tal-produzzjoni tal-oġġetti jew tal-għoti tas-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-oġġetti jew is-servizzi;

(c)

it-trademark tal-UE għall-fini tal-identifikazzjoni jew biex issir referenza għal oġġetti jew servizzi bħala dawk tal-proprjetarju ta' dik it-trademark, b'mod partikolari fejn l-użu ta' dik it-trademark ikun neċessarju biex jiġi indikat l-għan maħsub ta' prodott jew servizz, b'mod partikolari bħala aċċessorji jew spare parts.

2.   L-ewwel paragrafu għandu japplika biss fejn l-użu li jsir minn parti terza tikkonforma ma' prattiki onesti f'materji industrijali jew kummerċjali.”.

(14)

L-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Trademark tal-UE ma għandhiex tintitola lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta' oġġetti li jkunu tqiegħdu fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea taħt dik it-trademark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.”.

(15)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Dritt ta' intervent mill-proprjetarju ta' trademark irreġistrata sussegwentement bħala difiża fi proċedimenti ta' ksur

1.   Fi proċedimenti ta' ksur, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark tal-UE rreġistrata sussegwentement meta dik it-trademark ma tiġix iddikjarata invalida skont l-Artikolu 53(1), (3) jew (4), 54(1) jew (2), jew 57(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Fi proċedimenti ta' ksur, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark nazzjonali rreġistrata sussegwentement fejn dik it-trademark nazzjonali rreġistrata sussegwentement ma tiġix iddikjarata invalida skont l-Artikolu 8, jew l-Artikolu 9(1) jew (2), jew 46(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***).

3.   Fejn il-proprjetarju ta' trademark tal-UE ma jkollux id-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' trademark irreġistrata sussegwentement skont il-paragrafi 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, il-proprjetarju ta' dik it-trademark irreġistrata sussegwentement ma għandux ikollu d-dritt li jipprojbixxi l-użu ta' dik it-trademark preċedenti tal-UE fi proċedimenti ta' ksur.

(***)  Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).”"

(16)

Fl-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan li ġej għandu wkoll jikkostitwixxi użu fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu:

(a)

l-użu ta' trademark tal-UE f'għamla li tvarja f'elementi li ma jibdlux in-natura distintiva tal-marka fl-għamla li fiha tkun ġiet irreġistrata, irrispettivament minn jekk it-trademark fl-għamla kif tintuża hijiex ukoll irreġistrata fl-isem tal-proprjetarju;

(b)

it-twaħħil tat-trademark tal-UE ma' oġġetti jew mal-imballaġġ tagħhom fl-Unjoni għal skopijiet ta' esportazzjoni biss.”.

(17)

Fl-Artikolu 16(1), is-sentenza introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“1.   Sakemm l-Artikoli 17 sa 24 ma jipprovdux mod ieħor, trademark tal-UE bħala oġġett ta' proprjetà għandha tiġi trattata fit-totalità tagħha, u għaż-żona kollha tal-Unjoni, bħala trademark nazzjonali rreġistrata fl-Istat Membru fejn, skont ir-Reġistru:”.

(18)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 jitħassar;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“5a.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment għandu jkun fiha informazzjoni li tidentifika t-trademark tal-UE, il-proprjetarju l-ġdid, l-oġġetti u s-servizzi li huma s-suġġett tat-trasferiment, kif ukoll dokumenti li jistabbilixxu t-trasferiment, kif dovut f'konformità mal-paragrafi 2 u 3. L-applikazzjoni jista' jkun fiha wkoll, fejn ikun applikabbli, informazzjoni biex tidentifika r-rappreżentant tal-proprjetarju l-ġdid.

5b.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment;

(b)

it-tip ta' dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit trasferiment, b'kont meħud tal-ftehimiet mogħtija mill-proprjetarju rreġistrat u s-suċċessur fit-titolu;

(c)

id-dettalji dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal trasferimenti parzjali, filwaqt li jiġi żgurat li l-oġġetti u s-servizzi fir-reġistrazzjoni li tibqa' u r-reġistrazzjoni l-ġdida ma jkunx hemm duplikazzjoni tagħhom u li fajl separat, inkluż numru ġdid ta' reġistrazzjoni, jiġi stabbilit għar-reġistrazzjoni l-ġdida.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

5c.   Fejn il-kondizzjonijiet applikabbli għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment, kif stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3, jew fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 5b, ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux rimedjati fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, dan għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment.

5d.   Tista' ssir applikazzjoni waħda għar-reġistrazzjoni ta' trasferiment għal żewġ trademarks jew iżjed, dment li l-proprjetarju rreġistrat u s-suċċessur fit-titolu huma l-istess f'kull każ.

5e.   Il-paragrafi 5a sa 5d għandhom ukoll japplikaw għal applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE.

5f.   F'każ ta' trasferiment parzjali, kwalunkwe applikazzjoni magħmula mill-proprjetarju oriġinali li tkun għadha pendenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni oriġinali għandha titqies li hija pendenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni li ser tibqa' u r-reġistrazzjoni l-ġdida. Meta din l-applikazzjoni tkun soġġetta għall-ħlas ta' tariffi u dawk it-tariffi jkunu tħallsu mill-proprjetarju oriġinali, il-proprjetarju l-ġdid ma għandu jkollu r-responsabbiltà li jħallas l-ebda tariffa addizzjonali fir-rigward ta' din l-applikazzjoni.”.

(19)

L-Artikolu 18 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 18

Trasferiment ta' trademark irreġistrata f'isem aġent

1.   Fejn trademark tal-UE tkun irreġistrata f'isem aġent jew rappreżentant ta' persuna li tkun il-proprjetarju ta' dik it-trademark, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan tal-aħħar għandu d-dritt li jitlob iċ-ċessjoni tat-trademark tal-UE favurih, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu.

2.   Il-proprjetarju jista' jippreżenta talba għaċ-ċessjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lil dawn li ġejjin:

(a)

l-Uffiċċju, skont l-Artikolu 53(1)(b), minflok applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità;

(b)

qorti għat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (‘qorti għat-trademarks tal-UE’) kif imsemmi fl-Artikolu 95, minflok kontrotalba għal dikjarazzjoni tal-invalidità bbażata fuq l-Artikolu 100(1).”.

(20)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fuq talba ta' waħda mill-partijiet, id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew it-trasferiment ta' dawk id-drittijiet għandu jitniżżel fir-Reġistru u għandu jiġi ppubblikat.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Entrata fir-Reġistru li ssir skont il-paragrafu 2 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta' waħda mill-partijiet.”.

(21)

Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Entrata fir-Reġistru li ssir skont il-paragrafu 3 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta' waħda mill-partijiet.”.

(22)

Fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Entrata fir-Reġistru li ssir skont il-paragrafu 5 għandha tiġi kanċellata jew modifikata fuq talba ta' waħda mill-partijiet.”.

(23)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 22a

Proċedura biex isiru l-entrati ta' liċenzji u drittijiet oħrajn fir-Reġistru

1.   L-Artikolu 17(5a) u (5b) u r-regoli adottati skont dan l-Artikolu, u l-Artikolu 17(5d) għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-reġistrazzjoni ta' dritt in rem jew it-trasferiment ta' dritt in rem kif imsemmi fl-Artikolu 19(2), l-imposta marbuta mal-eżekuzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3), l-involviment fi proċedimenti ta' insolvenza kif imsemmi fl-Artikolu 21(3) kif ukoll ir-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew it-trasferiment ta' liċenzja kif imsemmi fl-Artikolu 22(5), soġġett għal dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżit relatat mal-identifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi li huma s-suġġett tat-trasferiment ma għandux japplika fir-rigward ta' talba għar-reġistrazzjoni ta' dritt in rem, ta' imposta marbuta mal-eżekuzzjoni jew ta' proċedimenti ta' insolvenza;

(b)

ir-rekwiżit relatat mad-dokumenti li jagħtu prova tat-trasferiment ma għandux japplika meta t-talba ssir mill-proprjetarju tat-trademark tal-UE.

2.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm titħallas it-tariffa meħtieġa.

3.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' liċenzja tista' tinkludi talba biex tiġi rreġistrata liċenzja fir-Reġistru bħala waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a)

liċenzja esklużiva;

(b)

sottoliċenzja fil-każ li l-liċenzja tingħata minn liċenzjat li l-liċenzja tiegħu tkun irreġistrata fir-Reġistru;

(c)

liċenzja limitata għal parti biss mill-oġġetti jew is-servizzi li għalihom il-marka hija rreġistrata;

(d)

liċenzja limitata għal parti mill-Unjoni;

(e)

liċenzja temporanja.

Fejn issir talba biex tiġi rreġistrata l-liċenzja bħala liċenzja elenkati fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' liċenzja għandha tindika l-oġġetti u s-servizzi, il-parti tal-Unjoni u l-perijodu ta' żmien li għalihom qed tingħata l-liċenzja.

4.   Fejn il-kondizzjonijiet applikabbli għal reġistrazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikoli 19 sa 22, fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu, u fir-regoli l-oħra applikabbli adottati skont dan ir-Regolament, ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant dwar id-defiċjenza. Jekk ma ssirx korrezzjoni tad-defiċjenza fi żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

5.   Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE.”.

(24)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 24a

Proċedura biex tiġi kkanċellata jew immodifikata entrata fir-Reġistru ta' liċenzji u drittijiet oħra

1.   Reġistrazzjoni effettwata taħt l-Artikolu 22a(1) għandha tiġi kkanċellata jew immodifikata fuq talba ta' waħda mill-persuni kkonċernati.

2.   L-applikazzjoni għandu jkun fiha n-numru ta' reġistrazzjoni tat-trademark ikkonċernata tal-UE u d-dettalji tad-dritt li għalih ikun qiegħed jintalab li r-reġistrazzjoni tiġi kkanċellata jew immodifikata.

3.   L-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni ta' liċenzja, dritt in rem jew miżura ta' infurzar ma għandhomx jitqiesu li ġew ippreżentati sakemm tkun tħallset it-tariffa meħtieġa.

4.   L-applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn dokumenti li juru li d-dritt irreġistrat ma għadux jeżisti jew li d-detentur tal-liċenzja jew id-detentur ta' dritt ieħor jagħti l-kunsens biex ir-reġistrazzjoni tiġi kkanċellata jew immodifikata.

5.   Fejn il-ħtiġijiet għall-kanċellazzjoni jew modifikazzjoni tar-reġistrazzjoni ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu javża lill-applikant dwar id-defiċjenza. Jekk ma ssirx korrezzjoni tad-defiċjenza fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni jew modifikazzjoni tar-reġistrazzjoni.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal entrati magħmula fil-fajls skont l-Artikolu 22a(5).”.

(25)

L-Artikolu 25 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 25

Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet

1.   L-applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tiġi ppreżentata fl-Uffiċċju.

2.   L-Uffiċċju għandu joħroġ, mingħajr dewmien, lill-applikant, irċevuta li għandha tinkludi tal-anqas in-numru tal-fajl, rappreżentazzjoni, deskrizzjoni jew identifikazzjoni oħra tal-marka, in-natura u l-għadd tad-dokumenti u d-data ta' meta waslu. Dik l-irċevuta tista' tinħareġ b'mezzi elettroniċi.”.

(26)

L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

rappreżentazzjoni tal-marka li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(b).”;

(b)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti kif ġej:

“2.   L-applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tkun soġġetta għall-ħlas tat-tariffa għall-applikazzjoni li tkopri klassi waħda ta' oġġetti jew servizzi u, fejn ikun il-każ, ta' tariffa waħda jew iktar għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li jaqbżu l-ewwel klassi u, fejn applikabbli, it-tariffa marbuta mar-riċerka.

3.   Minbarra l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet formali stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan. Jekk dawk il-kondizzjonijiet jipprevedu li t-trademark tkun rappreżentata b'mod elettroniku, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina l-formati u d-daqs massimu ta' dan il-fajl elettroniku.”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġui adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(27)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 27

Data tal-preżentazzjoni

Id-data meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal trademark tal-UE għandha tkun id-data li fiha d-dokumenti li jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 26(1) jiġu ppreżentati fl-Uffiċċju mill-applikant, soġġetti għall-ħlas ta' tariffa għall-applikazzjoni fi żmien perijodu ta' xahar minn meta jiġu ppreżentati d-dokumenti msemmija hawn fuq.”.

(28)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 28

Denominazzjoni u klassifikazzjoni ta' oġġetti u servizzi

1.   L-oġġetti u s-servizzi li fir-rigward tagħhom tkun qed issir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trademark għandhom ikunu klassifikati f'konformità mas-sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita mill-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Oġġetti u Servizzi għall-Finijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki tal-15 ta' Ġunju 1957 (‘Klassifikazzjoni ta' Nizza’).

2.   L-oġġetti u s-servizzi li għalihom tkun qed tintalab il-protezzjoni tat-trademark għandhom jiġu identifikati mill-applikant b'ċarezza u preċiżjoni biżżejjed li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jiddeterminaw il-firxa ta' protezzjoni mixtieqa, fuq dik il-bażi biss.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, jistgħu jintużaw l-indikazzjonijiet ġenerali inklużi fl-intestaturi tal-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza jew termini ġenerali oħrajn, dment li jkunu konformi mal-istandards meħtieġa ta' ċarezza u preċiżjoni stabbiliti f'dan l-Artikolu.

4.   L-Uffiċċju għandu jiċħad applikazzjoni fir-rigward ta' indikazzjonijiet jew termini li mhumiex ċari jew mhumiex preċiżi, fejn l-applikant ma jissuġġerixxix kliem aċċettabbli fi żmien perijodu stabbilit mill-Uffiċċju għal dak il-għan.

5.   L-użu ta' termini ġenerali, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi ta' klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, għandu jiġi interpretat li jinkludi l-oġġetti jew is-servizzi kollha koperti mit-tifsira litterali tal-indikazzjoni jew it-terminu. L-użu ta' dawn it-termini jew l-indikazzjonijiet ma għandux jiġi interpretat li jinkludi pretensjoni ta' oġġetti jew servizzi li ma jistgħux ikunu mifhuma b'dan il-mod.

6.   Fejn l-applikant jitlob reġistrazzjoni għal iktar minn klassi waħda, l-applikant għandu jiġbor l-oġġetti u s-servizzi skont il-klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza, fejn kull grupp ikun preċedut bin-numru tal-klassi li fih jaqa' dak il-grupp ta' oġġetti jew servizzi, u għandu jippreżentahom fl-ordni tal-klassijiet.

7.   L-oġġetti u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala simili għal xulxin abbażi tal-fatt li jidhru fl-istess klassi skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza. L-oġġetti u s-servizzi ma għandhomx jitqiesu bħala differenti minn xulxin abbażi tal-fatt li jidhru fi klassijiet differenti skont il-Klassifikazzjoni ta' Nizza.

8.   Il-proprjetarji ta' trademarks tal-UE li għalihom tkun saret applikazzjoni qabel it-22 ta' Ġunju 2012 li huma rreġistrati fir-rigward tal-intestatura sħiħa ta' klassi ta' Nizza, jistgħu jiddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom fid-data tal-preżentazzjoni kienet li jfittxu protezzjoni fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi lil hinn minn dawk li huma koperti mit-tifsira litterali tal-intestatura ta' dik il-klassi, sakemm l-oġġetti jew is-servizzi hekk denominati jkunu inklużi fil-lista alfabetika għal dik il-klassi fl-edizzjoni tal-Klassifikazzjoni ta' Nizza fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni.

Id-dikjarazzjoni għandha ssir fl-Uffiċċju sal-24 ta' Settembru 2016, u għandha tindika, b'mod ċar, preċiż u speċifiku, l-oġġetti u s-servizzi, għajr dawk koperti b'mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet tal-intestatura tal-klassi, oriġinarjament koperti mill-intenzjoni tal-proprjetarju. L-Uffiċċju għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jemenda r-Reġistru skont dan. Il-possibbiltà li ssir dikjarazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15, l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 57(2).

It-trademarks tal-UE li għalihom ma ssir l-ebda dikjarazzjoni fi żmien il-perijodu msemmi fit-tieni subparagrafu għandhom jitqiesu li jestendu, minn meta jiskadi dak il-perijodu, biss għal oġġetti jew servizzi koperti b'mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet inklużi fl-intestatura tal-klassi rilevanti.

9.   Fejn ir-reġistru jkun emendat, id-drittijiet esklużivi mogħtija mit-trademark tal-UE skont l-Artikolu 9 ma għandhomx jipprevjenu lil parti terza milli tkompli tuża trademark fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi meta u sa fejn l-użu tat-trademark għal dawk l-oġġetti jew servizzi:

(a)

jkun beda qabel ma ġie emendat ir-reġistru; u

(b)

ma kisirx id-drittijiet tal-proprjetarju abbażi tat-tifsira litterali tar-rekord tal-oġġetti u s-servizzi fir-reġistru f'dak il-mument.

Barra minn hekk, l-emenda tal-lista ta' oġġetti jew servizzi rreġistrati fir-reġistru m'għandhiex tagħti lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE d-dritt li jopponi jew li japplika għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark sussegwenti meta u sa fejn:

(a)

it-trademark sussegwenti kienet jew qed tintuża, jew kienet saret applikazzjoni biex tiġi rreġistrata t-trademark, għal oġġetti jew servizzi qabel ma ġie emendat ir-reġistru; u

(b)

l-użu tat-trademark fir-rigward ta' dawk l-oġġetti jew servizzi ma kisirx, jew ma kienx ser jikser, id-drittijiet tal-proprjetarju abbażi tat-tifsira litterali tar-rekord tal-oġġetti u s-servizzi fir-reġistru f'dak il-mument.”.

(29)

L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 5, jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fejn ikun meħtieġ, jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra tinvestiga jekk Stat, fit-tifsira tal-ewwel sentenza, jagħtix dak it-trattament reċiproku. Jekk il-Kummissjoni tistabbilixxi li jingħata trattament reċiproku f'konformità mal-ewwel sentenza, hija għandha għaldaqstant tippubblika komunikazzjoni f'dak is-sens f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   Il-paragrafu 5 għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-komunikazzjoni li tistabbilixxi li jingħata trattament reċiproku, sakemm f'din il-komunikazzjoni ma tiġix indikata data preċedenti li minnha għandha tapplika. Dan ma għandux jibqa' japplika mid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li trattament reċiproku ma għadux jingħata, sakemm f'din il-komunikazzjoni ma tiġix indikata data preċedenti li minnha għandha tapplika.

7.   Il-komunikazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom ukoll jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”.

(30)

L-Artikolu 30 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 30

Pretensjonijiet ta' prijorità

1.   Il-pretensjonijiet ta' prijorità għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma' applikazzjoni għal trademark tal-UE, u għandhom jinkludu d-data, in-numru u l-pajjiż tal-applikazzjoni preċedenti. Id-dokumentazzjoni ta' sostenn tal-pretensjonijiet ta' prijorità għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip ta' dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għall-pretensjoni ta' prijorità ta' applikazzjoni preċedenti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

3.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jistabbilixxi li d-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-applikant b'appoġġ għall-pretensjoni ta' prijorità tista' tikkonsisti f'inqas minn dak li huwa meħtieġ skont l-ispeċifikazzjonijiet adottati f'konformità mal-paragrafu 2, dment li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-Uffiċċju minn sorsi oħrajn.”.

(31)

L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Il-pretensjoni ta' prijorità għandha tiġi ppreżentata flimkien mal-applikazzjoni għal trademark tal-UE.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Applikant li jixtieq iressaq pretensjoni ta' prijorità skont il-paragrafu 1 għandu jippreżenta prova tal-wirja ta' oġġetti jew servizzi taħt il-marka li għaliha jkun qiegħed japplika, fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni.”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip u d-dettalji tal-evidenza li għandha tiġi ppreżentata għal pretensjoni ta' prijorità ta' esibizzjoni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(32)

L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-pretensjonijiet ta' anzjanità għandhom jew jiġu ppreżentati flimkien mal-applikazzjoni għal trademark tal-UE jew fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, u għandhom jinkludu l-Istat Membru jew Stati Membri li fihom jew li għalihom il-marka hi rreġistrata, in-numru u d-data tal-preżentazzjoni tar-reġistrazzjoni rilevanti, u l-oġġetti u s-servizzi li għalihom il-marka hi rreġistrata. Fejn l-anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata waħda jew aktar tiġi pretiża fl-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni ta' sostenn għall-pretensjoni ta' anzjanità għandha tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni. Fejn l-applikant jixtieq li jagħmel pretensjoni ta' anzjanità wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni b'appoġġ għall-pretensjoni ta' anzjanità għandha tintbagħat lill-Uffiċċju fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni tal-pretensjoni ta' anzjanità.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-anzjanità pretiża għat-trademark tal-UE għandha tiskadi meta t-trademark preċedenti li fir-rigward tagħha tkun saret il-pretensjoni ta' anzjanità, tiġi ddikjarata li hi invalida jew revokata. Meta t-trademark preċedenti tiġi revokata, l-anzjanità għandha tiskadi dment li r-revoka ssir effettiva qabel id-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE.”;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   L-Uffiċċju għandu jinforma lill-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew lill-uffiċċju ċentrali li jittratta l-proprjetà industrijali tal-Istat Membru kkonċernat, bil-pretensjoni effettiva tal-anzjanità.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tip ta' dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għall-pretensjoni ta' anzjanità ta' trademark nazzjonali jew trademark irreġistrata skont ftehimiet internazzjonali li jkunu effettivi fi Stat Membru f'konformità mal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

6.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jistabbilixxi li d-dokumentazzjoni ta' sostenn li għandha tiġi pprovduta mill-applikant għall-pretensjoni ta' anzjanità tista' tikkonsisti f'inqas minn dak li huwa meħtieġ skont l-ispeċifikazzjonijiet adottati f'konformità mal-paragrafu 5, dment li l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli għall-Uffiċċju minn sorsi oħrajn.”.

(33)

L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-pretensjonijiet ta' anzjanità ppreżentati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu n-numru ta' reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE, l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju tagħha, l-Istat Membru jew Stati Membri fejn jew li għalihom il-marka preċedenti hija rreġistrata, in-numru u d-data tal-preżentazzjoni tar-reġistrazzjoni rilevanti, l-oġġetti u s-servizzi li għalihom il-marka hija rreġistrata u dawk li fir-rigward tagħhom hija pretiża l-anzjanità, u d-dokumentazzjoni ta' sostenn kif prevista fir-regoli adottati skont l-Artikolu 34(5).”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw il-pretensjonijiet ta' anzjanità ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE bin-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix rimedjat fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-pretensjoni.

