EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0709

2014/709/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (notifikata bid-dokument C(2014) 7222) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 295, 11.10.2014, p. 63–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021: This act has been changed. Current consolidated version: 30/03/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/709/oj

11.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/63


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ottubru 2014

dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE

(notifikata bid-dokument C(2014) 7222)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/709/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (4) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni biex ikun ikkontrollat id-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom il-miżuri li jridu jittieħdu meta jfaqqa' d-deni Afrikan tal-ħnieżer f'razzett għat-trobbija tal-ħnieżer u meta jkun hemm suspett ta' każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ jew meta jkunu kkonfermati t-tali każijiet. Dawk il-miżuri jinkludu l-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'popolazzjoni tal-ħnieżer slavaġ li l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw u li l-Kummissjoni tkun approvat.

(2)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer ilu jeżisti f'Sardinja, l-Italja sa mill-1978, u mill-2014 iddaħħal fi Stati Membri oħra li jinsabu fil-Lvant tal-Ewropa, fosthom fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, minn pajjiżi terzi li jmissu magħhom fejn din il-marda hija mifruxa ħafna.

(3)

Sabiex jiffukaw il-miżuri ta' kontroll u jevitaw li l-marda tkompli tixtered, kif ukoll li jkun hemm tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u sabiex jevitaw xkiel mhux iġġustifikat għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri kkonċernati stabbilixxew b'urġenza ż-żoni infettati u ż-żoni li kienu f'riskju li jispiċċaw ukoll bħala żoni infettati, li ġew iddefiniti fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati permezz tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġew ikkonsolidati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE (5). Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali għall-moviment u t-tqassim tal-ħnieżer u ta' ċertu prodotti tal-ħnieżer u għall-immarkar tal-laħam tal-majjal miż-żoni stipulati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni sabiex dik il-marda ma tixteridx f'żoni oħra tal-Unjoni.

(4)

Il-pjan li l-Italja ressqet lill-Kummissjoni għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Sardinja ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE (6), filwaqt li l-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'ċertu żoni tal-Litwanja u l-Polonja ġew approvati permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/442/UE (7).

(5)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer jista' jitqies bħala marda endemika fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u slavaġ ta' ċertu pajjiżi terzi li jmissu mal-fruntieri tal-Unjoni u hu theddida dejjiema għall-Unjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tal-marda jaf twassal biex tipperikola l-merħliet tal-ħnieżer f'żoni mhux affettwati tal-Istati Membri li huma milqutin mill-marda dal-ħin, jiġifieri l-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, kif ukoll il-merħliet tal-ħnieżer fi Stati Membri oħra, l-aktar fejn jidħol il-kummerċ ta' prodotti li jkunu ġejjin mill-ħnieżer.

(7)

L-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja ħadu miżuri biex jegħlbu d-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-qafas tad-Direttiva 2002/60/KE, u lill-Kummissjoni l-Estonja u l-Latvja se jressqulha l-pjanijiet tagħhom għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ għall-approvazzjoni tagħha skont l-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva.

(8)

Jixraq li l-Istati Membri u ż-żoni kkonċernati jitniżżlu f'Anness iddivrenzjat skont il-livell tar-riskju. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-partijiet differenti tal-Anness, fosthom jekk dan jolqotx kemm lill-ħnieżer fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer kif ukoll lill-popolazzjoni tal-ħnieżer slavaġ (il-Parti III u l-Parti IV), jekk dan jolqotx lill-popolazzjoni tal-ħnieżer slavaġ biss (il-Parti II) jew jekk ir-riskju hux minħabba li hemm ċertu qrubija lejn il-popolazzjoni infettata tal-ħnieżer slavaġ (il-Parti I). B'mod partikulari, għandha ssir distinzjoni bejn jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda tkunx stabilizzat ruħha u l-marda tkunx saret endemika (il-Parti IV) jew jekk is-sitwazzjoni tkunx għadha dinamika u jkun għad m'hemmx ċertezza dwar l-evoluzzjoni tagħha (il-Parti III). Madankollu, jista' jkun li l-klassifikazzjoni tat-territorji tal-Istati Membri jew ta' partijiet minnhom fil-Partijiet I, II, III u IV skont il-popolazzjoni tal-ħnieżer ikkonċernata jkollha tiġi adattata billi jitqiesu fatturi oħra tar-riskju minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika lokali u l-evoluzzjoni tagħha, b'mod speċjali f'żoni li jkun għadhom kemm ġew infettati fejn ma jkunx hemm daqshekk esperjenza fl-epidemjoloġija tal-marda fil-kuntest ta' sistemi ekoloġiċi differenti.

