EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1782

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1782 tal-5 ta' Ottubru 2015 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/487/PESK li tirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja u li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

OJ L 259, 6.10.2015, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0994

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1782/oj

6.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1782

tal-5 ta' Ottubru 2015

li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/487/PESK li tirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja u li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' April 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/487/PESK (1) li tipprevedi ċerti miżuri finanzjarji.

(2)

Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK (2) li tipprevedi restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u embargo fuq l-armi.

(3)

Fid-9 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2188 (2014) fir-rigward tal-Liberja, li testendi l-miżuri fuq l-ivvjaġġar u l-embargo fuq l-armi għal perijodu ta' disa' xhur.

(4)

Fit-2 ta' Settembru 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2237 (2015) fir-rigward tal-Liberja, li ttemm il-miżuri dwar l-ivvjaġġar u dawk finanzjarji stipulati fil-paragrafu 4 tal-UNSCR 1521 (2003) u l-paragrafu 1 tal-UNSCR 1532 (2004) li ġġedded l-embargo fuq l-armi fir-rigward tal-entitajiet u l-individwi kollha mhux governattivi li joperaw fit-territorju tal-Liberja sat-2 ta' Ġunju 2016.

(5)

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ u l-Pożizzjoni Komuni 2004/487/PESK għandha titħassar.

(6)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK huwa b'dan imħassar.

Artikolu 2

L-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 3.

L-Artikolu 5 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 4.

Artikolu 3

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/487/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/487/PESK (Il-Politika Komuni Barranija u s-Sigurtà) tad-29 ta' April 2004 li tirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 116); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 003 p. 155).

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/109/PESK tat-12 ta' Frar 2008 dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 26).


Top