4.   Għandu japplika l-Artikolu 34(2), (3), (4) u (6).”.

(34)

L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tikkonforma mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 26(3).”;

(b)

fil-paragrafu 2 il-kliem “fiż-żmien preskritt” huwa sostitwit bil-kliem “fi żmien xahrejn minn meta tasal in-notifika”;

(c)

fil-paragrafu 5, jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“Fin-nuqqas ta' kriterji oħra li jiddeterminaw liema klassijiet huma maħsuba li jkunu koperti, l-Uffiċċju għandu jieħu l-klassijiet fl-ordni tal-klassifikazzjoni. L-applikazzjoni għandha titqies li ġiet irtirata fir-rigward ta' dawk il-klassijiet li għalihom it-tariffi tal-klassi ma tħallsux jew li ma kinux tħallsu kollha.”;

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Fejn ma jkunux ġew sodisfatti r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), esklużivament fir-rigward ta' uħud mill-oġġetti u s-servizzi, l-Uffiċċju għandu jiċħad l-applikazzjoni, jew id-dritt ta' prijorità jew id-dritt ta' anzjanità għandu jintilef, biss fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi kkonċernati.”.

(35)

L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jitħassar;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3)   L-applikazzjoni m'għandhiex tiġi rrifjutata qabel ma l-applikant ikun ingħata l-opportunità li jirtira jew jemenda l-applikazzjoni jew li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni u għandu jispeċifika perijodu li fih jista' jirtira jew jemenda l-applikazzjoni jew jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Fejn l-applikant ma jirnexxielux jirrimedja għar-raġunijiet għaċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jiċħad ir-reġistrazzjoni kompletament jew parzjalment.”.

(36)

L-Artikolu 38 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 38

Rapport ta' riċerka

1.   L-Uffiċċju għandu, fuq talba tal-applikant għat-trademark tal-UE meta jippreżenta l-applikazzjoni, ifassal rapport ta' riċerka tal-Unjoni Ewropea (‘rapport ta' riċerka tal-UE’) li jsemmi dawk it-trademarks preċedenti tal-UE jew l-applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE li jkunu nkixfu u li jistgħu jiġu invokati taħt l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li tkun saret applikazzjoni għaliha.

2.   Fejn, fil-mument li jippreżenta applikazzjoni għal trademark tal-UE, l-applikant jitlob li jitħejja rapport ta' riċerka mill-uffiċċji ċentrali tal-Istati Membri li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u meta tkun tħallset tariffa adatta marbuta mar-riċerka qabel l-iskadenza għall-ħlas tat-tariffa għall-applikazzjoni, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti, mingħajr dewmien, kopja tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE lill-uffiċċju ċentrali ta' kull Stat Membru li jittratta l-proprjetà industrijali li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jwettaq riċerka fir-reġistru tat-trademarks tiegħu stess fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal trademark tal-UE.

3.   Kull wieħed mill-uffiċċji ċentrali tal-Istati Membri li jittrattaw il-proprjetà industrijali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jikkomunika rapport ta' riċerka li għandu jew isemmi kwalunkwe trademarks nazzjonali preċedenti, l-applikazzjonijiet għal trademarks nazzjonali jew trademarks irreġistrati skont ftehimiet internazzjonali, li jkollhom effett fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, li jkunu ġew skoperti u li jistgħu jiġu invokati taħt l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li ssir applikazzjoni għaliha, jew jiddikjara li din ir-riċerka ma żvelat l-ebda dritt ta' dan it-tip.

4.   L-Uffiċċju, wara li jikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija previst fl-Artikolu 124 (‘il-Bord tat-Tmexxija’), għandu jistabbilixxi l-kontenut u l-modalitajiet għar-rapporti.

5.   L-Uffiċċju għandu jħallas ammont lil kull uffiċċju ċentrali li jittratta l-proprjetà industrijali għal kull rapport ta' riċerka ipprovdut mill-uffiċċju f'konformità mal-paragrafu 3. L-ammont, li għandu jkun l-istess għal kull uffiċċju, għandu jkun stabbilit mill-Kumitat tal-Baġit permezz ta' deċiżjoni addottata b'maġġoranza ta' tliet kwarti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.

6.   L-Uffiċċju għandu jittrasmetti lill-applikant għal trademark tal-UE r-rapport ta' riċerka tal-UE mitlub u kwalunkwe rapport ta' riċerka nazzjonali mitlub u li jkun ġie riċevut.

7.   Fejn l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tiġi ppubblikata, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarji ta' trademarks preċedenti tal-Unjoni Ewropea jew ta' applikazzjonijiet għal trademarks tal-Unjoni Ewropea msemmija fir-rapport ta' riċerka tal-UE bil-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE. Dan tal-aħħar għandu japplika irrispettivament jekk l-applikant ikunx talab li jirċievi r-rapport ta' riċerka tal-UE, sakemm il-proprjetarju ta' reġistrazzjoni jew applikazzjoni preċedenti ma jitlobx li ma jirċevix in-notifika.”.

(37)

L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Jekk il-kondizzjonijiet li jeħtieġu jiġu sodisfatti mill-applikazzjoni għal trademark tal-UE jiġu rrispettati, l-applikazzjoni għandha tkun ippubblikata għall-finijiet tal-Artikolu 41 sakemm din ma tkunx ġiet miċħuda skont l-Artikolu 37. Il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal informazzjoni diġà disponibbli għall-pubbliku mod ieħor f'konformità ma' dan ir-Regolament jew ma' atti adottati skont dan ir-Regolament.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Fejn il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni jkun fiha żball li jkun sar mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-applikant jikkoreġi l-iżball u jippubblika l-korrezzjoni.

Ir-regoli adottati skont l-Artikolu 43(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis meta tintalab korrezzjoni mill-applikant.

4.   L-Artikolu 41(2) għandu japplika wkoll meta l-korrezzjoni tikkonċerna l-lista ta' oġġetti jew servizzi jew ir-rappreżentazzjoni tal-marka.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji li għandhom ikunu inklużi fil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(38)

L-Artikolu 40 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 40

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

1.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe grupp jew korp li jirrappreżenta lil manifatturi, produtturi, fornituri ta' servizzi, negozjanti jew konsumaturi jistgħu jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Uffiċċju, li jispjegaw ir-raġunijiet għaliex it-trademark ma għandux jiġi rreġistrat ex officio skont l-Artikoli 5 u 7.

Il-persuni u l-gruppi jew korpi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu partijiet fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

2.   L-osservazzjonijiet ta' partijiet terzi għandhom jiġu ppreżentati qabel it-tmiem tal-perijodu ta' oppożizzjoni jew, meta tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni kontra t-trademark, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-oppożizzjoni.

3.   Il-preżentazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Uffiċċju li jiftaħ mill-ġdid l-analiżi tar-raġunijiet assoluti fuq inizjattiva tiegħu stess fi kwalunkwe mument qabel ir-reġistrazzjoni, fejn ikun il-każ.

4.   L-osservazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant li jista' jikkummenta fuqhom.”.

(39)

L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

mill-persuni awtorizzati taħt il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali rilevanti biex jeżerċitaw id-drittijiet imsemmijin fl-Artikolu 8(4a)”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-oppożizzjoni għandha tiġi espressa bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. L-oppożizzjoni ma tistax titqies li tkun ġiet ippreżentata kif dovut qabel ma jsir il-ħlas tat-tariffa tal-oppożizzjoni.”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Fi żmien perijodu li għandu jiġi stabbilit mill-Uffiċċju, l-opponent jista' jippreżenta fatti, evidenza u argumenti b'appoġġ għall-każ tiegħu.”.

(40)

Fl-Artikolu 42, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fuq talba tal-applikant, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE preċedenti li jkun għamel notifika ta' oppożizzjoni għandu jġib provi li, matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data ta' preżentazzjoni jew id-data tal-prijorità tal-applikazzjoni tat-trademark tal-UE, ikun sar użu ġenwin mit-trademark tal-UE preċedenti fl-Unjoni f'konnessjoni mal-oġġetti jew servizzi li għalihom hija tkun irreġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-oppożizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m'għandhiex tintuża, sakemm it-trademark tal-UE preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin sa dik id-data. F'nuqqas ta' provi ta' din ix-xorta, l-oppożizzjoni għandha tiġi rrifjutata. Jekk it-trademark tal-UE preċedenti tkun intużat f'konnessjoni ma' parti biss mill-oġġetti jew servizzi li għalihom tkun irreġistrata, hija għandha, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-oppożizzjoni, titqies li hija rreġistrata biss f'konnessjoni ma' dik il-parti tal-oġġetti jew servizzi.”.

(41)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 42a

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' oppożizzjoni stipulati fl-Artikoli 41 u 42.”.

(42)

Fl-Artikolu 43, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċedura li tirregola l-emenda tal-applikazzjoni.”.

(43)

L-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

qabel ma l-Uffiċċju jagħti d-data tal-preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 u matul il-perijodu ta' oppożizzjoni previst fl-Artikolu 41(1).”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   Fejn il-Uffiċċju jsib li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u fir-regoli adottati skont il-paragrafu 9(a) ma jkunux sodisfatti, dan għandu jistieden lill-applikant sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet f'perijodu ta' żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel jiskadi l-limitu ta' żmien, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni.”;

(d)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“8.   Fejn id-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun marbuta ma' applikazzjoni li tkun diġà ġiet ippubblikata skont l-Artikolu 39, id-diviżjoni għandha tiġi ppubblikata. L-applikazzjoni diviżjonali għandha tiġi ppubblikata. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tiftaħ perijodu ġdid biex jiġu ppreżentati l-oppożizzjonijiet.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' applikazzjoni li ssir skont il-paragrafu 1;

(b)

id-dettalji dwar kif għandha tiġi pproċessata dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' applikazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li fajl separat, inkluż numru ġdid tal-applikazzjoni, jiġi stabbilit għall-applikazzjoni diviżjonali;

(c)

id-dettalji li għandhom ikunu fil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni diviżjonali skont il-paragrafu 8.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(44)

L-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 45

Reġistrazzjoni

1.   Fejn applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fejn ma tkun ingħatat l-ebda notifika ta' oppożizzjoni fi ħdan il-perijodu msemmi fl-Artikolu 41(1) jew meta kull oppożizzjoni tkun waqgħet b'mod finali permezz ta' rtirar, rifjut jew dispożizzjoni oħra, it-trademark u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 87(2) għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi ppubblikata.

2.   L-Uffiċċju għandu joħroġ ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Dak iċ-ċertifikat jista' jinħareġ b'mezzi elettroniċi. L-Uffiċċju għandu jipprovdi kopji attestati jew mhux attestati taċ-ċertifikat soġġett għall-ħlas ta' tariffa, fejn dawk il-kopji huma maħruġa b'mezzi li mhumiex elettroniċi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fi u l-forma taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(45)

L-Artikolu 47 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 47

It-tiġdid

1.   Ir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE għandha tiġi mġedda fuq talba tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE jew ta' kull persuna espressament awtorizzata minnu, sakemm id-drittijiet ikunu tħallsu.

2.   L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE, u lil kull persuna li jkollha dritt reġistrat fir-rigward tat-trademark tal-UE, bl-iskadenza tar-reġistrazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel tali skadenza. In-nuqqas li tingħata tali informazzjoni ma jinvolvix ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju u ma jaffettwax l-iskadenza tar-reġistrazzjoni.

3.   It-talba għat-tiġdid għandha tintbagħat f'perijodu ta' sitt xhur qabel l-iskadenza tar-reġistrazzjoni. It-tariffa bażika għat-tiġdid, u fejn xieraq, tariffa ta' klassi waħda jew aktar għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li jaqbżu l-ewwel waħda għandhom ukoll jitħallsu f'dan il-perijodu. Jekk dan ma jsirx, it-talba tista' tintbagħat u t-tariffi jitħallsu fi żmien perijodu ulterjuri ta' sitt xhur wara l-iskadenza tar-reġistrazzjoni, dment li titħallas tariffa addizzjonali għall-pagament tard tat-tariffa għat-tiġdid jew is-sottomissjoni tard tat-talba għat-tiġdid fi żmien dan il-perijodu ulterjuri.

4.   It-talba għat-tiġdid għandha tinkludi:

(a)

l-isem tal-persuna li qed titlob it-tiġdid;

(b)

in-numru ta' reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE li għandha tiġġedded;

(c)

jekk it-tiġdid jintalab għal parti biss mill-oġġetti u servizzi, indikazzjoni ta' dawk il-klassijiet jew dawk l-oġġetti u servizzi li għalihom huwa mitlub it-tiġdid, jew dawk il-klassijiet jew dawk l-oġġetti u servizzi li għalihom it-tiġdid mhuwiex mitlub, imqiegħda fi gruppi skont il-klassijiet tal-klassifikazzjoni ta' Nizza, kull grupp preċedut min-numru tal-klassi ta' dik il-klassifikazzjoni li għaliha jappartjeni dak il-grupp ta' oġġetti jew servizzi, u ppreżentat fl-ordni tal-klassijiet ta' dik il-klassifikazzjoni.

Jekk ikun sar il-pagament imsemmi fil-paragrafu 3, għandha titqies li tikkostitwixxi talba għal tiġdid dment li jkun fih l-indikazzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi stabbilit l-għan tal-pagament.

5.   Fejn it-talba tiġi ppreżentata jew it-tariffi jitħallsu fir-rigward biss ta' wħud mill-oġġetti jew servizzi li għalihom it-trade mark tal-UE tkun reġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded biss għal dawk l-oġġetti jew servizzi. Fejn it-tariffi mħallsa ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-klassijiet kollha ta' oġġetti u servizzi li għalihom ikun qiegħed jintalab it-tiġdid, ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded jekk ikun ċar liema klassi jew klassijiet għandhom ikunu koperti. Fin-nuqqas ta' kriterji oħra, l-Uffiċċju għandu jqis il-klassijiet fl-ordni tal-klassifikazzjoni.

6.   It-tiġdid għandu jsir effettiv mill-jum wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiġi reġistrat.

7.   Fejn it-talba għat-tiġdid tiġi ppreżentata fil-perijodi previsti fil-paragrafu 3, iżda l-kondizzjonijiet l-oħra li jirregolaw it-tiġdid previsti f'dan l-Artikolu mhumiex sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bin-nuqqasijiet misjuba.

8.   Fejn it-talba għat-tiġdid ma tiġix sottomessa jew tiġi sottomessa wara li jiskadi l-perijodu previst fil-paragrafu 3, jew meta t-tariffi ma jitħallsux jew jitħallsu biss wara li jkun skada l-perijodu inkwistjoni, jew fejn in-nuqqasijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 ma jiġux rimedjati f'dak il-perijodu, l-Uffiċċju għandu jistabbilixxi li r-reġistrazzjoni skadiet u għandu jinnotifika lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE kif meħtieġ. Meta d-deċiżjoni tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jikkanċella l-marka mir-reġistru. Il-kanċellazzjoni għandu jkollha effett mill-jum ta' wara d-data li fiha tiskadi r-reġistrazzjoni eżistenti. Meta t-tariffi tat-tiġdid ikunu tħallsu iżda r-reġistrazzjoni ma tiġġeddidx, dawk it-tariffi għandhom jitħallsu lura.

9.   Talba waħda għat-tiġdid tista' tiġi ppreżentata għal żewġ marki jew iżjed, mal-ħlas tat-tariffi meħtieġa għal kull waħda minn dawn il-marki, sakemm il-proprjetarji jew ir-rappreżentanti huma l-istess f'kull każ.”.

(46)

L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   It-talba għal bidla għandha tinkludi l-element tal-marka li trid tinbidel u dak l-element fil-verżjoni mibdula tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talba għal bidla. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   It-talba titqies li għadha ma ġietx ippreżentata sakemm tkun tħallset it-tariffa meħtieġa. Jekk it-tariffa ma tkunx tħallset jew ma tkunx tħallset kollha, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant b'dan. Tista' ssir talba waħda għall-bidla tal-istess element f'żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar tal-istess proprjetarju. It-tariffa meħtieġa għandha titħallas għal kull reġistrazzjoni li ser tinbidel. Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw il-bidla fir-reġistrazzjoni ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bin-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix rimedjat fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba.

5.   Il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-bidla għandha turi xbieha tat-trademark tal-UE kif mibdula. Il-partijiet terzi li d-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu affettwati mill-bidla jistgħu jikkontestaw ir-reġistrazzjoni tagħha fi żmien il-perijodu ta' tliet xhur wara l-pubblikazzjoni. L-Artikoli 41 u 42 u regoli adottati skont l-Artikolu 42a għandhom japplikaw għall-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-bidla.”.

(47)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 48a

Bidla fl-isem jew fl-indirizz

1.   Bidla fl-isem jew l-indirizz tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE li mhijiex bidla tat-trademark tal-UE skont l-Artikolu 48(2) u li mhijiex il-konsegwenza ta' trasferiment sħiħ jew parzjali tat-trademark tal-UE rreġistrata għandha, fuq talba tal-proprjetarju, tiġi rreġistrata fir-Reġistru.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'talba għal bidla fl-isem jew l-indirizz skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

2.   Tista' ssir talba waħda għal bidla fl-isem jew l-indirizz fir-rigward ta' żewġ reġistrazzjonijiet jew aktar tal-istess proprjetarju.

3.   Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw ir-reġistrar ta' bidla ma jiġux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE bin-nuqqas. Jekk in-nuqqas ma jiġix rimedjat fi żmien li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw ukoll għal bidla fl-isem jew l-indirizz tar-rappreżentant irreġistrat.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE. Il-bidla għandha tiġi rreġistrata fil-fajls miżmuma mill-Uffiċċju dwar l-applikazzjoni għat-trademark tal-UE.”.

(48)

L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 8 ma jiġux sodisfatti jew il-lista ta' oġġetti u servizzi li għandhom jifformaw ir-reġistrazzjoni diviżjonali tiddupplika l-oġġetti u s-servizzi li għandhom jibqgħu fir-reġistrazzjoni oriġinali, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-proprjetarju tat-trademark tal-UE biex jirrimedja n-nuqqasijiet f'tali perijodu li jispeċifika. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel jiskadi l-perijodu ta' żmien, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta d-dikjarazzjoni ta' diviżjoni.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1;

(b)

id-dettalji ta' kif għandha tiġi pproċessata dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' reġistrazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li fajl separat, inkluż numru ġdid ta' reġistrazzjoni, jiġi stabbilit għar-reġistrazzjoni diviżjonali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(49)

L-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Iċ-ċessjoni għandha tiġi ddikjarata lill-Uffiċċju bil-miktub mill-proprjetarju tat-trademark. Ma għandhiex ikollha effett qabel ma tiddaħħal fir-Reġistru. Il-validità taċ-ċessjoni ta' trademark tal-UE li hija dikjarata lill-Uffiċċju wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni għal revoka ta' dik it-trademark skont l-Artikolu 56(1) għandha tkun kondizzjonali għaċ-ċaħda finali jew l-irtirar tal-applikazzjoni għal revoka.

3.   Iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal biss bil-qbil tal-proprjetarju ta' dritt relatat mat-trademark tal-UE u li jiddaħħal fir-Reġistru. Jekk liċenzja tkun ġiet reġistrata, iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal fir-Reġistru biss jekk il-proprjetarju tat-trademark tal-UE jipprova li huwa għarraf lil-liċenzjat bil-ħsieb tiegħu li jċedi. L-entrata taċ-ċessjoni għandha ssir meta jiskadi l-perijodu tat-tliet xhur wara d-data li fiha l-proprjetarju jissodisfa lill-Uffiċċju li hu jkun għarraf lil-liċenzjat bl-intenzjoni tiegħu li jċedi, jew qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, malli jipprova li l-liċenzjat ta l-kunsens tiegħu.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Jekk ir-rekwiżiti li jirregolaw iċ-ċessjoni ma jkunux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lid-dikjarant bin-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jkunux rimedjati fi żmien li għandu jkun speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta li ċ-ċessjoni tiddaħħal fir-Reġistru.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'dikjarazzjoni għal ċessjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u t-tip ta' dokumentazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit ftehim ta' parti terza skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(50)

Fl-Artikolu 53, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

fejn ikun hemm denominazzjoni ta' oriġini preċedenti jew indikazzjoni ġeografika kif imsemmija fl-Artikolu 8(4a) u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu jkunu sodisfatti.”;

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu sodisfatti fid-data tal-applikazzjoni jew id-data ta' prijorità tat-trademark tal-UE.”.

(51)

Fl-Artikolu 54, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Fejn il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jkun ta l-kunsens tiegħu, għal perijodu ta' ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn trademark tal-UE sussegwenti fl-Unjoni waqt li jkun jaf b'dan l-użu, hu ma jibqax intitolat abbażi tat-trademark preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li t-trademark sussegwenti hija invalida fir-rigward tal-oġġetti jew servizzi li għalihom tkun intużat it-trademark sussegwenti, sakemm ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE sussegwenti ma tkunx saret applikazzjoni għaliha b'mala fede.

2.   Fejn il-proprjetarju ta' trademark nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2) jew ta' sinjal preċedenti ieħor imsemmi fl-Artikolu 8(4) ikun ta l-kunsens tiegħu, għal perijodu ta' ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn trademark tal-UE sussegwenti fl-Istat Membri fejn it-trademark preċedenti jew is-sinjal preċedenti l-ieħor huwa protett waqt li jkun jaf b'dan l-użu, hu ma jibqax intitolat abbażi tat-trademark preċedenti jew tas-sinjal l-ieħor preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li t-trademark sussegwenti hija invalida fir-rigward tal-oġġetti jew is-servizzi li għalihom tkun intużat it-trademark sussegwenti, sakemm ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE sussegwenti ma tkunx saret applikazzjoni għaliha b'mala fede.”.

(52)

L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, fil-punt (c), il-frażi “skont il-liġi tal-Istat Membru konċernat” huwa sostitwit bil-frażi “taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità hija inammissibbli meta applikazzjoni li tirrigwarda l-istess materja u l-istess kawża, u li tinvolvi lill-istess partijiet, tkun ġiet aġġudikata fuq il-merti tagħha, jew mill-Uffiċċju jew permezz ta' qorti għat-trademarks tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 95, u d-deċiżjoni tal-Uffiċċju jew dik il-qorti dwar dik l-applikazzjoni tkun kisbet l-awtorità ta' deċiżjoni finali.”.