(9)

Mil-lat tar-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, il-movimenti ta' prodotti differenti li jkunu ġejjin mill-ħnieżer joħolqu livelli differenti tar-riskju. Bħala regola ġenerali, hekk kif intqal fl-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tal-2010 (8), il-moviment ta' ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn ħnieżer miż-żoni infettati, joħloq aktar riskji mil-lat tal-esponiment u tal-konsegwenzi milli joħloq il-moviment tal-laħam, tal-preparazzjonijiet tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam. Għaldaqstant, għandu jkun ipprojbit it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer, kif ukoll it-tqassim ta' ċertu laħam, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn ċertu żoni tal-Istati Membri mniżżlin fil-Partijiet I, II, III u IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Din il-projbizzjoni tinkludi s-suidae kollha kif jissemma fid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (9).

(10)

Sabiex jitqiesu l-livelli differenti tar-riskju skont it-tip ta' prodott tal-ħnieżer u s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istati Membri u fiż-żoni kkonċernati, jixraq li jiġu previsti ċertu derogi għal kull tip ta' prodott tal-ħnieżer li jkun ġej mit-territorji mniżżlin fil-partijiet differenti tal-Anness ta' dan ir-Regolament. Dawn id-derogi huma wkoll konformi mal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju għall-importazzjoni fejn jidħol id-deni Afrikan tal-ħnieżer indikati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali. Din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi wkoll il-miżuri addizzjonali ta' salvagwardja u r-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa tal-annimali jew it-trattamenti addizzjonali tal-prodotti differenti li jkunu japplikaw jekk jingħataw dawk id-derogi.

(11)

Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u bħala prekawzjoni, l-Istati Membri kkonċernati, jiġifieri l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, stabbilixxew żoni ġodda kbar biżżejjed u xierqa, deskritti fil-Partijiet I, II u III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li huma adattati għall-qagħda epidemjoloġika attwali u fejn japplikaw restrizzjonijiet adegwati fuq il-movimenti tal-ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom u tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu prodotti tal-ħnieżer. F'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'Sardinja, l-Italja, is-sitwazzjoni hija differenti minn dik fi Stati Membri oħra minħabba li din il-marda ilha ħafna endemika għal din il-parti tat-territorju Taljan u minħabba l-pożizzjoni ġeografika insulari tal-post. Għalhekk qed jitqies li l-Parti IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tibqa' tkopri t-territorju kollu ta' Sardinja fl-Italja.

(12)

Ir-restrizzjonijiet veterinarji li japplikaw bħalissa huma partikolarment stretti għaż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, u dan jista' jwassal għal problemi ta' loġistika u ta' benesseri tal-annimali f'każ li l-ħnieżer ma jkunux jistgħu jinqatlu fiż-żoni rispettivi, l-iktar minħabba li ma jkunx hemm biċċeriji adattati jew minħabba li l-kapaċità tal-qtil tkun limitata fiż-żoni rilevanti mniżżlin fil-Parti III.

(13)

Il-moviment ta' ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata joħloq anqas riskju minn tipi oħra ta' movimenti ta' ħnieżer ħajjin, dejjem jekk ikunu fis-seħħ il-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. Għalhekk, huwa xieraq li, fiċ-ċirkustanzi deskritti hawn fuq, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħtu derogi, b'mod eċċezzjonali, biex il-ħnieżer ħajjin jintbagħtu miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness għall-qatla immedjata f'biċċerija li tkun tinsab 'il barra minn dik iż-żona fl-istess Stat Membru, dejjem jekk jintlaħqu kundizzjonijiet rigorużi sabiex ma jiġix ipperikolat il-kontroll tal-marda.

(14)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (10) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE (11) jistipulaw li l-annimali għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa meta dawn jittieħdu minn post għall-ieħor. Meta d-derogi mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiġu applikati għall-ħnieżer ħajjin maħsubin għall-kummerċ fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa għandu jkun fihom referenza għal din id-Deċiżjoni ħalli jkun żgurat li ċ-ċertifikati rilevanti jkun fihom tagħrif eżatt u adegwat dwar is-saħħa.

(15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (12) jistipula li ċertu prodotti li ġejjin mill-annimali għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa meta dawn jittieħdu minn post għall-ieħor. Sabiex id-deni Afrikan tal-ħnieżer ma jixteridx f'żoni oħra tal-Unjoni, meta Stat Membru jkollu projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam tal-majjal minn ċertu żoni tat-territorju tiegħu, għandhom jiġu stabbiliti ċertu rekwiżiti, b'mod partikulari marbutin maċ-ċertifikazzjoni, għat-tqassim tat-tali laħam, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni oħra tat-territorju ta' dak l-Istat Membru li ma jkunux suġġetti għal din il-projbizzjoni u dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa għandu jkun fihom referenza għal din id-Deċiżjoni.

