Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0030

Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 178, 28.6.2013, p. 66–106 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 028 P. 276 - 316

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/30/oj

28.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/66


DIRETTIVA 2013/30/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Ġunju 2013

dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-objettivi ta’ preżervazzjoni, protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali. Huwa joħloq obbligu għall-azzjonijiet kollha tal-Unjoni li jkunu appoġġjati b’livell għoli ta’ protezzjoni bbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni, u fuq il-prinċipji li jeħtieġ tittieħed azzjoni preventiva, li jeħtieġ li l-ħsara lill-ambjent, bħala prijorità, tiġi rimedjata fis-sors, u li min iniġġes għandu jħallas.

(2)

L-objettiv ta’ din id-Direttiva huwa li titnaqqas sal-limitu possibbli l-okkorrenza ta’ aċċidenti kbar relatati mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom, u b’hekk tiżdied il-protezzjoni tal-ambjent marin u l-ekonomiji kostali kontra t-tniġġis, jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi għall-esplorazzjoni u l-użu sikuri taż-żejt u tal-gass u jiġi llimitat it-tfixkil potenzjali għall-produzzjoni tal-enerġija indiġena tal-Unjoni, u jittejbu l-mekkaniżmi ta’ rispons fil-każ ta’ aċċident.

(3)

Din id-Direttiva għandha tapplika mhux biss għall-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u l-operazzjonijiet futuri imma, soġġett għal arranġamenti transizzjonali, anke għall-installazzjonijiet eżistenti.

(4)

Huwa probabbli li aċċidenti kbar relatati mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore jkollhom konsegwenzi devastanti u irriversibbli fuq l-ambjent tal-baħar u dak kostali kif ukoll impatti negattivi sinifikanti fuq l-ekonomiji kostali.

(5)

L-aċċidenti relatati mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, partikolarment l-aċċident fil-Golf tal-Messiku fl-2010, qajmu sensibilizzazzjoni pubblika rigward ir-riskji involuti fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u instigaw reviżjoni tal-politiki li għandhom l-għan li jiżguraw is-sikurezza ta' tali operazzjonijiet. Il-Kummissjoni nediet reviżjoni tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u esprimiet il-fehmiet inizjali tagħha rigward is-sikurezza tagħhom fil-Komunikazzjoni tagħha “L-isfida tas-sikurezza tal-attivitajiet taż-żejt u tal-gass fil-baħar” fit-13 ta’ Ottubru 2010. Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjonijiet dwar is-suġġett fis-7 ta’ Ottubru 2010 u fit-13 ta’ Settembru 2011. Il-Ministri tal-Enerġija tal-Istati Membri esprimew il-fehmiet tagħhom fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2010.

(6)

Ir-riskji relatati ma' aċċidenti kbir ta’ żejt jew gass offshore huma sinifikanti. Bit-tnaqqis tar-riskju tat-tniġġis tal-ilmijiet offshore, din id-Direttiva għandha għaldaqstant tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u b’mod partikolari biex jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb sa mhux aktar tard mill-2020, objettiv stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru (Qafas) dwar l-Istrateġija Marina) (3).

(7)

Id-Direttiva 2008/56/KE għandha l-għan li tindirizza, bħala wieħed mill-iskopijiet ċentrali tagħha, l-impatti kumulattivi mill-attivitajiet kollha fuq l-ambjent tal-baħar, u hija l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata. Dik il-politika hija rilevanti għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore minħabba li tirrikjedi l-konnessjoni tat-tħassib partikolari minn kull settur ekonomiku mal-għan ġenerali li jiġi żgurat fehim komprensiv tal-oċeani, l-ilmijiet u ż-żoni kostali, mal-objettiv li jkun żviluppat approċċ koerenti għall-ibħra li jieħu kont tal-aspetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali kollha permezz tal-użu tal-ippjanar spazjali marittimu u l-għarfien tal-baħar.

(8)

L-industriji taż-żejt u tal-gass offshore huma stabbiliti f’għadd ta’ reġjuni tal-Unjoni, u hemm prospetti għal żviluppi reġjonali ġodda fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri, bi żviluppi teknoloġiċi li qed jippermettu li jsir tħaffir f'ambjenti aktar diffiċli. Il-produzzjoni taż-żejt u tal-gass offshore hija element sinifikanti fis-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni.

(9)

Il-qafas regolatorju diverġenti u fframmentat eżistenti japplika għas-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Unjoni u l-prattiki tas-sikurezza attwali tal-industrija ma jagħtux garanzija adegwata għal kollox li r-riskju ta' aċċidenti offshore huwa mminimizzat fl-Unjoni kollha, u li fil-każ li jseħħ aċċident fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri, l-aktar rispons effettiv jiġi implimentat f’waqtu. Skont ir-regimi tar-responsabbiltà eżistenti, il-parti responsabbli mhux dejjem tista’ tkun identifikabbli b’mod ċar u tista’ ma tkunx kapaċi, jew responsabbli, li tħallas l-ispejjeż kollha biex tiġi rrimedjata l-ħsara li tkun ikkawżat. Il-parti responsabbli għandha dejjem tkun identifikabbli b'mod ċar qabel ma jinbdew operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

(10)

Skont id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewroipew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi (4) operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Unjoni jistgħu jitwettqu soġġetti għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni. F’dan il-kuntest l-awtorità li toħroġ il-liċenzji hija obbligata li tikkunsidra r-riskji tekniċi u finanzjarji, u fejn ikun adatt, ir-rekord preċedenti tar-responsabbiltà tal-applikanti li jixtiequ jiksbu liċenzji esklużivi ta’ esplorazzjoni u produzzjoni. Jeħtieġ li jiġi żgurat li meta jeżaminaw il-kapaċità teknika u finanzjarja tad-detenturi tal-liċenzja l-awtorità li toħorġ il-liċenzji jeżaminaw ukoll bir-reqqa il-kapaċità tagħhom li jiżguraw operazzjonijiet sikuri u effettivi kontinwi fil-kundizzjonijiet kollha prevedibbli. Meta jivvalutaw il-kapaċità finanzjarja ta' entitajiet li japplikaw għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 94/22/KE, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li tali entitajiet ikunu pprovdew evidenza adatta li jkunu saru jew li jkunu ser isiru provvedimenti adegwati biex jiġu koperti r-responsabbiltajiet ċivili li jirriżultaw minn aċċidenti kbar.

(11)

Jeħtieġ li jkun iċċarat li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore skont id-Direttiva 94/22/KE huma wkoll potenzjalment l-‘operaturi’ responsabbli fit-tifsira tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (5), u ma għandhomx jiddelegaw ir-responsabbiltajiet tagħhom f’dan ir-rigward lil partijiet terzi ikkuntratti minnhom.

(12)

Filwaqt li awtorizzazzjonijiet ġenerali skont id-Direttiva 94/22/KE jiggarantixxu lid-detenturi tal-liċenzja d-drittijiet esklużivi tal-esplorazzjoni għal jew il-produzzjoni taż-żejt u/jew tal-gass f’żona liċenzjata partikolari, l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f’dik iż-żona għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza regolatorja esperta kontinwa mill-Istati Membri sabiex jiżguraw li hemm kontrolli effettivi fis-seħħ għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar, u jillimitaw l-impatti tagħhom fuq il-persuni, l-ambjent, u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(13)

L-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore għandhom jitwettqu biss minn operaturi maħtura mid-detenturi tal-liċenzja jew mill-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji. L-operatur jista' jkun parti terza jew id-detentur tal-liċenzja jew wieħed mid-detenturi tal-liċenzja skont l-arranġamenti kummerċjali jew ir-rekwiżiti amministrattivi nazzjonali. L-operatur għandu dejjem ikun l-entità li jkollha r-responsabbiltà ewlenija mis-sikurezza tal-operazzjonijiet u għandu jkun kompetenti f'kull ħin biex jaġixxi f'dan ir-rigward. Dak ir-rwol ivarja skont l-istadju partikolari tal-attivitajiet koperti mil-liċenzja. Għalhekk ir-rwol tal-operatur huwa li jħaddem bir fl-istadu tal-esplorazzjoni u li jħaddem l-installazzjoni tal-produzzjoni fl-istadju tal-produzzjoni. Għandu jkun possibbli li l-operatur ta' bir fl-istadju tal-esplorazzjoni u l-operatur ta' installazzjoni tal-produzzjoni jkunu l-istess entità għal żona liċenzjata partikolari.

(14)

L-operaturi għandhom inaqqsu r-riskju ta' aċċident kbir sakemm ikun raġonevolment prattikabbli, sal-punt fejn l-ispiża ta' aktar tnaqqis tar-riskji tkun sproporzjonata b'mod eċċessiv meta mqabbla mal-vantaġġi ta' tali tnaqqis. Il-prattikabbiltà raġonevoli ta' miżuri għat-tnaqqis tar-riskji għandhom jinżammu taħt analiżi fid-dawl tal-iżviluppi ġodda fl-għarfien u fit-teknoloġija. Meta jiġi vvalutat jekk iż-żmien, l-ispiża u l-isforz humiex ser ikunu sproporzjonati b'mod eċċessiv meta mqabbla mal-vantaġġi ta' aktar tnaqqis tar-riskju, għandhom ikunu ġew ikkunsidrati l-livelli tar-riskju tal-aħjar prattika kompatibbli mal-operazzjonijiet li jkunu qed jitwettqu.

(15)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-pubbliku jingħata opportunità bikrija u effettiva biex jipparteċipa fit-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-operazzjonijiet li jistgħu potenzjalment ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent fl-Unjoni. Din il-prassi hija konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, bħall-Konvenzjoni tal-UN/ECE (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (6) (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus). L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprevedi l-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet speċifiċi elenkati fl-Anness I tagħha u dwar l-attivitajiet mhux elenkati fih li jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq l-ambjent. L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirrikjedi l-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'dak li jirrigwarda l-pjanijiet u l-programmi relatati mal-ambjent.

(16)

Jeżistu rekwiżiti rilevanti fl-atti legali tal-Unjoni rigward l-iżvilupp ta' pjanijiet u proġetti, notevolment fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (7), id-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent (8), id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (9) u d-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi (10). Madankollu, mhux l-operazzjonijiet kollha taż-żejt u tal-gass offshore huma koperti mir-rekwiżiti eżistenti tal-Unjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Dan japplika b'mod partikolari għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jimmira jew li jista' jwassal għall-operazzjonijiet ta' esplorazzjoni minn installazzjoni mhux tal-produzzjoni. Madankollu, tali operazzjonijiet ta' esplorazzjoni jistgħu f'xi ċirkostanzi potenzjalment ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent u għalhekk it-teħid ta' deċiżjoni għandu jkun soġġett għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku kif rikjest skont il-Konvezjoni ta' Aarhus.

(17)

Fl-Unjoni, diġà hemm eżempji ta’ standards tajbin fil-prattiki regolatorji nazzjonali relatati mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. Madankollu, dawn qed jiġu applikati b’mod inkonsistenti fl-Unjoni kollha u ebda Stat Membru għadu ma inkorpora l-aħjar prattiki regolatorji kollha fil-leġislazzjoni tiegħu għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar offshore jew biex jillimita l-konsegwenzi għall-ħajja u s-saħħa tal-persuni u għall-ambjent. L-aħjar prattiki regolatorji huma neċessarji biex tinkiseb regolamentazzjoni effettiva li tiżgura l-ogħla standards ta' sikurezza u tħares l-ambjent, u tista' tinkiseb billi, fost l-oħrajn, jiġu integrati funzjonijiet relatati f'awtorità kompetenti li tista' tiġbor ir-riżorsi minn korp nazzjonali wieħed jew aktar.

(18)

F'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE tat-3 ta' November 1992 li tikkonċerna l-ħtiġiet minimi għat-titjib tal-ħarsien tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni tal-minerali permezz tat-tħaffir (il-ħdax il-Direttiva individwali fil-qofol tat-tifsir ta' Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (11), il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet relatati mas–sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f’diskussjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, l-aħjar prattika fl-Unjoni hija li l-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni jkunu stabbiliti formalment mill-Istati Membri fuq bażi tripartitika magħmula mill-awtorità kompetenti, l-operaturi u s-sidien, u r-rappreżentanti tal-ħaddiema. Eżempju ta' tali konsultazzjoni formali hija l-Konvenzjoni tal-Konsultazzjoni Tripartitika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Standards Internazzjonali dwar ix-Xogħol), 1976 (Nru. 144).

(19)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti jkollha s-setgħa legali u riżorsi adegwati biex tkun tista' tieħu azzjoni ta' infurzar effettiva, proporzjonata u trasparenti, inkluż fejn adatt twaqqif ta' operazzjonijiet, f'każijiet ta' prestazzjoni mhux sodisfaċenti fis-sikurezza u fil-ħarsien tal-ambjent mill-operaturi u s-sidien.

(20)

L-indipendenza u l-oġġettività tal-awtorità kompetenti għandha tiġi żgurata. F'dan ir-rigward, l-esperjenza li nkisbet minn aċċidenti kbar turi b'mod ċar li l-organizzazzjoni tal-kompetenzi amministrattivi fi ħdan Stat Membru tista' tipprevjeni kunflitti ta' interess permezz ta' separazzjoni ċara bejn il-funzjonijiet regolatorji u d-deċiżjonijiet relatati li jirrigwardaw is-sikurezza tal-attivitajiet offshore u l-ambjent, u l-funzjonijiet regolatorji li jirrigwardaw l-iżvilupp ekonomiku ta' riżorsi naturali li jinsabu offshore inkluż il-ġestjoni tal-ħruġ ta' liċenzji u l-introjti. Tali kunflitti ta' interessi jistgħu jiġu evitati bl-aħjar mod permezz ta' separazzjoni totali tal-awtorità kompetenti mill-funzjonijiet li jirrigwardaw l-iżvilupp ekonomiku ta' riżorsi naturali li jinsabu offshore.

(21)

Madankollu, is-separazzjoni totali tal-awtorità kompetenti mill-iżvilupp ekonomiku ta' riżorsi naturali offshore tista' tkun sproporzjonata fejn ikun hemm livell baxx ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fi Stat Membru. F'tali każ, l-Istat Membru kkonċernat ikun mistenni li jagħmel l-aħjar arranġamenti alternattivi biex jiżgura l-indipendenza u l-oġġettività tal-awtorità kompetenti.

(22)

Hija meħtieġa leġislazzjoni speċifika sabiex jiġu indirizzati l-perikli kbar relatati mal-industrija taż-żejt u tal-gass offshore, speċifikament fis-sikurezza tal-proċess, il-konteniment sikur tal-idrokarburi, l-integrità strutturali, il-prevenzjoni tan-nar u l-isplużjonijiet, l-evakwazzjoni, il-ħelsien u s-salvataġġ, u l-limitazzjoni tal-impatt ambjentali wara aċċident kbir.

(23)

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit skont kwalunkwe att legali ieħor tal-Unjoni, speċjalment fil-qasam tas- sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol, b’mod partikolari d-Direttiva 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà (sikurezza) u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (12) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE

(24)

Reġim offshore jeħtieġ japplika għal operazzjonijiet imwettqa kemm f’installazzjonijiet fissi kif ukoll f'dawk mobbli, u għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-attivitajiet ta’ esplorazzjoni u produzzjoni mid-disinn sad-dekummissjonament u l-abbandun b’mod permanenti.