(53)

Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Jekk issir talba mill-proprjetarju ta' trademark tal-UE, il-proprjetarju ta' trademark tal-UE preċedenti, li jkun parti għall-proċedimenti ta' invalidità, għandu jġib provi li, matul il-perijodu ta' ħames snin qabel id-data tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, it-trademark tal-UE preċedenti intużat b'mod ġenwin fl-Unjoni f'konnessjoni mal-oġġetti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata u li l-proprjetarju ta' dik it-trademark preċedenti jsemmi bħala ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m'għandhiex tintuża, sakemm sa dik id-data t-trademark tal-UE preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. Jekk, fid-data li fiha l-applikazzjoni għal trademark tal-UE tkun ġiet ippreżentata jew fid-data tal-prijorità tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE, it-trademark tal-UE preċedenti tkun ilha rreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin, il-proprjetarju tat-trademark tal-UE preċedenti għandu jġib prova li, barra dan, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(2) ikunu ġew sodisfatti sa dik id-data. F'nuqqas ta' provi f'dan ir-rigward l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità għandha tiġi rrifjutata. Jekk it-trademark tal-UE preċedenti tkun intużat biss fir-rigward ta' parti mill-oġġetti jew servizzi li għalihom hija rreġistrata, din għandha titqies, għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità, bħala rreġistrata biss fir-rigward ta' dik il-parti tal-oġġetti jew servizzi.”.

(54)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 57a

Delegazzjoni tas-setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 163a, li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċeduri li jirregolaw ir-revoka u d-dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE kif imsemmija fl-Artikoli 56 u 57, kif ukoll it-trasferiment ta' trademark tal-UE rreġistrata f'isem aġent kif imsemmi fl-Artikolu 18.”.

(55)

Fl-Artikolu 58, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għandu jsir appell mid-deċiżjonijiet ta' kwalunkwe każ ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 130, u, fejn ikun il-każ, il-punt (f) ta' dak l-Artikolu. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perijodu ta' appell imsemmi fl-Artikolu 60. Il-preżentazzjoni tal-appell għandu jkollha effett sospensiv.”.

(56)

L-Artikolu 60 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 60

Limitu ta' żmien u forma tal-appell

1.   L-avviż tal-appell għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni. In-notifika għandha titqies li ġiet ippreżentata biss meta t-tariffa tal-appell tkun ġiet imħallsa. Din għandha tiġi ppreżentata fil-lingwa tal-proċedimenti li fihom ittieħdet id-deċiżjoni li hija soġġetta għall-appell. Fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni bil-miktub li tistipula r-raġunijiet tal-appell.

2.   Fi proċeduri f'materji kontradittorji, id-difensur jista' fit-tweġiba tiegħu, jfittex deċiżjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata dwar punt mhux imqajjem fl-appell. Tali sottomissjonijiet għandhom jieqfu milli jkollhom effett jekk il-appellant ma jkomplix il-proċedimenti.”.

(57)

Jitħassar l-Artikolu 62.

(58)

Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data tal-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 65(5) jew, jekk tkun infetħet kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fi żmien dak il-perijodu, mid-data ta' meta tiġi miċħuda dik il-kawża jew ta' kwalunkwe appell ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.”.

(59)

L-Artikolu 65 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Jistgħu jitressqu azzjonijiet quddiem il-Qorti Ġenerali kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell relattivament għal appelli.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Qorti Ġenerali għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tħassar jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata.”;

(c)

il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti kif ġej:

“5.   Il-kawża għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

6.   L-Uffiċċju għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew, fil-każ ta' appell kontra dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja.”.

(60)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 65a

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw:

(a)

il-kontenut formali tan-notifika tal-appell imsemmija fl-Artikolu 60 u l-proċedura għall-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni ta' appell;

(b)

il-kontenut formali u l-forma tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell kif imsemmija fl-Artikolu 64;

(c)

ir-rimborż tat-tariffa tal-appell kif imsemmi fl-Artikolu 60.”.

(61)

It-titolu tat-Titolu VIII huwa sostitwit b'dan li ġej:

“DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR MARKI KOLLETTIVI U MARKI TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA”.

(62)

Qabel l-Artikolu 66 tiddaħħal l-intestatura ta' taqsima li ġejja:

“TAQSIMA 1

Marki kollettivi tal-UE”.

(63)

Fl-Artikolu 66, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   It-Titoli I sa VII u IX sa XIV għandhom japplikaw għal marki kollettivi tal-UE sa fejn din it-taqsima ma tipprovdix mod ieħor.”.

(64)

L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Applikant għal marka kollettiva tal-UE għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu tagħha fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fir-regolamenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(65)

L-Artikolu 69 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 69

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

Fejn osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka kollettiva tal-UE jiġu sottomessi lill-Uffiċċju skont l-Artikolu 40, dawk l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom l-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE għandha tiġi rrifjutata skont l-Artikolu 68.”.

(66)

Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-osservazzjonijiet bil-miktub li jsiru skont l-Artikolu 69 jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fir-rigward ta' regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.”.

(67)

Fit-Titolu VIII tiżdied it-taqsima li ġejja:

“TAQSIMA 2

Marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE

Artikolu 74a

Marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE

1.   Il-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandha tkun trademark tal-UE li tkun deskritta bħala tali meta l-marka ssir l-applikazzjoni għaliha u tkun kapaċi tiddistingwi l-oġġetti jew is-servizzi li huma ċertifikati mill-proprjetarju tal-marka fir-rigward tal-materjal, il-metodu ta' manifattura ta' oġġetti jew tat-twettiq tas-servizzi, il-kwalità, il-preċiżjoni jew karatteristiċi, bl-eċċezzjoni tal-oriġini ġeografika, minn oġġetti u servizzi li mhumiex ċertifikati b'dan il-mod.

2.   Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi istituzzjonijiet, awtoritajiet u korpi rregolati mid-dritt pubbliku, tista' tapplika għal marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE dment li tali persuna ma twettaqx negozju li jinvolvi l-forniment ta' oġġetti jew servizzi tat-tip iċċertifikat.

3.   It-Titoli I sa VII u IX sa XIV għandhom japplikaw għal marki ta' ċertifikazzjoni tal-UE sa fejn din it-Taqsima ma tipprovdix mod ieħor.

Artikolu 74b

Regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE

1.   Applikant għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

2.   Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-karatteristiċi li għandhom ikunu ċċertifikati mill-marka, kif il-korp ta' ċertifikazzjoni għandu jittestja dawk il-karatteristiċi u jissorvelja l-użu tal-marka. Dawk ir-regolamenti għandhom jispeċifikaw ukoll il-kondizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fir-regolamenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

Artikolu 74c

Ċaħda tal-applikazzjoni

1.   Minbarra raġunijiet għal ċaħda ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE previsti fl-Artikoli 36 u 37, applikazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandha tiġi miċħuda fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 74a u 74b mhumiex sodisfatti, jew meta r-regolamenti li jirregolaw l-użu huma kuntrarji għall-politika pubblika jew għall-prinċipji aċċettati tal-moralità.

2.   Applikazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandha wkoll tiġi miċħuda jekk din tista' tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tal-karattru jew sinifikat tal-marka, b'mod partikolari jekk aktarx tista' tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka ta' ċertifikazzjoni.

3.   Applikazzjoni ma għandhiex tiġi miċħuda jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta' emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 74d

Osservazzjonijiet minn partijiet terzi

Meta osservazzjonijiet bil-miktub dwar marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE huma sottomessi lill-Uffiċċju skont l-Artikolu 40, dawk l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom l-applikazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandha tiġi miċħuda skont l-Artikolu 74c.

Artikolu 74e

Użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE

L-użu ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE minn kwalunkwe persuna li għandha l-awtorità li tużaha skont ir-regolamenti li jirregolaw l-użu msemmi fl-Artikolu 74b għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dment li l-kondizzjonijiet l-oħrajnstabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-użu ta' trademarks tal-UE huma sodisfatti.

Artikolu 74f

L-emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka

1.   Il-proprjetarju ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandu jippreżenta lill-Uffiċċju kwalunkwe regolament emendat li jirregola l-użu.

2.   L-emendi ma għandhomx jissemmew fir-Reġistru fejn ir-regolamenti kif emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 74b jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għaċ-ċaħda msemmija fl-Artikolu 74c.

3.   Jistgħu jiġu sottomessi wkoll osservazzjonijiet bil-miktub skont l-Artikolu 74d rigward regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

4.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-emendi għar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data ta' meta referenza għall-emenda titniżżel fir-Reġistru.

Artikolu 74g

Trasferiment

B'deroga mill-Artikolu 17(1), marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE tista' tiġi trasferita biss lil persuna li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 74a(2).

Artikolu 74h

Persuni li huma intitolati jiftħu kawża ta' ksur

1.   Il-proprjetarju biss ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE, jew kwalunkwe persuna speċifikament awtorizzata minnu għal dak il-għan, għandu jkollha d-dritt tiftaħ kawża għal ksur.

2.   Il-proprjetarju ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandu jkollu d-dritt jitlob kumpens f'isem persuni li għandhom awtorità li jużaw il-marka meta dawn ikunu sofrew danni bħala konsegwenza ta' użu mhux awtorizzat tal-marka.

Artikolu 74i

Raġunijiet għal revoka

Minbarra r-raġunijiet għal revoka msemmija fl-Artikolu 51, id-drittijiet tal-proprjetarju ta' marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur, meta kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta:

(a)

il-proprjetarju ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 74a(2);

(b)

il-proprjetarju ma jiħux passi raġonevoli sabiex jimpedixxi li l-marka tintuża b'mod li jkun inkompatibbli mal-kondizzjonijiet tal-użu stabbiliti fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, li l-emendi għalihom, fejn xieraq, issemmew fir-Reġistru;

(c)

il-mod kif il-marka ntużat mill-proprjetarju wassal sabiex din tista' tqarraq bil-pubbliku bil-mod imsemmi fl-Artikolu 74c(2);

(d)

tkun saret referenza fir-Reġistru għal emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, u dan bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 74f(2), sakemm il-proprjetarju tal-marka, billi jemenda ulterjorment ir-regolamenti li jirregolaw l-użu, ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu.

Artikolu 74j

Raġunijiet għal invalidità

Minbarra r-raġunijiet għal invalidità previsti fl-Artikoli 52 u 53, marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE li hija rreġistrata bi ksur tal-Artikolu 74c għandha tkun iddikjarata invalida mal-applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontrotalba fi proċedimenti ta' ksur, sakemm il-proprjetarju tal-marka, billi jemenda r-Regolamenti li jirregolaw l-użu, ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 74c.

Artikolu 74k

Konverżjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 112(2), il-konverżjoni ta' applikazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE jew ta' marka ta' ċertifikazzjoni reġistrata tal-UE ma għandhiex issir meta d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernati ma jipprevedix għar-reġistrazzjoni ta' marki ta' garanzija jew ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2015/2436”.

(68)

L-Artikolu 75 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 75

Deċiżjonijiet u komunikazzjonijiet tal-Uffiċċju

1.   Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li huma bbażati fuqhom. Huma għandhom ikunu msejsa biss fuq raġunijiet jew provi li fuqhom il-partijiet ikkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom. Fejn il-proċedimenti orali jsiru quddiem l-Uffiċċju, id-deċiżjoni tista' tingħata bil-fomm. Sussegwentement, id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-partijiet.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni, komunikazzjoni jew notifika mill-Uffiċċju għandu jindika d-dipartiment jew diviżjoni tal-Uffiċċju kif ukoll l-isem jew l-ismijiet tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli. Huma għandhom jiġu ffirmati minn dak l-uffiċjal jew dawk l-uffiċjali, jew, minflok firma, jkollhom siġill stampat jew ittimbrat tal-Uffiċċju. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li mezzi oħra ta' identifikazzjoni tad-dipartiment jew diviżjoni tal-Uffiċċju u l-isem tal-uffiċjal jew uffiċjali responsabbli, jew identifikazzjoni minbarra siġill jistgħu jintużaw meta id-deċiżjonijiet, il-komunikazzjonijiet jew in-notifiki mill-Uffiċċju huma trażmessi permezz ta' telecopier jew kull mezz tekniku ta' komunikazzjoni ieħor.

3.   Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju li huma miftuħa għall-appell għandhom ikunu akkumpanjati minn komunikazzjoni bil-miktub li tindika li kwalunkwe notifika tal-appell għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni fil-kwistjoni. Il-komunikazzjonijiet għandhom ukoll jiġbdu l-attenzjoni tal-partijiet għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 58, 59 u 60. Il-partijiet ma jistgħux jinvokaw xi nuqqas min-naħa tal-Uffiċċju li jikkomunika d-disponibbiltà tal-proċedimenti ta' appell.”.

(69)

Fl-Artikolu 76(1), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fi proċedimenti ta' invalidità kondotti skont l-Artikolu 52, l-Uffiċċju għandu jillimita l-eżami tiegħu għar-raġunijiet u l-argumenti ppreżentati mill-partijiet.”.

(70)

Fl-Artikolu 77, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għal proċedimenti orali, inklużi l-arranġamenti ddettaljati għall-użu ta' lingwi skont l-Artikolu 119.”.

(71)

L-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Il-perijodu ta' notifika pprovdut f'tali taħrika għandu jkun għallinqas ta' xahar, sakemm ma jaqblux fuq perijodu iqsar.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Id-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju għandu jiddetermina l-ammonti ta' spejjeż li għandhom jitħallsu, inklużi dawk bil-quddiem, fir-rigward tal-ispejjeż tal-ġbir ta' provi kif imsemmi f'dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għall-ġbir ta' evidenza.”.

(72)

L-Artikolu 79 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 79

Notifika

1.   L-Uffiċċju għandu, fil-prattika, jinnotifika lil dawk ikkonċernati dwar id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet u dwar kull notifika jew kull komunikazzjoni oħra li minnhom jiġi kkalkulat terminu ta' żmien, jew li dwarhom dawk ikkonċernati għandhom jiġu notifikati skont dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament jew ta' atti adottati skont dan ir-Regolament, jew li tagħhom tkun ġiet ordnata n-notifika mid-Direttur Eżekuttiv.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina liema dokumenti minbarra deċiżjonijiet soġġetti għal limitu ta' żmien għall-appell u ċitazzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati b'ittra rreġistrata bi prova tal-wasla.

3.   In-notifika tista' ssir b'mezzi differenti, fosthom b'mezzi elettroniċi. Id-dettalji rigward mezzi elettroniċi għandhom jiġu determinati mid-Direttur Eżekuttiv.

4.   Fejn notifika għandha ssir permezz ta' avviż pubbliku, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina kif għandu jingħata l-avviż pubbliku u għandu jiffissal-bidu tal-perijodu ta' xahar li meta jiskadi, id-dokument għandu jitqies li jkun ġie notifikat.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għan-notifika.”.

(73)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 79a

Notifika ta' telf ta' drittijiet

Fejn l-Uffiċċju jsib li t-telf ta' kwalunkwe dritt jirriżulta minn dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan ir-Regolament, mingħajr ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni, għandu jikkomunika dan lill-persuna kkonċernata f'konformità mal-Artikolu 79. Dan tal-aħħar jista' japplika għal deċiżjoni dwar il-kwistjoni fi żmien xahrejn min-notifika tal-komunikazzjoni, jekk hu jqis li s-sejbiet tal-Uffiċċju mhumiex korretti. L-Uffiċċju għandu jadotta tali deċiżjoni biss meta ma jaqbilx mal-persuna li qed titlobha; mill-bqija l-Uffiċċju għandu jemenda s-sejbiet tiegħu u jinforma lill-persuna li qed titlob id-deċiżjoni.

Artikolu 79b

Komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju

1.   Komunikazzjonijiet indirizzati lill-Uffiċċju jistgħu jsiru b'mezzi elettroniċi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina sa fejn u taħt liema kondizzjonijiet tekniċi dawk il-komunikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati elettronikament.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw ir-regoli dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni, inklużi l-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni, li għandhom jintużaw mill-partijiet għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju u l-formoli li għandhom ikunu disponibbli mill-Uffiċċju.

Artikolu 79c

Limiti ta' żmien

1.   Il-limiti ta' żmien għandhom jiġu stabbiliti f'termini ta' snin, xhur, ġimgħat, jew jiem sħaħ. Il-kalkolu għandu jibda mill-jum wara l-jum li fih seħħ il-fatt rilevanti. It-tul tal-limiti ta' żmien ma għandux ikun anqas minn xahar u mhux aktar minn sitt xhur.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina, qabel il-bidu ta' kull sena kalendarja, il-jiem li fihom l-Uffiċċju ma jkunx miftuħ biex jirċievi d-dokumenti jew li fihom ma titwassalx il-posta ordinarja fil-lokalità li fiha jinsab l-Uffiċċju.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina t-tul tal-perijodu ta' waqfien fil-każ ta' interruzzjoni ġenerali fit-twassil ta' posta fl-Istat Membru fejn jinsab l-Uffiċċju jew, fil-każ ta' interruzzjoni attwali tal-konnessjoni tal-Uffiċċju ma' mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni ammessi.

4.   F'każ li avveniment straordinarju, bħal diżastru naturali jew strajk, jinterrompi jew jinterferixxi komunikazzjoni tajba mill-partijiet fil-proċedimenti lill-Uffiċċju jew viċi-versa, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li għall-partijiet fil-proċedimenti li għandhom ir-residenza tagħhom jew uffiċċju reġistrat fl-Istat Membru kkonċernat jew li ħatru rappreżentant li għandu post ta' negozju fl-Istat Membru kkonċernat, il-limiti kollha ta' żmien li kellhom jiskadu fid-data jew wara d-data li fiha jkun beda dan l-avveniment, kif determinati minnu, għandhom jiġu estiżi sa data ddeterminata minnu. Fid-determinazzjoni ta' dik id-data, huwa għandu jevalwa meta l-avveniment eċċezzjonali jasal fi tmiem. Jekk l-avveniment jaffettwa s-sede tal-Uffiċċju, din id-determinazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv għandha tispeċifika li tapplika fir-rigward tal-partijiet kollha fil-proċedimenti.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji dwar il-kalkolu u t-tul ta' limiti ta' żmien.

Artikolu 79d

Korrezzjoni ta' żbalji u żvisti manifesti

1.   Fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' parti, l-Uffiċċju għandu jikkoreġi kull żball lingwistiku jew żball ta' traskrizzjoni u żvisti manifesti fid-deċiżjonijiet tiegħu, jew żbalji tekniċi attribwibbli lilu fir-reġistrazzjoni ta' trademark jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni.

2.   Fejn il-korrezzjoni ta' żbalji fir-reġistrazzjoni ta' trademark jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni hija mitluba mill-proprjetarju, għandu japplika l-Artikolu 48a mutatis mutandis.

3.   Korrezzjonijiet ta' żbalji fir-reġistrazzjoni ta' trademark jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju.”.

(74)

L-Artikolu 80 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 80

Revoka ta' deċiżjonijiet

1.   Fejn l-Uffiċċju jkun daħħal entrata fir-Reġistru jew ikun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball ovvju attribwibbli lill-Uffiċċju, dan għandu jiżgura li l-entrata tiġi kkanċellata jew id-deċiżjoni tiġi revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss għall-proċedimenti u d-dħul jew l-att jaffettwa d-drittijiet tagħha, il-kanċellazzjoni jew ir-revoka għandhom ikunu determinati anki jekk l-iżball ma kienx evidenti għall-parti.

2.   Kanċellazzjoni jew revoka kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu determinati, ex officio jew fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun daħħal l-entrata jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellazzjoni tad-dħul fir-Reġistru jew ir-revoka tad-deċiżjoni għandhom isiru fi żmien sena mid-data tad-dħul fir-Reġistru jew minn meta ttieħdet id-deċiżjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet fil-proċedimenti u kwalunkwe proprjetarju ta' drittijiet għat-trademark tal-UE inkwistjoni li jiddaħħlu fir-Reġistru. L-Uffiċċju għandu jżomm rekords ta' kwalunkwe tali kanċellazzjoni jew revoka.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw il-proċedura għar-revoka ta' deċiżjoni jew għall-kanċellazzjoni ta' entrata fir-Reġistru.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jressqu appell skont l-Artikoli 58 u 65, jew għall-possibbiltà li jiġu kkoreġuti żbalji u żvisti manifesti taħt l-Artikolu 79d. Fejn ikun ġie mressaq appell kontra deċiżjoni tal-Uffiċċju li fiha żball, il-proċeduri tal-appell għandhom isiru mingħajr skop meta ssir ir-revoka mill-Uffiċċju tad-deċiżjoni tiegħu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. F'dan il-każ tal-aħħar, it-tariffa tal-appell għandha tiġi rimborżata lill-appellant.”.

(75)

L-Artikolu 82 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 27, fl-Artikoli 29(1), 33(1), 36(2), 41(1) u (3), 47(3), l-Artikolu 60, l-Artikoli 65(5) u 81(2), u l-Artikolu 112, jew għal-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-limitu taż-żmien għal pretensjoni ta' anzjanità skont l-Artikolu 34 wara li l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Jekk l-Uffiċċju jaċċetta l-applikazzjoni, il-konsegwenzi talli jkun naqas milli josserva l-limitu taż-żmien għandhom jitqiesu li ma seħħewx. Jekk deċiżjoni tkun ittieħdet bejn l-iskadenza ta' dak il-limitu taż-żmien u t-talba għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti, id-dipartiment kompetenti li għandu jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jirrevedi d-deċiżjoni u, meta l-ikkompletar tal-att imħolli barra nnifsu huwa biżżejjed, jieħu deċiżjoni differenti. Jekk, konsegwentement għar-reviżjoni, l-Uffiċċju jikkonkludi li d-deċiżjoni oriġinali ma teħtiġx li tinbidel, huwa għandu jikkonferma dik id-deċiżjoni bil-miktub.”.