(16)

Barra minn hekk, sabiex id-deni Afrikan tal-ħnieżer ma jixteridx f'żoni oħra tal-Unjoni u f'pajjiżi terzi, jixraq li jkun previst li t-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam tal-majjal minn Stati Membri li jkollhom żoni li jkunu mniżżlin fl-Anness, ikun suġġett għal ċertu kundizzjonijiet iktar stretti. B'mod partikulari, it-tali laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam tal-majjal għandhom ikunu mmarkati b'marki apposta li ma jkunux jixbhu lill-marka ta' identifikazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u lill-marki tas-saħħa għal-laħam tal-majjal previsti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(17)

Il-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandu jqis l-epidemjoloġija tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex żona terġa' tikseb l-istatus ta' żona ħielsa mid-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, u għalhekk dan il-perjodu għandu jdum mill-inqas sal-31 ta' Diċembru 2018.

(18)

Għall-finijiet taċ-ċarezza, għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/KE għandha titħassar u tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(19)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fiż-żoni tagħhom kif stipulat fl-Anness (l-Istati Membri kkonċernati).

Hija għandha tapplika mingħajr ħsara għall-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'popolazzjonijiet tal-ħnieżer slavaġ fl-Istati Membri kkonċernati li l-Kummissjoni tkun approvat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE.

Artikolu 2

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin, tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih il-laħam tal-majjal kif ukoll il-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer minn ċertu żoni mniżżlin fl-Anness

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu:

(a)

it-tqassim ta' ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness;

(b)

it-tqassim tal-kunsinni ta' semen, ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness;

(c)

it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-laħam tal-majjal u kull prodott ieħor li fih it-tali laħam miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness; u

(d)

it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness.

Artikolu 3

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(a), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin minn razzett li jkun jinsab fiż-żoni mnżżlin fil-Parti II tal-Anness lejn żoni oħrajn fit-territorju tal-istess Stat Membru sakemm:

1.

il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dak ir-razzett u sakemm f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor; u

2.

il-ħnieżer ikunu sarulhom testijiet fil-laboratorju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer b'riżultati negattivi għal kampjuni li jkunu ttieħdu skont il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 15-il jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor, u uffiċjal veterinarju jkun eżaminahom mil-lat kliniku għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE (15) dakinhar tat-tqassim; jew

3.

il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett:

(a)

li, mill-anqas darbtejn fis-sena, jkunu sarulu spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti b'intervall ta' mill-anqas erba' xhur bejniethom, li:

(i)

jkunu skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE;

(ii)

jkunu jinkludu eżami kliniku u t-teħid ta' kampjuni li fihom il-ħnieżer li jkollhom aktar minn 60 ġurnata jkunu sarulhom testijiet fil-laboratorju skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE; u

(iii)

jkunu vverifikaw li l-miżuri previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu jkunu ġew applikati b'mod effettiv; u

(b)

li jimplimenta r-rekwiżiti tal-bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun stabbilixxiet l-awtorità kompetenti.

Artikolu 4

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness u fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-laħam tal-majjal miksubin minn dawn il-ħnieżer

B'deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(a) u (c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin għall-qatla immedjata miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru f'każ li l-biċċeriji approvati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 12 li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness ikollhom limitazzjonijiet loġsitiċi fil-kapaċità tal-qtil tagħhom, sakemm:

1.

il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata jew minn twelidhom jitrabbew f'dak ir-razzett u sakemm f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III u IV tal-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor;

2.

il-ħnieżer ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu;

3.

il-ħnieżer jiġu ttrasportati għall-qatla immedjata b'mod dirett, mingħajr waqfien jew ħatt, lejn biċċerija approvata skont l-Artikolu 12 u maħtura speċifikament għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti;

4.

l-awtorità kompetenti tat-tqassim tkun avżat lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija bl-intenzjoni li jintbagħtu l-ħnieżer f'dik il-biċċerija u sakemm dik l-awtorità kompetenti responsabbli għall-biċċerija tkun avżat lill-awtorità kompetenti tat-tqassim bil-wasla ta' dawk il-ħnieżer;

5.

mal-wasla fil-biċċerija, dawn il-ħnieżer jinżammu separati mill-ħnieżer l-oħra u jinqatlu separatament minnhom fiha, f'ġurnata partikulari li fiha jinqatlu biss dawn il-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness;

6.

it-trasport tal-ħnieżer lejn il-biċċerija f'żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk imniżżlin fil-Parti III tal-Anness u minn ġo fihom, isir tul rotot tat-trasport iddefiniti minn qabel u sakemm il-vetturi użati biex jinġarru dawk il-ħnieżer jitnaddfu malajr kemm jista' jkun wara l-ħatt u jekk ikun hemm bżonn jitnaddfu bi prodotti għal kontra l-insetti u jiġu ddiżinfettati;