(25)

L-aħjar prattiki attwalment disponibbli għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore huma bbażati fuq approċċ fejn jiġu ffisati objettivi u fuq il-kisba ta' riżultati mixtieqa permezz ta' valutazzjoni rigoruża tar-riskji u sistemi ta’ ġestjoni affidabbli.

(26)

Skont l-aħjar prattiki fl-Unjoni, l-operaturi u s-sidien huma mħeġġa sabiex jistabbilixxu linji ta' politika korporattiva effettiva dwar is-sikurezza u l-ambjent u jagħtuhom effett f'sistema komprensiva ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-ambjent u l-pjan ta' rispons għal emerġenza. Sabiex jagħmlu arranġamenti xierqa għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar, l-operaturi u s-sidien għandhom jidentifikatw b’mod komprensiv u sistematiku x-xenarji kollha ta' aċċident kbir relatati mal-attivitajiet perikolużi kollha li jistgħu jitwettqu fuq dik l-installazzjoni, inklużi impatti fuq l-ambejnt li jirriżultaw minn aċċident kbir. Dawk l-aħjar prattiki jirrikjedu wkoll valutazzjoni tal-probabbiltà u l-konsegwenzi u għalhekk ir-riskju ta' aċċident kbir, kif ukoll il-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tagħhom u l-miżuri meħtieġa għal rispons għal emerġenza, fil-każ li jkollu jseħħ aċċident kbir. Il-valutazzjonijiet tar-riskju u arranġamenti għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar għandhom ikunu deskritti b'mod ċar u miġbura fir-rapport dwar perikli kbar. Ir-rapport dwar perikli kbar għandu jikkomplementa d-dokument dwar is-sikurezza u s-saħħa msemmi fid-Direttiva 92/91/KEE. Il-ħaddiema għandhom jiġu kkonsultati fl-istadji rilevanti tat-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar. Ir-rapport dwar perikli kbar għandu jiġi vvalutat rigorożament u aċċettat mill-awtorità kompetenti.

(27)

Sabiex tinżamm l-effikaċjà tal-kontrolli ta' periklu kbir fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri, ir-rapport dwar perikli kbar għandu jitħejja u, kif meħtieġ, emendat fir-rigward ta’ kwalunkwe aspett sinifikanti taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ installazzjoni tal-produzzjoni, inkluż id-disinn, l-operat, l-operazzjonijiet meta jkunu kkombinati ma’ installazzjonijiet oħrajn, it-trasferiment ta' tali installazzjoni fl-ilmijiet offshore tal-Istat Membru inkwistjoni, il-modifiki kbar u l-abbandun finali. Bl-istess mod, ir-rapport dwar perikli kbar għandu jitħejja wkoll fir-rigward tal-installazzjonijiet mhux tal-produzzjoni u jiġi emendat kif meħtieg sabiex jittieħed kont ta' bidliet sinifikanti fl-istallazzjoni. Ebda installazzjoni ma għandha topera fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri għajr jekk l-awtorità kompetenti tkun aċċettat ir-rapport dwar perikli kbar ippreżentat mill-operatur jew is-sid. L-aċċettazzjoni tar-rapport dwar perikli kbar mill-awtorità kompetenti ma għandhiex timplika xi trasferiment tar-responsabbiltà għall-kontroll ta' perikli kbar mill-operatur jew is-sid lill-awtorità kompetenti.

(28)

L-operazzjonijiet tal-bjar għandhom jitwettqu biss minn installazzjoni li tkun teknikament kapaċi li tikkontrolla l-perikli kollha prevedibbli fil-lokazzjoni tal-bir, u li fir-rigward tagħha ġie aċċettat rapport dwar perikli kbar.

(29)

Minbarra li juża installazzjoni xierqa, l-operatur għandu jħejji pjan dettaljat ta' disinn u pjan ta' operazzjoni pertinenti għaċ-ċirkustanzi u l-perikli partikolari ta’ kull operazzjoni ta’ bir. Skont l-aħjar prattiki fl-Unjoni, l-operatur għandu jipprovdi għal eżami minn esperti indipendenti tad-disinn tal-bir. L-operatur għandu jibgħat notifika tal-pjanijiet tal-bir lill-awtorità kompetenti fi żmien biżżejjed biex l-awtorità kompetenti twettaq kwalunkwe azzjoni meħtieġa fir-rigward tal-operazzjoni tal-bir ippjanata. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti nazzjonali aktar stretti qabel ma tibda operazzjoni tal-bir.

(30)

Biex tiżgura s-sikurezza fid-disinn u operazzjonijiet sikuri kontinwi, l-industrija hija obbligata li ssegwi l-aħjar prattiki definiti fi standards u gwida awtorevoli. Tali standards u gwidi għandhom ikunu aġġornati abbażi ta' għarfien u invenzjonijiet ġodda u sabiex ikun żgurat titjib kontinwu. L-operaturi, is-sidien u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkollaboraw biex jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-ħolqien ta’ standards u gwida ġodda jew imtejba fid-dawl tal-esperjenza tal-aċċident tad-Deepwater Horizon u aċċidenti kbar oħra. B'kont dovut meħud tal-prijoritajiet stabbiliti, it-tħejjija ta’ standards u gwida ġodda jew imtejba għandhom jintalbu mingħajr dewmien.

(31)

Fid-dawl tal-kumplessità tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki mill-operaturi u s-sidien tirrikjedi skema ta’ verifika indipendenti tal-elementi kritiċi tas-sikurezza u tal-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-installazzjoni, inkluż, fil-każ tal-installazzjonijiet ta' produzzjoni, l-istadju tad-disinn.

(32)

Fil-każ fejn unitajiet tat-tħaffir mobbli offshore jkunu fi tranżitu u għandhom ikunu kkunsidrati bħala vapuri, dawn huma suġġetti għall-Konvenzjonijiet Marittimi Internazzjonali, partikolarment, SOLAS, MARPOL jew l-istandards ekwivalenti tal-verżjoni applikabbli tal-Kodiċi għall-kostruzzjoni u t-tagħmir tal-unitajiet tat-tħaffir mobbli offshore (MODU Code). Tali unitajiet tat-tħaffir mobbli offshore meta jkunu fi tranżitu f'ilmijiet offshore huma wkoll suġġetti għall-liġi tal-Unjoni li jirrigwardaw il-kontroll mill-Istat tal-port u l-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera. Din id-Direttiva tindirizza dawn l-unitajiet meta jkunu stazzjonati f'ilmijiet offshore għal attivitiajiet ta' tħaffir, produzzjoni jew attivitiajiet oħrajn assoċjati ma' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

(33)

Ir-rapport dwar perikli kbar għandu, inter alia, jieħu kont tar-riskji għall-ambjent, inkluż l-impatt ta' kundizzjonijiet klimatiċi u t-tibdil fil-klima fuq ir-reżistenza tal-installazzjonijiet fuq perijodu ta' żmien twil. Ladarba l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom effetti ambjentali negattivi fi Stat Membru ieħor, jeħtieġ li jiġu stabbiliti u applikati dispożizzjonijiet speċifiċi f'konformità mal-Konvenzjoni UN/ECE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali, magħmula f'Espoo (il-Finlandja), fil-25 ta’ Frar 1991. L-Istati Membri b'ilmijiet offshore li mhumiex attivi fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt sabiex jiffaċilitaw kooperazzjoni effettiva f’dan ir-rigward.

(34)

L-operaturi għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri mingħajr dewmien jekk ikun iseħħ, jew li jkun ser iseħħ, aċċident kbir sabiex l-Istat Membru jkun jista’ jagħti bidu għal rispons kif adatt. Għalhekk, l-operaturi fin-notifika għandhom jinkludu dettalji xierqa u suffiċjenti dwar il-post, id-daqs u n-natura tal-aċċident kbir proprju jew li jkun ser iseħħ, ir-rispons tagħhom stess, u x-xenarju tal-eskalazzjoni tal-agħar każ inkluż il-potenzjal transkonfinali.

(35)

Sabiex ikun żgurat rispons effettiv għall-emerġenzi, l-operaturi għandhom iħejju pjanijiet ta’ rispons interni għal emerġenza li huma speċifiċi għas-sit u bbażati fuq ix-xenarji tar-riskji u l-perikli identifikati fir-rapport dwar perikli kbar, jippreżentawhom lill-awtorita' kompetenti tagħhom, u jżommu dawk ir-riżorsi li huma neċessarji għat-twettiq fil-pront ta’ dawk il-pjanijiet meta jkun meħtieġ. Fil-każ ta' unitajiet tat-tħaffir mobbli offshore, l-operaturi jeħtieġ li jiżguraw li l-pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza tas-sidien għall-installazzjoni ikunu emendati kif meħtieġ sabiex ikunu applikabbli għall-post speċifiku u l-perikli tal-operazzjoni ta' bir. Tali emendi għandhom ikunu inklużi fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir. Id-disponibbiltà adegwata ta' riżorsi ta' rispons għal emerġenza għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-kapaċità li dawn jiġu skjerati fis-sit tal-aċċident. L-istat ta' tħejjija u l-effikaċja tar-riżorsi ta' rispons għal emerġenza għadhom jiġu żgurati u ttestjati regolarment mill-operaturi. Fejn ikun debitament iġġustifikat, l-arranġmenti ta' rispons jistgħu jiddependu fuq it-trasport rapidu tat-tagħmir ta' rispons bħal apparati ta' kopertura, u riżorsi oħrajn, minn żoni mbiegħdin.

(36)

L-aħjar prattika globali tirrikjedi li d-detenturi tal-liċenzja l-operaturi u s-sidien jieħdu r-responsabbiltà ewlenija għall-kontroll tar-riskji li jġibu magħhom l-operazzjonijiet tagħhom, inklużi operazzjonijiet imwettqa minn kuntratturi f’isimhom u għalhekk jistabbilixxu, f’politika korprattiva għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar, il-mekkaniżmi u l-ogħla livell ta’ sjieda korporattiva biex jimplimentaw dik il-politika b’mod konsistenti fl-organizzazzjoni kollha kemm fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni.

(37)

L-operaturi responsabbli u s-sidien għandhom ikunu mistennija jwettqu l-operazzjonijiet tagħhom madwar id-dinja f’konformità mal-aħjar prattiki u standards. L-applikazzjoni konsistenti ta' dawn l-aħjar prattiki u standards għandha ssir obbligatorja fl-Unjoni, u jkun xieraq li operaturi u sidien rreġistrati fit-territorju ta' Stat Membru japplikaw il-politika għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar meta joperaw barra l-ilmijiet offshore tal-Istati Membri sa fejn ikun possibbli fil-qafas legali nazzjonali applikabbli.

(38)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li jista' ma jkunx possibbli li tiġi infurzata il-politika korporattiva għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar barra mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi u s-sidien jinkludu l-operazzjonijiet tagħhom taż-żejt u tal-gass offshore barra l-Unjoni fid-dokumenti ta' politika korporattiva tagħhom għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar.

(39)

L-informazzjoni dwar aċċidenti kbar f’operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore barra l-Unjoni tista’ tgħin biex jiġu mifhuma aktar il-kawżi potenzjali tagħhom, biex jiġu promossi tagħlimiet prinċipali meħuda u jiġi żviluppat aktar il-qafas regolatorju. Għaldaqstant, l-Istati Membri kollha, inkluż l-Istati Membri mingħajr kosta u l-Istati Membri b'ilmijiet offshore li ma għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u l-gass jew attivitajiet ta' ħruġ ta' liċenzji offshore, għandhom jitolbu rapporti dwar aċċidenti kbar li jseħħu barra mill-Unjoni u li jinvolvu kumpanniji rreġistrati fit-territorju tagħhom, u għandhom jikkondividu din l-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Ir-rekwiżit għal rapport ma għandux jinterferixxi mar-rispons għal emerġenza jew il-proċedimenti legali relatati mal-aċċident. Minflok, huma għandhom jiffukaw fuq ir-rilevanza tal-aċċident għal aktar żvilupp tas-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Unjoni.

(40)

L-Istati Membri għandhom jistennew li l-operaturi u s-sidien, filwaqt li jsegwu l-aħjar prattiki, jistabbilixxu relazzjonijiet korporattivi effettivi mal-awtorità kompetenti, jappoġġaw l-aħjar prattika regolatorja mill-awtorità kompetenti u li jiżguraw b’mod proattiv l-ogħla livelli ta’ sikurezza, inkluż, fejn meħtieġ, li jissospendu l-operazzjonijiet mingħajr ma jkun meħtieġ l-intervent tal-awtorità kompetenti.

(41)

Sabiex ikun żgurat li ebda tħassib tas-sikurezza rilevanti ma jitħalla barra jew jiġi injorat, huwa importanti li jkunu stabbiliti u mħeġġa l-mezzi adegwati għar-rapportar kunfidenzjali ta’ dak it-tħassib u l-protezzjoni ta’ min jikxef l-abbużi. Għalkemm l-Istati Membri ma għandhomx il-kapaċità li jinfurzaw ir-regoli barra l-Unjoni, dawk il-mezzi jippermettu li t-tħassib tal-persuni involuti f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore barra l-Unjoni jiġi rrappurtat.

(42)

Il-kondiviżjoni ta’ data komparabbli bejn l-Istati Membri ssir diffiċli u mhux affidabbli minħabba n-nuqqas ta’ format komuni għar-rapportar tad-data fl-Istati Membri kollha. Format komuni għar-rapportar tad-data mill-operaturi u s-sidien lill-Istat Membru jipprovdi trasparenza rigward il-prestazzjoni fis-sikurezza u fl-ambjent tal-operaturi u s-sidien u jipprovdi aċċess pubbliku għal informazzjoni komparabbli u rilevanti mill-Unjoni kollha rigward is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u jiffaċilita t-tixrid tal-lezzjonijiet mitgħallma mill-aċċidenti kbar u kważi aċċidenti.

(43)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-inkoraġġiment tat-trasparenza tal-prestazzjoni tas-settur taż-żejt u tal-gass offshore, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-format u d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi kondiviża u li għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (13).

(44)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti minħabba li prinċipalment dawk l-atti huma biss ta’ natura prattika. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ eżami ma tkunx ġustifikata.

(45)

Biex titkattar il-fiduċja tal-pubbliku fl-awtorità u l-integrità tal-attività taż-żejt u tal-gass offshore, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti perjodiċi dwar l-attività u l-inċidenti lill-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha perjodikament tippubblika rapporti dwar il-livelli tal-attività fl-Unjoni u x-xejriet fil-prestazzjoni tas-sikurezza u dik ambjentali tas-settur taż-żejt u tal-gass offshore. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni, u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li t-territorju jew l-ilmijiet offshore tiegħu jkunu milquta, kif ukoll lill-pubbliku kkonċernat, dwar aċċident kbir.

