EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1123

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2014 tat- 22 ta' Ottubru 2014 li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 304, 23.10.2014, p. 81–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0354

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1123/oj

23.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/81


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1123/2014

tat-22 ta' Ottubru 2014

li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu.

Billi:

(1)

Bi qbil mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 l-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex jiżdied l-iskop nutruzzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika” u biex jiġi supplimentat l-iskop nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza kronika renali” għall-klieb adulti bħala speċi fil-mira mal-lista ta' użi maħsubin għal skopijiet nutrizzjonali partikolari fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE (2).

(2)

Barra minn hekk, bi qbil mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet biex jinbidlu l-kundizzjonijiet marbutin mal-iskopijiet nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kardijaka” kronika għall-“klieb u l-qtates” u t-“tnaqqis ta' ram fil-fwied”.

(3)

Il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjonijiet kollha, inklużi d-dossiers, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(4)

Wara li vvaluta d-dossiers li kienu inklużi ma' dawk l-applikazzjonijiet, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (il-Kumitat) ikkonferma li l-kompożizzjoni speċifika tal-għalf ikkonċernat jissodisfa l-iskopijiet nutrizzjonali partikolari maħsuba u li ma għandhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ambjent jew fuq il-benessri tal-annimali. Għaldaqstant, l-applikazzjonijiet huma validi.

(5)

Bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-Kumitat, l-iskopijiet nutrizzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika” u s-“sostenn għall-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza kronika renali” għall-klieb adulti għandhom jinżiedu mal-lista ta' użi maħsuba u l-kundizzjonijiet marbutin mal-iskopijiet nutrizzjonali partikolari s-“sostenn għall-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kronika” kardijaka u l-“għajnuna għall-funzjoni renali f'każ ta' insuffiċjenza renali kronika” għall-“klieb u l-qtates” u t-“tnaqqis ta' ramm fil-fwied” għandhom jinbidlu. Bħala riżultat tal-annotazzjoni l-ġdida l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika, l-iskop nutrizzjonali partikolari l-“istabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” ma għadux meħtieġ u għandu jitħassar.

(6)

Biex tkun żgurata l-konformità mal-kontenut massimu ta' ċerti nutrijenti stabbiliti bħala “karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali” ta' xi wħud mill-iskopijiet nutrizzjonali partikolari, għandu jiġi previst ir-rekwiżit li l-għalf dijetetiku rispettiv jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut. Din id-dispożizzjoni tiżgura wkoll l-użu sikur tal-għalf ikkonċernat.

(7)

L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 (3) stabbilixxa l-inkorporazzjoni tal-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) f'ċertu għalf għal skopijiet nutrizzjonali partikolari. Madankollu, l-addittivi tal-għalf li fil-preżent huma rreġistrati fil-grupp “mikroorganiżmi” u li qegħdin fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jistgħu bl-istess mod jiġu inkorporati fil-grupp tal-għalf għal skopijiet nutrizzjonali partikolari. Għaldaqstant, sakemm jiġu awtorizzati mill-ġdid, l-addittivi tal-għalf eżistenti tal-grupp “mikroorganiżmi” ukoll għandhom ikunu koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE.

(8)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/38/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Billi ma hemmx raġunijiet ta' sikurezza biex jibdew japplikaw immedjatament il-modifiki għall-għalf li fil-preżent qed jitqiegħed fis-suq b'mod legali, jixraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju li fih jistgħu jħejju ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-għalf li huwa inkluż fl-Anness ta' dan ir-Regolemant u li kien ġie prodott u ttikkettat qabel it-12 ta' Mejju 2015 u li jikkonforma mad-Direttiva 2008/38/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq u jintuża sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti. Jekk dan l-għalf ikun maħsub għall-annimali ta' kumpanija, id-data msemmija fl-aħħar sentenza hija t-12 ta' Novembru 2016.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 tas-6 ta' Jannar 2014 li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 3).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).


ANNESS

Il-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE hija emendata kif ġej:

(a)

Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “sostenn tal-funzjoni tal-qalb fil-każ ta' insuffiċjenza kardijaka kronika” hija sostitwita b'dan li ġej:

Skop nutrizzjonali partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali

Speċi jew kategorija ta' annimal

Dikjarazzjonijiet ta' fuq it-tikketti

It-tul ta' żmien rakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

“Għajnuna għall-funzjonament tal-qalb f'każ ta' insuffiċjenza kardijaka kronika

Il-livell tas-sodju huwa ristrett li jkun inqas minn 2,6 g/kg fl-ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

Klieb u qtates

Manjeżju

Potassju

Sodju

Fil-bidu sa 6 xhur

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

Fuq it-tikketta indika:

‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’”

(b)

Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “sostenn tal-funzjoni renali fil-każ ta' insuffiċjenza renali kronika” hija sostitwita b'dan li ġej:

Skop nutrizzjonali partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali

Speċi jew kategorija ta' annimal

Dikjarazzjonijiet ta' fuq it-tikketti

It-tul ta' żmien rakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

“Għajnuna għall-funzjonament tal-kliewi f'każ ta' insuffiċjenza renali kronika (*)

Proteini ta' kwalità tajba u livelli tal-fosforu

ristretti għall-massimu ta' 5 g/kg ta' għalf tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 % u

massimu ta' proteina mhux raffinata ta' 220 g/kg fl-ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

jew

Klieb

Sors(i) ta' proteina

Kalċju

Fosforu

Potassju

Sodju

Il-kontenut tal-aċidi xaħmin essenzjali (jekk ikunu miżjudin)

Fil-bidu sa 6 xhur (**)

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

Diġestibbiltà rakkomandata tal-proteini: minimu ta' 85 %.

Fuq it-tikketta indika:

‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’

Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

‘L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.’

Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta' Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Klieb adulti

Sors(i) ta' proteina

Kalċju

Fosforu

Potassju

Sodju

Il-kontenut tal-aċidi xaħmin essenzjali (jekk ikunu miżjudin)

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Fil-bidu sa 6 xhur (**)

Fuq it-tikketta indika: ‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’

Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

‘L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.’

Proteini ta' kwalità tajba u livelli tal-fosforu

ristretti għall-massimu ta' 6,2 g/kg ta' ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 % u

massimu ta' proteina mhux raffinata ta' 320 g/kg fl-ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

jew

Qtates

Sors(i) ta' proteina

Kalċju

Fosforu

Potassju

Sodju

Il-kontenut tal-aċidi xaħmin essenzjali (jekk ikunu miżjudin)

Fil-bidu sa 6 xhur (**)

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

Id-diġestibbiltà rakkomandata tal-proteini: minimu ta' 85 %.

Fuq it-tikketta indika:

‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’

Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

‘L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.’

Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta' Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Qtates adulti

Sors(i) ta' proteina

Kalċju

Fosforu

Potassju

Sodju

Il-kontenut tal-aċidi xaħmin essenzjali (jekk ikunu miżjudin)

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Fil-bidu sa 6 xhur (**)

Fuq it-tikketta indika: ‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’

Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika: ‘L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.’”

(c)

Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “tnaqqis tar-ram fil-fwied” hija sostitwita b'dan li ġej:

Skop nutrizzjonali partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali

Speċi jew kategorija ta' annimal

Dikjarazzjonijiet ta' fuq it-tikketti

It-tul ta' żmien rakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

“Tnaqqis tar-ram fil-fwied

Livell ristrett tar-ramm: massimu ta' 8,8 mg/kg f'ikel tal-annimali komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

Klieb

Total tar-ram

Fil-bidu sa 6 xhur

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

Fuq it-tikketta indika:

‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’”

(d)

Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “tnaqqis tal-livelli tal-jodju fl-għalf f'każ ta' ipertirojdiżmu” sostitwita b'dan li ġej:

Skop nutrizzjonali partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali

Speċi jew kategorija ta' annimal

Dikjarazzjonijiet ta' fuq it-tikketti

It-tul ta' żmien rakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

“Tnaqqis tal-livelli tal-jodju fl-għalf f'każ ta' ipertirojdiżmu

Il-livell ristrett tal-jodju: massimu ta' 0,26 mg/kg f'ikel tal-annimali domestiċi komplut b'livell ta' umdità ta' 12 %

Qtates

Total tal-jodju

Fil-bidu sa 3 xhur

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplut.

Fuq it-tikketta indika:

‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’”

(e)

Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “stabbilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti” hija sostitwita b'dan li ġej:

Skop nutrizzjonali partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali

Speċi jew kategorija ta' annimal

Dikjarazzjonijiet ta' fuq it-tikketti

It-tul ta' żmien rakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

“Stabbilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika

B'mod predominanti elettroliti: sodju, potassju u kloruri

Kapaċità ta' tmewwit (***): minimu ta' 60 mmol f'kull litru tax-xarba mħallta bil-lest għat-tagħlif

Karboidrati diġeribbli ħafna

Għoġġiela, qżieqeż, ħrief, gidjien u mħar

Sodju

Potassju

Kloruri

Sors(i) ta' karboidrati

Bikarbonati u/jew ċitrati (jekk ikunu miżjuda)

bejn ġurnata u 7 ijiem

Il-medda rakkomandata tal-elettroliti f'kull litru ta' xarba lesta għat-tagħlif:

Sodju 1,7 g — 3,5 g

Potassju: 0,4 g — 2,0 g

Kloruri: 1 g — 2,8 g

Fuq it-tikketta indika:

(1)

‘Fil-każ ta' riskju ta' disturbi diġestivi, waqt perjodi ta' disturbi diġestivi, jew waqt il-konvalexxenza minn disturbi diġestivi (dijarea).’