7.

l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal miksubin minn dawk il-ħnieżer:

(a)

ikunu prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12;

(b)

ikunu mmarkati skont l-Artikolu 16; u

(c)

ikunu kkummerċjalizzati biss fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

8.

l-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li l-prodotti sekondarji tal-annimali minn dawk il-ħnieżer isirilhom trattament f'sistema separata approvata mill-awtorità kompetenti li jiżgura li l-prodotti dderivati miksubin minn dawk il-ħnieżer ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer; u

9.

l-Istati Membri kkonċernati jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar l-għoti tad-deroga skont dan l-Artikolu u jibagħtulha l-ismijiet u l-indirizzi tal-biċċeriji approvati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti mil-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm dawn ikunu:

(a)

jew ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet II, III jew IV tal-Anness, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew

(b)

ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew

(c)

ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.

Artikolu 6

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam tal-majjal, ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, ta' prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti minn laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(c), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, tal-prodotti tal-laħam tal-majjal u ta' kull prodott ieħor li jkun fih jew li jkun jikkonsisti mil-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fil-Parti IV tal-Anness, sakemm dawn ikunu:

(a)

jew ġejjin minn ħnieżer li nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fl-Anness, u l-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam, ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12; jew

(b)

ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.

Artikolu 7

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-prodotti dderivati kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) li jkunu nkisbu mill-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, sakemm dawk il-prodotti sekondarji jkun sarilhom trattament li jiżgura li l-prodotti dderivati ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

2.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-karkassi mhux ipproċessati tal-ħnieżer, minbarra dawk tal-ħnieżer slavaġ, u tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer, minbarra l-ħnieżer slavaġ (minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-prodotti sekondarji tal-annimali”) minn biċċeriji (17) li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness lejn impjanti tal-ipproċessar, tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm:

(a)

il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu ġejjin minn irziezet jew minn biċċeriji li jkunu jinsabu f'żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness fejn ma jkun instab l-ebda każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer għal mill-inqas 40 jum qabel it-tqassim;

(b)

l-awtorità kompetenti tkun irreġistrat b'mod individwali kull trakk u kull vettura oħra użata għat-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u:

(i)

il-kompartiment kopert li ma jnixxix użat għat-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali jkun mibni b'tali mod li jkun jista' jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b'mod effettiv u l-qiegħ tiegħu jkun mibni b'tali mod li l-likwidi jkunu jistgħu jiskulaw minnu u jinġabru faċilment;

(ii)

jkun hemm provi, fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trakk u ta' vetturi oħrajn, li jkunu saru verifiki tekniċi regolari b'suċċess tat-trakk jew tal-vettura;

(iii)

kull trakk ikollu sistema ta' navigazzjoni bis-satellita sabiex tkun tista' tiġi stabbilita l-pożizzjoni tiegħu f'ħin reali. L-operatur tat-trasport għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti tiċċekkja l-moviment tat-trakk f'ħin reali u żżomm ir-rekords elettroniċi tal-moviment għal mill-inqas xahrejn;

(c)

wara t-tagħbija, il-veterinarju uffiċjali jissiġilla l-kompartiment użat għat-trasport ta' dawn il-prodotti sekondarji tal-annimali. Il-veterinarju uffiċjali biss jista' jkisser is-siġill u jibdlu b'wieħed ġdid. L-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa b'kull tagħbija jew każ ta' bdil tas-siġill;

(d)

it-trakkijiet jew il-vetturi ma jitħallewx jidħlu fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer u l-awtorità kompetenti tiżgura l-ġbir sikur tal-karkassi tal-majjali;

(e)

it-trasport lejn l-impjanti msemmija hawn fuq isir b'mod dirett lejn dawk l-impjanti biss, mingħajr waqfien tul ir-rotta awtorizzata mill-awtorità kompetenti mill-punt magħżul tad-diżinfezzjoni sal-ħruġ miż-żona mniżżla fil-Parti III tal-Anness. Fil-punt magħżul tad-diżinfezzjoni, it-trakkijiet u l-vetturi jridu jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali;

(f)

ma' kull kunsinna ta' prodotti sekondarji tal-annimali jkun hemm id-dokument kummerċjali mimli kif xieraq imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (18). Il-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-impjant tal-ipproċessar tad-destinazzjoni jrid jikkonferma kull wasla lill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b)(iii);

(g)

wara li l-prodotti sekondarji tal-annimali jinħattu, it-trakk jew il-vettura u kull tagħmir ieħor użat fit-trasport ta' dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali li jista' jkun tniġġes, jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kollha kemm huma u, jekk ikun hemm bżonn, jitnaddfu bi prodotti għal kontra l-insetti fiż-żona magħluqa tal-impjant tal-ipproċessar taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. Għandu japplika l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2002/60/KE;