(46)

L-esperjenza turi li huwa meħtieġ li tkun żgurata l-kunfidenzjalità ta’ data sensittiva biex jitrawwem djalogu miftuħ bejn l-awtorità kompetenti u l-operatur u s-sid. Għal dak il-għan id-djalogu bejn l-operaturi u s-sidien u l-Istati Membri kollha għandu jkun ibbażat fuq strumenti legali internazzjonali eżistenti rilevanti u l-liġi tal-Unjoni dwar l-aċċess għal informazzjoni ambjentali rilevanti soġġett għal kwalunkwe rekwiżit superjuri ta’ sikurezza u ħarsien tal-ambjent.

(47)

Il-valur tal-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet offshore ġie stabbilit b’mod ċar permezz tal-attivitajiet fil-Forum tal-Awtoritajiet Offshore tal-Baħar tat-Tramuntana u l-Forum tar-Regolaturi Internazzjonali. Ġiet stabbilita kollaborazzjoni simili fl-Unjoni kollha fi grupp ta’ esperti, l-Grupp tal-Awtoritajiet taż-Żejt u tal-Gass tal-Unjoni Ewropea (EUOAG) (14), li l-kompitu tiegħu huwa li tiġi promossa kollaborazzjoni effiċjenti bejn ir-rappreżentanti nazzjonali u l-Kummissjoni, inkluż it-tixrid tal-aħjar prattiki u intelligence operazzjonali, fl-istabbiliment tal-prijoritajiet biex jogħlew l-istandards, u sabiex il-Kummissjoni tingħata konsulenza dwar ir-riforma regolatorja.

(48)

Ir-rispons għal emerġenza u l-ippjanar ta’ kontinġenza għal aċċidenti kbar għandu jsiru aktar effettiv permezz ta’ kooperazzjoni sistematika u ppjanata bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-industrija taż-żejt u tal-gass, kif ukoll permezz tal-kondiviżjoni ta’ assi ta' rispons għal emerġenza kompatibbli inklużi l-kompetenzi. Meta jkun adatt, dak ir-rispons u l-ippjanar għandhom jagħmlu użu wkoll mir-riżorsi eżistenti u l-għajnuna disponibbli ġewwa l-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (‧l-Aġenzija‧), stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (15) u l-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom (16). L-Istati Membri ghandhom ikunu jistgħu wkoll jitolbu assistenza addizzjonali mill-Aġenzija permezz tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni.

(49)

Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija ġiet stabbilita bl-iskop li tiżgura livell għoli, uniformi u effettiv ta' sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri fl-Unjoni kif ukoll biex tiżgura rispons għat-tniġġis marittimu kkawżat mill-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass.

(50)

Fl-implimentazzjoni tal-obbligi skont din id-Direttiva, għandu jittieħed kont tal-fatt li l-ilmijiet tal-baħar koperti mis-sovranità jew id-drittijiet sovrani u l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati li jiffurmaw parti integrali mill-erba’ reġjuni marini identifikati fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, jiġifieri l-Baħar Baltiku, l-Oċean Atlantiku tal-Grigal, il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Għal din ir-raġuni, l-Unjoni għandha, bħala kwistjoni prijoritarja, issaħħaħ il-koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew drittijiet sovrani u ġurisdizzjoni fuq ilmijiet tal-baħar f’reġjuni tal-baħar bħal dawn. L-oqfsa ta’ kooperazzjoni adatti jinkludu konvenzjonijiet dwar il-baħar reġjonali, kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE.

(51)

Fir-rigward tal-Baħar Mediterran, flimkien ma' din id-Direttiva, qed jitwettqu l-azzjonijiet meħtieġa għall-adeżjoni tal-Unjoni mal-Protokoll għall-Protezzjoni tal-Baħar Mediterran kontra t-Tniġġis li Jirriżulta mill-Esplorazzjoni u l-Isfruttar tal-Blata Kontinentali u Qiegħ il-Baħar u l-Art ta’ Taħtu (17) (‘il-Protokoll Offshore’) għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u r-Reġjun Kostali tal-Mediterran (‘il-Konvenzjoni ta’ Barċellona’), li kien konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/585/KEE (18).

(52)

L-ilmijiet tal-Artiku huma ambjent tal-baħar fil-viċinanza ta’ importanza partikolari għall-Unjoni, u għandhom rwol importanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. It-tħassib ambjentali serju relatat mal-ilmijiet tal-Artiku, jirrikjedi attenzjoni speċjali biex tkun żgurata l-protezzjoni ambjentali tal-Artiku fir-rigward ta’ kwalunkwe operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore, inkluża l-esplorazzjoni, b'kont meħud tar-riskju ta' aċċidenti kbar u l-ħtieġa ta' rispons effettiv. L-Istati Membri li huma membri tal-Kunsill tal-Artiku huma mħeġġin biex jippromwovu b'mod attiv l-ogħla standards fir-rigward tas-sikurezza ambjentali f'din l-ekosistema vulnerabbli u unika pereżempju permezz tal-ħolqien ta' strumenti internazzjonali dwar il-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u r-rispons għat-tniġġis miż-żejt tal-baħar fl-Artiku, kif ukoll billi wieħed jibni, fost l-oħrajn, fuq il-ħidma tat-Task Force stabbilita mill-Kunsill tal-Artiku u l-linji gwida attwali tal-Kunsill tal-Artiku dwar iż-Żejt u l-Gass Offshore.

(53)

Il-pjanijiet ta’ emerġenza esterna nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskji, waqt li jittieħed kont tar-rapporti dwar perikli kbar għall-installazzjonijiet li jinsabu fl-ilmijiet offshore ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Immappjar għall-Ġestjoni tad-Diżastru l-aktar aġġornati kif imħejjija mill-Kummissjoni.

(54)

Rispons effettiv għall-emerġenzi jirrikjedi azzjoni immedjata mill-operatur u s-sid u kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri ta' rispons għal emerġenza li jikkoordinaw l-introduzzjoni ta’ riżorsi ta’ rispons għal emerġenza addizzjonali skont kif tiżviluppa s-sitwazzjoni. Tali rispons għandu jinkludi wkoll investigazzjoni bir-reqqa tal-emerġenza li għandha tibda mingħajr dewmien sabiex tiżgura telf minimu ta’ informazzjoni u evidenza rilevanti. Wara emerġenza, l-Istati Membri għandhom jaslu għal konklużjonijiet adatti u jwettqu kwalunkwe miżura meħtieġa.

(55)

Huwa kruċjali li l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi d-data u l-parametri tekniċi, ikunu disponibbli sabiex issir investigazzjoni aktar tard. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data rilevanti tinġabar matul l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li fil-każ ta’ aċċident kbir, id-data rilevanti tkun fis-sigur u li l-ġbir ta’ data jkun intensifikat kif adatt. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ mezzi tekniċi adegwati sabiex jippromwovu l-affidabbiltà u l-irrekordjar ta' data rilevanti u sabiex jipprevjenu l-possibbiltà ta’ manipulazzjoni tagħhom.

(56)

Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għandhom jidħlu fis-seħħ sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati għal ksur.

(57)

Sabiex jiġu adattati ċerti Annessi biex tiġi inkluża aktar informazzjoni li tista' tkun meħtieġa fid-dawl tal-progress tekniku, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti f'ċerti Annessi għal din id-Direttiva. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(58)

Id-definizzjoni ta’ danni lill-ilma fid-Direttiva 2004/35/KE għandha tiġi emendata sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltà tad-detenturi tal-liċenzja skont dik id-Direttiva tapplika għall-ilmijiet tal-baħar tal-Istati Membri kif definit fid-Direttiva 2008/56/KE.

(59)

Ħafna dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex rilevanti għall-Istati Membri mingħajr kosta, jiġifieri l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Lussemburgu u s-Slovakkja. Madankollu, huwa mixtieq li dawk l-Istati Membri jippromwovu il-prinċipji u standards għoljin li jeżistu fil-liġi tal-Unjoni għas-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fil-kuntatti bilaterali tagħhom ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

(60)

Mhux l-Istati Membri kollha li għandhom ilmijiet offshore jippermettu operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fit-tifsira ta’ din id-Direttiva taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Dawk l-Istati Membri mhumiex involuti fil-ħruġ tal-liċenzji u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar ta’ tali operazzjonijiet. Għalhekk, ikun obbligu sproporzjonat u mhux meħtieġ jekk dawk l-Istati Membri jkollhom jittrasponu u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva. Madankollu, aċċidenti matul l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore jistgħu jaffettwaw lix-xtut tagħhom. Għalhekk, dawk l-Istati Membri għandhom, fost l-oħrajn, ikunu ppreparati biex jirrispondu għal aċċidenti kbar u biex jinvestigawhom u għandhom jikkooperaw permezz tal-punti ta' kuntatti tagħhom mal-Istati Membri kkonċernati l-oħrajn u ma’ pajjiżi terzi rilevanti.

(61)

Minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom, l-Istati Membri mingħajr kosta la huma impenjati fil-ħruġ ta' liċenzji u fil-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u lanqas huma potenzjalment affettwati b'dan it-tip ta' aċċident fl-ilmijiet ta' Stati Membri oħrajn. Għaldaqstant, ma għandux ikollhom l-obbligu li jittrasponu l-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Madankollu, meta kumpannija li tkun attiva, hija stess jew permezz ta' sussidjarji, f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore barra l-Unjoni hija rreġistrata fi Stat Membru mingħajr kosta, dak l-Istat Membru għandu jitlob lil dik il-kumpannija biex tipprovdi rapport dwar aċċidenti li jseħħu f'tali operazzjonijiet, li jkun jista' jiġi kondiviż fil-livell tal-Unjoni, sabiex il-partijiet interessati kollha fl-Unjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza miksuba minn tali aċċidenti.

(62)

Apparti mill-miżuri introdotti permezz ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tesplora mezzi adatti oħra biex ittejjeb il-prevenzjoni tal-aċċidenti kbar u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom.

(63)

L-operaturi għandhom jiżguraw li jkollhom riżorsi fiżiċi, umani u finanzjarji biżżejjed biex jipprevjenu aċċidenti kbar u jillimitaw il-konsegwenzi ta' tali aċċidenti. Madankollu, minħabba li ebda strument ta’ sigurtà finanzjarja eżistenti, inklużi l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju, ma jista’ jakkomoda l-konsegwenzi possibbli kollha ta’ aċċidenti kbar, il-Kummissjoni għandha twettaq aktar analiżi u studji ta’ miżuri adatti biex tiżgura reġim ta’ responsabbiltà robust adegwat għad-danni relatati mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, ir-rekwiżiti dwar il-kapaċità finanzjarja inkluża d-disponibbiltà ta’ strumenti tas-sigurtà finanzjarja adatta jew arranġamenti oħra. Dan jista' jinkludi eżami tal-fattibbiltà ta' skema ta’ kumpens reċiproku. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tagħha, flimkien, jekk ikun xieraq, ma' proposti.

(64)

Fil-livell tal-Unjoni, huwa importanti li l-istandards tekniċi jkunu kkomplementati b’qafas legali korrispondenti ta’ leġislazzjoni tas-sikurezza tal-prodott u li tali standards japplikaw għall-installazzjonijiet offshore kollha fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri, u mhux biss l-installazzjoni tal-produzzjoni mhux mobbli. Il-Kummissjoni għandha għaldaqstant twettaq aktar analiżi tal-istandards tas-sikurezza tal-prodott applikabbli għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

(65)

Ladarba l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li jiġu limitati il-konsegwenzi ta' tali aċċidenti, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba d-daqs u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri konformement mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta’ tali aċċidenti.

2.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol, partikolarment id-Direttivi 89/391/KEE u 92/91/KEE.

3.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 94/22/KE, 2001/42/KE, 2003/4/KE (19), 2003/35/KE, 2010/75/UE (20) u 2011/92/UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva:

(1)

‧aċċident kbir‧ tfisser, fir-rigward ta' installazzjoni jew infrastruttura konnessa:

(a)

aċċident li jinvolvi splużjoni, nirien, telf ta' kontroll tal-bir, jew rilaxx ta' żejt, gass jew sustanzi perikolużi li jinvolvu, jew b'potenzjal sinifikanti li jikkawżaw, imwiet jew korriment personali serju,

(b)

inċident li jwassal għal ħsara serja fl-installazzjoni jew fl-infrastruttura konnessa li jinvolvi, jew b'potenzjal sinifikanti li jikkawża, imwiet jew korriment personali serju,

(c)

kwalunkwe incident ieħor li jwassal għall-imwiet jew korriment serju ta’ ħames persuni jew aktar li jinsabu fuq l-installazzjoni offshore li minnha jkun ġej is-sors tal-periklu jew li jkunu involuti f'operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore b’konnessjoni mal-installazzjoni jew l-infrastruttura konnessa; jew

(d)

kwalunkwe inċident ambjentali kbir li jirriżulta minn incidenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

Għall-finijiet li jiġi determinat jekk avveniment jikkostitwixxix aċċident kbir skont il-punti (a), (b) jew (d), installazzjoni li normalment ma tkunx sorveljata għandha tiġt ttrattata daqslikieku kienet sorveljata;

(2)

‧offshore‧ tfisser pożizzjoni fl-ibħra territorjali, iż-Żona Ekonomika Esklużiva jew il-blatiet kontinentali ta' Stat Membru fit-tifsira tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;

(3)

‧operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore‧ tfisser l-attivitajiet kollha relatati ma' installazzjoni jew ma' infrastruttura konnessa, inklużi d-disinn, l-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-operat u d-dekummissjonament tagħha, relatati mal-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt jew gass iżda mhux inkluż it-trasport taż-żejt u tal-gass minn kosta għal oħra;

(4)

‧riskju‧ tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà li jseħħ avveniment u tal-konsegwenzi ta' dak l-avveniment;

(5)

‧operatur‧ tfisser entità nominata mid-detentur tal-liċenzja jew mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji biex twettaq operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore, inkluż l-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta' operazzjoni ta' bir jew il-ġestjoni u l-kontroll tal-funzjonijiet ta' installazzjoni tal-produzzjoni;

(6)

‧xieraq‧ tfisser tajjeb jew adatt b’mod sħiħ, inkluża l-konsiderazzjoni ta' sforz u spiża proporzjonati, għal rekwiżit jew sitwazzjoni partikolari, ibbażat fuq evidenza oġġettiva u muri b’analiżi, paragun ma’ standards adatti jew soluzzjonijiet oħra użati f’sitwazzjonijiet komparabbli minn awtoritajiet jew industrija oħra;

(7)

‧entità‧ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe grupp ta’ persuni bħal dawn;

(8)

‧aċċettabbli‧ b'rabta ma' riskju, tfisser livell ta' riskju li għalih iż-żmien, l-ispiża jew l-isforz biex jitnaqqas aktar ikun sproporzjonat b'mod eċċessiv mar-benefiċċji ta' tali tnaqqis. Meta jiġi vvalutat jekk iż-żmien, l-ispiża jew l-isforz humiex ser ikunu sproporzjonati b'mod eċċessiv meta mqabbla mal-vantaġġi ta' aktar tnaqqis tar-riskju, għandu jittieħed kont tal-livelli tar-riskju tal-aħjar prattika kompatibbli ma' dan il-kompitu;

(9)

‧liċenzja‧ tfisser awtorizzazzjoni għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f' konformità mad-Direttiva 94/22/KE;