(76)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 82a

Interruzzjoni tal-proċedimenti

1.   Il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għandhom jiġu interrotti:

(a)

fil-każ tal-mewt jew inkapaċità legali tal-applikant jew il-proprjetarju ta' trademark tal-UE jew tal-persuna awtorizzata mil-liġi nazzjonali biex taġixxi f'ismu. Sa fejn il-mewt jew l-inkapaċità ma jaffettwawx l-awtorizzazzjoni ta' rappreżentant maħtur taħt l-Artikolu 93, il-proċedimenti għandhom ikunu interrotti biss permezz ta' applikazzjoni minn dan ir-rappreżentant;

(b)

fil-każ li l-applikant għal, jew proprjetarju ta', trademark tal-UE, ma jitħalliex, minħabba raġunijiet legali li jirriżultaw minn azzjoni li tittieħed kontra l-proprjetà tiegħu, ikompli l-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju;

(c)

fil-każ tal-mewt jew l-inkapaċità legali tar-rappreżentant ta' applikant għal, jew tal-proprjetarju ta', trademark tal-UE, jew fil-każ li dak ir-rappreżentant ma jitħalliex, minħabba raġunijiet legali li jirriżultaw minn azzjoni li tittieħed kontra l-proprjetà tiegħu, ikompli l-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

2.   Proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għandhom ikomplu malli tkun ġiet stabbilita l-identità tal-persuna awtorizzata li tkomplihom.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw l-arranġamenti ddettaljati għat-tkomplija tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.”.

(77)

L-Artikolu 83 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 83

Referenza għall-prinċipji ġenerali

Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet proċedurali f'dan ir-Regolament jew f'atti adottati skont dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu jqis il-prinċipji ta' liġi proċedurali ġeneralment rikonoxxuti fl-Istati Membri.”.

(78)

L-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-parti sokkombenti fi proċedimenti ta' oppożizzjoni, proċedimenti ta' revoka, proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew proċedimenti ta' appell għandha tħallas it-tariffi mħallsa mill-parti l-oħra. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 119(6), il-parti sokkombenti għandha tħallas l-ispejjeż kollha magħmulin mill-parti l-oħra li jkunu essenzjali għall-proċedimenti, inklużi spejjeż tal-ivvjaġġar u ta' sussistenza u ta' remunerazzjoni ta' rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 93(1), fil-limiti tal-iskali stabbiliti għal kull kategorija ta' spejjeż fl-att ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat f'konformità mal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu. It-tariffi li għandhom jiġġarrbu mill-parti sokkombenti għandhom ikunu limitati għat-tariffi mħallsa mill-parti l-oħra għal oppożizzjoni, għal applikazzjoni għar-revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trademark tal-UE u għal appell.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rati massimi għall-ispejjeż essenzjali għall-proċedimenti u li verament inġarrbu mill-parti li kellha suċċess. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

Meta tispeċifika tali ammonti fir-rigward ta' spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, il-Kummissjoni għandha tqis id-distanza bejn il-post ta' residenza jew in-negozju tal-parti, tar-rappreżentant jew tax-xhud jew espert u l-post fejn isiru l-proċedimenti orali, l-istadju proċedurali li fih jiġġarrbu l-ispejjeż, u, sa fejn huma kkonċernati l-ispejjeż ta' rappreżentazzjoni fis-sens tal-Artikolu 93(1), il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-obbligu li jiġġarbu l-ispejjeż ma tistax tintuża b'mod ħażin għal raġunijiet tattiċi mill-parti l-oħra. L-ispejjeż ta' sussistenza għandhom jiġu kkalkolati f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (****).

Il-parti sokkombenti għandha ġġarrab l-ispejjeż għal parti opponenti waħda biss u, fejn applikabbli, rappreżentant wieħed biss.;

(****)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.”;"

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew id-Diviżjoni ta' Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell għandu jiffissal-ammont tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu skont il-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu meta l-ispejjeż li għandhom jitħallsu huma limitati għal tariffi mħallsa lill-Uffiċċju u l-ispejjeż ta' rappreżentazzjoni. F'kull każ ieħor, ir-reġistru tal-Bord tal-Appell jew membru tal-persunal tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għandu jiffissa, fuq talba, l-ammont ta' spejjeż li għandhom jiġu rimborżati. It-talba għandha tkun ammissibbli biss għal perijodu ta' xahrejn wara d-data li fiha d-deċiżjoni li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-ispejjeż li għandhom jiġu stabbiliti ssir finali u għandha tkun akkumpanjata minn kont u evidenza ta' sostenn. Għall-ispejjeż ta' rappreżentazzjoni skont l-Artikolu 93(1), assigurazzjoni mir-rappreżentant li l-ispejjeż iġġarrbu għandha tkun biżżejjed. Għal spejjeż oħra, ikun biżżejjed jekk il-plawżibbiltà tagħhom tkun stabbilita. Fejn l-ammont tal-ispejjeż ikun iffissat skont l-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni għandhom jingħataw fil-livell stipulat fl-att adottat skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu u rrispettivament minn jekk fil-fatt iġġarrbux.”;

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Id-deċiżjoni dwar l-iffissar tal-ispejjeż, li tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata, tista' tiġi riveduta b'deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew tal-Bord tal-Appell, fuq talba ppreżentata fi żmien xahar mid-data tan-notifika tal-għoti tal-ispejjeż. Ma għandiex titqies li ġiet ippreżentata sakemm tkun tħallset it-tariffa għar-reviżjoni tal-ammont tal-ispejjeż. Id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell, kif ikun il-każ, għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba għal reviżjoni tad-deċiżjoni dwar l-iffissar tal-ispejjeż mingħajr proċedimenti orali.”.

(79)

Fl-Artikolu 86(2), it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jikkomunika d-dettalji ta' kuntatt tagħha lill-Uffiċċju, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni. L-ordni għall-infurzar tad-deċiżjoni għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni minn dik l-awtorità, bil-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni bħala l-unika formalità.”.

(80)

L-Artikolu 87 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 87

Reġistru tat-trademarks tal-UE

1.   L-Uffiċċju għandu jżomm Reġistru tat-trademarks tal-UE li huwa għandu jżomm aġġornat.

2.   Ir-Reġistru għandu jkun fih l-entrati li ġejjin marbuta mal-applikazzjonijiet għat-trademark tal-UE u r-reġistrazzjonijiet tagħhom:

(a)

id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(b)

in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni;

(c)

id-data tal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni;

(d)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(e)

l-isem u l-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant, għajr rappreżentant kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 92(3);

(f)

ir-rappreżentazzjoni tal-marka, b'indikazzjonijiet dwar in-natura tagħha; u, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-marka;

(g)

indikazzjoni tal-oġġetti u s-servizzi b'isimhom;

(h)

id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' prijorità skont l-Artikolu 30;

(i)

id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' prijorità ta' esibizzjoni skont l-Artikolu 33;

(j)

id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata kif imsemmi fl-Artikolu 34;

(k)

dikjarazzjoni li l-marka saret ta' natura distintiva konsegwentement għall-użu li sar minnha, skont l-Artikolu 7(3);

(l)

indikazzjoni li l-marka hija marka kollettiva;

(m)

indikazzjoni li l-marka hija marka ta' ċertifikazzjoni;

(n)

il-lingwa li biha l-applikazzjoni ġiet ippreżentata u t-tieni lingwa li l-applikant indika fl-applikazzjoni tiegħu, skont l-Artikolu 119(3);

(o)

id-data ta' reġistrazzjoni tal-marka fir-Reġistru u n-numru ta' reġistrazzjoni;

(p)

dikjarazzjoni li l-applikazzjoni hija r-riżultat ta' trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li taħtar l-Unjoni skont l-Artikolu 161 ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data li fiha kienet irreġistrata l-estensjoni territorjali għall-Unjoni magħmula sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3b(2) tal-Protokoll ta' Madrid u, fejn applikabbli, id-data ta' prijorità tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

3.   Ir-Reġistru għandu jkun fih ukoll dawn l-entrati li ġejjin, b'kull waħda jkollha magħha d-data tar-reġistrazzjoni ta' tali entrata:

(a)

bidliet fl-isem, indirizz jew nazzjonalità tal-proprjetarju ta' trademark tal-UE jew bidla tal-Istat li fih huwa domiċiljat jew għandu s-sede jew l-istabbiliment tiegħu;

(b)

bidliet fl-isem jew fl-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant, għajr rappreżentant kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 92(3);

(c)

fejn jinħatar rappreżentant ġdid, l-isem u l-indirizz tan-negozju ta' dak ir-rappreżentant;

(d)

emendi u alterazzjonijiet tal-marka, skont l-Artikoli 43 u 48, u korrezzjonijiet ta' żbalji;

(e)

notifika ta' emendi għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka kollettiva skont l-Artikolu 71;

(f)

id-dettalji ta' pretensjonijiet ta' anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata kif imsemmi fl-Artikolu 34, skont l-Artikolu 35;

(g)

trasferimenti totali jew parzjali skont l-Artikolu 17;

(h)

ħolqien jew trasferiment ta' dritt in rem skont l-Artikolu 19, u n-natura tad-dritt in rem;

(i)

imposta fuq l-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 20 u proċedimenti ta' insolvenza skont l-Artikolu 21;

(j)

l-għoti jew trasferiment ta' liċenzja skont l-Artikolu 22 u, fejn huwa applikabbli, it-tip ta' liċenzja;

(k)

tiġdid ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 47, id-data minn meta tidħol fis-seħħ u kwalunkwe restrizzjoni skont l-Artikolu 47(4);

(l)

rekord ta' determinazzjoni tal-iskadenza ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 47;

(m)

dikjarazzjonijiet ta' irtirar jew ċessjoni mill-proprjetarju tal-marka skont l-Artikoli 43 u 50 rispettivament;

(n)

id-data tas-sottomissjoni u d-dettalji ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 41, ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 56, jew kontrotalba skont l-Artikolu 100(4) għal revoka, jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità, jew ta' appell skont l-Artikolu 60;

(o)

id-data u l-kontenut ta' deċiżjoni fuq oppożizzjoni, jew applikazzjoni għal kontrotalba skont l-Artikolu 57(6) jew it-tielet sentenza tal-Artikolu 100(6), jew fuq appell skont l-Artikolu 64;

(p)

reġistrazzjoni tal-irċevuta ta' talba għal konverżjoni skont l-Artikolu 113(2);

(q)

il-kanċellazzjoni tar-rappreżentant reġistrat skont il-punt (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(r)

il-kanċellazzjoni tal-anzjanità ta' marka nazzjonali;

(s)

il-modifiki fir-Reġistru jew kanċellazzjonijiet mir-Reġistru tal-affarijiet imsemmija fil-punti (h), (i) u (j) ta' dan il-paragrafu;

(t)

is-sostituzzjoni tat-trademark tal-UE minn reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 157;

(u)

id-data u n-numru ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq l-applikazzjoni għat-trademark tal-UE li kienet reġistrata bħala trademark tal-UE skont l-Artikolu 148(1);

(v)

id-data u n-numru ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq it-trademark tal-UE skont l-Artikolu 148(2);

(w)

id-diviżjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 44 u d-diviżjoni ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 49, flimkien mal-affarijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tar-reġistrazzjoni diviżjonali, kif ukoll il-lista ta' oġġetti u servizzi tar-reġistrazzjoni oriġinali kif emendata;

(x)

ir-revoka ta' deċiżjoni jew entrata fir-Reġistru skont l-Artikolu 80, meta r-revoka tikkonċerna deċiżjoni jew entrata li tkun ġiet ippubblikata.

(y)

notifika ta' emendi għar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 74f.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li elementi oħrajn għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru, soġġett għall-Artikolu 123(4).

5.   Ir-Reġistru jista' jinżamm f'forma elettronika. L-Uffiċċju għandu jiġbor, jorganizza, jagħmel pubbliċi u jaħżen il-punti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 9. L-Uffiċċju għandu jżomm ir-reġistru faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni pubblika.

6.   Il-proprjetarju ta' trademark tal-UE għandu jiġi nnotifikat bi kwalunkwe bidla fir-Reġistru.

7.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi estratti mir-Reġistru, kemm jekk iċċertifikati kif ukoll jekk le, fuq talba, u fuq ħlas ta' tariffa.

8.   L-ipproċessar tad-data li tirrigwarda l-entrati stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, inkluż kwalunkwe data personali, għandu jsir għall-finijiet ta':

(a)

l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet u/jew tar-reġistrazzjonijiet kif deskritti f'dan ir-Regolament u atti adottati taħtu;

(b)

iż-żamma ta' reġistru pubbliku għal spezzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi ekonomiċi u għall-informazzjoni tagħhom, sabiex tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet konferiti lilhom b'dan ir-Regolament u jkunu informati dwar l-eżistenza ta' drittijiet preċedenti li jappartjenu għal partijiet terzi; u

(c)

il-produzzjoni ta' rapporti u statistika li jippermettu lill-Uffiċċju jottimizza l-operazzjonijiet tiegħu u jtejjeb il-funzjonament tas-sistema.

9.   Id-data kollha, inklużi d-data personali, fir-rigward tal-entrati fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jitqiesu bħala ta' interess pubbliku u jistgħu jkunu aċċessibbli minn kwalunkwe parti terza. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, l-entrati fir-Reġistru għandhom jinżammu għall-perijodu ta' żmien indefinit.”.

(81)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 87a

Bażi ta' data

1.   Minbarra l-obbligu li jżomm Reġistru skont it-tifsira tal-Artikolu 87, l-Uffiċċju għandu jiġbor u jaħżen f'bażi ta' data elettronika d-dettalji kollha pprovduti mill-applikanti jew kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti taħt dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan.

2.   Il-bażi tad-data elettronika tista' tinkludi data personali, minbarra dik inkluża fir-Reġistru skont l-Artikolu 87, safejn tali dettalji huma meħtieġa minn dan ir-Regolament jew atti adottati skont dan. Il-ġbir, il-ħażna u l-ipproċessar ta' tali data għandhom iservu għall-finijiet ta':

(a)

l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet u/jew ir-reġistrazzjonijiet kif deskritti f'dan ir-Regolament u atti adottati skont dan;

(b)

l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-proċedimenti rilevanti b'mod aktar faċli u effiċjenti;

(c)

il-komunikazzjoni mal-applikanti u partijiet oħra fil-proċedimenti;

(d)

il-produzzjoni ta' rapporti u statistika li tippermetti lill-Uffiċċju jottimizza l-operazzjonijiet tiegħu u jtejjeb l-funzjonament tas-sistema.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet tal-aċċess għall-bażi tad-data elettronika u l-mod kif il-kontenut tagħha, għajr id-data personali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu iżda inkluż ukoll dik elenkata fl-Artikolu 87, jista' jkun disponibbli f'forma li tinqara minn magna, inkluża t-tariffa għal tali aċċess.

4.   L-aċċess għad-data personali msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun ristrett u tali data ma għandhiex tkun pubblikament disponibbli sakemm il-parti kkonċernata ma tkunx tat il-kunsens espress tagħha.

5.   Id-data kollha għandha tinżamm b'mod indefinit. Madankollu, il-parti kkonċernata tista' titlob it-tneħħija ta' kwalunkwe data personali mill-bażi tad-data wara 18-il xahar mill-iskadenza tat-trademark jew l-għeluq tal-proċedura inter partes rilevanti. Il-parti kkonċernata għandha jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta' data mhux preċiża jew żbaljata fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 87b

Aċċess online għad-deċiżjonijiet

1.   Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għandhom ikunu disponibbli online għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni mill-pubbliku ġenerali fl-interess tat-trasparenza u l-prevedibbiltà. Kwalunkwe parti għall-proċedimenti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tista' titlob it-tneħħija ta' kwalunkwe data personali inkluża fid-deċiżjoni.

2.   L-Uffiċċju jista' jipprovdi aċċess online għal sentenzi ta' qrati nazzjonali u tal-Unjoni relatati mal-kompiti tiegħu sabiex iqajjem kuxjenza pubblika ta' kwistjonijiet ta' proprjetà intellettwali u jippromwovi l-konverġenza tal-prattiki. L-Uffiċċju għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet tal-pubblikazzjoni inizjali fir-rigward tad-data personali.”.

(82)

L-Artikolu 88 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Fejn il-fajls jiġu spezzjonati skont il-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, id-dokumenti relatati ma' esklużjoni jew oġġezzjoni skont l-Artikolu 137, abbozzi ta' deċiżjonijiet u opinjonijiet, u d-dokumenti interni l-oħra kollha użati għat-tħejjija tad-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet, kif ukoll dawk li l-parti kkonċernata uriet interess speċjali fihom biex jinżammu kunfidenzjali qabel ma kienet saret it-talba għall-ispezzjoni tal-fajls, sakemm l-ispezzjoni ta' tali partijiet mill-fajl ma tkunx ġustifikata mill-interessi leġittimi prevalenti tal-parti li qed titlob spezzjoni, jistgħu jinżammu milli ssirilhom spezzjoni.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   L-ispezzjoni tal-fajls ta' applikazzjonijiet għal trademark tal-UE u ta' trademarks irreġistrati tal-UE għandha tkun tad-dokument oriġinali, jew ta' kopji tiegħu, jew ta' mezzi tekniċi ta' ħażna jekk il-fajls ikunu miżmuma b'dan il-mod. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mezzi ta' spezzjoni.

6.   Fejn l-ispezzjoni tal-fajls issir kif previst fil-paragrafu 7, it-talba għall-ispezzjoni tal-fajls ma għandiex titqies li saret sakemm it-tariffa meħtieġa tkun tħallset. Ma għandha titħallas ebda tariffa jekk l-ispezzjoni ta' mezzi tekniċi ta' ħażna ssir online.

7.   L-ispezzjoni tal-fajls għandha ssir fil-bini tal-Uffiċċju. Fuq talba, l-ispezzjoni tal-fajls għandha ssir permezz tal-ħruġ ta' kopji tad-dokumenti tal-fajl. Il-ħruġ ta' tali kopji għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li titħallas tariffa. L-Uffiċċju għandu joħroġ ukoll, fuq talba, kopji attestati jew mhux attestati tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE bi ħlas ta' tariffa.

8.   Il-fajls miżmuma mill-Uffiċċju dwar reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddenominaw lill-Unjoni jistgħu jiġu spezzjonati fuq talba mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 152(1), skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

9.   Soġġett għar-restrizzjonijiet previsti fil-paragrafu 4, l-Uffiċċju jista', fuq talba, jikkomunika informazzjoni minn kwalunkwe fajl ta' trademark tal-UE li saret applikazzjoni għaliha jew ta' trademark irreġistrata tal-UE, soġġett għall-ħlas ta' tariffa. Madankollu, l-Uffiċċju jista' jitlob li jsir użu mill-possibilità li jiġi spezzjonat il-fajl innifsu jekk jidhirlu li dan huwa xieraq minħabba l-kwantità ta' informazzjoni li trid tingħata.”.

(83)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 88a

Żamma ta' fajls

1.   L-Uffiċċju għandu jżomm il-fajls ta' kwalunkwe proċedura dwar applikazzjoni għal trademark tal-UE jew reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-għamla li fiha dawk il-fajls għandhom jinżammu.

2.   Fejn il-fajls jinżammu f'format elettroniku, il-fajls elettroniċi, jew il-kopji back-up tagħhom, għandhom jinżammu indefinittivament. Id-dokumenti oriġinali rreġistrati minn partijiet għall-proċedimenti, u li jiffurmaw il-bażi ta' dawn il-fajls elettroniċi, għandhom jintremew wara perijodu ta' żmien minn meta jirċievihom l-Uffiċċju, li għandu jiġi stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv.

3.   Fejn u sa fejn il-fajls jew partijiet mill-fajls jinżammu fi kwalunkwe forma oħra minbarra dik elettronika, id-dokumenti jew l-oġġetti ta' prova li jikkostitwixxu parti minn tali fajls għandhom jinżammu għal tal-anqas ħames snin minn tmiem is-sena li fiha l-applikazzjoni tiġi rifjutata, jew irtirata jew meqjusa irtirata, ir-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE tiskadi kompletament skont l-Artikolu 47, iċ-ċessjoni kompleta tat-trademark tal-UE tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 50, jew it-trademark tal-UE titneħħa kompletament mir-Reġistru skont l-Artikolu 57(6) jew 100(6).”.

(84)

L-Artikolu 89 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 89

Pubblikazzjonijiet perjodiċi

1.   L-Uffiċċju għandu jippubblika perjodikament:

(a)

Bulettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea li jkun fih il-pubblikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet u l-entrati mniżżla fir-Reġistru kif ukoll dettalji oħrajn dwar l-applikazzjonijiet jew ir-reġistrazzjonijiet ta' trademarks tal-UE li l-pubblikazzjoni tagħhom tkun rekwiżita taħt dan ir-Regolament jew permezz ta' atti adottati skont dan;

(b)

Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju li jkun fih notifiki u informazzjoni ta' karattru ġenerali maħruġa mid-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għal dan ir-Regolament jew għall-implimentazzjoni tiegħu.

Il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jsiru b'mezzi elettroniċi.

2.   Il-Bulettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi ppubblikat b'mod u bi frekwenza li għandhom jiġu stabbiliti mid-Direttur Eżekuttiv.

3.   Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi tal-Uffiċċju. Madankollu, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina li ċerti oġġetti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-data li għandha tittieħed bħala d-data ta' pubblikazzjoni fil-Bulettin tat-Trademarks tal-Unjoni Ewropea;

(b)

il-mod kif jiġu ppubblikati l-entrati dwar ir-reġistrazzjoni ta' trademark li ma jkunx fihom tibdiliet meta mqabbla mal-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni;

(c)

l-għamliet li fihom edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju jistgħu jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(85)

L-Artikolu 90 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal in-numru “1” qabel l-ewwel paragrafu;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“2.   L-Uffiċċju ma għandux jitlob tariffi għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni jew il-ftuħ ta' fajls għall-ispezzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti dettaljati dwar kif l-Uffiċċju u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni bejniethom u jiftħu fajls għall-ispezzjoni, b'kont meħud tar-restrizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-ispezzjoni ta' fajls dwar applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet għal trademark tal-UE, skont l-Artikolu 88, meta din tinfetaħ għal partijiet terzi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(86)

Fl-Artikolu 92, il-paragrafi 2 sa 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, persuni naturali jew ġuridiċi li ma għandhom la d-domiċilju tagħhom u lanqas il-post prinċipali tagħhom ta' kummerċ jew stabbiliment reali u effettiv industrijali jew kummerċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom jiġu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 93(1) fil-proċedimenti kollha previsti minn dan ir-Regolament, ħlief għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE.