(h)

il-prodotti sekondarji tal-annimali jiġu pproċessati mingħajr dewmien. Kull ħażna fl-impjant tal-ipproċessar għandha tkun ipprojbita;

(i)

l-awtorità kompetenti tiżgura li l-għadd ta' prodotti sekondarji tal-annimali li jintbagħat ma jaqbiżx il-kapaċità rilevanti tal-ipproċessar ta' kuljum tal-impjant tal-ipproċessar;

(j)

l-awtorità kompetenti tiżgura li, qabel isir l-ewwel tqassim miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, ikunu fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa mal-awtoritajiet rilevanti skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Anness VI tad-Direttiva 2002/60/KE sabiex ikunu żgurati l-pjan ta' emerġenza, il-linja ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċident matul it-trasport, ta' ħsara kbira fit-trakk jew fil-vettura jew ta' frodi min-naħa tal-operatur. L-operaturi tat-trakkijiet għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtorità kompetenti b'kull inċident jew ħsara fit-trakk jew fil-vettura.

Artikolu 8

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma jintbagħat l-ebda ħanżir ħaj mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-ħanżir ikun ġej minn:

(a)

żoni li jkunu jinsabu 'l barra minn dawk imniżżlin fl-Anness;

(b)

razzett li fih ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness għal mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-ħnieżer ħajjin minn razzett li jkun jinsab fiż-żoni mniżżlin fil-Parti I tal-Anness, dejjem jekk dawk il-ħnieżer il-ħajjin ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

qabel id-data tat-tqassim, il-ħnieżer ikun ilhom mill-anqas 30 ġurnata mingħajr interruzzjoni jitrabbew f'dak ir-razzett jew ikun ilhom minn twelidhom jitrabbew fih, u f'dak ir-razzett ma jkun iddaħħal l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tqassim;

(b)

il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett li jimplimenta r-rekwiżiti tal-bijosigurtà għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun stabbilixxiet l-awtorità kompetenti;

(c)

il-ħnieżer ikunu sarulhom testijiet fil-laboratorju għad-deni Afrikan tal-ħnieżer b'riżultati negattivi għal kampjuni li jkunu ttieħdu skont il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fi żmien 15-il jum qabel id-data taċ-ċaqliq minn post għall-ieħor, u uffiċjal veterinarju jkun eżaminahom mil-lat kliniku għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE dakinhar tat-trasportazzjoni; jew

(d)

il-ħnieżer ikunu ġejjin minn razzett li, mill-anqas darbtejn fis-sena, jkunu sarulu spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti b'intervall ta' mill-anqas erba' xhur bejniethom, li:

(i)

jkunu skont il-linji gwida u l-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE;

(ii)

jkunu jinkludu eżami kliniku u t-teħid ta' kampjuni li fihom il-ħnieżer li jkollhom aktar minn 60 ġurnata jkunu sarulhom testijiet fil-laboratorju skont il-proċeduri għall-kontroll u t-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE; u

(iii)

jkunu vverifikaw li l-miżuri previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu jkunu ġew applikati b'mod effettiv.

3.   Fil-każ tal-kunsinni ta' ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tad-deroga previsti fil-paragrafu 2, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fid-dokumenti veterinarji korrispondenti u/jew fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“Ħnieżer li huma konformi mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (*).

Artikolu 9

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' semen, ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna tal-prodotti bażiċi li ġejjin mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:

(a)

semen tal-ħnieżer, sakemm is-semen ma jkunx ġej minn ħnieżer tar-refgħa miżmumin f'ċentru approvat tal-ġbir kif imsemmi fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (19) li jkun jinsab 'il barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċi tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma jkunux ġejjin minn ħnieżer tal-għalla donaturi miżmumin fi rziezet li huma konformi mal-Artikolu 8(2) u li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness u sakemm l-embrijuni jkunu ġew ikkonċeputi jew prodotti b'semen li jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a).

Artikolu 10

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm dawk il-prodotti sekondarji tal-ħnieżer ma jkunux ġejjin minn ħnieżer li jkunu joriġinaw minn irziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness u li jkunu ġejjin minnhom.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim ta' prodotti dderivati li jkunu nkisbu mill-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin mill-ħnieżer miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm:

(a)

dawk il-prodotti sekondarji jkun sarilhom trattament li jiżgura li l-prodotti dderivati li jkunu nkisbu mill-ħnieżer ma joħolqu l-ebda riskju b'rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer;

(b)

mal-kunsinni tal-prodotti dderivati jkun hemm dokument kummerċjali maħruġ kif imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Artikolu 11

Projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fl-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma tintbagħat l-ebda kunsinna ta' laħam frisk tal-majjal minn ħnieżer li jkunu ġejjin minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness, u ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam minn dawn il-ħnieżer, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, ħlief meta dan il-laħam tal-majjal ikun inkiseb minn ħnieżer li jkunu joriġinaw minn irziezet li ma jkunux jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u li jkunu ġejjin minnhom.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 jew fil-paragrafu 3 tiegħu.