(10)

‧żona liċenzjata‧ tfisser iż-żona ġeografika koperta mil-liċenzja;

(11)

‧detentur tal-liċenzja‧ tfisser il-persuna li jkollha, jew il-persuni li flimkien ikollhom, liċenzja;

(12)

‘kuntrattur’ tfisser kwalunkwe entità kuntrattata mill-operatur jew mis-sid biex twettaq kompiti speċifiċi f’isem l-operatur jew is-sid;

(13)

‧awtorità li toħroġ il-liċenzji‧ tfisser l-awtorità pubblika li hija responsabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet jew għall-monitoraġġ tal-użu tal-awtorizzazzjonijiet kif previst fid-Direttiva 94/22/KE;

(14)

‧awtorità kompetenti‧ tfisser l-awtorità pubblika, nominata skont din id-Direttiva u li hija responsabbli għad-dmirijiet mogħtija lilha f'din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti tista’ tkun magħmula minn korp pubbliku wieħed jew aktar;

(15)

‘esplorazzjoni’ tfisser it-tħaffir fi prospett u l-operazzjonijiet kollha relatati taż-żejt u tal-gass offshore meħtieġa qabel l-operazzjonijiet relatati mal-produzzjoni;

(16)

‧produzzjoni‧ tfisser l-estrazzjoni ta’ żejt u gass offshore mis-saffi ta’ taħt l-art ta' żona liċenzjata inkluż l-ipproċessar offshore taż-żejt u tal-gass u t-trasport tagħhom permezz ta’ infrastruttura konnessa;

(17)

‧installazzjoni mhux tal-produzzjoni‧ tfisser installazzjoni oħra apparti minn installazzjoni użata għall-produzzjoni taż-żejt u tal-gass;

(18)

‧il-pubbliku‧ tfisser entità waħda jew aktar u, f’konformità mal-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

(19)

‧installazzjoni‧ tfisser faċilità stazzjonarja fissa jew mobbli, jew kombinament ta’ faċilitajiet, interkonnessi b’mod permanenti permezz ta’ pontijiet, jew strutturi oħra, użati għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore jew b’konnessjoni ma’ tali operazzjonijiet. Installazzjonijiet jinkludi unitajiet tat-tħaffir mobbli offshore biss meta jkunu stazzjonati f'ilmijiet offshore għal attivitiajiet ta' tħaffir, produzzjoni jew attivitiajiet oħrajn assoċjati ma' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore;

(20)

‧installazzjoni tal-produzzjoni‧ tfisser installazzjoni użata għall-produzzjoni;

(21)

‧infrastruttura konnessa‧ tfisser, fiż-żona ta’ sikurezza jew f’żona viċin ta' distanza ikbar mill-installazzjoni fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru:

(a)

kwalunkwe bir jew struttura assoċjata, unità jew tagħmir supplimentari konness mal-installazzjoni;

(b)

kwalunkwe apparat jew xoghlijiet fuq jew imwaħħla mal-istruttura prinċipali tal-installazzjoni;

(c)

kwalunkwe apparat imwaħħal ma' jew xogħlijiet fil-pipeline;

(22)

‧aċċettazzjoni‧, fir-rigward tar-rapport dwar perikli kbar, tfisser il-komunikazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti lill-operatur jew lis-sid li r-rapport, jekk implimentat kif stabbilit fih, jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva L- aċċettazzjoni ma timplikax xi trasferiment tar-responsabbiltà mill-kontroll ta' perikli kbar lejn l-awtorità kompetenti;

(23)

‧periklu kbir‧ tfisser sitwazzjoni bil-potenzjal li tirriżulta f'aċċident kbir;

(24)

‧operazzjoni ta' bir‧ tfisser kwalunkwe operazzjoni li tikkonċerna bir li tista’ tirriżulta fir-rilaxx aċċidentali ta’ materjali li għandhom il-potenzjal li jwasslu għal aċċident kbir, inkluż it-tħaffir ta’ bir, it-tiswija jew il-modifika ta’ bir, is-sospensjoni tal-operazzjonijiet ta' bir u l-abbandun b’mod permanenti ta’ bir;

(25)

‧operazzjoni kombinata‧ tfisser operazzjoni mwettqa minn installazzjoni ma’ installazzjoni jew installazzjonijiet oħra għal finijiet relatati mal-installazzjoni(jiet) l-oħra li b’hekk taffettwa materjalment ir-riskji għas-sikurezza tal-persuni jew il-ħarsien tal-ambjent fi kwalunkwe waħda mill-installazzjoni jew fl-installazzjonijiet kollha;

(26)

‘żona ta’ sikurezza’ tfisser iż-żona f’distanza ta’ 500 metru minn kwalunkwe parti tal-installazzjoni, stabbilita mill-Istat Membru;

(27)

‧sid‧ tfisser entità legalment intitolata li tikkontrolla l-operat ta’ installazzjoni mhux tal-produzzjoni;

(28)

‧pjan intern ta' rispons għal emerġenza‧ tfisser pjan imħejji mill-operatur jew sid skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tal-eskalazzjoni jew il-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta’ aċċident kbir relatat mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore;

(29)

‧verifika indipendenti‧ tfisser valutazzjoni u konferma tal-validità ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub partikolari minn entità jew parti organizzattiva tal-operatur jew is-sid li tkun taħt il-kontroll ta' jew tkun influwenzata mill-entità jew il-parti organizzattiva li tuża dawk id-dikjarazzjonijiet;

(30)

‧bidla materjali‧ tfisser:

(a)

fil-każ ta' rapport dwar perikli kbar, bidla fil-bażi li fuqha r-rapport oriġinali kien aċċettat inklużi fost l-oħrajn modifiki fiżiċi, disponibbiltà ta' għarfien jew teknoloġija ġdida u bidliet operazzjonali fil-maniġment;

(b)

fil-każ ta' notifika ta' operazzjonijiet ta' bir jew operazzjonijiet kombinati, bidla fil-bażi li fuqha n-notifika oriġinali kienet ippreżentata inklużi fost l-oħrajn modifiki, bidla ta' installazzjoni b'oħra, disponibbiltà ta' għarfien jew teknoloġija ġdida u bidliet operazzjonali fil-maniġment;

(31)

‧bidu tal-operazzjonijiet‧ tfisser il-mument li fih l-installazzjoni jew l-infrastruttura konnessa hija involuta għall-ewwel darba fl-operazzjonijiet li hija ddisinjata għalihom;

(32)

‧effikaċja tar-reazzjoni għat-tixrid taż-żejt‧ tfisser l-effikaċja tas-sistemi ta' reazzjoni għat-tixrid fir-rispons għat-tixrid taż-żejt abbażi ta' analiżi tal-frekwenza, id-durata u ż-żmien tal-kundizzjonijiet ambjentali li jipprekludu reazzjoni. Il-valutazzjoni tal-effikaċja tar-reazzjoni għat-tixrid taż-żejt għandha tiġi espressa bħala perċentwal taż-żmien li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux preżenti u għandha tinkludi deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet operattivi imposti fuq l-installazzjonijiet ikkonċernati b'riżultat ta' dik il-valutazzjoni;

(33)

‧elementi kritiċi tas-sikurezza u tal-ambjent‧ tfisser il-partijiet ta’ installazzjoni, inklużi programmi tal-kompjuter, li l-għan tagħhom huwa li jipprevjenu jew jillimitaw il-konsegwenzi ta' aċċident kbir, jew li l-falliment tagħhom jista’ jikkawża jew jikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal aċċident kbir;

(34)

‘konsultazzjoni tripartitika’ tfisser arranġament formali li jippermetti djalogu u kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti, l-operaturi u s-sidien, u r-rappreżentanti tal-ħaddiema;

(35)

‧industrija‧ tfisser entitajiet li huma direttament involuti f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore koperti minn din id-Direttiva jew li l-attivitajiet tagħhom huma relatati mill-qrib ma’ dawk l-operazzjonijiet;

(36)

‧pjan estern ta' rispons għal emerġenza‧ tfisser strateġija lokali, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni tal-eskalazzjoni jew tillimita l-konsegwenzi ta' aċċident kbir relatat mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore bl-użu tar-riżorsi kollha disponibbli tal-operatur kif deskritti fil-pjanijiet interni rilevanti ta’ rispons għal emerġenza, u kwalunkwe riżorsa supplimentari li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli;

(37)

‧inċident b'effett kbir fuq l-ambjent‧ tfisser inċident li jirriżulta, jew li x'aktarx jirriżulta, f'effetti sinifikanti negattivi fl-ambjent skont id-Direttiva 2004/35/KE.

KAPITOLU II

PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR RELATATI MA' OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali tal-ġestjoni tar-riskji f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore

1.   L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi biex jiżguraw li jittieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jevitaw aċċidenti kbar fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ma jkunux eżonerati mill-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva minħabba l-fatt li azzjonijiet jew ommissjonijiet li jwasslu jew jikkontribwixxu għall-aċċidenti kbar ġew mwettqa minn kuntratturi.

3.   Fil-każ ta' aċċident kbir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jillimitaw il-konsegwenzi tiegħu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

4.   L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi biex jiżguraw li l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore jitwettqu abbażi ta’ ġestjoni sistematika tar-riskji b'mod li r-riskji residwi ta’ aċċidenti kbar għall-persuni, l-ambjent u l-installazzjonijiet offshore jkunu aċċettabbli.

Artikolu 4

Kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ambjent fir-rigward tal-liċenzji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti jew it-trasferiment ta' liċenzji għat-twettiq ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore għandhom jieħdu kont tal-kapaċità tal-applikant għal tali liċenzja li jilħaq ir-rekwiżiti għal operazzjonijiet fil-qafas tal-liċenzja kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari din id-Direttiva.

2.   B'mod partikolari, fil-valutazzjoni tal-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikant għal liċenzja, għandu jittieħed kont debitu ta' dan li ġej:

(a)

ir-riskju, il-perikli u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relata aż-żona liċenzjata kkonċernata inkluż, fejn adatt, l-ispiża tad-degradazzjoni ta’ l-ambjent marin imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(b)

l-istadju partikolari tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore;

(c)

il-kapaċitajiet finanzjarji tal-applikant, inklużi kwalunkwe garanzija, li jkopru r-responsabbiltajiet li potenzjalment jirriżultaw minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore inkwistjoni inkluż ir-responsabbiltà għal danni ekonomiċi potenzjali fejn responsabbiltà ta' dan it-tip hija prevista mid-dritt nazzjonali;

(d)

l-informazzjoni disponibbli rigward il-prestazzjoni ta' sikurezza u dik ambjentali tal-applikant, inkluż fir-rigward ta' aċċidenti kbar, skont kif ikun adatt għall-operazzjonijiet li għalihom intalbet il-liċenzja.

Qabel ma tingħata jew tiġi trasferita liċenzja għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tikkonsulta, fejn adatt, mal-awtorità kompetenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji ma tagħtix liċenzja jekk ma tkunx sodisfatta li l-applikant ikun ta prova ta’ miżuri adegwati li l-applikant ħa jew ser jieħu, abbażi ta' arranġamenti li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, biex ikopru responsabbiltajiet li potenzjalment joriġinaw mill-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore tal-applikant. Tali provvediment għandu jkun validu u effettiv minn meta jinbdew l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. L-Istat Membru għandu jitlob lill-applikanti biex jagħtu prova, b’mod adatt, tal-kapaċità teknika u finanzjarja u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata maż-żona koperta mil-liċenzja u l-istadju partikolari tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu sabiex jiġi stabbilit li l-applikant għandu riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-bidu immedjat u l-kontinwazzjoni mingħajr interruzzjonijiet tal-miżuri kollha neċessarji għal rispons ta' emerġenza effettiv u rijabilitazzjoni sussegwenti.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji sostenibbli u arranġamenti oħrajn biex jassistu dawk li qed japplikaw għal liċenzji juru l-kapaċità finanzjarja tagħhom skont l-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom, bħala minimu, jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw il-ġestjoni fil-pront u adegwata tat-talbiet għall-kumpens inkluż fir-rigward ta' pagamenti ta' kumpens għal inċidenti transkonfinali.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-detenturi tal-liċenzja li jżomm kapaċità suffiċjenti biex jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom li jirriżultaw mir-responsabbiltajiet għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass.

4.   L-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji jew id-detentur tal-liċenzja għandu jaħtar lill-operatur. Meta l-operatur għandu jinħatar mid-detentur tal-liċenzja, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandha tiġi notifikata bil-ħatra minn qabel. F'tali każijiet, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji, jekk ikun meħtieġ f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, tista’ toġġezzjona l-ħatra tal-operatur. Meta titqajjem tali oġġezzjoni, l-Istati Membri għandhom jitolbu lid-detentur tal-liċenzja jaħtar operatur alternattiv xieraq jew jieħu r-responsabbiltajiet tal-operatur skont din id-Direttiva.

5.   Il-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore relatati ma' żona liċenzjata partikolari għandhom ikunu organizzati b'tali mod li l-informazzjoni miġbura bħala riżultat ta' attività ta' esplorazzjoni tista' tiġi meqjusa mill-Istat Membru qabel ma tibda l-produzzjoni.

6.   Fil-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji ta' applikant għal liċenzja, għandha tingħata attenzjoni speċjali għal kwalunkwe ambjent tal-baħar u kostali li huwa ambjentalment sensittiv, b'mod partikolari l-ekosistemi li għandhom rwol importanti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-adattament għalih, bħal-bwar salmastri u l-mergħat tal-ħaxix tal-baħar; u żoni protetti tal-baħar, bħal żoni speċjali ta' konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjenti naturali tal-fawna u l-flora selvaġġi (21), żoni ta' protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (22), u żoni protetti tal-baħar li dwarhom hemm qbil fl-Unjoni jew fl-Istati Membri kkonċernati fil-qafas ta' ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom huma parti.

Artikolu 5

Parteċipazzjoni tal-pubbliku relata mal-effetti ta' operazzjonijiet ippjanati tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fuq l-ambjent

1.   It-tħaffir ta' bir ta' esplorazzjoni minn installazzjoni mhux tal-produzzjoni ma għandux jibda għajr jekk l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru jkunu żguraw minn qabel li tkun saret kif adatt parteċipazzjoni tal-pubbliku bikrija u effettiva dwar l-effetti possibbli fuq l-ambjent tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore ippjanati f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni, partikolarment id-Direttiva 2001/42/KE jew id-Direttiva 2011/92/UE.