3.   Persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew il-post prinċipali tan-negozju tagħhom jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fiż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jkunu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat. Impjegat ta' persuna ġuridika li għaliha japplika dan il-paragrafu jista' wkoll jirrappreżenta persuni ġuridiċi oħrajn li jkollhom konnessjonijiet ekonomiċi mal-ewwel persuna ġuridika, anki jekk dawk il-persuni ġuridiċi oħrajn ma jkollhom la domiċilju, la post prinċipali ta' negozju u lanqas stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fiż-Żona Ekonomika Ewropea. L-impjegati li jirrappreżentaw persuni, fit-tifsira ta' dan il-paragrafu, għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju, jew, fejn ikun il-każ, tal-parti fil-proċedimenti, jiddepożitaw miegħu awtorizzazzjoni ffirmata biex tiġi inserita fil-fajls.

4.   Fejn ikun hemm aktar minn applikant wieħed jew aktar minn terza persuna waħda jaġixxu flimkien, għandu jinħatar rappreżentant komuni.”.

(87)

L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Ir-rappreżentanza ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi quddiem l-Uffiċċju tista' ssir biss minn:

(a)

prattikant legali kwalifikat f'wieħed mill-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u li għandu l-post tan-negozju tiegħu ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm huwa intitolat, fl-Istat Membru msemmi, li jaġixxi bħala rappreżentant fi kwistjonijiet ta' trademarks;

(b)

rappreżentanti professjonali li l-ismijiet tagħhom jidhru fil-lista miżmuma għal dan l-iskop mill-Uffiċċju.

Rappreżentanti li jaġixxu quddiem l-Uffiċċju għandhom, fuq talba mill-Uffiċċju jew, fejn ikun il-każ, mill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jippreżentawlu awtorizzazzjoni ffirmata biex tiddaħħal fil-fajls.

2.   Kull persuna fiżika li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin tista' titniżżel fil-lista ta' rappreżentanti professjonali:

(a)

tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

ikollha l-post tan-negozju jew ta' impjieg tagħha ġewwa ż-Żona Ekonomika Ewropea;

(c)

tkun intitolata li tirrappreżenta persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew quddiem l-uffiċċju ċentrali li jittratta l-proprjetà industrijali ta' Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea. Fejn, fl-Istat ikkonċernat, l-intitolament ma jkunx ikkondizzjonat bir-rekwiżit ta' kwalifiċi professjonali speċjali, il-persuni li japplikaw sabiex jitniżżlu fil-lista u li jaġixxu fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew dawk l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali għandhom ikunu għamlu dak ix-xogħol abitwalment għal minimu ta' ħames snin. Madanakollu, persuni li l-kwalifiki professjonali tagħhom sabiex jirrappreżentaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi kwistjonijiet ta' trademarks quddiem l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jew dawk l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali jkunu rikonoxxuti uffiċjalment skont ir-regolamenti tal-Istat ikkonċernat, ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkunu eżerċitaw il-professjoni.”;

(b)

il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   Id-Direttur Eżekuttiv jista' jagħti eżenzjoni minn:

(a)

ir-rekwiżit fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2(c), jekk l-applikant iġib prova li huwa akkwista l-kwalifika rikjesta b'mod ieħor;

(b)

ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2(a) fil-każ ta' professjonisti kwalifikati ħafna, bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2(b) u (c) jiġu sodisfatti.

5.   Persuna tista' titneħħa mil-lista tar-rappreżentanti professjonali fuq it-talba tagħha jew meta tibqax f'kapaċità li tirrappreżenta. L-emendi għal-lista ta' rappreżentanti professjonali għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.”.

(88)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 93a

Delega ta' setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 163a li jispeċifikaw:

(a)

il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħatra ta' rappreżentant komuni kif imsemmija fl-Artikolu 92(4);

(b)

il-kondizzjonijiet li taħthom l-impjegati msemmija fl-Artikolu 92(3) u r-rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(1) għandhom jirreġistraw awtorizzazzjoni ffirmata mal-Uffiċċju sabiex ikunu jistgħu jwettqu rappreżentanza, u l-kontenut ta' dik l-awtorizzazzjoni;

(c)

iċ-ċirkostanzi li taħthom persuna tista' titneħħa mil-lista ta' rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(5).”.

(89)

Fit-Titolu X, it-titolu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-applikazzjoni ta' regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali”.

(90)

L-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-applikazzjoni ta' regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali”;

(b)

fil-paragrafu 1, “Regolament (KE) Nru 44/2001” huwa sostitwit minn “ir-regoli tal-Unjoni dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali”, u kwalunkwe tibdil grammatikali neċessarju għandu jsir;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Referenzi f'dan ir-Regolament għar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandhom jinkludu, fejn xieraq, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali magħmul fid-19 ta' Ottubru 2005.”.

(91)

Fl-Artikolu 96(c), “Artikolu 9(3), it-tieni sentenza” hija sostitwita bl-“Artikolu 9b(2)”.

(92)

Fl-Artikolu 99, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 96, appell relatat ma' revoka ta' trademark tal-UE mressaq b'mezz ieħor u mhux permezz ta' kontrotalba għandu jkun ammissibbli fejn il-konvenut jiddikjara li t-trademark tal-UE tista' tiġi revokata minħabba nuqqas ta' użu ġenwin fiż-żmien meta saret l-azzjoni ta' vjolazzjoni.”.

(93)

L-Artikolu 100 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-qorti għat-trademark tal-UE li permezz tagħha kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trademark tal-UE tkun ġiet ippreżentata ma għandhiex tipproċedi b'eżami tal-kontrotalba, sakemm jew il-parti interessata jew il-qorti tkun infurmat lill-Uffiċċju bid-data ta' meta tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba. L-Uffiċċju għandu jirreġistra dik l-informazzjoni fir-Reġistru. Jekk applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trademark tal-UE tkun diġà ġiet ippreżentata quddiem l-Uffiċċju qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba, il-qorti għandha tkun infurmata b'dan mill-Uffiċċju u twaqqaf il-proċedimenti skont l-Artikolu 104(1) sakemm id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tkun finali jew sakemm l-applikazzjoni tiġi rtirata.”;

(b)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Fejn qorti għat-trademark tal-UE tkun tat sentenza li tkun saret finali dwar kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE, kopja tas-sentenza għandha tintbagħat lill-Uffiċċju mingħajr dewmien, jew mill-qorti jew minn kwalunkwe parti fil-proċedimenti nazzjonali. L-Uffiċċju jew kwalunkwe parti interessata oħra tista' titlob informazzjoni dwar tali trasmissjoni. L-Uffiċċju għandu jsemmi s-sentenza fir-Reġistru u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-parti operattiva tiegħu.”.

(94)

Fl-Artikolu 101, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Dwar il-kwistjonijiet kollha relattivi għat-trademarks mhux koperti minn dan ir-Regolament, il-qorti rilevanti għat-trademark tal-UE għandha tapplika d-dritt nazzjonali.”.

(95)

Fl-Artikolu 102, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-qorti għat-trademark tal-UE tista' wkoll tapplika miżuri jew ordnijiet disponibbli skont il-liġi applikabbli li jkun jidhrilha xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ.”.

(96)

It-titolu “Taqsima 4. Dispożizzjoni Tranżitorja” u l-Artikolu 108 jitħassru.

(97)

L-Artikolu 113 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 113

Is-sottomissjoni, il-pubblikazzjoni u t-trasmissjoni tat-talba għal konverżjoni

1.   Talba għal konverżjoni għandha ssir lill-Uffiċċju fi żmien il-perijodu rilevanti skont l-Artikolu 112(4), (5) jew (6), u għandha tinkludi indikazzjoni tar-raġunijiet għal konverżjoni skont l-Artikolu 112(1)(a) jew (b), l-Istati Membri li fir-rigward tagħhom qed tintalab il-konverżjoni, u tal-oġġetti u s-servizzi soġġetti għal konverżjoni. Meta tintalab konverżjoni wara li ma tkunx ġiet imġedda r-reġistrazzjoni, il-perijodu ta' tliet xhur previst fl-Artikolu 112(5) għandu jibda fil-jum ta' wara l-aħħar jum li fih tista' ssir it-talba għat-tiġdid skont l-Artikolu 47(3). It-talba għal konverżjoni ma għandhiex titqies li saret qabel ma tkun tħallset it-tariffa tal-konverżjoni rilevanti.

2.   Meta t-talba għal konverżjoni tkun marbuta ma' applikazzjoni għal trademark tal-UE li tkun diġà ġiet ippubblikata jew meta t-talba għal konverżjoni tkun marbuta ma' trademark tal-UE, ir-riċevuta ta' kwalunkwe talba bħal din għandha tiġi rreġistrata fir-Reġistru u t-talba għal konverżjoni għandha tiġi ppubblikata.

3.   L-Uffiċċju għandu jivverifika jekk il-konverżjoni mitluba tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, partikolarment l-Artikolu 112(1), (2), (4), (5) u (6), u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-kondizzjonijiet formali speċifikati fl-att ta' implementazzjoni adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Jekk il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-talba ma jkunux sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-applikant bin-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux rimedjati fi żmien perijodu li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba għal konverżjoni. Fejn japplika l-Artikolu 112(2), l-Uffiċċju għandu jirrifjuta t-talba għal konverżjoni bħala inammissibbli biss fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li għalihom il-konverżjoni hi eskluża skont dik id-dispożizzjoni. Meta t-tariffa tal-konverżjoni ma titħallasx fil-perijodu ta' żmien rilevanti ta' tliet xhur skont l-Artikolu 112(4), (5) jew (6), l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li t-talba għal konverżjoni titqies li ma saritx.

4.   Jekk l-Uffiċċju jew qorti għat-trademark tal-UE tkun irrifjutat applikazzjoni għal trademark tal-UE jew iddikjarat it-trademark tal-UE bħala invalida għal raġunijiet assoluti b'referenza għal-lingwa ta' Stat Membru, il-konverżjoni għandha tiġi eskluża taħt l-Artikolu 112(2) għall-Istati Membri kollha li fihom dik il-lingwa hija waħda mil-lingwi uffiċjali. Jekk l-Uffiċċju jew qorti għal trademark tal-UE jkunu rrifjutaw applikazzjoni għal trademark tal-UE jew iddikjaraw it-trademark tal-UE bħala invalida għal raġunijiet assoluti li jinstab li jkunu japplikaw kullimkien fl-Unjoni jew minħabba trademark tal-UE preċedenti jew dritt ta' proprjetà industrijali ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-konverżjoni għandha tkun eskluża taħt l-Artikolu 112(2) għall-Istati Membri kollha.

5.   Fejn it-talba għal konverżjoni tkun konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti t-talba għal konverżjoni u d-data msemmija fl-Artikolu 84(2) lill-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, li għalihom it-talba tkun tqieset ammissibbli. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant bid-data tat-trasmissjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom ikunu inklużi f'talba għal konverżjoni ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE jew trademark tal-UE rreġistrata f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali skont il-paragrafu 1;

(b)

id-dettalji li għandhom jinsabu fil-pubblikazzjoni tat-talba għal konverżjoni skont il-paragrafu 2.

Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(98)

Fl-Artikolu 114, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Applikazzjoni għal trademark tal-UE jew trademark tal-UE li tiġi trasmessa skont l-Artikolu 113 ma għandhiex tiġi soġġetta għar-rekwiżiti formali tal-liġi nazzjonali li jkunu differenti jew addizzjonali għal dawk previsti f'dan ir-Regolament jew f'atti delegati adottati skont dan ir-Regolament.”.

(99)

Fl-Artikolu 115(1), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“L-Uffiċċju għandu jkun aġenzija tal-Unjoni.”.

(100)

Fl-Artikolu 116, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Uffiċċju jista' jagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Uffiċċju. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta' esperti nazzjonali fl-Uffiċċju.”.

(101)

Fl-Artikolu 117, il-kliem “għall-Uffiċċju” huwa sostitwit bil-kliem “għall-Uffiċċju u l-persunal tiegħu.”.

(102)

L-Artikolu 119 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   In-notifika għal oppożizzjoni u applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità għandhom isiru b'waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5:

(a)

kwalunkwe applikazzjoni jew dikjarazzjoni relatata ma' applikazzjoni għal trademark tal-UE tista' ssir bil-lingwa li ntużat biex issir l-applikazzjoni għal dik it-trademark tal-UE jew bit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu;

(b)

kwalunkwe applikazzjoni jew dikjarazzjoni relatata ma' trademark tal-UE rreġistrata tista' ssir b'waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju.

Madankollu, meta l-applikazzjoni ssir billi tintuża kwalunkwe formola provduta mill-Uffiċċju kif imsemmi fl-Artikolu 79b(2), dawn il-formoli jistgħu jintużaw fi kwalunkwe mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, sakemm il-formola timtela b'waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, sa fejn huma kkonċernati l-elementi testwali.”;

(c)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“It-traduzzjoni għandha ssir fi żmien xahar mill-iskadenza tal-perijodu ta' oppożizzjoni jew mid-data li ssir applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità.”;

(d)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“8.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 7, u sakemm mhux previst mod ieħor, fi proċeduri bil-miktub quddiem l-Uffiċċju kwalunkwe parti tista' tuża kwalunkwe lingwa tal-Uffiċċju. Jekk il-lingwa magħżula ma tkunx il-lingwa tal-proċedimenti, il-parti għandha tipprovdi traduzzjoni b'dik il-lingwa fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tad-dokument oriġinali. Fejn l-applikant għal trademark tal-UE huwa l-unika parti għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju u l-lingwa li ntużat biex saret l-applikazzjoni għat-trademark tal-UE ma tkunx waħda mil-lingwi tal-Uffiċċju, it-traduzzjoni tista' ssir ukoll fit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu.

9.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina l-mod li bih iridu jiġu ċċertifikati t-traduzzjonijiet.

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

il-punt sa fejn id-dokumenti ta' sostenn li ser jintużaw fi proċedimenti bil-miktub quddiem l-Uffiċċju jistgħu jiġu ppreżentati bi kwalunkwe lingwa tal-Unjoni, u l-ħtieġa li tiġi pprovduta traduzzjoni;

(b)

l-istandards meħtieġa ta' traduzzjonijiet li jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(103)

Fl-Artikolu 120(1), il-kliem “ir-Regolament ta' Implimentazzjoni” huma sostitwiti b' “att adottat skont dan ir-Regolament”.

(104)

Jitħassar l-Artikolu 122.

(105)

L-Artikolu 123 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 123

Trasparenza

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiġu kkontestati permezz tal-Ombudsman Ewropew jew ikunu s-suġġett ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rispettivament.

4.   L-ipproċessar ta' data personali mill-Uffiċċju għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******).

(*****)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43)."

(******)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).”."

(106)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 123a

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

L-Uffiċċju għandu japplika l-prinċipji ta' sigurtà li jinsabu fir-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta' Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (*******) u 2015/444 (********). Il-prinċipji tas-sigurtà għandhom ikopru, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta' tali informazzjoni.

(*******)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41)."

(********)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).”."

(107)

Fit-Titolu XII, tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

“TAQSIMA 1a

Kompiti tal-Uffiċċju u kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza

Artikolu 123b

Kompiti tal-Uffiċċju

1.   L-Uffiċċju għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

l-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistema tat-trademarks tal-UE stabbilita f'dan ir-Regolament;

(b)

l-amministrazzjoni u l-promozzjoni tas-sistema tad-disinn tal-Unjoni Ewropea stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (*********);

(c)

il-promozzjoni tal-konverġenza ta' prattiki u għodod fl-oqsma tat-trademarks u d-disinji, b'kooperazzjoni mal-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali;

(d)

il-kompiti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********);

(e)

il-kompiti mogħtija lilu taħt id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***********).

2.   L-Uffiċċju għandu jikkoopera ma' istituzzjonijiet, awtoritajiet, korpi, uffiċċji tal-proprjetà industrijali, organizzazzjonijiet internazzjonali u dawk mhux governattivi fir-rigward tal-kompiti mogħtija lilu taħt il-paragrafu 1.

3.   L-Uffiċċju jista' jipprovdi servizzi ta' medjazzjoni volontarji sabiex jgħin lill-partijiet biex jilħqu soluzzjoni bonarja.

Artikolu 123c

Kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-konverġenza ta' prattiki u għodod

1.   L-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jippromwovu l-konverġenza ta' prattiki u għodod fil-qasam tat-trademarks u d-disinji.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, din il-kooperazzjoni għandha tkopri b'mod partikolari l-oqsma ta' attività li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp ta' standards komuni ta' eżaminazzjoni;

(b)

il-ħolqien ta' bażijiet ta' data u portali komuni jew konnessi għall-finijiet ta' konsultazzjoni, tiftix u klassifikazzjoni mal-Unjoni kollha;

(c)

il-forniment u skambju kontinwi ta' data u informazzjoni, inkluż sabiex ikunu fornuti l-bazijiet ta' data u l-portali msemmija fil-punt (b);

(d)

l-istabbiliment ta' standards u prattiki komuni, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn il-proċeduri u s-sistemi fl-Unjoni kollha u t-titjib tal-konsistenza, l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom;

(e)

il-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar id-drittijiet tal-proprjetà industrijali u l-proċeduri, inkluż l-appoġġ reċiproku għal helpdesks u ċentri ta' informazzjoni;

(f)

l-iskambju ta' għarfien espert u assistenza teknika b'rabta maż-żoni msemmijin fil-punti (a) sa (e).

2.   Abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddefinixxi u jikkoordina proġetti ta' interess għall-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 6, u għandu jistieden lill-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali biex jipparteċipaw f'dawk il-proġetti.

Id-definizzjoni tal-proġett għandu jkun fiha l-obbligi u r-responsabbiltajiet speċifiċi ta' kull uffiċċju tal-proprjetà industrijali parteċipanti tal-Istati Membri, l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali u l-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jikkonsulta ma' rappreżentanti tal-utenti b'mod partikolari waqt il-fażijiet ta' definizzjoni tal-proġetti u l-evalwazzjoni tar-riżultati tagħhom.

3.   L-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali jistgħu ma jipparteċipawx fi, jillimitaw jew temporanjament jissospendu l-kooperazzjoni tagħhom fil-proġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Meta jagħmlu użu mill-possibbiltajiet previsti fl-ewwel subparagrafu, l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom jipprovdu lill-Uffiċċju b'dikjarazzjoni bil-miktub li tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom.

4.   Ladarba jkunu impenjaw ruħhom biex jipparteċipaw f'ċerti proġetti, l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali għandhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, jipparteċipaw b'mod effettiv fil-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 bil-għan li jiġi żgurat li huma żviluppati, jiffunzjonaw, li huma interoperabbli u jinżammu aġġornati.

5.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-proġetti msemmija fil-paragrafu 2 sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata, għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-parteċipazzjoni effettiva tal-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali f'dawk il-proġetti. Dak l-appoġġ finanzjarju jista' jieħu l-forma ta' għotjiet u ta' kontribuzzjonijiet in natura. L-ammont totali tal-finanzjament ma għandux jaqbeż il-15 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju. Il-benefiċjarji tal-għotjiet għandhom ikunu l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali. L-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħiet għal proposti skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju u l-prinċipji tal-proċeduri tal-għotjiet li jinsabu fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (************) u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (*************).

6.   L-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin fuq bażi volontarja biex jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sistema tat-trademarks u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi proġetti li b'mod partikolari jimmiraw lejn l-implimentazzjoni ta' standards u prattiki stabbiliti kif ukoll lejn l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ. L-appoġġ finanzjarju għal dawk il-proġetti għandu jkun parti mill-ammont totali ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 5. Il-paragrafi 2 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(*********)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1)."

(**********)  Ir-Regolament (UE) Nru 386/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' April 2012 li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (ĠU L 129, 16.5.2012, p. 1)."

(***********)  Id-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 2012.10.27, p. 5)."

(************)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1)."

(*************)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).”."

(108)

Fit-Titolu XII, it-Taqsimiet 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“TAQSIMA 2

Bord tat-Tmexxija

Artikolu 124

Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet attribwiti lill-Kumitat tal-Baġit fit-Taqsima 5, il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(c), jadotta l-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju għas-sena li ġejja, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni, u jgħaddi l-programm ta' ħidma annwali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(b)

abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(e) u b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta programm strateġiku pluriennali għall-Uffiċċju, li jinkludi l-istrateġija tal-Uffiċċju għall-kooperazzjoni internazzjonali, wara skambju ta' fehmiet bejn id-Direttur Eżekuttiv u l-kumitat rilevanti fil-Parlament Ewropew, u jgħaddi l-programm strateġiku pluriennali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(c)

abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(g), jadotta r-rapport annwali u jgħaddi r-rapport annwali adottat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

(d)

abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(h), jadotta l-pjan pluriennali ta' politika tal-persunal;

(e)

jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu taħt l-Artikolu 123c(2);

(f)

jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu taħt l-Artikolu 139(5);

(g)

jadotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess fl-Uffiċċju;

(h)

f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Uffiċċju, is-setgħat mogħtija bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra lill-Awtorità Mogħtija s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta' Impjieg (‘is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra’);

(i)

jadotta miżuri ta' implimentazzjoni adatti sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(j)

ifassal il-lista ta' kandidati prevista fl-Artikolu 129(2);

(k)

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni msemmija fl-Artikolu 165a, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF);

(l)

ikun ikkonsultat qabel l-adozzjoni tal-linji gwida għall-eżaminazzjoni li ssir fl-Uffiċċju u fil-każijiet l-oħra previsti f'dan ir-Regolament;

(m)

jagħti opinjonijiet u jagħmel talbiet għal informazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Kummissjoni fejn huwa jqis li jkun meħtieġ.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 142 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra, deċiżjoni msejsa fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra, li tiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet li taħthom dik id-delega ta' setgħat ta' awtorità li taħtar tista' tiġi sospiża.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jirrikjedu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat li ġew issottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv, u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 125

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u rappreżentant wieħed mill-Parlament Ewropew, u s-supplenti rispettivi tagħhom.

2.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.

Artikolu 126

President tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi President għandu ex officio jissostitwixxi lill-President f'każ li dan ma jkunx jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu.

2.   Il-perijodu tal-mandati tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandati għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll b'mod awtomatiku f'dik id-data.