Artikolu 12

Approvazzjoni tal-biċċeriji, tal-impjanti tat-tqattigħ u tal-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 11(2)

Għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6 u tal-Artikolu 11(2), l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tapprova biss il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam fejn il-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar tal-laħam frisk tal-majjal u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal li jkunu eliġibbli għat-tqassim lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi skont id-derogi previsti fl-Artikoli 4 sa 6 u fl-Artikolu 11(2), isiru b'mod separat mill-produzzjoni, il-ħżin u l-ipproċessar ta' prodotti oħra li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam frisk tal-majjal u ta' preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam li jkun ġej minn ħnieżer li joriġinaw minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness jew li jkunu ġejjin minnhom, ħlief għal dawk approvati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal u ta' ċertu preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal miż-żoni mniżżlin fl-Anness

B'deroga mill-Artikolu 11, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal, tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III jew fil-Parti IV tal-Anness lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi, sakemm il-prodotti kkonċernati:

(a)

ikunu ġew prodotti u pproċessati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE;

(b)

tkun saritilhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE;

(c)

ikollhom magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa x-xieraq tal-kummerċ intern tal-UE kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 599/2004, li mal-Parti II tiegħu għandu jkollu dan li ġej:

“Prodotti li huma konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (**).

(**)  ĠU L 295, 11.10.2014, pag. 63.”"

Artikolu 14

Tagħrif dwar l-Artikoli 11, 12 u 13

Kull sitt xhur mid-data ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista aġġornata tal-istabbilimenti approvati msemmija fl-Artikolu 12 u kull tagħrif rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 12 u 13.

Artikolu 15

Miżuri marbutin mal-ħnieżer slavaġ ħajjin, mal-laħam frisk, mal-preparazzjonijiet tal-laħam u mal-prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam li jkun ġej mill-ħnieżer slavaġ

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:

(a)

li l-ebda ħanżir salvaġġ ħaj miż-żoni mniżżlin fl-Anness ma jintbagħat fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru;

(b)

li l-ebda kunsinna ta' laħam frisk tal-ħnieżer slavaġ, ta' preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam ta' dan it-tip miż-żoni mniżżlin fl-Anness ma tintbagħat fi Stati Membri oħra jew f'żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-kunsinni ta' laħam frisk tal-ħnieżer slavaġ, ta' preparazzjonijiet tal-laħam u ta' prodotti tal-laħam li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn laħam ta' dan it-tip miż-żoni mniżżlin fil-Parti I tal-Anness lejn żoni oħra tat-territorju tal-istess Stat Membru li ma jkunux imniżżlin fl-Anness, dejjem jekk il-ħnieżer slavaġ ikunu sarulhom testijiet b'riżultati negattivi għad-deni Afrikan tal-ħnieżer skont il-proċeduri dijanjostiċi stabbiliti fil-Parti C u fil-Parti D tal-Kapitolu VI tal-Anness tad-Deċiżjoni 2003/422/KE.

Artikolu 16

Marki tas-saħħa speċjali u rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għal-laħam frisk, għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam ipprojbiti hekk kif imsemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 15(1)

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam ipprojbiti hekk kif imsemmi fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 15(1) ikunu mmarkati b'marka tas-saħħa speċjali li ma tkunx ovali u li ma tkunx tixbah:

(a)

lill-marka ta' identifikazzjoni għall-preparazzjonijiet tal-laħam u għall-prodotti tal-laħam li fihom jew li jikkonsistu minn laħam tal-majjal stabbilita fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u

(b)

lill-marka tas-saħħa għal-laħam frisk tal-majjal stabbilita fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 17

Rekwiżiti dwar l-irziezet u l-vetturi tat-trasport fiż-żoni mniżżlin fl-Anness

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:

(a)

li fl-irziezet għat-trobbija tal-ħnieżer li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2002/60/KE u fir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu; u

(b)

li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer jew tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin mill-ħnieżer minn irziezet li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jkunu tnaddfu u ġew iddiżinfettati minnufih wara kull vjaġġ u li t-trasportatur jipprovdi evidenza li jkun sar it-tali tindif u t-tali diżinfezzjoni u jżomm dawn il-provi fil-vettura.