2.   Fejn ma tkun saret parteċipazzjoni tal-pubbliku skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-arranġamenti li ġejjin:

(a)

il-pubbliku jiġi infurmat, jew b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi adatti oħra bħall-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni, dwar il-post fejn huwa maħsub li jiġi permess li jsiru operazzjonijiet ta' esplorazzjoni;

(b)

il-pubbliku kkonċernat jiġi identifikat jew li jkollhom interess fid-deċiżjoni inkluż il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx jiġi affettwat mid-deċiżjoni li jingħata permess għal operazzjonijiet ta' esplorazzjoni inkluż organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, bħal dawk li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn;

(c)

informazzjoni rilevanti dwar tali operazzjonijiet ippjanati ssir disponibbli għall-pubbliku inkluż, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar id-dritt għall-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u lil min jistgħu jiġu ppreżentati kummenti jew mistoqsijiet;

(d)

il-pubbliku huwa intitolat jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-alternattivi kollha jkunu miftuħa qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet li jippermettu li ssir l-esplorazzjoni;

(e)

fit-teħid ta' deċiżjonijiet skont il-punt (d), għandu jittieħed kont debitu tar-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; u

(f)

wara li jkun eżamina l-kummenti u l-opinjonijiet espressi mill-pubbliku, l-Istat Membru inkwistjoni jinforma lill-pubbliku fil-pront dwar id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati dawk id-deċiżjonijiet, inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

Għandhom ikunu pprovduti perijodi ta’ żmien raġonevoli li jippermettu żmien suffiċjenti għal kull stadju differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

3.   Dan l-Artikolu ma japplikax fir-rigward ta' żoni liċenzjati qabel it-18 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 6

Operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fiż-żoni liċenzjati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-installazzjonijiet tal-produzzjoni u l-infrastruttura konnessa jkunu operati biss f’żoni liċenzjati minn operaturi nnominati għal dak il-għan biss f’konformità mal-Artikolu 4(4).

2.   L-Istati Membri għandhom jitolbu lid-detentur tal-liċenzja biex jiżgura li l-operatur ikollu l-kapaċità li jilħaq ir-rekwiżiti għall-operazzjonijiet speċifiċi fil-qafas tal-liċenzja.

3.   Matul l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore kollha, l-Istati Membri għandhom jitolbu lid-detentur tal-liċenzja biex jieħu l-passi raġonevoli kollha biex jiżgura li l-operatur jilħaq ir-rekwiżiti, iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet tiegħu skont din id-Direttiva.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-operatur ma għadx għandu l-kapaċità biex jilħaq ir-rekwiżiti rilevanti skont din id-Direttiva, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandha tiġi infurmata. L-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandha imbagħad tinnotifika lid-detentur tal-liċenzja dwar dan u d- detentur tal-liċenzja għandu jieħu r-responsabbiltà mit-twettiq tad-dmirijiet konċernati u, għandu mingħajr dewmien, jipproponi operatur ta’ sostituzzjoni għall-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet relatati mal-installazzjonijiet tal-produzzjoni u dawk mhux tal-produzzjoni la jinbdew u lanqas jitkomplew sakemm ikun ġie aċċettat ir-rapport dwar perikli kbar mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' bir jew operazzjonijiet kombinati la jinbdew u lanqas jitkomplew sakemm ir-rapport dwar perikli kbar għall-installazzjonijiet involuti ma jkun ġie aċċettat f'konformità ma' din id-Direttiva. Barra minn hekk, tali operazzjonijiet ma għandhom la jinbdew u lanqas jitkomplew fejn notifika ta’operazzjonijiet ta' bir jew notifika ta' operazzjonijiet kombinati ma ġietx ippreżentata f'konformità mal-punt (h) jew (i) tal-Artikolu 11(1) rispettivament lill-awtorità kompetenti jew fejn l-awtorità kompetenti tesprimi oġġezzjonijiet għall-kontenut ta’ notifika.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi stbbilita żona ta’ sikurezza madwar l-installazzjoni u li l-bastimenti jkunu pprojbiti milli jidħlu jew jibqgħu f’dik iż-żona ta’ sikurezza.

Madankollu, dik il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għal bastiment li jidħol jew jibqa’ fiż-żona ta’ sikurezza:

(a)

b'konnessjoni mat-tqegħid, l-ispezzjoni, l-ittestjar, it-tiswija, il-manutenzjoni, il-modifika, it-tiġdid jew it-tneħħija ta' kwalunkwe cable jew pipeline sottomarin f'dik iż-żona ta' sikurezza jew viċin tagħha;

(b)

biex jipprovdu servizzi għal jew sabiex jinġarru persuni jew oġġetti lejn u minn kwalunkwe installazzjoni f'dik iż-żona ta' sikurezza;

(c)

biex tiġi spezzjonata kwalunkwe installazzjoni jew infrastruttura relatata f'dik iż-żona ta' sikurezza taħt l-awtorità tal-Istat Membru;

(d)

b'konnessjoni biex isalva jew f'tentattiv li jsalva l-ħajja jew il-proprjetà;

(e)

skont il-kundizzjonijiet tat-temp;

(f)

meta ikun jeħtieġ l-għajnuna; jew

(g)

jekk ikun hemm kunsens mill-operatur, sid jew l-Istat Membru fejn tinsab iż-żona ta’ sikurezza.

8.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-parteċipazzjoni effettiva f’konsultazzjoni tripartitika bejn l-awtorità kompetenti, l-operaturi u s-sidien, u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-formulazzjoni ta’ standards u politiki li jittrattaw il-prevenzjoni ta’ aċċident kbir.

Artikolu 7

Responsabbiltà għal ħsara ambjentali

Mingħajr preġudizzju għall-ambitu eżistenti tar-responsabbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rijabilitazzjoni għal danni ambjentali f'konformità mad-Direttiva 2004/35/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tal-liċenzja jkun finanzjarjament responsabbli għall-prevenzjoni u r-rijabilitazzjoni ta' dannu ambjentali kif definit f'dik id-Direttiva, ikkawżat minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore imwettqa minn, jew f'isem, id-detentur tal-liċenzja jew l-operatur.

Artikolu 8

Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti responsabbli għall- funzjonijiet regolatorji:

(a)

il-valutazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' rapporti dwar perikli kbar, il-valutazzjoni tan-notifiki tad-disinn, u l-valutazzjonijiet tan-notifiki ta' operazzjonijiet tal-bjar jew ta’ operazzjonijiet kombinati, u dokumenti oħra simili li huma ppreżentati lilhom;

(b)

jissorveljaw il-konformità mill-operaturi u s-sidien ma' din id-Direttiva, inklużi spezzjonijiet, investigazzjonijiet u azzjonijiet ta' infurzar;

(c)

joffru konsulenza lil awtoritajiet jew korpi oħrajn, inkluż l-awtorità li toħroġ il-liċenzji;

(d)

jagħmlu pjanijiet annwali f'konformità mal-Artikolu 21;

(e)

jipproduċu rapporti;

(f)

jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-punti ta' kuntatt f'konformità mal-Artikolu 27.

2.   L-Istati Membri għandhom f'kull ħin jiżguraw l-indipendenza u l-oġġettività tal-awtorità kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji tagħha u partikolarment fir-rigward tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. Għaldaqstant, għandhom jiġu pprevenuti kunflitti ta’ interessi bejn il-funzjonijiet regolatorji tal-awtorità kompetenti min-naħa waħda u, min-naħa l-oħra, il-funzjonijiet regolatorji relatati mal-iżvilupp ekonomiku tar-riżorsi naturali offshore u l-ħruġ ta’ liċenzji għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Istat Membru u l-ġbir u l-ġestjoni ta’ dħul minn dawk l-operazzjonijiet.

3.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3a, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-funzjonijiet regolatorji tal-awtorità kompetenti għandhom jitwettqu fi ħdan awtorità li tkun indipendenti minn kwalunkwe funzjoni tal-Istat Membru li tirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku tar-riżorsi naturali offshore u l-liċenzjar ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Istat Membru u l-ġbir u l-ġestjoni ta' dħul minn dawn l-operazzjonijiet.

Madankollu, meta n-numru totali tal-installazzjonijiet li normalment ikollhom in-nies magħhom ikun inqas minn 6, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li ma japplikax l-ewwel subparagrafu. Tali deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 2.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku deskrizzjoni ta' kif l-awtorità kompetenti hija organizzata, inkluż ir-raġuni għaliex stabbilixxew l-awtorità kompetenti b'dak il-mod, u l-mod kif żguraw it-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti jkollha riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva. Dawk ir-riżorsi għandhom ikunu proporzjonati mal-livell tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offhsore tal-Istati Membri.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ftehimiet formali mal-aġenziji tal-Unjoni adatti jew korpi oħrajn xierqa fejn disponibbli, għall-għoti ta’ kompetenzi speċjalizzati b’appoġġ għall-awtorità kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji tagħha. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, korp ma għandux jitqies xieraq fejn l-oġġettività tiegħu tista' tiġi kompromessa b'kunflitti ta' interess.

7.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi li skonthom l-ispejjeż finanzjarji għall-awtorità kompetenti, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva, ikun jistgħu jiġu koperti mis-sidien tal-liċenzja jew l-operaturi jew is-sidien.

8.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun magħmula minn aktar minn korp wieħed, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jevitaw id-duplikazzjoni ta’ funzjonijiet regolatorji bejn il-korpi. L-Istati Membri jistgħu jaħtru wieħed mill-korpi kostitwenti bħala l-korp mexxej responsabbli għall-koordinazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji skont din id-Direttiva u mir-rappurtar lill-Kummissjoni.

9.   L-Istati Membri għandhom janalizzaw l-attivitajiet tal-awtorità kompetenti u għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex itejbu l-effikaċjà tagħha fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Funzjonament tal-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:

(a)

taġixxi indipendentement mill-politiki, id-deċiżjonijiet regolatorji jew konsiderazzjonijiet oħrajn mhux relatati mad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva;

(b)

tiċċara l-limitu tar-responsabbiltajiet tagħha u r-responsabbiltajiet tal-operatur u tas-sid mill-kontroll ta’ riskji ta’ aċċident kbir skont din id-Direttiva;

(c)

tistabbilixxi politika, proċess u proċeduri għall-valutazzjoni bir-reqqa ta’ rapporti dwar perikli kbar u notifiki ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll biex tiġi mħarsa l-konformità ma' din id-Direttiva fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru, inkluż l-ispezzjoni, investigazzjoni u infurzar tal-azzjonijiet;

(d)

tagħmel disponibbli l-politika, il-proċess u l-proċeduri skont il-punt (c) lill-operaturi u s-sidien u tagħmel disponibbli taqsiriet ta' dawn lill-pubbliku;

(e)

fejn ikun meħtieġ, tħejji u timplimenta proċeduri kkoordinati u konġunti ma' awtoritajiet oħrajn fl-Istat Membru biex jitwettqu d-dmirijiet skont din id-Direttiva; u

(f)

tibbaża l-politika, l-organizzazzjoni u l-proċeduri operazzjonali fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 10

Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

1.   L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA, minn hawn 'il quddiem "Aġenzija") tipprovdi assistenza teknika u xjentifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni f'konformità mal-mandat tagħha taħt ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

2.   Fil-qafas tal-mandat tagħha, l-Aġenzija għandha:

(a)

tassisti lill-Kummissjoni u l-Istat Membru affettwat, fuq talba tiegħu, fid-detezzjoni u l-monitoraġġ tal-entità tat-tixrid taż-żejt jew tal-gass;

(b)

tassisti lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, bit-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-pjanijiet ta’ rispons għal emerġenza esterna, speċjalment meta jkun hemm impatti transkonfinali fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri jew lil hinn minnhom;

(c)

abbażi tal-pjanijiet ta' emerġenza esterni u interni tal-Istati Membri, tiżviluppa mal-Istati Membri u l-operaturi katalogu ta' tagħmir u servizzi ta' emerġenza disponibbli.

3.   L-Aġenzija tista', jekk tiġi mitluba:

(a)

tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rispons għal emerġenza esterni tal-Istati Membri biex jiġi vverifikat jekk il-pjanijiet humiex konformi ma' din id-Direttiva;

(b)

tanalizza eżerċizzji ffokati fuq l-ittestjar tal-mekkaniżmi ta' emerġenza transkonfinali u dawk tal-Unjoni.

KAPITOLU III

TĦEJJIJA GĦAL OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS OFFSHORE U T-TWETTIQ TAGĦHOM

Artikolu 11

Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati biex jitwettqu operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew is-sid jippreżentaw id-dokumenti li ġejjin lill-awtorità kompetenti:

(a)

il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti serji jew deskrizzjoni adegwata tagħha, skont l-Artikolu 19(1) u (5);

(b)

is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u ambjentali applikabbli għall-installazzjoni, jew deskrizzjoni adegwata tagħha, skont l-Artikolu 19(3) u (5);

(c)

fil-każ ta’ installazzjoni tal-produzzjoni ppjanata, notifika ta' disinn skont ir-rekwiżiti tal-Anness I, parti 1;

(d)

deskrizzjoni tal-iskema ta' verifika indipendenti skont l-Artikolu 17;

(e)

rapport dwar perikli kbar skont l-Artikoli 12 u 13;

(f)

fil-każ ta' bidla materjali, jew żarmar ta' installazzjoni, rapport emendat dwar perikli kbar skont l-Artikoli 12 u 13;

(g)

il-pjan intern għal rispons ta' emerġenza jew deskrizzjoni adegwata tiegħu, skont l-Artikoli 14 u 28;

(h)

Fil-każ ta' operazzjoni ta' bir, notifika tal-operazzjoni ta' dak ilbir u informazzjoni dwar l-operazzjoni ta' dak il-bir skont l-Artikolu 15;

(i)

fil-każ ta' operazzjoni kombinata, notifika tal-operazzjonijiet kombinati skont l-Artikolu 16;

(i)

fil-każ ta’ installazzjoni tal-produzzjoni eżistenti li tkun ser titmexxa għal lokalità ġdida tal-produzzjoni fejn ser tkun operata, notifika ta’ rilokazzjoni skont l-Anness I, parti 1;

(k)

kwalunkwe dokument rilevanti ieħor mitlub mill-awtorità kompetenti.

2.   Id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punti (a), (b),(d) u (g) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi mar-rapport dwar perikli kbar meħtieġ skont il-punt (e) tal-paragrafu 1. Il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar ta' operatur ta' bir għandha, fejn ma tkunx diġa' ġiet ippreżentata, tiġi inkluża man-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-paragrafu 1.

3.   In- notifika ta' disinn meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti sa skadenza ffissata mill-awtorità kompetenti qabel il-preżentazzjoni maħsuba tar-rapport dwar perikli kbar għall-operazzjoni ppjanata. L-awtorità kompetenti għandha twieġeb għan-notifika ta' disinn b'kummenti li għandhom jitqiesu fir-rapport dwar perikli kbar.

4.   Fejn installazzjoni tal-produzzjoni eżistenti tkun ser tidħol fi jew tħalli l-ilmijiet offshore ta’ Stat Membru, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bil-miktub qabel id-data li fiha l-installazzjoni tal-produzzjoni ser tidħol fi jew tħalli l-ilmijiet offshore tal-Istat Membru.

5.   In-notifika ta’ rilokazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti fi stadju kmieni biżżejjed fl-iżvilupp propost biex tippermetti lill-operatur li jqis kwalunkwe kwistjonijiet li jitqajmu mill-awtorità kompetenti waqt it-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar.

6.   Fejn isseħħ bidla materjali li taffettwa n-notifika ta' disinn jew ir-rilokazzjoni qabel il-preżentazzjoni tar-rapport dwar perikli kbar, l-awtorità kompetenti għandha tiġi notifikata dwar dik il-bidla kemm jista’ jkun malajr.

