EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0870

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 870/2013 tad- 9 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-kambju għall-euro għal-Latvja

OJ L 243, 12.9.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/870/oj

12.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 243/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 870/2013

tad-9 ta’ Lulju 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-kambju għall-euro għal-Latvja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 140(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati tal-kambju bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro (1) jiddetermina r-rati tal-kambju mill- 1 ta’ Jannar 1999.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, il-Latvja hija Stat Membru b’deroga kif iddefinit fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni mil-Latvja tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2014 (2), il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga tal-Latvja hija abrogata mill-1 ta’ Jannar 2014.

(4)

L-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja teħtieġ l-adozzjoni tar-rata ta’ konverżjoni bejn l-euro u l-lats Latvjan. Din ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun iffissata għal 0,702804 lats għal kull 1 euro, li tikkorrispondi mar-rata ċentrali preżenti tal-lats fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2866/98 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, għandu jiddaħħal dan li ġej bejn ir-rati ta’ konverżjoni applikabbli għal-lira Ċiprijotta u l-frank tal-Lussemburgu:

“= 0,702804 lats Latvjani”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.


Top