EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1078

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2013 tal- 31 ta’ Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 292, 1.11.2013, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1078/oj

1.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1078/2013

tal-31 ta’ Ottubru 2013

dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

F’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE ġie awtorizzat l-aċidu fumariku mingħajr limitu ta’ żmien, bħala addittiv tal-għalf biex jintuża għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/678/KEE (3). Dak l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-aċidu fumariku bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi ta’ annimali kollha, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Jannar 2013 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-aċidu fumariku ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u għandu l-potenzjal li jippreserva l-għalf. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-aċidu fumariku turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu tal-aċidu fumariku għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-addittiv tal-għalf speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “preservattivi” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

L-addittiv speċifikat fl-Anness u l-għalf li jkun fih dak l-addittiv, li huma prodotti u ttikkettati qabel il-21 ta’ Mejju 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel il-21 ta’ Novembru 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  It-tlieta u tletin Direttiva tal-Kummissjoni 80/678/KEE tal-4 ta’ Lulju 1980 li temenda l-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 185, 18.7.1980, p. 48).

(4)  The EFSA Journal 2013; 11(2):3102.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta’ analiżi

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: preservattivi

1a297

Aċidu fumariku

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu fumariku 99,5 %

Għamla solida

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċidu fumariku

C4H4O4

CAS Nru 110-17-8

 

Metodu analitiku  (1)

Għad-determinazzjoni tal-aċidu fumariku fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija tal-assorbiment infrared u titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (Il-Codex 7 tal-Kimiċi tal-Ikel).

Għad-determinazzjoni tal-aċidu fumariku (bħala aċidu fumariku totali) fil-pretaħlita tal-għalf u l-oġġetti tal-għalf: Kromotografija Likwida ta’ Prestazzjoni Għolja bl-esklużjoni tal-jon bid-ditezzjoni bl-UV (HPLC-UV).

It-tjur u l-ħnieżer

20 000

Għas-sigurtà: waqt it-trattament għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti.

Il-21 ta’ Novembru 2023

Annimali żgħar magħlufin bi prodotti sostituti tal-ħalib

10 000  (2)

Speċi ta’ annimali oħra


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives

(2)  mg tal-aċidu fumariku għal kull kg ta’ sostitut tal-ħalib.


Top