Artikolu 18

Rekwiżiti tat-tagħrif tal-Istati Membri kkonċernati

Fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer li tkun saret fiż-żoni mniżżlin fl-Anness, kif previst fil-pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjonijiet tal-ħnieżer slavaġ li l-Kummissjoni tkun approvat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE u li jissemmew fl-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

Konformità

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex iġibuhom konformi ma' din id-Deċiżjoni u għandhom jirriklamaw mill-ewwel u kif xieraq il-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 20

Tħassir

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE għandha titħassar.

Artikolu 21

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 22

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/178/UE tas-27 ta' Marzu 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali relatati mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 47).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/362/KE tat-2 ta' Mejju 2005 li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f'Sardinja, l-Italja (ĠU L 118, 5.5.2005, p. 37).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/442/UE tas-7 ta' Lulju 2014 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f'ċertu żoni tal-Litwanja u l-Polonja (ĠU L 200, 9.7.2014, p. 21).

(8)  The EFSA Journal 2010 8(3):1556.

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE tat-2 ta' Lulju 1993 dwar ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'ċertu annimali ħajjin u prodotti intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terżi (ĠU L 208, 19.8.1993, p. 34).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċertu regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta' Mejju 2003 approvazzjoni ta' manwal għad-dijanjożi ta' African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(17)  Approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1) u skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).


ANNESS

IL-PARTI I

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond (il-kontea) ta' Põlvamaa;

il-maakond ta' Võrumaa;

il-vald (il-muniċipalità) ta' Häädemeeste;

il-vald ta' Kambja;

il-vald ta' Kasepää;

il-vald ta' Kolga-Jaani;

il-vald ta' Konguta;

il-vald ta' Kõo;

il-vald ta' Kõpu;

il-vald ta' Laekvere;

il-vald ta' Nõo;

il-vald ta' Paikuse;

il-vald ta' Pärsti;

il-vald ta' Puhja;

il-vald ta' Rägavere;

il-vald ta' Rannu;

il-vald ta' Rõngu;

il-vald ta' Saarde;

il-vald ta' Saare;

il-vald ta' Saarepeedi;

il-vald ta' Sõmeru;

il-vald ta' Surju;

il-vald ta' Suure-Jaani;

il-vald ta' Tahkuranna;

il-vald ta' Torma;

il-vald ta' Viiratsi;

il-vald ta' Vinni;

il-vald ta' Viru-Nigula;

il-linn (il-belt) ta' Kunda;

il-linn ta' Viljandi.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads (il-muniċipalità) ta' Aizkraukles;

in-novads ta' Alojas;

in-novads ta' Alūksnes;

in-novads ta' Amatas;

in-novads ta' Apes;

in-novads ta' Baltinavas;

in-novads ta' Balvu;

in-novads ta' Cēsu;

in-novads ta' Gulbenes;

in-novads ta' Ikšķiles;

in-novads ta' Inčukalna;

in-novads ta' Jaunjelgavas;

in-novads ta' Jaunpiepalgas;

in-novads ta' Ķeguma;

in-novads ta' Kocēnu;

in-novads ta' Krimuldas;

in-novads ta' Lielvārdes;

in-novads ta' Līgatnes;

in-novads ta' Limbažu;

in-novads ta' Mālpils;

in-novads ta' Mazsalacas;

in-novads ta' Neretas;

in-novads ta' Ogres;

in-novads ta' Pārgaujas;

in-novads ta' Priekuļu;

in-novads ta' Raunas;

in-novads ta' Ropažu;

in-novads ta' Rugāju;

in-novads ta' Salacgrīvas;

in-novads ta' Salas;

in-novads ta' Sējas;

in-novads ta' Siguldas;

in-novads ta' Skrīveru;

in-novads ta' Smiltenes;

in-novads ta' Vecpiebalgas;

in-novads ta' Vecumnieku;

in-novads ta' Viesītes;

in-novads ta' Viļakas;

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Valmiera.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

ir-rajono savivaldybe (id-distrett) ta' Biržai;

ir-rajono savivaldybe ta' Jonava;

ir-rajono savivaldybe ta' Kaišiadorys;

ir-rajono savivaldybe ta' Kaunas;

ir-rajono savivaldybe ta' Kedainiai;

ir-rajono savivaldybe ta' Panevežys;

ir-rajono savivaldybe ta' Pasvalys;

ir-rajono savivaldybe ta' Prienai;

is-savivaldybe (il-muniċipalità) ta' Birštonas;

is-savivaldybe ta' Kazlu Ruda;

is-savivaldybe ta' Marijampole;

is-savivaldybe ta' Kalvarija;

il-miesto savivaldybe (il-belt) ta' Kaunas;

il-miesto savivaldybe ta' Panevežys;

is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Alizava, Kupiškis, Noriūnai u Subačius fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Kupiškis.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

fid-dipartiment ta' Podlaskie (l-hekk imsejjaħ “województwo podlaskie”):

il-powiat (id-distrett) ta' M. Suwałki;

il-powiat ta' M. Białystok;