Artikolu 127

Laqgħat

1.   Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord tat-Tmexxija ma jiddeċidix mod ieħor.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu laqgħa ordinarja tal-inqas darba fis-sena. Barra minn hekk, huwa għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' terz tal-Istati Membri.

4.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli ta' proċedura.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madankollu, maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu għandha tkun rekwiżita għad-deċiżjonijiet li l-Bord tat-Tmexxija għandu s-setgħa li jieħu skont l-Artikolu 124(1)(a) u (b), l-Artikolu 126(1) u l-Artikolu 129(2) u (4). Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu jkollu vot wieħed.

6.   Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

7.   Is-Segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi provdut mill-Uffiċċju.

TAQSIMA 3

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 128

Funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.   L-Uffiċċju għandu jiġi amministrat mid-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord tat-Tmexxija.

2.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija, u l-Kumitat għall-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Uffiċċju.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu b'mod partikolari l-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jiġu delegati:

(a)

jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' notifiki, sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Uffiċċju;

(b)

jimplimenta d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)

iħejji abbozz ta' programm ta' ħidma annwali li jindika r-riżorsi umani u finanzjarji stmati għal kull attività, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d)

jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija proposti skont l-Artikolu 123c(2);

(e)

iħejji abbozz ta' programm strateġiku pluriennali, li jinkludi l-istrateġija tal-Uffiċċju għall-kooperazzjoni internazzjonali, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara skambju ta' fehmiet mal-kumitat rilevanti fil-Parlament Ewropew;

(f)

jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali u l-programm strateġiku pluriennali u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

(g)

iħejji r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(h)

iħejji abbozz ta' pjan pluriennali ta' politika tal-persunal u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(i)

iħejji pjan ta' azzjoni li jagħmel segwitu tal-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll isegwi l-investigazzjonijiet tal-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u lill-Bord tat-Tmexxija;

(j)

jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz tal-impożizzjoni ta' pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(k)

iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Uffiċċju u għandu jippreżentaha lill-Kumitat tal-Baġit għall-approvazzjoni;

(l)

sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament, jirreferi, fejn ikun il-każ, mistoqsijiet dwar punt ta' liġi lill-Bord tal-Appell imkabbar (‘il-Bord Suprem’), b'mod partikolari jekk il-Bordijiet tal-Appell ikunu ħarġu deċiżjonijiet differenti dwar il-punt;

(m)

iħejji estimi tad-dħul u l-infiq tal-Uffiċċju u għandu jimplimenta l-baġit;

(n)

jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu fir-rigward tal-persunal mill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 124(1)(h);

(o)

jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu taħt l-Artikoli 26(3), 29(5), 30(3), 75(2), 78(5), l-Artikoli 79, 79b, 79c, l-Artikoli 87(4), 87a(3), 88(5), l-Artikoli 88a, 89, l-Artikoli 93(4), 119(9), u l-Artikolu 144, l-Artikolu 144a(1) u 144b(2), u l-Artikolu 144c skont il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-atti adottati skont dan ir-Regolament.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun assistit minn Viċi Direttur Eżekuttiv wieħed jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-Viċi Direttur Eżekuttiv jew wieħed mill-Viċi Diretturi Eżekuttivi għandu jieħu postu skont il-proċedura stipulata mill-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 129

Ħatra u tneħħija tad-Direttur Eżekuttiv u estensjoni tal-mandat

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Kunsill b'maġġoranza sempliċi, minn lista ta' kandidati proposti mill-Bord tat-Tmexxija, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista' jkun mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem kwalunkwe kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jsiru mill-membri tiegħu. Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Uffiċċju għandu jkun rappreżentat mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu biss b'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Bord tat-Tmexxija.

3.   Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sal-aħħar ta' dak il-perijodu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jwettaq valutazzjoni li tieħu kont ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Uffiċċju.

4.   Il-Kunsill, b'kont meħud tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba u għal mhux aktar minn ħames snin.

5.   Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-mandat globali tiegħu.

6.   Il-Viċi Direttur Eżekuttiv jew Viċi Diretturi Eżekuttivi għandhom jinħatru jew jitneħħew mill-kariga kif previst fil-paragrafu 2, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv u, fejn applikabbli, id-Direttur Eżekuttiv elett. Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Dan jista' jiġi estiż darba u għal mhux aktar minn ħames snin mill-Kunsill, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv.”.

(109)

L-Artikolu 130 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

dipartiment inkarigat bir-Reġistru;”;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(f)

kwalunkwe unità jew persuna oħra maħtura mid-Direttur Eżekuttiv għal dak il-għan.”.

(110)

Fl-Artikolu 131, ir-referenza għall-“Artikoli 36, 37 u 68” hija sostitwita bir-referenza “Artikoli 36, 37, 68 u 74c”.

(111)

Fl-Artikolu 132, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tielet sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Deċiżjonijiet marbuta mal-ispejjeż jew mal-proċeduri għandhom jittieħdu minn membru uniku.”;

(b)

jiżdied is-subparagrafu addizzjonali li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-tipi eżatti ta' deċiżjonijiet li jridu jittieħdu minn membru uniku. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(112)

L-Artikolu 133 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 133

Dipartiment inkarigat bir-Reġistru

1.   Id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru għandu jkun responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jirrigwardaw entrati fir-Reġistru.

2.   Huwa għandu ikun responsabbli wkoll għaż-żamma tal-lista ta' rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93(2).

3.   Id-deċiżjonijiet tad-Dipartiment għandhom jittieħdu minn membru uniku.”.

(113)

L-Artikolu 134 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għandha tkun responsabbli Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jirrigwardaw:

(a)

applikazzjonijiet għar-revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trademark tal-UE;

(b)

talbiet għall-assenjazzjoni ta' trademark tal-UE kif previsti fl-Artikolu 18.”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tielet sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Deċiżjonijiet marbuta mal-ispejjeż jew il-proċeduri kif speċifikat fl-atti adottat skont l-Artikolu 132(2) għandhom jittieħdu minn membru uniku.”.

(114)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 134a

Kompetenza Ġenerali

Id-deċiżjonijiet meħtieġa taħt dan ir-Regolament li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta' eżaminatur, ta' Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, ta' Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru, għandhom jittieħdu minn kull uffiċjal jew unità maħtura mid-Direttur Eżekuttiv għal dak il-għan.”.

(115)

L-Artikolu 135 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu responsabbli sabiex jiddeċiedu dwar appelli minn deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 131 sa 134a.”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem “minn Bord imkabbar” huma sostitwiti bil-kliem “mill-Bord Suprem”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Sabiex ikunu determinati l-każi speċjali li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Bord Suprem, għandu jittieħed kont tad-diffikultà legali jew tal-importanza tal-każ jew ta' ċirkostanzi speċjali li jkunu jiġġustifikawh. Tali każijiet jistgħu jiġu riferuti lill-Bord Suprem:

(a)

bl-awtorità tal-Bordijiet tal-Appell imsemmija fl-Artikolu 136(4)(a); jew

(b)

mill-Bord li jitratta l-każ.”;

(d)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Bord Suprem għandu wkoll ikun responsabbli biex jagħti opinjonijiet motivati dwar kwistjonijiet tal-liġi riferuti lilu mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 128(4)(l).”;

(e)

fil-paragrafu 5 titħassar l-aħħar sentenza.

(116)

L-Artikolu 136 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 136

Indipendenza tal-membri tal-Bordijiet tal-Appell

1.   Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet għandhom ikunu maħtura, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 129 għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, għal perijodu ta' ħames snin. Dawn ma jistgħux jitneħħew mill-kariga matul dan il-perijodu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizzja, fuq applikazzjoni mill-istituzzjoni li tkun ħatrithom, ma tiħux deċiżjoni biex isir dan.

2.   Il-mandat tal-President tal-Bordijiet tal-Appell jista' jiġi estiż darba għal perijodu addizzjonali wieħed ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tiegħu mill-Bord tat-Tmexxija.

3.   Il-mandat tal-presidenti tal-Bordijiet jista' jiġi estiż għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk din l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid, wara li tkun saret valutazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord tat-Tmexxija, u wara konsultazzjoni mal-President tal-Bordijiet tal-Appell.

4.   Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu jkollu l-funzjonijiet maniġerjali u organizzazzjonali li ġejjin:

(a)

jippresjedi l-Presidju tal-Bordijiet tal-Appell (‘il-Presidju’), responsabbli għall-istabbiliment tar-regoli u l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Bordijiet;

(b)

jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Presidju;

(c)

jalloka l-każijiet lil Bord abbażi ta' kriterji oġġettivi determinati mill-Presidju;

(d)

jibgħat ir-rekwiżiti tal-infiq tal-Bordijiet lid-Direttur Eżekuttiv, bil-għan li jitfasslu l-estimi tal-infiq.

Il-President tal-Bordijiet tal-Appell għandu jippresjedi fuq il-Bord Suprem.

5.   Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija għal perijodu ta' ħames snin. Il-mandat tagħhom jista' jiġi estiż għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin, jew sal-età tal-irtirar jekk dik l-età tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid wara li tkun saret evalwazzjoni pożittiva preċedenti tal-prestazzjoni tagħhom mill-Bord tat-Tmexxija, wara konsultazzjoni mal-President tal-Bordijiet tal-Appell.

6.   Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx jitneħħew mill-kariga sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizzja, wara li l-każ ikunu ġie riferut lilha mill-Bord tat-Tmexxija fuq ir-rakkommandazzjoni tal-President tal-Bordijiet tal-Appell, u wara li jkun ikkonsulta mal-President tal-Bord li tiegħu l-membru kkonċernat jappartjeni, tieħu deċiżjoni biex isir dan.

7.   Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell għandhom ikunu indipendenti. Fid-deċiżjonijiet tagħhom, dawn ma għandhomx ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet.

8.   Deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Suprem dwar appelli jew opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-liġi riferuti lilu mid-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 135 għandhom ikunu vinkolanti fl-istanzi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju msemmija fl-Artikolu 130.

9.   Il-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet tal-Appell ma għandhomx ikunu eżaminaturi jew membri tad-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni, id-Dipartiment inkarigat bir-Reġistru jew id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni.”.

(117)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 136a

Il-Presidju tal-Bordijiet tal-Appell u l-Bord Suprem

1.   Il-Presidju għandu jkun magħmul mill-President tal-Bordijiet tal-Appell, li għandu jippresjedi fuqu, il-presidenti tal-Bordijiet u l-membri tal-Bordijiet eletti għal kull sena kalendarja minn u minn fost il-membri kollha tal-Bordijiet minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet. L-għadd tal-membri tal-Bord eletti b'dan il-mod għandu jikkostitwixxi kwart tal-għadd tal-membri tal-Bord, minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet, u dak in-numru għandu jiġi aġġustat 'il fuq jekk meħtieġ.

2.   Il-Bord Suprem imsemmi fl-Artikolu 135(2) għandu jkun magħmul minn disa' membri, inkluż il-President tal-Bordijiet tal-Appell, il-presidenti tal-Bordijiet, ir-relatur innominat qabel konsultazzjoni mal-Bord Suprem, jekk applikabbli, u membri magħżula b'rotazzjoni minn lista li fiha l-ismijiet tal-membri kollha tal-Bordijiet tal-Appell minbarra l-President tal-Bordijiet tal-Appell u l-presidenti tal-Bordijiet.”.

(118)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 136b

Delegazzjoni tas-setgħat

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell, inkluż it-twaqqif u r-rwol tal-Presidju, il-kompożizzjoni tal-Bord Suprem u r-regoli dwar ir-riferimenti li jsirulu, u l-kondizzjonijiet li taħthom id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru uniku skont l-Artikolu 135(2) u (5).”.

(119)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 137a

Ċentru ta' medjazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 123b(3), l-Uffiċċju jista' jistabbilixxi Ċentru ta' Medjazzjoni (‘iċ-Ċentru’).

2.   Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tuża s-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja bil-għan li tinstab soluzzjoni bonarja ta' tilwim, abbażi ta' dan ir-Regolament jew bir-Regolament (KE) Nru 6/2002, bi ftehim reċiproku.

3.   Il-partijiet għandu jkollhom rikors għall-medjazzjoni permezz ta' talba konġunta. It-talba ma għandhiex titqies li saret qabel ma tkun tħallset l-imposta rilevanti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiffissal-ammont li għandu jiġi impost f'konformità mal-Artikolu 144(1).

4.   Fil-każ ta' tilwim soġġett għall-proċedimenti pendenti quddiem id-Diviżjonijiet tal-Oppożizzjoni, id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni jew quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju, talba konġunta għal medjazzjoni tista' ssir fi kwalunkwe ħin wara li ssir notifika ta' oppożizzjoni, applikazzjoni għal revoka jew applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jew notifika ta' appell kontra deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

5.   Il-proċedimenti inkwistjoni għandhom jiġu sospiżi u l-perijodi ta' żmien, minbarra l-perijodi żmien għall-ħlas tat-tariffa applikabbli, għandhom jiġu interrotti sa mid-data li ssir l-applikazzjoni ta' talba konġunta għal medjazzjoni. Il-perjodi ta' żmien għandhom ikomplu jiddekorru mill-jum li fih jerġgħu jibdew il-proċedimenti.

6.   Il-partijiet għandhom jiġu mistiedna jaħtru b'mod konġunt, medjatur mil-lista msemmija fil-paragrafu 12, li jkun iddikjara illi huwa għandu għarfien sew tal-lingwa tal-medjazzjoni inkwistjoni. Fejn il-partijiet ma jaħtrux medjatur fi żmien 20 jum mill-istedina biex jagħmlu dan, il-medjazzjoni għandha titqies li falliet.

7.   Il-Partijiet għandhom jaqblu flimkien mal-medjatur dwar l-arranġamenti dettaljati għall-medjazzjoni fi ftehim ta' medjazzjoni.

8.   Il-medjatur għandu jikkonkludi l-proċedimenti ta' medjazzjoni jew hekk kif il-partijiet jilħqu ftehim ta' soluzzjoni, waħda mill-partijiet tiddikjara li tixtieq ittemm il-medjazzjoni jew il-medjatur jistabbilixxi li l-partijiet ma rnexxielhomx jilħqu tali ftehim.

9.   Il-medjatur għandu jinforma lill-partijiet kif ukoll lill-istanza rilevanti tal-Uffiċċju hekk kif il-proċedimenti tal-medjazzjoni jkunu ġew konklużi.

10.   Id-diskussjonijiet u n-negozjati li jsiru fi ħdan il-qafas tal-medjazzjoni għandhom ikunu kunfidenzjali għall-persuni kollha involuti fil-medjazzjoni, b'mod partikolari għall-medjatur, il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom. Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha ppreżentati waqt il-medjazzjoni għandhom jinżammu separatament minn, u ma għandhomx ikunu parti mill-fajl ta' ebda proċediment ieħor quddiem l-Uffiċċju.

11.   Il-medjazzjoni għandha ssir f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li dwarha għandhom jaqblu l-partijiet. Fejn il-medjazzjoni tkun marbuta ma' tilwim pendenti quddiem l-Uffiċċju, il-medjazzjoni għandha ssir fil-lingwa tal-proċedimenti tal-Uffiċċju, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-partijiet.

12.   L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi lista ta' medjaturi li għandhom jappoġġaw lill-partijiet fis-soluzzjoni tat-tilwim. Il-medjaturi għandhom ikunu indipendenti u jkollhom ħiliet u esperjenza rilevanti. Il-lista tista' tinkludi kemm medjaturi li huma impjegati mill-Uffiċċju kif ukoll medjaturi li mhumiex.

13.   Il-medjaturi għandhom ikunu imparzjali fit-twettiq ta' dmirijiethom u għandhom jiddikjaraw kull kunflitt ta' interess reali jew ipperċepit hekk kif jiġu ddenominati. Il-membri tal-istanzi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fl-Artikolu 130 ma għandhomx jieħdu sehem f'medjazzjoni li tkun marbuta ma' każ li fih huma:

(a)

kellhom kwalunkwe involviment preċedenti fil-proċedimenti rinvjati għall-medjazzjoni;

(b)

għandhom kwalunkwe interess personali f'dawk il-proċedimenti; jew

(c)

kienu preċedentement involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet.

14.   Il-medjaturi ma għandhomx jieħdu sehem bħala membri tal-istanzi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju elenkati fl-Artikolu 130 fi proċedimenti li reġgħu bdew bħala konsegwenza ta' falliment tal-medjazzjoni.

15.   L-Uffiċċju jista' jikkoopera ma' korpi rikonoxxuti nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jittrattaw il-medjazzjoni.”.

(120)

L-Artikolu 138 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 138

Kumitat tal-Baġit

1.   Il-Kumitat tal-Baġit għandu jkollu l-funzjonijiet assenjati lilu f'din it-Taqsima.

2.   L-Artikoli 125 u 126, l-Artikolu 127(1) sa (4), u (5), sa fejn jirrigwarda l-elezzjoni tal-President u tal-Viċi President, (6) u (7) għandhom japplikaw għall-Kumitat tal-Baġit, mutatis mutandis.

3.   Il-Kumitat tal-Baġit għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu. Madankollu, maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu għandha tkun meħtieġa għad-deċiżjonijiet li l-Kumitat tal-Baġit għandu s-setgħa li jieħu skont l-Artikolu 140(3) u l-Artikolu 143. Fiż-żewġ każijiet kull membru għandu jkollu vot wieħed.”.

(121)

L-Artikolu 139 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 139

Baġit

1.   Għandhom jitħejjew estimi tad-dħul u tal-infiq kollu tal-Uffiċċju għal kull sena finanzjarja u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Uffiċċju. Kull sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

2.   Id-dħul u l-infiq indikati fil-baġit għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

3.   Id-dħul għandu jinkludi, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta' dħul, it-tariffi totali pagabbli skont l-Anness-I għal dan ir-Regolament, it-tariffi totali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 6/2002, it-tariffi totali pagabbli, skont il-Protokoll ta' Madrid imsemmi fl-Artikolu 145 ta' dan ir-Regolament, għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni u ħlasijiet oħra li jsiru lill-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll ta' Madrid, it-tariffi totali pagabbli, skont l-Att ta' Ġinevra msemmi fl-Artikolu 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina l-Unjoni u ħlasijiet oħra li jsiru lill-Partijiet Kontraenti għall-Att ta' Ġinevra, u, sa fejn ikun meħtieġ, sussidju mdaħħal taħt intestatura speċifika tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.   Kull sena l-Uffiċċju għandu jikkumpensa għall-ispejjeż imġarrba mill-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, mill-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali u minn kwalunkwe awtorità rilevanti oħra li tiġi nnominata minn Stat Membru, bħala riżultat tal-kompiti speċifiċi li huma jwettqu bħala partijiet funzjonali tas-sistema tat-trademarks tal-UE fil-kuntest tas-servizzi u l-proċeduri li ġejjin:

(a)

proċedimenti ta' oppożizzjoni u invalidità quddiem l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali li jinvolvu t-trademarks tal-UE;

(b)

l-għoti ta' informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistema tat-trademark tal-UE permezz ta' helpdesks u ċentri tal-informazzjoni;

(c)

l-infurzar tat-trademarks tal-UE, inkluż l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 9(4).

5.   Il-kumpens totali tal-ispejjeż identifikati fil-paragrafu 4 għandu jikkorrispondi għal 5 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fuq proposta mill-Uffiċċju u wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat tal-Baġit, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddetermina l-iskema ta' distribuzzjoni abbażi tal-indikaturi ġusti, ekwi u rilevanti li ġejjin:

(a)

l-għadd annwali ta' applikazzjonijiet għal trademark tal-UE li joriġinaw minn applikanti f'kull Stat Membru;

(b)

l-għadd annwali ta' applikazzjonijiet għal trademark nazzjonali f'kull Stat Membru;

(c)

l-għadd annwali ta' oppożizzjonijiet u applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' invalidità ppreżentat minn proprjetarji ta' trademarks tal-UE f'kull Stat Membru;

(d)

l-għadd annwali ta' każijiet imressqa quddiem il-qrati għat-trademark tal-UE denominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 95.

Għall-fini li jiġu ssostanzjati l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Uffiċċju sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, data statistika li turi ċ-ċifri msemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għas-sena preċedenti, li għandha tkun inkluża fil-proposta li għandha ssir lill-Bord tat-Tmexxija.

Għal raġunijiet ta' ekwità, l-ispejjeż imġarrba mill-korpi msemmija fil-paragrafu 4 f'kull Stat Membru għandhom jitqiesu li jikkorrispondu għal tal-inqas 2 % tat-total tal-kumpens previst skont dan il-paragrafu.

6.   L-obbligu tal-Uffiċċju li jikkumpensa għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4 u li jiġġarrbu f'sena partikolari għandu japplika biss sal-punt li ma jkun hemm l-ebda defiċit baġitarju f'dik is-sena.

7.   Fil-każ ta' bilanċ baġitarju pożittiv, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10, fuq proposta mill-Uffiċċju u wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat tal-Baġit, il-Bord tat-Tmexxija jista' jżid il-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 5 għal massimu ta' 10 % tad-dħul annwali tal-Uffiċċju.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 sa 7 u għall-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu u għall-Artikoli 123b u 123c, fejn jiġi ġġenerat bilanċ pożittiv sostantiv fuq ħames snin konsekuttivi, il-Kumitat tal-Baġit, fuq proposta mill-Uffiċċju u skont il-programm ta' ħidma annwali u l-programm strateġiku pluriennali msemmijin fl-Artikolu 124(1)(a) u (b), għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi dwar it-trasferiment għall-baġit tal-Unjoni ta' bilanċ pożittiv iġġenerat mit-23 ta' Marzu 2016.

9.   L-Uffiċċju għandu jħejji fuq bażi ta' kull sentejn rapport għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, inkluż dwar l-operazzjonijiet finanzjarji mwettqa skont l-Artikolu 123c(5) u (6), u l-Artikolu 139(5) u (7). Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju.

10.   L-Uffiċċju għandu jipprevedi fond ta' riżerva li jkopri sena waħda tal-infiq operazzjonali tiegħu biex jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu u l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu.”.

(122)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 141a

Ġlieda kontra l-frodi

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**************), l-Uffiċċju għandu jaċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' kontra l-Frodi (OLAF), u jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Uffiċċju bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

2.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mill-Uffiċċju.

