EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0638

2014/638/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat- 30 ta' Awwissu 2014 li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

OJ L 262, 2.9.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/638/oj

2.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tat-30 ta' Awwissu 2014

li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

(2014/638/UE)

Il-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2014 ser jintemm il-mandat tal-President attwali tal-Kunsill Ewropew, is-Sur Herman VAN ROMPUY.

(2)

Għaldaqstant għandu jiġi elett President ġdid tal-Kunsill Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Donald TUSK huwa b'dan elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sal-31 ta' Mejju 2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lis-Sur Donald TUSK mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


Top