(2)

‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’

Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika:

(1)

Id-doża rakkomandata tax-xarba lesta mħallta u ta' ħalib, jekk rilevanti.

(2)

Fil-każ li l-bikarbonati u/jew iċ-ċitrati jaqbżu l-40 mmol f'kull litru tax-xarba lesta mħallta għat-tagħlif: ‘Għandu jiġi evitat it-tagħlif bil-ħalib fl-istess ħin lill-annimali li jkollhom l-abomasum.’”

(f)

Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “restorazzjoni nutrizzjonali, konvalexxenza”, tal-ispeċi jew kategorija ta' annimali “Klieb” hija sostitwita b'dan li ġej:

Skop nutrizzjonali partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali

Speċi jew kategorija ta' annimal

Dikjarazzjonijiet ta' fuq it-tikketti

It-tul ta' żmien rakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

 

“L-għalf supplimentari jista' jkun fih konċentrazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu fiss rilevanti fl-ikel komplut.

Klieb

Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 inkluż l-ammont miżjud

bejn 10 ijiem u 15

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li jiġi rispettat il-kontenut massimu legali tal-istabilizzant tal-batterji tal-musrana//mikroorganiżmu għall-ikel komplut.

Fuq it-tikketta indika: ‘Huwa rakkomandat li tieħu l-parir ta' veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma ttawwal il-perjodu tal-użu tiegħu.’”

(g)

Ir-ringiela tal-iskop nutrizzjonali partikolari “stabilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika”, speċi jew kategorija ta' annimali: “Speċijiet ta' annimali li huwa awtorizzat għalihom l-istabilizzant tal-batterji tal-musrana” hija sostitwita b'dan li ġej:

Skop nutrizzjonali partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali

Speċi jew kategorija ta' annimal

Dikjarazzjonijiet ta' fuq it-tikketti

It-tul ta' żmien rakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

 

“Addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali ‘Stabilizzant tal-batterji tal-musrana’ tal-kategorija ‘addittivi żootekniċi’ kif imsemmijin fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew, sakemm tkun għaddejja l-proċedura tal-awtorizzazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, addittivi tal-għalf tal-grupp ‘mikroorganiżmi’.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih konċentrazzjoni tal-addittivi tal-grupp funzjonali: ‘stabilizzanti tal-batterji tal-musrana/mikroorganiżmi’ aktar minn 100 darba daqs il-kontenut massimu fiss rilevanti fl-għalf komplut.

Speċijiet ta' annimali li għalihom huwa awtorizzat l-istabilizzant tal-batterji tal-musrana/mikroorganiżmu

L-isem u l-ammont miżjud tal-istabilizzant tal-batterji tal-musrana/mikroorganiżmu

Sa 4 ġimgħat

Fuq it-tikketta tal-għalf indika:

(1)

‘Fil-każ ta' riskju ta' disturbi diġestivi, waqt perjodi ta' disturbi diġestivi, jew waqt il-konvalexxenza minn disturbi diġestivi.’

(2)

Fejn japplika: ‘L-għalf fih konċentrazzjoni ta' stabilizzant tal-batterji tal-musrana/mikroorganiżmu ta' aktar minn 100 darba l-kontenut massimu awtorizzat fl-għalf komplut.’

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li jiġi rispettat il-kontenut massimu legali tal-istabilizzant tal-batterji tal-musrana//mikroorganiżmu għall-ikel komplut.”


(*)  Fejn ikun rilevanti, il-manifattur jista' wkoll jirrakkomanda l-użu għall-insuffiċjenza renali temporanja.

(**)  Jekk l-għalf ikun rakkomandat għall-insuffiċjenza renali temporanja, il-perjodu tal-użu rakkomandat għandu jkun ta' bejn ħmistax u erba' ġimgħat.

(***)  Kalkolu maħdum skont il-metodu Differenza tal-Joni Qawwijin (Strong Ion Difference) (il-Valur SID): L-SID huwa d-differenza bejn it-totali tal-konċentrazzjonijiet tal-katjoni qawwijin u l-anjoni qawwijin; [SID] = [mmol Na+/l] + [mmol K+/l] + [mmol Ca++/l] + [mmol Mg++/l] – [mmol Cl-/l] – [mmol Anjoni Qawwijin Oħrajn/l].


Top