EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1104

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1104 tat-8 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 237/2012 f'dak li għandu x'jaqsam ma' forma ġdida tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) (detentur tal-awtorizzazzjoni: Kerry Ingredients and Flavours) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 181, 9.7.2015, p. 61–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/03/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R0781

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1104/oj

9.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/61


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1104

tat-8 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 237/2012 f'dak li għandu x'jaqsam ma' forma ġdida tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) (detentur tal-awtorizzazzjoni: Kerry Ingredients and Flavours)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

L-użu tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ tas-simna mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 (2), u għal speċijiet minuri tat-tjur tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 (3).

(3)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni biex tiġi inkluża forma likwida tal-alfa-galattożidażi u tal-endo-1,4-beta-glukanażi biex tintuża bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna. Mal-applikazzjoni ntbagħtet ukoll id-dejta rilevanti ta' sostenn. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta' Ottubru 2014 (4), l-Awtorità kkonkludiet li l-forma likwida tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li hija għandha l-potenzjal taffettwa b'mod tajjeb ir-rendiment tal-annimali fil-każ tat-tiġieġ tas-simna. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' din is-sustanza wara li din tiġi kkummerċjalizzata. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, għandha tiġi mmodifikata l-awtorizzazzjoni eżistenti biex din tinkludi l-forma l-ġdida.

(6)

Għaldaqstant, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 237/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 237/2012 qed jiġi sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 tad-19 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (ĠU L 80, 20.3.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 31).

(4)  EFSA Journal 2014; 12(11):3897.


ANNESS

“ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività għal kull kilogramm ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a17

Kerry ingredients and flavors

Alfa-galattożidażi

EC 3.2.1.22

Endo-1,4-beta-glukanażi

EC 3.2.1.4

Kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604), b'attività minima ta':

 

f'forma solida:

1 000 U (1) ta' alfa-galattożidażi għal kull gramma

5 700 U (2) ta' endo-1,4-beta-glukanażi għal kull gramma

 

f'forma likwida:

500 U ta' alfa-galattożidażi għal kull gramma

2 850 U ta' endo-1,4-beta-glukanażi għal kull gramma

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94); Endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604).

Metodu ta' analiżi  (3)

Determinazzjoni:

Alfa-galattożidażi: metodu kolorimetriku li jkejjel il-p-nitrofenol meħlus bl-azzjoni tal-alfa-galattożidażi mis-substrat tal-p-nitrofenil-alfa-galattopiranożid;

endo-1,4-beta-glukanażi: metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rrilaxxat bl-azzjoni tal-endo-1,4-beta-glukanażi mis-substrat tal-glukan tax-xgħir iżraq imħallat.

Tiġieġ tas-simna

50 U ta' alfa-galattożidażi

285 U ta' endo-1,4-beta-glukanażi

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, iż-żmien tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-tgerbib.

2.

Doża massima rrakkomandata:

100 U ta' alfa-galattożidażi għal kull kilogramm;

570 U ta' endo-1,4-beta-glukanażi għal kull kilogramm.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandu jintuża apparat għall-protezzjoni tan-nifs, kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti.

Id-9 ta' April 2022


(1)  1 U huwa l-ammont ta' enzimi li jeħles 1 μmol ta' p-nitrolfenol kull minuta mill-p-nitrofenil-alfa-galattopiranożid (pNPG) f'pH ta' 5,0 u 37 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta' enzimi li teħles 1 mg ta' zokkor riduċenti (l-ekwivalenti tal-glukożju) kull minuta mill-beta-glukan f'pH ta' 5,0 u 50 °C.

(3)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fis-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports”


Top