7.   Ir-rapport dwar perikli kbar meħtieġ skont il-punt (e) tal-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti fi skadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti qabel il-bidu ppjanat tal-operazzjonijiet.

Artikolu 12

Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jipprepara rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1). Dak ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, partijiet 2 u 5 u għandu jiġi aġġornat kull meta jkun adatt jew meta l-awtorità kompetenti titlob dan.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jiġu kkonsultati fl-istadji rilevanti fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni, u li l-evidenza tingħata għal dan il-għan f'konformità mal-Anness I, parti 2, punt 3.

3.   Ir-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni jista' jitħejja fir-rigward ta’ grupp ta’ installazzjonijiet soġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti.

4.   Fejn tkun meħtieġa iktar informazzjoni qabel ma jista’ jiġi aċċettat rapport dwar perikli kbar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur, fuq talba tal-awtorità kompetenti, jipprovdi din l-informazzjoni u jippreżenta kull tibdil meħtieġ fir-rapport dwar perikli kbar.

5.   Meta jkunu ser isiru modifiki fl-installazzjoni tal-produzzjoni li jinvolvu għal bidla materjali, jew ikun hemm il-ħsieb li tiżżarma installazzjoni fissa tal-produzzjoni, l-operatur għandu jħejji rapport dwar perikli kbar, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (f) tal-Artikolu 11(1), sa skadenza ffissata mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Anness I, parti 6.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifikazzjonijiet ippjanati ma jibdewx jintużaw jew, u li ż-żarmar ma jinbediex qabel ma l-awtorità kompetenti tkun aċċettat ir-rapport emendat dwar perikli kbar għall-installazzjoni tal-produzzjoni.

7.   Ir-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni għandu jkun soġġett għal reviżjoni perjodika bir-reqqa mill-operatur mill-inqas kull ħames snin jew aktar kmieni meta mitluba mill-awtorità kompetenti. Għandha tingħata notifika tar-riżultati tar-reviżjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 13

Rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sid iħejji rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1), Dak ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, partijiet 3 u 5 u għandu jiġi aġġornat kull meta jkun adatt jew meta l-awtorità kompetenti titlob dan.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema jiġu kkonsultati fl-istadji rilevanti fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, u li l-evidenza tingħata għal dan il-għan f'konformità mal-Anness I, parti 3, punt 2.

3.   Fejn tkun meħtieġa iktar informazzjoni qabel ma jista’ jiġi aċċettat rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew is-sid jipprovdi, fuq talba tal-awtorità kompetenti, din l-informazzjoni u jagħmel kull tibdil meħtieġ fir-rapport dwar perikli kbar ippreżentat.

4.   Meta jkunu ser isiru modifiki fl-installazzjoni mhux tal-produzzjoni li jinvolvu għal bidla materjali, jew ikun hemm il-ħsieb li tiżżarma installazzjoni fissa tal-produzzjoni, is-sid għandu jħejji rapport emendat dwar perikli kbar, li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (f) tal-Artikolu 11(1), sa skadenza ffissata mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Anness I, parti 6, il-punti 1, 2 u 3.

5.   Għal installazzjoni fissa mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifikazzjonijiet ippjanati ma jibdewx jintużaw u li ż-żarmatura ma tinbediex qabel ma l-awtorità kompetenti tkun aċċettat ir-rapport emendat dwar perikli kbar għall-installazzjoni fissa mhux tal-produzzjoni.

6.   Għal installazzjoni mobbli mhux tal-produzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-modifikazzjonijiet ippjanati ma jibdewx jintużaw qabel ma l-awtorità kompetenti ma tkunx aċċettat ir-rapport emendat dwar perikli kbar għall-installazzjoni mobbli mhux tal-produzzjoni.

7.   Ir-rapport dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni għandu jkun soġġett għal reviżjoni perjodika bir-reqqa mis-sid mill-inqas kull 5 snin jew aktar kmieni meta mitluba mill-awtorità kompetenti. Għandha tingħata notifika tar-riżultati tar-reviżjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 14

Pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jew is-sidien, kif adatt, iħejju pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza, li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (g) tal-Artikolu 11(1). Il-pjanijiet għandhom jiġu mħejjija f'konformità mal-Artikolu 28 filwaqt li jqisu l-valutazzjoni tar-riskji ta' aċċidenti kbar li saret waqt it-tħejjija tar-rapport l-aktar reċenti dwar perikli kbar. Dan il-pjan għandu jinkludi analiżi tal-effikaċja tar-rispons għat-tixrid taż-żejt.

2.   Fil-każ li installazzjoni mobbli mhux tal-produzzjoni jkollha tiġi użata għat-twettieq ta' operazzjonijiet ta' bir, il-pjan intern ta' rispons għal emerġenza għall-installazzjoni għandu jqis il-valutazzjoni tar-riskji li tkun saret waqt it-tħejjija tan-notifika dwar operazzjonijiet ta' bir li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-Artikolu 11(1)). Fejn il-pjan intern ta' rispons għal emerġenza jkollu jiġi emendat minħabba n-natura jew is-sit partikolari tal-bir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-bir jippreżenta il-pjan intern emendat ta' rispons għal emerġenza, jew deskrizzjoni adegwata tagħha, lill-awtorità kompetenti bħala sostenn għan-notifika rilevanti dwar operazzjonijiet ta' bir.

3.   Fil-każ li installazzjoni mhux tal-produzzjoni tkun ser tintuża biex twettaq operazzjonijiet kombinati, il-pjan intern ta' rispons għal emerġenza għandu jiġi emendat biex ikopri l-operazzjonijiet kombinati u għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti bħala sostenn għan-notifika rilevanti dwar l-operazzjonijiet kombinati.

Artikolu 15

Notifika dwar u informazzjoni dwar operazzjonijiet ta' bjar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ta' bir iħejji n-notifika li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-Artikolu 11(1) lill-awtorità kompetenti. Hija għandha tiġi ppreżentata fi skadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti li taqa' qabel il-bidu tal-operazzjoni tal-bir. Dik in-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir għandha tinkludi d-dettalji tad-disinn tal-bir u l-operazzjonijiet proposti tal-bir mal-Anness I, parti 4. Dan għandu jinkludi analiżi tal-effikaċja tar-rispons għat-tixrid taż-żejt.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tqis in-notifika u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tal-bir, li tista' tinkludi l-projbizzjoni li jinbdew l-operazzjonijiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-bir jinvolvi lill-verifikatur indipendenti fl-ippjanar u t-tħejjija ta' bidla materjali fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir ippreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 17(4) u li jgħarraf immedjatament lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla materjali fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir ippreżentata. L-awtorità kompetenti għandha tqis dawk il-bidliet u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tal-bir jippreżenta rapporti dwar l-operazzjonijiet tal-bir lill-awtorità kompetenti f'konformità mar-rekwiżiti tal-II. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati f’intervalli ta’ ġimgħa, mill-ġurnata tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-bjar, jew f’intervalli speċifikati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 16

Notifika ta' operazzjonijiet kombinati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien involuti f'operazzjoni kombinata jħejju b'mod konġunt in-notifika li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (i) tal-Artikolu 9(1). In-notifika għandha tinkludi d-dettalji tal-operazzjoni kombinata f'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I, parti 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wieħed mill-operaturi kkonċernati jippreżenta n-notifika tal-operazzjonijiet kombinati lill-awtorità kompetenti. In-notifika għandha tiġi ppreżentata fi skadenza stabbilita mill-awtorità kompetenti qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet kombinati.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tqis in-notifika u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet kombinati, li tista' tinkludi l-projbizzjoni tal-bidu tal-operazzjonijiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur li ppreżenta n-notifika jgħarraf, mingħajr dewmien, lill-awtorita kompetenti dwar kwalunkwe bidla materjali fin-notifika ppreżentata. L-awtorità kompetenti għandha tqis dawk il-bidliet u, jekk jitqies li hu meħtieġ, tieħu azzjoni adatta.

Artikolu 17

Verifika indipendenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi u siden jistabbilixxu skemi ta' verifika indipendenti u li jħejju deskrizzjoni ta' dawn l-iskemi, li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(1) u inkluża fis-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-ambjent ppreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(1). Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, parti 5.

2.   Ir-riżultati tal-verifika indipendenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-operatur jew is-sid għall-funzjonament korrett u sikur tat-tagħmir u s-sistemi li jkunu qed jiġu verifikati.

3.   L-għażla tal-verifikatur indipendenti u d-disinn ta' skemi għal verifika indipendenti għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-Anness V.

4.   L-iskemi għal verifika indipendenti għandhom ikunu stabbiliti:

(a)

fir-rigward ta' installazzjonijiet, biex tingħata assigurazzjoni indipendenti li l-elementi kruċjali tas-sikurezza u tal-ambjent identifikati fis-sistema tal-valutazzjoni għall-installazzjoni, kif deskritti fir-rapport dwar perikli kbar, ikunu xierqa u li l-iskeda ta' eżaminazzjonijiet u testijiet tal-elementi kruċjali tas-sikurezza u tal-ambjent tkun xierqa, aġġornata u tkun qed topera kif maħsub;

(b)

fir-rigward ta' notifiki ta' operazzjonijiet tal-bjar, biex tingħata assigurazzjoni indipendenti li d-disinn tal-bir u l-miżuri ta’ kontroll tal-bir jixirqu għall-kundizzjonijiet tal-bir antiċipati f’kull waqt.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien jirrispondu għall-pariri tal-verifikatur indipendenti u jieħdu azzjoni adatta bbażata fuqhom.

6.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-operaturi u s-sidien jiżguraw li l-pariri mogħtija mill-verifikatur indipendenti skont il-punt (a) tal-paragrafu 4 u r-rekords ta' azzjoni abbazi ta' dawn il-pariri jsiru disponibbli għall-awtorità kompetenti u jinżammu mill-operatur jew is-sid għal perijodu ta' sitt xhur wara t-tlestija tal-operazzjonijiet ta' żejt u gass offshore li jkunu relatati magħhom.

7.   L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-operaturi ta' bjar jiżguraw li s-sejbiet u l-kummenti tal-verifikatur indipendenti skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-azzjonijiet tagħhom bhala rispons għal dawk is-sejbiet u l-kummenti jiġu ppreżentati fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir imħejjijha skont l-Artikolu 15.

8.   Għal installazzjoni tal-produzzjoni, l-iskema ta' verifika għandha tkun fis-seħħ qabel it-tlestija tad-disinn. Għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni, l-iskema għandha tkun fis-seħħ qabel ma jibdew l-operazzjonijiet fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri.

Artikolu 18

Setgħa tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' operazzjonijiet fuq l-installazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:

(a)

tipprojbixxi l-operazzjoni jew il-bidu ta' operazzjonijiet ta' kwalunkwe installazzjoni jew kwalunkwe infrastruttura konnessa fejn il-miżuri proposti fir-rapport dwar perikli kbar għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' aċċidenti kbar jew notifiki ta' operazzjonijiet ta' bir jew operazzjonijiet kombinati skont il-punti (h) jew (i) tal-Artikolu 11(1) rispettivament jitqiesu insuffiċjenti biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva;

(b)

f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali u fejn hija tqis li l-protezzjoni tas-sikurezza u tal-ambjent ma jkunux kompromessi, tnaqqas il-perijodu ta' żmien meħtieġ bejn il-preżentazzjoni tar-rapport dwar perikli kbar jew dokumenti oħrajn li ghandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 11 u l-bidu tal-operazzjonijiet;

(c)

titlob li l-operatur jieħu dawk il-miżuri proporzjonati kif l-awtorità kompetenti tqis li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 3(1);

(d)

meta japplika l-Artikolu 6(4), tieħu miżuri adegwati biex tiżgura s-sikurezza kontinwa tal-operazzjonijiet;

(e)

ikollha s-setgħa li titlob titjib u, jekk neċessarju, tipprojbixxi li jissokta t-tħaddim ta' kwalunkwe installazzjoni jew kwalunkwe parti minnha jew kwalunkwe infrastruttura konnessa fejn l-eżitu ta' spezzjoni, determinazzjoni skont l-Artikolu 6(4), rieżami perjodiku tar-rapport dwar perikli kbar ippreżentat skont il-punt (e) tal-Artikolu 11 jew bidliet fin-notifiki skont l-Artikolu 11, juru li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva mhumiex jiġu sodisfatti jew ikun hemm tħassib raġonevoli dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore jew l-installazzjonijiet;

KAPITOLU IV

POLITIKA TA' PREVENZJONI

Artikolu 19

Prevenzjoni ta' aċċidenti kbar minn operaturi u sidien

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi u sidien jħejju dokument li jistabbilixxi l-politika korporattiva tagħhom dwar il-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li għandu jiġi ppreżentat skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(1), u jiżguraw li tkun implimentata fl-operazzjonijiet kollha taż-żejt u tal-gass offshore tagħhom, inkluż bl-istabbiliment ta' arranġamenti adatti ta' monitoraġġ biex jiżguraw l-effettività tal-politika. Id-dokument għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, parti 8.

2.   Il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar għandha tqis ir-responsabbiltà primarja tal-operaturi għal, fost l-oħrajn, il-kontroll ta' riskji ta' aċċident kbir, li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tagħhom u għat-titjib kontinwu tal-kontroll ta' dawk ir-riskji sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni f'kull waqt.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operaturi u sidien iħejju dokument li jistipula s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-ambjent li għandha tiġi ipprezentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(1). Dak id-dokument għandu jinkludi d-deskrizzjoni ta':

(a)

l-arranġamenti organizzattivi għall-kontroll ta' perikli kbar;

(b)

l-arranġamenti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti dwar perikli kbar, u dokumenti oħra kif adatt, skont din id-Direttiva; u

(c)

l-iskemi għal verifika indipendenti stabbiliti skont l-Artikolu 17.

4.   L-Istati Membri għandhom joħolqu opportunitajiet biex l-operaturi u s-sidien jagħtu kontribut għall-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni tripartitika effettiva stabbiliti skont l-Artikolu 6(8). Meta jkun adatt, l-impenn tal-operatur u tas-sid għal tali mekkaniżmi jista' jiġi deskritt fil-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar.

5.   Il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar u s-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza u tal-ambjent għandhom jitħejjew f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, partijiet 8 u 9 u l-Anness IV. Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-politika korporattiva ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar għandha tkun bil-miktub u għandha tistabbilixxi l-għanijiet ġenerali u l-arranġamenti għall-kontroll tal-perikli ta’ aċċidenti kbar, u kif dawk l-għanijiet ghandhom jinkisbu u arranġamenti jidħlu fis-seħħ fil-livell korporattiv;

(b)

is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-ambjent għandha tkun integrata fi ħdan is-sistema ta' ġestjoni ġenerali tal-operatur jew is-sid u għandha tinkludi l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet, il-prattiki, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi għad-determinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika korporattiva ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien jħejju u jżommu inventarju komplet ta' tagħmir ta' rispons għal emerġenza rilevanti għall-operazzjoni ta' żejt u gass offshore tagħhom.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u, is-sidien, f'konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, u bl-użu tal-iskambji ta' konoxxenza, informazzjoni u esperjenza kif previst fl-Artikolu 27(1), iħejju u jirrevedu l-istandards u l-gwida dwar l-aħjar prassi fir-rigward tal-kontroll ta' perikli kbar matul iċ-ċiklu tal-ħajja tad-disinn u dak operazzjonali ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, u li tal-inqas isegwu d-deskrizzjoni fl-Anness VI.