3.   L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (***************) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Uffiċċju.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta' għotja u d-deċiżjonijiet ta' għotja tal-Uffiċċju għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu b'mod espliċitu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

5.   Il-Kumitat tal-Baġit għandu jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji tal-frodi wara li jikkunsidra l-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati.

(**************)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)."

(***************)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il- verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).”."

(123)

L-Artikolu 144 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 144

Tariffi u imposti u data dovuta

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi impost għal kwalunkwe servizz imwettaq mill-Uffiċċju minbarra dawk imsemmija fl-Anness -I, kif ukoll l-ammont li għandu jiġi impost għall-Bulettin tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju u kwalunkwe pubblikazzjoni oħra maħruġa mill-Uffiċċju. L-ammonti tal-imposti għandhom ikunu stabbiliti fl-euro u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju. L-ammont ta' kull imposta ma għandux jeċċedi dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż tas-servizz speċifiku mogħti mill-Uffiċċju.

2.   It-tariffi u l-imposti li fir-rigward tagħhom mhix speċifikata d-data dovuta f'dan ir-Regolament għandhom ikunu dovuti fid-data li tasal it-talba għas-servizz li għalih it-tariffa jew l-imposta tkun iġġarbet.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit id-Direttur Eżekuttiv, jista' jiddetermina liema mis-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu jiddependu fuq ħlas bil-quddiem tat-tariffi jew imposti korrispondenti.”.

(124)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 144a

Pagament ta' tariffi u imposti

1.   It-tariffi u l-imposti dovuti lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bi ħlas jew trasferiment fil-kont tal-bank miżmum mill-Uffiċċju.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista' jistabbilixxi liema metodi speċifiċi ta' ħlas għajr dawk stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, b'mod partikolari permezz ta' depożiti f'kontijiet kurrenti miżmuma mal-Uffiċċju, jistgħu jintużaw.

Id-determinazzjonijiet li jsiru skont it-tieni paragrafu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

Il-pagamenti kollha, inkluż b'kull metodu ieħor ta' ħlas stabbilit skont it-tieni subparagrafu, għandhom isiru fl-euros.

2.   Kull pagament għandu jindika isem il-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament u għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa biex l-Uffiċċju jkun jista' jistabbilixxi minnufih l-għan tal-pagament. B'mod partikolari, għandha tkun ipprovduta l-informazzjoni li ġejja:

(a)

meta titħallas it-tariffa marbuta mal-applikazzjoni, l-għan tal-pagament, jiġifieri ‘tariffa marbuta mal-applikazzjoni’;

(b)

meta titħallas it-tariffa marbuta mal-oppożizzjoni, in-numru tal-fajl tal-applikazzjoni u l-isem tal-applikant għat-trademark tal-UE li għaliha tkun qiegħda ssir l-oppożizzjoni, u l-għan tal-pagament, jiġifieri ‘tariffa marbuta mal-oppożizzjoni’;

(c)

meta jitħallsu t-tariffa marbuta mar-revoka u t-tariffa marbuta mal-invalidità, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-isem tal-proprjetarju tat-trademark tal-UE li għaliha tkun indirizzata l-applikazzjoni, u l-għan tal-pagament, jiġifieri ‘tariffa marbuta mar-revoka’ jew ‘tariffa marbuta mal-invalidità’.

3.   Jekk l-għan tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jista' jiġi stabbilit immedjatament, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-persuna li tkun qiegħda tagħmel il-pagament sabiex tinformah bil-miktub b'dan il-għan, fi żmien li hu jista' jispeċifika. Jekk il-persuna ma tikkonformax ma' din it-talba fiż-żmien dovut, il-pagament għandu jiġi kkunsidrat bħala li ma sarx. L-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat.

Artikolu 144b

Data meqjusa tal-pagament

1.   Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 144a(1), id-data li fiha pagament għandu jitqies bħala li jkun sar lill-Uffiċċju għandha tkun id-data li fiha l-ammont tal-pagament jew tat-trasferiment ikun fil-fatt iddaħħal f'kont bankarju miżmum mill-Uffiċċju.

2.   Meta jistgħu jintużaw il-metodi ta' pagament imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 144a(1), id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi d-data li fiha tali pagamenti għandhom jitqiesu bħala li saru.

3.   Fejn, taħt il-paragrafi 1 u 2, il-pagament ta' tariffa ma jitqiesx li jkun sar sa wara li jkun intemm il-perijodu ta' żmien li fih ikun dovut, għandu jitqies li dan il-perijodu jkun ġie rrispettat jekk l-Uffiċċju jingħata evidenza li l-persuna li tkun għamlet il-pagament fi Stat Membru, fil-perijodu ta' żmien li fih il-pagament kellu jsir, tat ordni kif dovut lil stabbiliment bankarju biex jittrasferixxi l-ammont tal-pagament, u tkun ħallset soprataxxa ta' 10 % tat-tariffa jew tat-tariffi rilevanti, iżda mhux aktar minn EUR 200. L-ebda soprataxxa ma għandha tkun dovuta jekk l-ordni rilevanti lill-istabbiliment bankarju tkun ingħatat mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel l-iskadenza tal-perijodu għall-pagament.

4.   L-Uffiċċju jista' jitlob lill-persuna li tkun għamlet il-pagament biex tipprovdi evidenza tad-data li fiha ngħatat l-ordni lill-istabbiliment bankarju kif imsemmija fil-paragrafu 3 u, fejn meħtieġ, biex tħallas is-somma addizzjonali rilevanti fi żmien perijodu speċifikat mill-Uffiċċju. Jekk il-persuna tonqos milli tikkonforma ma' dik it-talba jew jekk l-evidenza ma tkunx suffiċjenti, jew jekk is-somma addizzjonali mitluba ma titħallasx fiż-żmien dovut, il-perijodu għall-pagament għandu jitqies li ma ġiex osservat.

Artikolu 144c

Pagamenti insuffiċjenti u rimborż ta' ammonti insinifikanti

1.   Limitu ta' żmien għall-pagament għandu, fil-prinċipju, jitqies bħala li ġie osservat biss jekk l-ammont sħiħ tat-tariffa ikun tħallas fiż-żmien dovut. Jekk id-dritt ma jitħallasx kollu, l-ammont li jkun tħallas għandu jiġi rimborżat wara li jkun skada l-perijodu għall-pagament.

2.   L-Uffiċċju jista', madankollu, sa fejn ikun possibbli fiż-żmien li jkun fadal qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu, jagħti lill-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament l-opportunità li tħallas l-ammont li jkun fadal jew, fejn dan jitqies ġustifikat, jinjora xi ammonti żgħar li ma tħallsux, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tkun qed tagħmel il-pagament.

3.   Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit, id-Direttur Eżekuttiv jista' jirrinunzja l-azzjoni għall-irkupru infurzat ta' kwalunkwe somma dovuta meta s-somma li għandha tiġi rkuprata hija minima jew fejn dan l-irkupru huwa inċert iżżejjed.

4.   Meta titħallas somma eċċessiva biex tkopri tariffa jew imposta, l-eċċess ma għandux jiġi rimborżat jekk l-ammont ikun insinifikanti u l-parti kkonċernata ma tkunx espressament talbet rimborż.

Bil-kunsens tal-Kumitat tal-Baġit id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddetermina l-ammont li taħtha somma eċċessiva mħallsa biex tkopri tariffa jew imposta ma għandhiex tiġi rimborżata.

Determinazzjonijiet skont it-tieni subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.”.

(125)

Fl-Artikolu 145, il-kliem “ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tiegħu” huma sostitwiti bil-kliem “l-atti adottati skont dan ir-Regolament”.

(126)

L-Artikolu 147 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, is-sentenza li ġejja tiddaħħal wara l-ewwel sentenza:

“L-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li jagħmel l-applikazzjoni internazzjonali bid-data li fiha d-dokumenti li jagħmlu l-applikazzjoni internazzjonali waslu l-Uffiċċju.”;

(b)

il-paragrafi 3 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   Fejn l-applikazzjoni internazzjonali ssir f'lingwa li mhijiex waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet internazzjonali, l-applikant jista' jipprovdi traduzzjoni tal-lista ta' oġġetti jew servizzi u ta' kwalunkwe element testwali ieħor li jagħmel parti mill-applikazzjoni internazzjonali fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni internazzjonali tkun ser tiġi ppreżentata lill-Bureau Internazzjonali skont il-paragrafu 2. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx akkumpanjata minn traduzzjoni bħal din, l-applikant għandu jawtorizza lill-Uffiċċju biex jinkludi dik it-traduzzjoni fl-applikazzjoni internazzjonali. Meta t-traduzzjoni tkun għadha ma ġietx stabbilita tul il-proċedura ta' reġistrazzjoni għall-applikazzjoni tat-trademark tal-UE li fuqha l-applikazzjoni internazzjonali hija bbażata, l-Uffiċċju għandu, mingħajr dewmien, jagħmel arranġamenti biex issir it-traduzzjoni.

4.   Ir-reġistrazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' tariffa lill-Uffiċċju. Meta r-reġistrazzjoni internazzjonali ser tkun ibbażata fuq trademark tal-UE ladarba din tiġi rreġistrata, it-tariffa għandha tkun dovuta fid-data tar-reġistrazzjoni tat-trademark tal-UE. L-applikazzjoni għandha titqies li għadha ma saritx sakemm tkun tħallset it-tariffa meħtieġa. Meta t-tariffa ma tkunx tħallset, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant b'dan. Fil-każ ta' preżentazzjoni b'mod elettroniku, l-Uffiċċju jista' jawtorizza lill-Bureau Internazzjonali biex jiġbor it-tariffa f'ismu.

5.   Fejn l-eżami tal-applikazzjoni internazzjonali jiżvela xi wieħed min-nuqqasijiet li ġejjin, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jirrimedja dawk in-nuqqasijiet fi żmien tali perijodu li hu jista' jispeċifika:

(a)

l-applikazzjoni internazzjonali ma tkunx saret bl-użu tal-formola msemmija fil-paragrafu 1, u ma tinkludix l-indikazzjonijiet u l-informazzjoni kollha rikjesta f'dik il-formola;

(b)

il-lista ta' oġġetti u servizzi li tinsab fl-applikazzjoni internazzjonali ma tkunx koperta mil-lista ta' oġġetti u servizzi li jidhru fl-applikazzjoni bażika tat-trademark tal-UE jew fit-trademark bażika tal-UE;

(c)

il-marka li hija soġġetta għall-applikazzjoni internazzjonali mhijiex identika għall-marka kif tidher fl-applikazzjoni tat-trademark tal-UE jew fit-trademark bażika tal-UE;

(d)

indikazzjoni għat-trademark fl-applikazzjoni internazzjonali, barra rinunzja tad-dritt jew talba ta' kulur, ma tkunx tidher ukoll fl-applikazzjoni bażika tat-trademark tal-UE jew fit-trademark bażika tal-UE;

(e)

fejn il-kulur huwa mitlub fl-applikazzjoni internazzjonali bħala fattur distintiv tal-marka, l-applikazzjoni tat-trademark tal-UE jew it-trademark bażika tal-UE mhijiex fl-istess kulur jew kuluri; jew

(f)

skont l-indikazzjonijiet magħmula fil-formola internazzjonali, l-applikant ma jkunx eliġibbli biex jagħmel applikazzjoni internazzjonali permezz tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 2(1)(ii) tal-Protokoll ta' Madrid.

6.   Fejn l-applikant ikun naqas milli jawtorizza l-Uffiċċju biex jinkludi traduzzjoni kif previst fil-paragrafu 3, jew b'xi mod ieħor ma jkunx ċar fuq liema lista ta' oġġetti u servizzi l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jagħmel l-indikazzjonijiet rikjesti fi żmien li hu jista' jispeċifika.”.

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“7.   Jekk in-nuqqasijiet msemmija fil-paragrafu 5 ma jiġux rimedjati jew l-indikazzjonijiet rikjesti msemmija fil-paragrafu 6 ma jingħatawx fi żmien il-perijodu ffissat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta li jibgħat l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali.

8.   L-Uffiċċju għandu jibgħat l-applikazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali flimkien maċ-ċertifikazzjoni prevista taħt l-Artikolu 3(1) tal-Protokoll ta' Madrid hekk kif l-applikazzjoni internazzjonali tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 146 ta' dan ir-Regolament.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-formola eżatta, inklużi l-elementi tagħha, li għandha tintuża biex issir applikazzjoni internazzjonali skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2) ta' dan ir-Regolament.”.

(127)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 148a

Notifika tal-invalidità tal-applikazzjoni jew reġistrazzjoni bażika

1.   Fi żmien ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali bi kwalunkwe fatt u deċiżjoni li jaffettwaw il-validità tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE jew ir-reġistrazzjoni ta' trademark tal-UE li fuqha kienet ibbażata r-reġistrazzjoni internazzjonali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-fatti u d-deċiżjonijiet individwali soġġetti għall-obbligu ta' notifika skont l-Artikolu 6(3) tal-Protokoll ta' Madrid kif ukoll il-punt ta' żmien rilevanti ta' tali notifiki. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2) ta' dan ir-Regolament.”.

(128)

L-Artikolu 149 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 149

Talba għal estensjoni territorjali sussegwenti għal reġistrazzjoni internazzjonali

1.   Talba għal estensjoni territorjali magħmula sussegwentement għal reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3b(2) tal-Protokoll ta' Madrid tista' ssir permezz tal-intermedjarju tal-Uffiċċju. It-talba għandha ssir bil-lingwa li biha l-applikazzjoni internazzjonali tkun saret skont l-Artikolu 147 ta' dan ir-Regolament. Din għandha tinkludi indikazzjonijiet li jissostanzjaw l-intitolament li ssir denominazzjoni skont l-Artikolu 2(1)(ii) u l-Artikolu 3b(2) tal-Protokoll ta' Madrid. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant li jitlob l-estensjoni territorjali bid-data li fiha kienet waslet it-talba għal estensjoni territorjali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-rekwiżiti dettaljati rigward it-talba għal estensjoni territorjali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).

3.   Fejn it-talba għal estensjoni territorjali li tkun saret sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 2, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jirrimedja n-nuqqasijiet li nstabu f'limitu ta' żmien li hu jista' jispeċifika. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux rimedjati fil-limitu ta' żmien iffissat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta li jibgħat it-talba lill-Bureau Internazzjonali. L-Uffiċċju ma għandux jirrifjuta li jibgħat it-talba lill-Bureau Internazzjonali qabel ma l-applikant ikollu l-opportunità li jikkoreġi kwalunkwe nuqqas identifikat fit-talba.

4.   L-Uffiċċju għandu jibgħat it-talba għal estensjoni territorjali li tkun saret sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Bureau Internazzjonali hekk kif ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 jiġu sodisfatti.”.

(129)

L-Artikolu 153 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 153

Anzjanità pretiża f'applikazzjoni internazzjonali

1.   L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni jista' jitlob, fl-applikazzjoni internazzjonali, li tiġi rikonoxxuta l-anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata fi Stat Membru, inkluża trademark rreġistrata fil-pajjiżi tal-Benelux, jew irreġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 34.

2.   Id-dokumenti, kif speċifikat fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 34(5), ta' sostenn għall-pretensjoni ta' anzjanità għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Bureau Internazzjonali jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju. F'dan ir-rigward, għandu japplika l-Artikolu 34(6).

3.   Fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun obbligat li jiġi rrappreżentat quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 92(2), il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ħatra ta' rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 93(1).

4.   Fejn l-Uffiċċju jsib li l-pretensjoni ta' anzjanità taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkunx konformi mal-Artikolu 34, jew ma tkunx konformi mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f'dan l-Artikolu, huwa għandu jistieden lill-applikant biex jirrimedja n-nuqqasijiet. Jekk ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel sentenza ma jiġux sodisfatti fil-limitu ta' żmien speċifikat mill-Uffiċċju, id-dritt ta' anzjanità fir-rigward ta' dik ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jintilef. Jekk in-nuqqasijiet jirrigwardjaw ftit biss mill-oġġetti u s-servizzi, id-dritt ta' anzjanità għandu jintilef biss sa fejn jirrigwarda dawk l-oġġetti u s-servizzi.

5.   L-Uffiċċju għandu jinforma lill-Bureau Internazzjonali bi kwalunkwe dikjarazzjoni ta' telf tad-dritt ta' anzjanità skont il-paragrafu 4. Hu għandu jinforma wkoll lill-Bureau Internazzjonali dwar kull irtirar jew restrizzjoni tal-pretensjoni ta' anzjanità.

6.   Għandu japplika l-Artikolu 34(4), sakemm id-dritt ta' anzjanità ma jkunx iddikjarat bħala mitluf skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.”.

(130)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 153a

Anzjanità pretiża quddiem l-Uffiċċju

1.   Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni jista', mid-data tal-pubblikazzjoni tal-effetti ta' dik ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 152(2), jitlob li tiġi rikonoxxuta fl-Uffiċċju l-anzjanità ta' trademark preċedenti rreġistrata fi Stat Membru, inkluża trademark irreġistrata fil-pajjiżi tal-Benelux, jew irreġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 35.

2.   Fejn l-anzjanità tiġi pretiża qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1, il-pretensjoni ta' anzjanità għandha titqies li waslet fl-Uffiċċju f'dik id-data.

3.   Pretensjoni ta' anzjanità taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 35 u għandu jkun fiha informazzjoni li tippermetti l-eżami tagħha fir-rigward ta' dawk ir-rekwiżiti.

4.   Jekk ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti li jirregolaw il-pretensjoni ta' anzjanità msemmija fil-paragrafu 3 u speċifikati fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 6, l-Uffiċċju għandu jistieden lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali biex jirrimedja n-nuqqasijiet. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux rimedjati fi żmien perijodu li għandu jiġi speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-pretensjoni.

5.   Fejn l-Uffiċċju jkun aċċetta l-pretensjoni ta' anzjanità, jew meta pretensjoni ta' anzjanità tkun ġiet irtirata jew ikkanċellata mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-Bureau Internazzjonali b'dan.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fil-pretensjoni ta' anzjanita taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(131)

L-Artikolu 154 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 154

Denominazzjoni ta' oġġetti u servizzi u eżami ta' raġunijiet assoluti għal rifjut

1.   Reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddenominaw lill-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal eżami tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 28(2) sa (4) u għal raġunijiet assoluti għal rifjut bl-istess mod bħall-applikazzjonijiet għat-trademarks tal-UE.

2.   Meta jinsab li reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni ma tkunx eliġibbli għall-protezzjoni skont l-Artikolu 28(4) jew l-Artikolu 37(1) ta' dan ir-Regolament għall-oġġetti u s-servizzi kollha, jew parti minnhom, li għalihom tkun ġiet irreġistrata mill-Bureau Internazzjonali, l-Uffiċċju għandu joħroġ notifika ex officio proviżorja ta' rifjut lill-Bureau Internazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid.

3.   Meta d-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jiġi rrappreżentat quddiem l-Uffiċċju skont l-Artikolu 92(2), in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha stedina biex jinħatar rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 93(1).

4.   In-notifika ta' rifjut proviżorju għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata, u għandha tispeċifika perijodu ta' żmien li fih id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista' jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u, jekk xieraq, għandu jaħtar rappreżentant. Il-perijodu ta' żmien għandu jibda fil-ġurnata li fiha l-Uffiċċju joħroġ ir-rifjut proviżorju.

5.   Fejn l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni ma tinkludix l-indikazzjoni tat-tieni lingwa skont l-Artikolu 161b ta' dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu joħroġ notifika ex officio proviżorja ta' rifjut lill-Bureau Internazzjonali skont l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid.

6.   Meta d-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali jonqos milli jegħleb ir-raġuni għar-rifjut ta' protezzjoni fil-limitu ta' żmien preskritt jew, jekk xieraq, li jaħtar rappreżentant jew li jindika t-tieni lingwa, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-protezzjoni kollha jew għal parti mill-oġġetti u s-servizzi li għalihom ir-reġistrazzjoni internazzjonali hija rreġistrata. Ir-rifjut ta' protezzjoni għandu jieħu post rifjut ta' applikazzjoni għal trademark tal-UE. Id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal appell skont l-Artikoli 58 sa 65.

7.   Fejn, mill-bidu tal-perijodu ta' oppożizzjoni msemmi fl-Artikolu 156(2), l-Uffiċċju ma jkunx ħareġ in-notifika ex officio proviżorja ta' rifjut skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandu jibgħat dikjarazzjoni lill-Bureau Internazzjonali li tindika li l-eżami tar-raġunijiet assoluti tar-rifjut skont l-Artikolu 37 jkun tlesta iżda li r-reġistrazzjoni internazzjonali għadha soġġetta għal oppożizzjonijiet jew osservazzjonijiet ta' persuni terzi. Din id-dikjarazzjoni interim għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Uffiċċju li jerġa' jiftaħ l-eżami tar-raġunijiet assoluti fuq l-inizjattiva tiegħu stess fi kwalunkwe żmien qabel ma tinħareġ id-dikjarazzjoni finali tal-għoti ta' protezzjoni..

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu fin-notifika ex officio proviżorja ta' rifjut ta' protezzjoni li għandha tintbagħat lill-Bureau Internazzjonali, u fil-komunikazzjonijiet finali li għandhom jintbagħtu lill-Bureau Internazzjonali dwar l-għoti jew ir-rifjut finali ta' protezzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(132)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 154a

Marki kollettivi u ta' ċertifikazzjoni

1.   Meta r-reġistrazzjoni internazzjonali tkun ibbażata fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika dwar marka kollettiva, marka ta' ċertifikazzjoni jew marka ta' garanzija, ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandha tiġi ttrattata bħala marka kollettiva tal-UE jew bħala marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE, skont liema minnhom tkun applikabbli.

2.   Id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jippreżenta r-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, kif previst fl-Artikoli 67 u 74b, direttament lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn mid-data li fiha l-Bureau Internazzjonali jinnotifika r-reġistrazzjoni internazzjonali lill-Uffiċċju.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 163a li jispeċifikaw id-dettalji tal-proċedura li tikkonċerna r-reġistrazzjonijiet internazzjonali bbażati fuq applikazzjoni bażika jew reġistrazzjoni bażika dwar marka kollettiva, marka ta' ċertifikazzjoni jew marka ta' garanzija.”.

