EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0148

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2014 tas- 17 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/2008 fir-rigward tal-kategoriji u l-klassijiet biex jiġu rreġistrati l-prezzijiet tas-suq fis-settur taċ-ċanga u fir-rigward il-prezz tas-suq għall-karkassi tal-majjal

OJ L 46, 18.2.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2018; Impliċitament imħassar minn 32017R1182

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/148/oj

18.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 148/2014

tas-17 ta’ Frar 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/2008 fir-rigward tal-kategoriji u l-klassijiet biex jiġu rreġistrati l-prezzijiet tas-suq fis-settur taċ-ċanga u fir-rigward il-prezz tas-suq għall-karkassi tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20(s) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ skali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u għar-rappurtar tal-prezzijiet tagħhom, kif previst fil-punt (m) tal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (3). Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tħassar u nbidel bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(2)

Skont il-punt A(II) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kategoriji A, C u E tal-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi ta’ annimali bovini jkopru rispettivament karkassi ta’ annimali rġiel kkastrati, ta’ annimali rġiel mhux ikkastrati u ta’ annimali nisa li għandhom minn 12-il xahar sa inqas minn 24 xahar. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 żied Kategorija Z ġdida għal dik il-klassifikazzjoni li tkopri karkassi ta’ annimali li għandhom minn 8 xhur sa inqas minn 12-il xahar. Fid-dawl ta’ dan, hemm bżonn li jiġu adattati l-kategoriji u l-klassijiet fir-rigward ta’ b’liema prezzijiet tas-suq nazzjonali u tal-Unjoni fis-settur taċ-ċanga għandhom jiġu rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

(3)

Rigward l-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali, ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 daħħal Klassi S obbligatorja għal kontenut ta’ dgħif tal-laħam b’60 % piż tal-karkassa jew aktar, u Klassi E riservata għal kontenut ta’ laħam dgħif b’aktar minn 55 % u anqas minn 60 % piż tal-karkassa. Għalhekk, hemm bżonn li tiġi adattata d-dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1249/2008 dwar il-bażi li skontha għandhom jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq għal karkassi tal-majjal fl-Istati Membri.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 14(1) jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Ir-reġistrazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni tal-prezzijiet tas-suq skont l-iskala għall-klassifikazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għandha ssir kull ġimgħa u għandha tirrelata ma’ dawn il-klassijiet ta’ konformazzjoni u ta’ kisja tax-xaħam għall-kategoriji speċifikati fil-punt A(II) tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament:

(a)

karkassi ta’ annimali li għandhom minn 8 xhur sa inqas minn 12-il xahar: U2, U3, R2, R3, O2, O3;

(b)

karkassi ta’ annimali rġiel mhux ikkastrati li għandhom minn 12-il xahar sa inqas minn 24 xahar: U2, U3, R2, R3, O2, O3;

(c)

karkassi ta’ annimali rġiel mhux ikkastrati li għandhom 24 xahar jew aktar: R3;

(d)

karkassi ta’ annimali rġiel kkastrati li għandhom 12-il xahar jew aktar: U2, U3, U4, R3, R4, O3, O4;

(e)

karkassi ta’ annimali nisa li welldu: R3, R4, O2, O3, O4, P2, P3;

(f)

karkassi ta’ annimali nisa oħra li għandhom 12-il xahar jew aktar: U2, U3, R2, R3, R4, O2, O3, O4.

(*)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.”"

(2)

L-Artikolu 25(2) jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-prezz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit bil-kwotazzjonijiet ta’ dawn il-kategoriji:

(a)

karkassi minn 60 kg sa inqas minn 120 kg: E, S;

(b)

karkassi minn 120 kg sa inqas minn 180 kg: R.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


Top