8.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi u s-sidien jiżguraw li d-dokument dwar il-politika korporattiva tagħhom għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar imsemmi fil-paragrafu 1 ikopri wkoll l-installazzjonijiet tagħhom tal-produzzjoni u dawk mhux tal-produzzjoni barra l-Unjoni.

9.   Fejn attività mwettqa minn operatur jew sid tkun ta' periklu immedjat għas-saħħa tal-bniedem jew iżżid b'mod sinifikanti r-riskju ta' aċċident kbir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew is-sid jieħu miżuri xierqa li jistgħu jinkludu, jekk din titqies meħtieġa, is-sospensjoni tal-attività rilevanti sakemm il-periklu jew ir-riskju jiġi kkontrollat b'mod adegwat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn jittieħdu tali miżuri, l-operatur jew is-sid jinnotifika, lill-awtorità kompetenti kif meħtieġ mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jittieħdu dawk il-miżuri.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun adatt, l-operaturi u s-sidien jieħdu miżuri xierqa biex jużaw mezzi jew proċeduri tekniċi adegwati sabiex jippromwovu l-affidabbiltà tal-ġbir u l-irrekordjar ta' data rilevanti u jipprevjenu l-possibbiltà li jiġu mmanipulati.

Artikolu 20

Operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore li jitwettqu barra l-Unjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kumpanniji reġistrati fit-territorju tagħhom u li qed iwettqu, huma stess jew permezz ta' sussidjarji, operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore barra l-Unjoni bħala detenturi ta' liċenzji jew operaturi biex jirrappurtawlhom, jekk jintalbu, iċ-ċirkostanzi ta' kwalunkwe aċċident kbir li kienu involuti fih.

2.   Fit-talba għal rapport skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri rilevanti għandhom jispeċifikaw id-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu skambjati skont l-Artikolu 27(1). L-Istati Membri li ma għandhom la awtorità kompetenti u lanqas punt ta' kuntatt għandhom jippreżentaw ir-rapporti li jirċievu lill-Kummissjoni.

Artikolu 21

Żgurar tal-konformità mal-qafas regolatorju għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien jikkonformaw mal-miżuri stabbiliti fir-rapport dwar perikli kbar u fil-pjanijiet imsemmijin fin-notifika ta' operazzjonijiet ta' bir u n-notifika tal-operazzjonijiet kombinati, ippreżentati skont il-punti (e), (h) u (i) tal-Artikolu 11(1) rispettivament.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien jipprovdu lill-awtorità kompetenti, jew lil persuni oħrajn li jaġixxu taħt id-direzzjoni tal-awtorità kompetenti, trasport lejn jew minn installazzjoni jew bastiment assoċjat ma' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass (inkluż it-trasport tat-tagħmir tagħhom) f'kull mument raġonevoli, kif ukoll akkomodazzjoni, ikliet, u ħtiġijiet oħra f'rabta maż-żjarat fl-installazzjonijiet, għall-finijiet tas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti, inklużi inspezzjonijiet, investigazzjonijiet u infurzar tal-konformità ma’ din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tiżviluppa pjanijiet annwali għal sorveljanza effettiva, inklużi spezzjonijiet, ta’ perikli kbar ibbażati fuq il-ġestjoni tar-riskji u tagħti importanza partikolari lill-konformità mar-rapport dwar perikli kbar, u dokumenti oħra ppreżentati skont l-Artikolu 11. L-effettività tal-pjanijiet għandha tiġi rieżaminata regolarment u l-awtorità kompetenti għandha twettaq kwalunkwe miżura biex ittejjibhom.

Artikolu 22

Rapportar kunfidenzjali ta’ tħassib dwar is-sikurezza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi mekkaniżmi biex:

(a)

jiġi rrappurtat b'mod kunfidenzjali t-tħassib dwar is-sikurezza u l-ambjent relatat ma' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore minn kwalunkwe sors; u

(b)

jiġu investigati tali rapporti filwaqt li tinżamm l-anonimità tal-individwi kkonċernati.

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi u s-sidien jikkomunikaw id-dettalji tal-arranġamenti nazzjonali għall-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 lill-impjegati tagħhom u lill-kuntratturi konnessi mal-operazzjoni u lill-impjegati tagħhom, u jiżguraw li r-referenza għar-rappurtar kunfidenzjali tiġi inkluża fit-taħriġ u l-avviżi rilevanti.

KAPITOLU V

TRASPARENZA U KONDIVIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI

Artikolu 23

Kondiviżjoni ta' informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien jagħtu lill-awtorità kompetenti, bħala minimu, l-informazzjoni deskritta fl-Anness IX.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni format komuni għar-rappurtar tad-data u d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi kondiviża. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 24

Trasparenza

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-Anness IX disponibbli pubblikament.

2.   Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ att ta' implimentazzjoni tiddetermina format komuni għall-pubblikazzjoni li bih ikun faċilment possibbli t-tqabbil transkonfinali tad-data. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2). Il-format komuni għall-pubblikazzjoni għandu jippermetti tqabbil affidabbli ta' prattiki nazzjonali skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 25.

Artikolu 25

Rappurtar dwar is-sikurezza u l-impatt ambjentali

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport annwali lill-Kummissjoni li jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IX, punt 3.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu awtorità biex tkun responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 23 u għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 24.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali bbażat fuq l-informazzjoni rrappurtata lilha mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1.

Artikolu 26

Investigazzjoni wara aċċident kbir

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu bidu għal investigazzjonijiet bir-reqqa ta’ aċċidenti kbar li jseħħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

2.   Għandha ssir disponibbli taqsira tas-sejbiet skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni meta tintemm l-investigazzjoni jew fi tmiem tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti legali kif adatt. L-Istati Membri għandhom jagħmlu verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sejbiet disponibbli pubblikament.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara l-investigazzjonijiet skont il-paragrafu 1, l-awtorita kompetenti timplimenta kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-investigazzjoni li tkun taqa' taħt is-setgħat tagħha li taġixxi.

KAPITOLU VI

KOOPERAZZJONI

Artikolu 27

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tiegħu regolarment tagħmel skambju ta' għarfien, informazzjoni u esperjenza ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn fost l-oħrajn permezz tal-Grupp ta’ Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għall-Attivitajiet taż-Żejt u tal-Gass li Jitwettqu lil hinn mill-Kosta (EUOAG), u li tkun involuta f'konsultazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti mal-industrija, partijiet interessati oħrajn u l-Kummissjoni.

Għall-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi riċevuta mill-punti ta' kuntatt maħtura skont l-Artikolu 32(1).

2.   L-iskambju ta' għarfien, informazzjoni u esperjenza skont il-paragrafu 1 għandu jikkonċerna, b’mod partikolari, il-funzjonament tal-miżuri għall-ġestjoni tar-riskji, il-prevenzjoni tal-aċċidenti kbar, il-verifika tal-konformità u r-rispons għal emerġenza relatati mal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore ġewwa l-Unjoni, kif ukoll barra mill-Unjoni fejn adatt.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorita kompetenti tiegħu tieħu sehem fl-istabbiliment ta' prijoritajiet konġunti ċari għat-tħejjija u l-aġġornament ta' standards u gwida sabiex jiġu identifikati u ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tal-aħjar prattiki fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

4.   Sad-19 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Istati Membri dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ta' esperti nazzjonali sabiex jaderixxu mal-funzjonijiet regolatorji skont din id-Direttiva li, jekk meħtieġ għandu jinkludi proposti sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess għal riżorsi esperti adegwati.

5.   Sad-19 ta’ Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali li għandhom stabbiliti fir-rigward tal-aċċess għall-għarfien, assi u riżorsi ta' esperti, inklużi l-ftehimiet formali skont l-Artikolu 8(6).

KAPITOLU VII

TĦEJJIJA U RISPONS GĦAL EMERĠENZA

Artikolu 28

Rekwiżiti għall-pjanijiet interni ta’ rispons għal emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza li għandhom jitħejjew mill-operatur jew is-sid skont l-Artikolu 14 u ppreżentati skont il-punt (g) tal-Artikolu 11(1):

(a)

jitwettqu mingħajr dewmien biex jirrispondu għal kwalunkwe aċċident kbir jew sitwazzjoni fejn ikun hemm riskju immedjat ta' aċċident kbir; u

(b)

ikunu konsistenti mal-pjan estern ta' rispons għal emerġenza msemmi fl-Artikolu 29.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur u s-sid jkollhom tagħmir u għarfien espert rilevanti għall-pjan intern ta' rispons għal emerġenza sabiex dak it-tagħmir u għarfien ikun disponibbli f'kull waqt, u jkun disponibbli kif meħtieġ mal-awtoritajiet responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pjan estern ta' rispons għal emerġenza tal-Istat Membru fejn japplika l-pjan estern ta' rispons għal emerġenza.

3.   Il-pjan intern ta' rispons għal emerġenza għandu jitħejja f'konformità mal-Anness I, parti 10, u jiġi aġġornat b'konsegwenza ta' kwalunkwe bidla materjali fir-rapport dwar perikli kbar jew fin-notifiki ppreżentati skont l-Artikolu 11. Kwalunkwe aġġornament ta' din ix-xorta għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti skont il-punt (g) tal-Artikolu 11(1) u għandha tingħata notifika dwaru lill-awtorità jew awtoritajiet rilevanti responsabbli għat-tħejjija tal-pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza għaż-żona kkonċernata.

4.   Il-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza għandu jkun integrat mal-miżuri l-oħra relatati mal-protezzjoni u s-salvataġġ tal-persunal mill-installazzjoni milquta sabiex ikun żgurat prospett tajjeb ta’ sikurezza personali u sopravvivenza.

Artikolu 29

Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza u tħejjija għal emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza li jkopru l-installazzjonijiet kollha taż-żejt u tal-gass offshore jew infrastrutturi konnessi u ż-żoni potenzjalment affettwati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw ir-rwol u l-obbligu finanzjarju tad-detenturi tal-liċenzji u l-operaturi fil-pjanijiet ta' rispons estern għal emerġenza.

2.   Il-pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza għandhom jitħejjew mill-Istat Membru f'kooperazzjoni mal-operaturi u s-sidien rilevanti u, kif adatt, mad-detenturi tal-liċenzji u mal-awtorità kompetenti, u għandhom iqisu l-pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza l-aktar aġġornati tal-installazzjonijiet eżistenti jew ippjanati jew l-infrastruttura konnessa fiż-żona koperta mill-pjan estern ta' rispons għam emerġenza.

3.   Il-pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza għandhom jitħejjew f'konformità mal-Anness VII, u għandhom isiru disponibbli għall-Kummissjoni, għal Stati Membri oħra potenzjalment affettwati u għall-pubbliku. Meta jagħmlu disponibbli l-pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mogħtija ma toħloqx riskji għas-sikurezza u s-sigurtà tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u l-operazzjoni tagħhom u ma tkunx ta' ħsara għall-interessi ekonomiċi tal-Istati Membri jew is-sikurezza u l-benessri personali tal-uffiċjali tal-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jilħqu livell għoli ta’ kompatibbiltà u interoperabbiltà fit-tagħmir u l-għarfien espert għar-rispons bejn l-Istati Membri kollha f’reġjun ġeografiku, u aktar ’il bogħod meta jkun adatt. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-industrija biex tiżviluppa tagħmir ta’ rispons u servizzi kuntrattati li jkunu kompatibbli u interoperabbli fir-reġjun ġeografiku kollu.

5.   L-Istati Membri għandhom iżommu dokumentazzjoni tat-tagħmir u s-servizzi ta' rispons għal emerġenza skont l-Anness VIII, punt 1. Din id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri l-oħra potenzjalment affettwati u għall-Kummissjoni u, fuq bażi reċiproka, għall-pajjiżi terzi ġirien.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien għandhom regolarment jittestjaw it-tħejjija tagħhom biex jirrispondu b'mod effettiv għal inċidenti kbar f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn adatt, il-punti ta' kuntatt jiżviluppaw xenarji ta' kooperazzjoni għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Tali xenarji jistgħu jiġu vvalutati regolarment u aġġornati kif meħtieġ.

Artikolu 30

Rispons għal emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur jew, jekk xieraq, is-sid jinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet rilevanti b'aċċident kbir jew b'sitwazzjoni fejn hemm riskju immedjat li tikkawża aċċident kbir. Dik in-notifika għandha tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi, inkluż, fejn possibbli, l-oriġini u l-impatt potenzjali fuq l-ambjent u l-konsegwenzi potenzjali kbar.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ li jkun hemm aċċident kbir, l-operatur jew is-sid jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprevjenu l-eskalazzjoni u jillimitaw il-konsegwenzi tiegħu. L-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri jistgħu jgħinu lill-operatur jew lis-sid, inkluż billi jipprovdu riżorsi addizzjonali.

3.   Matul ir-rispons għal emerġenza, l-Istat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal investigazzjoni bir-reqqa tal-inċident skont l-Artikolu 26(1).

KAPITOLU VIII

EFFETTI TRANSKONFINALI

Artikolu 31

Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom

1.   Fejn Stat Membru jqis li periklu kbir relatat ma' operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore li għandhom isiru taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu x'aktarx ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor, huwa għandu, qabel il-bidu tal-operazzjonijiet, jibgħat l-informazzjoni rilevanti lill-Istat Membru potenzjalment affettwat u għandu jistinka, flimkien ma' dak l-Istat Membru, biex jadotta miżuri biex jipprevjeni l-ħsarat.

L-Istati Membri li jikkunsidraw lilhom infushom potenzjalment affettwati, jistgħu jitolbu l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu għandha sseħħ l-operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore, biex jippreżentalhom l-informazzjoni rilevanti kollha. Dawk l-Istati Membri jistgħu jevalwaw l-effettività tal-miżuri b'mod konġunt, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-funzjonijiet regolatorji tal-awtorita' kompetenti li jkollha l-ġurisdizzjoni għall-operazzjoni kkonċernata skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 8(1).

2.   Il-perikli kbar identifikati skont il-paragrafu 1 għandhom jitqiesu fil-pjanijiet interni u esterni għal emerġenza biex jiġi ffaċilitat rispons effettiv konġunt għal aċċident kbir.

3.   Fejn ikun hemm ir-riskju li effetti transkonfinali prevedibbli ta' aċċidenti kbar jaffettwaw pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi reċiproka, jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lill-pajjiżi terzi.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom il-miżuri relatati ma' żoni barra mill-Unjoni sabiex jevitaw effetti potenzjalment negattivi ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

5.   L-Istati Membri għandhom regolarment jittestjaw it-tħejjija tagħhom biex jirrispondu b’mod effettiv għal inċidenti f’kooperazzjoni mal-Istati Membri potenzjalment affettwati, Aġenziji rilevanti tal-Unjoni u, fuq bażi reċiproka, pajjiżi terzi potenzjalment affettwati. Il-Kummissjoni tista’ tikkontribwixxi għal eżerċizzji ffokati fuq l-ittestjar ta' mekkaniżmi ta' emerġenza transkonfinali.