(133)

L-Artikolu 155 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, tiżdied il-klawżola li ġejja:

“dment li talba għal rapport ta' riċerka, skont l-Artikolu 38(1), issir lill-Uffiċċju fi żmien xahar mid-data tan-notifika.”;

(b)

fil-paragrafu 2, tiżdied il-klawżola li ġejja:

“dment li talba għal rapport ta' riċerka, skont l-Artikolu 38(2), issir lill-Uffiċċju fi żmien xahar mid-data tan-notifika u t-tariffa tar-riċerka titħallas f'dak l-istess perijodu.”;

(c)

fil-paragrafu 4, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Dan għandu japplika kemm jekk id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun talab li jirċievi r-rapport ta' riċerka tal-UE u sew jekk le, sakemm il-proprjetarju ta' reġistrazzjoni jew applikazzjoni preċedenti ma jitlobx li ma jirċevix in-notifika.”.

(134)

L-Artikolu 156 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Avviż ta' oppożizzjoni għandu jsir fi żmien tliet xhur li għandu jibda xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 152(1). L-oppożizzjoni ma għandhiex titqies bħala li ġiet ippreżentata kif dovut qabel ma tkun tħallset it-tariffa marbuta mal-oppożizzjoni.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 163a li jispeċifikaw il-proċedura biex issir u tiġi eżaminata oppożizzjoni, inklużi l-komunikazzjonijiet kollha meħtieġa li għandhom isiru lill-Bureau Internazzjonali.”.

(135)

Fl-Artikolu 158, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Fejn, skont l-Artikolu 57 jew l-Artikolu 100 ta' dan ir-Regolament u dan l-Artikolu, l-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni jkunu ġew iddikjarati invalidi permezz ta' deċiżjoni finali, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 5(6) tal-Protokoll ta' Madrid.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fin-notifika li għandha tintbagħat lill-Bureau Internazzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-att ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(136)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 158a

Effett legali tar-reġistrazzjoni tat-trasferimenti

Ir-rekordjar ta' bidla fil-proprjetarju ta' reġistrazzjoni internazzjonali fir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollu l-istess effett bħall-entrata ta' trasferiment fir-Reġistru skont l-Artikolu 17.

Artikolu 158b

Effett legali tar-reġistrazzjoni ta' liċenzji u drittijiet oħra

Ir-rekordjar ta' liċenzja jew restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni tad-detentur fir-rigward ta' reġistrazzjoni internazzjonali fir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollu l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta'dritt in rem, imposta ta' eżekuzzjoni, proċedimenti ta' insolvenza jew ta' liċenzja fir-Reġistru skont l-Artikoli 19, 20, 21 u 22 rispettivament.

Artikolu 158c

Eżaminazzjoni ta' talbiet għar-reġistrazzjoni ta' trasferimenti, liċenzji jew restrizzjonijiet tad-dritt ta' dispożizzjoni tad-detentur

L-Uffiċċju għandu jittrasmetti talbiet għar-reġistrazzjoni ta' bidla tal-proprjetarju, liċenzja jew restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni tad-detentur, l-emenda jew il-kanċellazzjoni ta' liċenzja jew it-tneħħija ta' restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni tad-detentur li jkunu sarulu lill-Bureau Internazzjonali, jekk ikunu akkumpanjati bi prova adatta tat-trasferiment, il-liċenzja, jew ir-restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni, jew bil-prova li l-liċenzja ma għadhiex teżisti jew li ġiet emendata, jew li r-restrizzjoni tad-dritt ta' dispożizzjoni tkun tneħħiet.”.

(137)

L-Artikolu 159 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

f'denominazzjoni ta' Stat Membru parti għall-Protokoll ta' Madrid, dment li fid-data ta' meta ntalbet il-konverżjoni kien possibbli li dak l-Istat Membru jiġi ddenominat direttament skont il-Protokoll ta' Madrid. L-Artikoli 112, 113 u 114 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-applikazzjoni għal trademark nazzjonali jew id-denominazzjoni ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid li tirriżulta mill-konverżjoni tad-denominazzjoni tal-Unjoni Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali għandha tgawdi, fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat, id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data tal-estensjoni għall-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 3b(2) tal-Protokoll ta' Madrid, jekk din tal-aħħar kienet saret sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali, jew id-data ta' prijorità ta' dik ir-reġistrazzjoni u, fejn xieraq, l-anzjanità ta' trademark ta' dak l-Istat mitlub taħt l-Artikolu 153 ta' dan ir-Regolament.”;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   It-talba għal konverżjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali għandha tinkludi l-informazzjoni u l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 113(1).

5.   Fejn il-konverżjoni tintalab skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 112(5) ta' dan ir-Regolament wara nuqqas li tiġġedded ir-reġistrazzjoni internazzjonali, it-talba msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha indikazzjoni ta' dan u d-data li fiha skadiet il-protezzjoni. Il-perijodu ta' tliet xhur previst fl-Artikolu 112(5) ta' dan ir-Regolament għandu jibda fil-jum ta' wara l-aħħar jum li fih it-tiġdid ikun għadu jista' jsir skont l-Artikolu 7(4) tal-Protokoll ta' Madrid.

6.   L-Artikolu 113(3) u (5) għandhom japplikaw għat-talba għal konverżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu mutatis mutandis.

7.   It-talba għal konverżjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni f'denominazzjoni ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid għandha tinkludi l-indikazzjonijiet u l-elementi msemmija fil-paragrafi 4 u 5.

8.   L-Artikolu 113(3) għandu japplika għat-talba għal konverżjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu mutatis mutandis. L-Uffiċċju għandu wkoll jirrifjuta t-talba għal konverżjoni meta l-kondizzjonijiet għad-denominazzjoni tal-Istat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid jew għall-Ftehim ta' Madrid ma kinux sodisfatti la fid-data tad-denominazzjoni tal-Unjoni lanqas fid-data li fiha l-applikazzjoni għal konverżjoni tkun waslet jew, skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 113(1), tqieset li waslet l-Uffiċċju.

9.   Fejn it-talba għal konverżjoni msemmija fil-paragrafu 7 tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u r-regoli adottati f'konformità miegħu, l-Uffiċċju għandu jibgħat it-talba mingħajr dewmien lill-Bureau Internazzjonali. L-Uffiċċju għandu jinforma lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali bid-data ta' trasmissjoni.

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fit-talbiet għal konverżjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 7;

(b)

id-dettalji li għandhom jinsabu fil-pubblikazzjoni tat-talbiet għal konverżjoni skont il-paragrafu 3.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(138)

Fl-Artikolu 161 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Sabiex titqies bħala trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tkun ġiet ikkanċellata mill-Bureau Internazzjonali fuq talba tal-uffiċċju tal-oriġini skont l-Artikolu 9d tal-Protokoll ta' Madrid, applikazzjoni għal trademark tal-UE għandu jkun fiha indikazzjoni ta' dan. Dik l-indikazzjoni għandha ssir meta ssir l-applikazzjoni.

4.   Meta, waqt li jkun qed isir l-eżami f'konformità mal-Artikolu 36(1)(b), l-Uffiċċju jsib li l-applikazzjoni ma saritx fi żmien tliet xhur mid-data li fiha r-reġistrazzjoni internazzjonali tkun ġiet ikkanċellata mill-Bureau Internazzjonali; jew l-oġġetti u s-servizzi li għalihom ser tiġi rreġistrata t-trademark tal-UE ma jinsabux fil-lista ta' oġġetti u servizzi li għalihom ġiet irreġistrata r-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Unjoni, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-applikant biex jirrimedja n-nuqqasijiet.

5.   Jekk in-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ma jiġux irrimedjati fil-perijodu ta' żmien speċifikat mill-Uffiċċju, id-dritt għad-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali jew id-data tal-estensjoni territorjali u, jekk hemm, id-data tal-prijorità tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jintilef.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji li għandhom ikunu inklużi fl-applikazzjoni għal trasformazzjoni skont il-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 163(2).”.

(139)

Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 161a

Komunikazzjoni mal-Bureau Internazzjonali

Komunikazzjonijiet mal-Bureau Internazzjonali għandhom ikunu bil-mod u bil-format miftiehem bejn il-Bureau Internazzjonali u l-Uffiċċju, u preferibbilment ikun b'mezzi elettroniċi. Kull referenza għal formoli għandha tkun interpretata li tinkludi formoli magħmula disponnibli fil-format elettroniku.

Artikolu 161b

Użu tal-lingwi

Għall-fini li dan ir-Regolament, u r-regoli adottati f'konformità miegħu, jiġu applikati għal reġistrazzjonijiet internazzjonali li jiddenominaw lill-Unjoni, il-lingwa li biha tiġi rreġistrata l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 119(4), u t-tieni lingwa indikata fl-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun it-tieni lingwa skont it-tifsira tal-Artikolu 119(3).”.

(140)

Jitħassar l-Artikolu 162.

(141)

L-Artikolu 163 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 163

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar ir-Regoli ta' Implimentazzjoni. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(****************)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”."

(142)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 163a

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 42a, l-Artikolu 43(3), l-Artikoli 57a u 65a, l-Artikoli 77(4), 78(6), 79(5), 79b(2), 79c(5), 80(3) u 82a(3), l-Artikoli 93a u 136b, u l-Artikoli 154a(3) u 156(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat ta' żmien mit-23 ta' Marzu 2016. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika abitwali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 42a, l-Artikolu 43(3), l-Artikoli 57a u 65a, l-Artikoli 77(4), 78(6), 79(5), 79b(2), 79c(5), 80(3) u 82a(3), l-Artikoli 93a u 136b, u l-Artikoli 154a(3) u 156(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

(143)

Jitħassar l-Artikolu 164.

(144)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 165a

Evalwazzjoni u reviżjoni

1.   Sal-24 ta' Marzu 2021, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   L-evalwazzjoni għandha tirrevedi l-qafas legali għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri u l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-mekkaniżmu ta' finanzjament stabbilit taħt l-Artikolu 123c. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Uffiċċju u l-prattiki tal-ħidma tiegħu. L-evalwazzjoni għandha, b'mod partikolari, tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Uffiċċju, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha fuq il-bażi ta' dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

4.   Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Uffiċċju wara li jitqiesu l-objettivi, il-mandat u l-kompiti tiegħu.”.

(145)

Jiddaħħal l-Anness stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2868/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-Regola 1(3) titħassar;

(2)

Ir-Regola 2 titħassar;

(3)

Ir-Regola 4 titħassar;

(4)

Ir-Regola 5 titħassar;

(5)

Ir-Regola 5a titħassar;

(6)

Ir-Regola 9(3) hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt (a), ir-referenza “Regoli 1, 2 u 3” hija sostitwita bir-referenza “Regoli 1 u 3 ul-Artikolu 28 tar-Regolament”;

(b)

fil-punt (b), ir-referenza “ir-Regola 4(b)” hija sostitwita bir-referenza “l-Artikolu 26(2) tar-Regolament”;

(7)

Ir-Regola 11(2) titħassar;

(8)

Ir-Regola 12(k) titħassar;

(9)

It-Titolu IV jitħassar;

(10)

Fil-paragrafu 2 tar-Regola 62, il-kliem “fil-Komunità” huma sostitwiti bil-kliem “fiż-Żona Ekonomika Ewropea”;

(11)

Fil-paragrafu 1 tar-Regola 71, il-kliem “fil-Komunità” huma sostitwiti bil-kliem “fiż-Żona Ekonomika Ewropea”;

(12)

Ir-Regola 76(2) titħassar;

(13)

Ir-Regola 78 hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt (c) tal-paragrafu 2, il-kliem “fil-Komunità” huma sostitwiti bil-kliem “fiż-Żona Ekonomika Ewropea”;

(b)

fil-paragrafi 2(b), (3) u (5), il-kliem “Stat Membru” u “l-Istati Membri” huma sostitwiti bil-kliem “Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea” u “l-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea”;

(14)

Ir-Regola 84 titħassar;

(15)

Ir-Regola 87 titħassar;

(16)

Fit-Titolu XI, il-Parti K titħassar;

(17)

Ir-Regola 112(2) titħassar.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 2869/95 jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta' Marzu 2016.

Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2017:

 

punti (8); (18); (19); (20); (21); (22); (23); (24); (26) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1, punt (d), u l-paragrafu 3 tal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (29); (30) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (31) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (32) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1a, 4 u 6 tal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (33); (34); (35) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 3 tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (37) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1, it-tieni sentenza, u l-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (43) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 2, 3, 4a u 8 tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (46) sa fejn jirrigwarda t-tielet sentenza tal-paragrafu 5 tal-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (47) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, u l-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 48a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (48) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 3 tal-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (49) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (61); (62); (63); (64) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (67) minbarra l-paragrafu 3 tal-Artikolu 74b tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (68), (71) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 3 u 5 tal-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (72) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (73) bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 79b tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 79c tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (74) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1, 2 u 4 tal-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (75) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 2 tal-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (76) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 82a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (77); (78) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1, 6 u 7 tal-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (80) sa fejn jirrigwarda l-punt (m) tal-paragrafu 2 u l-punt (y) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (84) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1, 2 u 3 tal-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (97) bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (98); (102) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 5, 5a, 6, 8 u 9 tal-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (103); (108) sa fejn jirrigwarda l-Artikolu 128(4)(o) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (111) sa fejn jirrigwarda t-tielet sentenza fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (113), (125), (126) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 u 3 sa 8 tal-Artikolu 147 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (127) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 148a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (128) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1, 3 u 4 tal-Artikolu 149 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (129) sa fejn jirrigwarda l-Artikolu 153 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (130) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 1 sa 5 tal-Artikolu 153a tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (132); (135) sa fejn jirrigwarda l-paragrafu 3 tal-Artikolu 158 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (136), (137) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 4 sa 9 tal-Artikolu 159 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; (138) sa fejn jirrigwarda l-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 161 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009; u (139).

Il-punt (108) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, sa fejn jirrigwarda l-Artikoli 124(1)(f) u 128(4)(n) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, ser japplika mid-data li fiha d-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 124(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 tidħol fis-seħħ, jew 12-il xahar wara d-data speċifikata fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, skont liema waħda tiġi qabel. Sa dik id-data, is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 124(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 għandhom ikunu eżerċitati mid-Direttur Eżekuttiv.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' Diċembru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta' Novembru 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).

(4)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).

(6)  Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, 15.12.1995, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2869/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (ĠU L 303, 15.12.1995, p. 33).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96 tal-5 ta' Frar 1996 li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) (ĠU L 28, 6.2.1996, p. 11).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Jiddaħħal l-anness li ġej:

“ANNESS -I

AMMONT TAT-TARIFFI

A.

It-tariffi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju skont dan ir-Regolament għandhom ikunu kif ġej (f' EUR):

1.

Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 1 000

2.

Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal trademark individwali tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 26(2)):

EUR 850

3.

Tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 50

4.

Tariffa għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 26(2)):

EUR 150

5.

Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 800

6.

Tariffa bażika għall-applikazzjoni għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 500

7.

Tariffa għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE: (Artikolu 26(2) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 50

8.

Tariffa għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 26(2) u 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 150

9.

Tariffa marbuta mar-riċerka għal applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 38(2)) jew għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni (Artikolu 38(2) u Artikolu 155(2)): EUR 12 immultiplikat bl-għadd ta' uffiċċji ċentrali li jittrattaw il-proprjetà industrijali msemmija fl-Artikolu 38(2); dak l-ammont, u t-tibdiliet sussegwenti, għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Uffiċċju.

10.

Tariffa marbuta ma' oppożizzjoni (Artikolu 41(3)):

EUR 320

11.

Tariffa bażika għat-tiġdid ta' trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 1 000

12.

Tariffa bażika għat-tiġdid ta' trademark individwali tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 47(3)):

EUR 850

13.

Tariffa għat-tiġdid tat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 50

14.

Tariffa għat-tiġdid ta' kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal trademark individwali tal-UE (Artikolu 47(3)):

EUR 150

15.

Tariffa bażika għat-tiġdid ta' marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 800

16.

Tariffa bażika għat-tiġdid ta' marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE b'mezzi elettroniċi (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 1 500

17.

Tariffa għat-tiġdid tat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 50

18.

Tariffa għat-tiġdid ta' kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi għal marka kollettiva tal-UE jew marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE (Artikolu 47(3) u Artikolu 66(3) jew Artikolu 74a(3)):

EUR 150

19.

Tariffa addizzjonali għall-ħlas tardiv tat-tariffa ta' tiġdid jew għall-preżentazzjoni tardiva tat-talba għat-tiġdid (Artikolu 47(3)): 25 % tat-tariffa ta' tiġdid tardiv, soġġett għal massimu ta' EUR 1 500

20.

Tariffa għall-applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta' invalidità (Artikolu 56(2)):

EUR 630

21.

Tariffa marbuta ma' appell (Artikolu 60 (1)):

EUR 720

22.

Tariffa għall-applikazzjoni ta' restitutio in integrum (Artikolu 81(3)):

EUR 200

23.

Tariffa għall-applikazzjoni għall-konverżjoni ta' applikazzjoni ta' trademark tal-UE jew trademark tal-UE (Artikolu 113(1), flimkien ukoll mal-Artikolu 159(1)):

(a)

f'applikazzjoni għal trademark nazzjonali

(b)

f'denominazzjoni ta' Stati Membri skont il-Protokoll ta' Madrid:

EUR 200

24.

Tariffa għat-tkomplija tal-proċedimenti: (Artikolu 82(1)):

EUR 400

25.

Tariffa għad-dikjarazzjoni tad-diviżjoni ta' trademark irreġistrata tal-UE (Artikolu 49(4) jew applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 44(4)):

EUR 250

26.

Tariffa għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew dritt ieħor fir-rigward ta' trademark irreġistrata tal-UE (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 22a(2)) jew applikazzjoni għal trademark tal-UE (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 22a(2)):

(a)

għoti ta' liċenzja;

(b)

trasferiment ta' liċenzja;

(c)

ħolqien ta' dritt in rem;

(d)

trasferiment ta' dritt in rem;

(e)

imposta tal-eżekuzzjoni:

EUR 200 għal kull reġistrazzjoni, iżda fejn ikunu saru diversi talbiet fl-istess applikazzjoni jew fl-istess ħin, ma għandhiex teċċedi t-total ta' EUR 1 000

27.

Tariffa għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' liċenzja jew dritt ieħor (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, Regola 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 24a(3)): EUR 200 għal kull kanċellazzjoni, iżda fejn ikunu saru diversi talbiet fl-istess applikazzjoni jew fl-istess ħin, ma għandhiex teċċedi t-total ta' EUR 1 000

28.

Tariffa għat-tibdil ta' trademark irreġistrata tal-UE (Artikolu 48(4)):

EUR 200

29.

Tariffa għall-ħruġ ta' kopja tal-applikazzjoni għal trademark tal-UE (Artikolu 88 (7)), kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (Artikolu 45(2)), jew estratt mir-reġistru (Artikolu 87(7)):

(a)

kopja mhux iċċertifikata jew estratt:

EUR 10

(b)

kopja ċċertifikata jew estratt:

EUR 30

30.

Tariffa għall-ispezzjoni tal-fajls (Artikolu 88(6)):

EUR 30

31.

Tariffa għall-ħruġ ta' kopji ta' dokumenti tal-fajl (Artikolu 88(7)):

(a)

kopja mhux iċċertifikata:

EUR 10

(b)

kopja ċċertifikata:

EUR 30

u għal kull paġna, li taqbeż l-10

EUR 1

32.

Tariffa għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni f'fajl (Artikolu 88(9)):

EUR 10

33.

Tariffa għar-reviżjoni tad-determinazzjoni tal-ispejjeż proċedurali li għandhom jiġu rimborżati (qabell-1 ta' Ottubru 2017, Regola 94(4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95; u minn dik id-data, l-Artikolu 85(7)):

EUR 100

34.

Tariffa biex issir applikazzjoni internazzjonali fl-Uffiċċju (qabel l-1 ta' Ottubru 2017, l-Artikolu 147(5); u minn dik id-data, l-Artikolu 147(4)):

EUR 300

B.

Tariffi li għandhom jitħallsu lill-Bureau Internazzjonali

I.   Tariffa individwali għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni

1.

L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandu jkun meħtieġ li jħallas lill-Bureau Internazzjonali tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2.

Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li jagħmel talba għal estensjoni territorjali li tiddenomina lill-Unjoni magħmula sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jkun meħtieġ iħallas lill-Bureau Internazzjonali tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

3.

L-ammont tat-tariffa taħt B.I.1 jew B.I.2 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Żvizzeri, kif stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-WIPO f'konformità mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim u l-Protokoll ta' Madrid, tal-ammonti li ġejjin:

(a)

għal trademark individwali: EUR 820 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi t-tieni klassi;

(b)

għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni: EUR 1 400 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi li teċċedi t-tieni klassi.

II.   Tariffa individwali għat-tiġdid ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni

1.

Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina lill-Unjoni għandu jkun meħtieġ iħallas lill-Bureau Internazzjonali, bħala parti mit-tariffi għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni internazzjonali, tariffa individwali għad-denominazzjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2.

L-ammont tat-tariffa msemmija fil-B.II.1 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Żvizzeri, kif stabbilit mid-Direttur Ġenerali tal-WIPO f'konformità mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim u l-Protokoll ta' Madrid, tal-ammonti li ġejjin:

(a)

għal trademark individwali: EUR 820 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi tnejn;

(b)

għal marka kollettiva jew marka ta' ċertifikazzjoni: EUR 1 400 u, fejn applikabbli, EUR 50 għat-tieni klassi ta' oġġetti u servizzi u EUR 150 għal kull klassi ta' oġġetti u servizzi inkluża fir-reġistrazzjoni internazzjonali li teċċedi tnejn.”


ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 2869/95

Regolament (KE) Nru 207/2009

Artikolu 1

Artikolu 2

Anness -I, Parti A, punti 1 sa 34

Artikolu 3

Artikolu 144(1)

Artikolu 4

Artikolu 144(2)

Artikolu 5(1)

Artikolu 144a(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 144a(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 144a(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6

Artikolu 144a(1), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 7(1)

Artikolu 144a(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 144a(3)

Artikolu 8

Artikolu 144b

Artikolu 9

Artikolu 144c(1) u (2)

Artikolu 10

Artikolu 144c(4)

Artikolu 11

Anness -I, Parti B(I), punti 1 sa 3

Artikolu 12

Anness -I, Parti B(II), punti 1 u 2

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15


Top