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki u Raczki fid-distrett ta' Suwałki (l-hekk imsejjaħ “powiat suwalski”);

il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fid-distrett ta' Sejny (l-hekk imsejjaħ “powiat sejneński”);

il-gminy ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fid-distrett ta' Augustów (l-hekk imsejjaħ “powiat augustowski”);

id-distrett ta' Mońki (l-hekk imsejjaħ “powiat moniecki”);

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fid-distrett ta' Sokółka (l-hekk imsejjaħ “powiat sokólski”);

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Zabłudów, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fid-distrett ta' Białystok (l-hekk imsejjaħ “powiat białostocki”);

id-distrett ta' Bielsk (l-hekk imsejjaħ “powiat bielski”);

id-distrett ta' Hajnówka (l-hekk imsejjaħ “powiat hajnowski”);

il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fid-distrett ta' Siemiatycze (l-hekk imsejjaħ “powiat siemiatycki”);

il-gminy ta' Rutki fid-distrett ta' Zambrów (l-hekk imsejjaħ “powiat zambrowski”);

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły u Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fid-distrett ta' Wysokie Mazowieckie (l-hekk imsejjaħ “powiat wysokomazowiecki”).

IL-PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond (il-kontea) ta' Ida-Virumaa;

il-maakond ta' Valgamaa;

il-vald (il-muniċipalità) ta' Abja;

il-vald ta' Halliste;

il-vald ta' Karksi;

il-vald ta' Paistu;

il-vald ta' Tarvastu.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads (il-muniċipalità) ta' Aknīstes;

in-novads ta' Cesvaines;

in-novads ta' Ērgļu;

in-novads ta' Ilūkstes;

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils;

in-novads ta' Jēkabpils;

in-novads ta' Kokneses;

in-novads ta' Krustpils;

in-novads ta' Līvānu;

in-novads ta' Lubānas;

in-novads ta' Madonas;

in-novads ta' Pļaviņu;

in-novads ta' Varakļānu.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

l-apskritis (il-kontea) ta' Alytus;

ir-rajono savivaldybe (id-distrett) ta' Šalcininkai;

ir-rajono savivaldybe ta' Širvintos;

ir-rajono savivaldybe ta' Trakai;

ir-rajono savivaldybe ta' Ukmerge;

ir-rajono savivaldybe ta' Vilnius;

is-savivaldybe (il-muniċipalità) ta' Elektrenai;

il-miesto savivaldybe (il-belt) ta' Vilnius;

is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai u Viešintos u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 118 fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

fid-dipartiment ta' Podlaskie (l-hekk imsejjaħ “województwo podlaskie”):

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fid-distrett ta' Sejny (l-hekk imsejjaħ “powiat sejneński”);

il-gminy ta' Lipsk u Płaska fid-distrett ta' Augustów (l-hekk imsejjaħ “powiat augustowski”);

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Supraśl, Wasilków u Michałowo fid-distrett ta' Białystok (l-hekk imsejjaħ “powiat białostocki”);

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fid-distrett ta' Sokółka (l-hekk imsejjaħ “powiat sokólski”).

IL-PARTI III

1.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads (il-muniċipalità) ta' Aglonas;

in-novads ta' Beverīinas;

in-novads ta' Burtnieku;

in-novads ta' Ciblas;

in-novads ta' Dagdas;

in-novads ta' Daugavpils;

in-novads ta' Kārsavas;

in-novads ta' Krāslavas;

in-novads ta' Ludzas;

in-novads ta' Naukšēnu;

in-novads ta' Preiļu;

in-novads ta' Rēzeknes;

in-novads ta' Riebiņu;

in-novads ta' Rūjienas;

in-novads ta' Streņču;

in-novads ta' Valkas;

in-novads ta' Vārkavas;

in-novads ta' Viļānu;

in-novads ta' Zilupes;

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Daugavpils;

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

2.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

ir-rajono savivaldybe (id-distrett) ta' Ignalina;

ir-rajono savivaldybe ta' Moletai;

ir-rajono savivaldybe ta' Rokiškis;

ir-rajono savivaldybe ta' Švencionys;

ir-rajono savivaldybe ta' Utena;

ir-rajono savivaldybe ta' Zarasai;

is-savivaldybe (il-muniċipalità) ta' Visaginas;

is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Šimonys u Skapiškis fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Kupiškis;

il-parti tas-seniūnija (il-muniċipalità) ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 118 fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai.

IL-PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

kull żona f'Sardinja.


Top