6.   Fil-każ ta’ aċċident kbir, jew ta’ theddida imminenti ta’ dan, li kellu jew li jista' jkollu effetti transkonfinali, l-Istat Membru li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jkun seħħ l-aċċident kbir jew it-theddida imminenti tiegħu għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni u lil dawk l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi li jistgħu jkunu affettwati mill-aċċident kbir u għandu kontinwament jipprovdi informazzjoni rilevanti għal rispons effettiv għal emerġenza.

Artikolu 32

Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom

1.   L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jaħtru punt ta' kuntatt sabiex ikollhom skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri rilevanti li jinsabu ħdejhom.

2.   L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom japplikaw l-Artikolu 29 (4) u (7) sabiex jiżguraw li tkun stabbilita kapaċità adegwata ta' rispons fil-każ li jiġu affettwati minn inċident kbir.

3.   L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jikkoordinaw l-ippjanar ta' kontinġenza nazzjonali tagħhom fl-ambjent tal-baħar ma' Stati Membri rilevanti oħrajn sa fejn meħtieġ biex jiżguraw l-aktar rispons effettiv għal aċċident kbir.

4.   Fejn Stat Membru li m'għandux operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jiġi affettwat minn aċċident kbir, huwa għandu:

(a)

jieħu l-miżuri adatti kollha, f'konformità mal-ippjannar ta' kontinġenza nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3;

(b)

jiżgura li kwalunkwe informazzjoni li hija taħt il-kontroll tiegħu u hija disponibbli fil-ġurisdizzjoni tiegħu li tista' tkun rilevanti għal investigazzjoni sħiħa tal-aċċident kbir tingħata jew issir aċċessibbli meta tintalab lill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-investigazzjoni skont l-Artikolu 26.

Artikolu 33

Approċċ koordinat għas-sikurezza ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f'livell internazzjonali

1.   Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali rilevanti, għandha tippromwovi l-kooperazzjoni ma’ pajjizi terzi li jwettqu operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-istess reġjuni tal-baħar bħall-Istati Membri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u pajjiżi terzi ħdejhom b'operazzjonijiet simili sabiex jiġu promossi miżuri preventivi u pjanijiet ta’ rispons għal emerġenza reġjonali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippromwovi standards għoljin ta' sikurezza għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f'livell internazzjonali f’fora globali u reġjonali rilevanti, inkluż dawk marbuta mal-ilmijiet tal-Artiku.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sad-19 ta’ Lulju 2015 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 35

Setgħat iddelegati tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 36 sabiex tadatta l-Annessi I, II, VI u VII biex jinkludu aktar informazzjoni li tista' tkun meħtieġa fid-dawl tal-progress tekniku. Adattamenti bħal dawn m'għandhomx iwasslu għal bidliet sostanzjali fl-obbligi kif stipulat f'din id-Direttiva.

Artikolu 36

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kundizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 35 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-18 ta’ Lulju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi taċitament estiża għal perijodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn erba' xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 35 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha twaqqaf id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha għandha tinnotifika dan, simultanjament, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 35 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 37

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 38

Emenda għad-Direttiva 2004/35/KE

1.   Fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/35/KE, punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

‘(b)

‘ħsara lill-ilma’, li hija kwalunkwe ħsara li taffettwa ħażin b’mod sinifikanti

(i)

l-istatus ekoloġiku, kimiku jew kwantitattiv jew il-potenzjal ekoloġiku, kif iddefiniti fid-Direttiva 2000/60/KE, tal-ilmijiet kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-effetti ħżiena meta japplika l-Artikolu 4(7) ta’ dik id-Direttiva, jew

(ii)

l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar ikkonċernati, kif iddefiniti fid-Direttiva 2008/56/KE, safejn aspetti partikolari tal-istatus ambjentali tal-ambjent tal-baħar mhumiex diġà indirizzati permezz tad-Direttiva 2000/60/KE;’

2.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafu 1 sad-19 ta’ Lulju 2015. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Artikolu 39

Rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

1.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2014, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar id-disponibbiltà ta' strumenti ta' garanzija finanzjarja, u dwar il-ġestjoni tat-talbiet għal kumpens, kif xieraq, flimkien ma’ proposti.

2.   Il-Kummissjoni għandha sad-19 ta’ Lulju 2015, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport, dwar il-valutazzjoni tagħha tal-effettività tar-regimi tar-responsabbiltà fl-Unjoni fir-rigward tal-ħsarat ikkawżati minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar l-adegwatezza tat-twessiegħ tad-dispożizzjonijiet tar-responsabbiltà. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti.

3.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-adegwatezza li tpoġġi ċertu kondotta li twassal għal aċċident kbir taħt l-ambitu tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (23). Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2014, tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn xieraq akkumpanjat minn proposti leġislattivi, dment li l-informazzjoni xierqa tkun disponibbli mill-Istati Membri.

Artikolu 40

Rapport u rieżami

1.   Mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tieħu kont debitu tal-isforzi u l-esperjenzi tal-awtoritajiet kompetenti, tevalwa l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.   Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konklużjonijiet ta' dik l-evalwazzjoni. Dak ir-rapport għandu jinkludi kull proposta xierqa eventwali biex tiġi emendata din id-Direttiva.

Artikolu 41

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-19 ta’ Lulju 2015.

Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir referenza bħal din għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u suġġett għal paragrafu 5,l-Istati Membri b'ilmijiet offshore li m'għandhomx operazzjonijiet ta' żejt u gass offshore skont il-ġurisdizzjoni tagħhom, u li ma jippjanawx li jilliċenzjaw operazzjonijiet bħal dawn, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan u jkunu obbligati jdaħħlu fis-seħħ, sad-19 ta’ Lulju 2015, biss dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 20a, 32 u 34. Tali Stati Membri ma jistgħux jilliċenzjaw operazzjonijiet bħal dawn qabel ma jkunu ttrasponew u implimentaw id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva u għarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

4.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u suġġett għal paragrafu 5, Stati Membri mingħajr kosta għandhom ikunu jkunu obbligati jdaħħlu fis-seħħ, sad-19 ta’ Lulju 2015, biss dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 20.

5.   B'deroga mill-paragrafi 1, 3 u 4, fejn, fit-18 ta’ Lulju 2013, l-ebda kumpannija li twettaq operazzjonijiet koperti mill-Artikolu 20 ma tkun irreġistrata fi Stat Membru li jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 3 jew 4, dak l-Istat Membru għandu jkun obbligat li jdaħħal fis-seħħ dawk il-miżuri li huma meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformita mal-Artikolu20 biss minn 12-il xahar wara kwalunkwe reġistrazzjoni aktar tard ta' kumpannija ta' dan it-tip f' dak l-Istat Membru jew sad-19 ta’ Lulju 2015, skont liema hu l-aktar tard.

Artikolu 42

Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni

1.   B'rabta mas-sidien, operaturi ta' installazzjonijiet ta' produzzjoni ppjanati u operaturi li qed jippjanaw jew jeżegwixxu operazzjonijiet ta' bjar, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont l-Artikolu 41 sad-19 ta’ Lulju 2016.

2.   B'rabta mal-installazzjonijiet eżistenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont l-Artikolu 41 mid-data tar-reviżjoni regolatorja skedata tad-dokumentazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Lulju 2018.

Artikolu 43

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 44

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. CREIGHTON


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 125.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2013.

(3)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(4)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.

(5)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(6)  ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(7)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(8)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

(9)  ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.

(10)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1.

(11)  ĠU L 348, 28.11.1992, p. 9.

(12)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(13)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(14)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2012 dwar it-twaqqif tal-Grupp ta’ Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għall-attivitajiet taż-żejt u tal-gass li jitwettqu lil hinn mill-kosta (ĠU C 18, 21.1.2012, p. 8).

(15)  Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

(16)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9.

(17)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/5/UE tas-17 ta’ Diċembru 2012 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis ikkaġunat mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-blata kontinentali, qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu (ĠU L 4, 9.1.2013, p. 13).

(18)  ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1.

(19)  Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(20)  Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(21)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(22)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(23)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28.


ANNESS I

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokumenti ppreżentati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11

1.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' DISINN JEW RILOKAZZJONI GĦAL INSTALLAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

In-notifika ta' disinn u n-notifika ta' rilokazzjoni għal installazzjoni tal-produzzjoni li għandha tiġi ppreżentata skont il-punti (c) u (j) tal-Artikolu 11(1) rispettivament għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-installazzjoni;

(2)

deskrizzjoni tal-proċess ta' disinn għall-operazzjonijiet u s-sistemi tal-produzzjoni, minn kunċett inizjali għad-disinn ippreżentat jew l-għażla ta’ installazzjoni eżistenti, l-istandards rilevanti użati, u l-kunċetti ta' disinn inklużi fil-proċess;

(3)

deskrizzjoni tal-kunċett tad-disinn magħżul b'rabta max-xenarji ta’ perikli kbar għall-installazzjoni partikolari u l-lokazzjoni tagħha, u l-karatteristiċi ta’ kontroll tar-riskju primarju;

(4)

dimostrazzjoni li l-kunċett jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji ta’ perikli kbar sa livell aċċettabbli;

(5)

deskrizzjoni tal-installazzjoni u l-kundizzjonijiet fil-lokazzjoni intenzjonata tagħha;

(6)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;

(7)

deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet ta’ perikli kbar li għandhom jitwettqu;

(8)

deskrizzjoni ġenerali tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza u dik ambjentali li biha ser tinżamm l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll maħsuba għar-riskju ta’ aċċident kbir;

(9)

deskrizzjoni tal-iskemi ta’ verifika indipendenti u lista inizjali ta’ elementi kritiċi ambjentali u ta' sikurezza u l-prestazzjoni meħtieġa tagħhom;

(10)

fejn installazzjoni tal-produzzjoni eżistenti għandha titmexxa għal lokazzjoni ġdida biex isservi operazzjoni tal-produzzjoni differenti, ġustifikazzjoni li turi li l-installazzjoni hija xierqa għall-operazzjoni ta’ produzzjoni proposta;

(11)

fejn installazzjoni mhux tal-produzzjoni għandha tinbidel biex tintuża bħala installazzjoni tal-produzzjoni, ġustifikazzjoni li turi li l-installazzjoni hija xierqa għall-tali konverżjoni.

2.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'RAPPORT DWAR PERIKLI KBAR GĦALL-OPERAZZJONI TA' INSTALLAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

Rapporti dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 12 u jiġu ppreżentati skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

deskrizzjoni tal-kunsiderazzjoni tar-rispons tal-awtorità kompetenti għan-notifika tad-disinn;

(2)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-installazzjoni;

(3)

taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar;

(4)

deskrizzjoni tal-installazzjoni u kwalunkwe assoċjazzjoni ma’ installazzjonijiet jew infrastruttura oħra konnessi, inklużi l-bjar;

(5)

dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom ġew ivvalutati, inklużi kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u li l-miżuri ta' kontroll tagħhom fosthom elementi kritiċi assoċjati ambjentali u ta' sikurezza huma xierqa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċident kbir sa livell aċċettabbli; din id-dimostrazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effikaċja ta' rispons għal tixrid ta’ żejt;

(6)

deskrizzjoni tat-tipi ta' operazzjonijiet b'potenzjal ta’ periklu kbir li għandhom jitwettqu, u l-għadd massimu ta’ persuni li jistgħu jkunu fuq l-installazzjoni fi kwalunkwe ħin;

(7)

deskrizzjoni tat-tagħmir u l-arranġamenti biex ikun żgurat il-kontroll tal-bjar, is-sikurezza tal-proċess, it-trażżin ta' sustanzi perikolużi, il-prevenzjoni ta' nar u splużjonijiet, il-protezzjoni tal-ħaddiema minn sustanzi perikolużi, u l-protezzjoni tal-ambjent minn aċċident kbir fil-bidu tiegħu;

(8)

deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-protezzjoni ta' persuni fuq l-installazzjoni minn perikli kbar, u biex ikunu żgurati l-ħelsien, l-evakwazzjoni u s-salvataġġ sikuri tagħhom u arranġamenti għall-manutenzjoni tas-sistemi ta’ kontroll biex tiġi evitata ħsara għall-installazzjoni u l-ambjent fil-każ li l-persunal kollu jiġi evakwat;

(9)

kodiċi, standards u gwida rilevanti użati fil-bini u l-kummissjoni tal-installazzjoni;

(10)

informazzjoni dwar is-sikurezza tal-operatur u s-sistema ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza, li hija rilevanti għall-installazzjoni tal-produzzjoni;

(11)

pjan intern ta’ rispons għal emerġenza jew deskrizzjoni adegwata tiegħu;

(12)

deskrizzjoni tal-iskema ta' verifika indipendenti;

(13)

kwalunkwe dettalji rilevanti oħra, pereżempju meta żewġ installazzjonijiet jew aktar joperaw f’kombinazzjoni b’mod li jaffettwa l-potenzjal ta’ periklu kbir ta’ xi waħda minnhom jew tal-installazzjonijiet kollha;

(14)

kwalunkwe informazzjoni rilevanti għal rekwiżiti oħra taħt din id-Direttiva miksuba skont ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar tad-Direttiva 92/91/KEE;

(15)

f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-installazzjoni, kull informazzjoni marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent rilevanti għal rekwiżiti oħra f'din id-Direttiva, miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE;

(16)

valutazzjoni tal-effetti ambjentali potenzjali identifikati li jirriżultaw mit-telf ta' trażżin ta' sustanzi li jniġġsu li jirriżultaw wara aċċident kbir, u deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi u dawk mhux tekniċi previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu jew jikkumpensaw għalihom, inkluż il-monitoraġġ.

3.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'RAPPORT DWAR IL-PERIKLI KBAR GĦAL INSTALLAZZJONI MHUX TAL-PRODUZZJONI

Rapporti dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 13 u jiġu ppreżentati skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-isem u l-indirizz tas-sid;

(2)

taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar;

(3)

deskrizzjoni tal-installazzjoni u, fil-każ ta’ installazzjoni mobbli, deskrizzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tagħha bejn il-lokazzjonijiet, u s-sistema ta' stazzjonar tagħha;

(4)

deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet b'potenzjal ta’ periklu kbir li l-installazzjoni hija kapaċi twettaq, u l-għadd massimu ta' persuni li jistgħu jkunu fuq l-installazzjoni fi kwalunkwe ħin;

(5)

dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom ġew ivvalutati, inklużi kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri u li l-miżuri għall-kontroll tagħhom fosthom elementi kritiċi assoċjati mas-sikurezza u l-ambjent huma xierqa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċident kbir sa livell aċċettabbli; din id-simostrazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effikaċja ta' kwalunkwe rispons għal tixrid ta’ żejt;

(6)

deskrizzjoni tal-impjant u l-arranġamenti biex ikun żgurat il-kontroll tal-bjar, is-sikurezza tal-proċess, it-trażżin ta' sustanzi perikolużi, il-prevenzjoni ta' nar u splużjonijiet, il-protezzjoni tal-ħaddiema minn sustanzi perikolużi, u l-protezzjoni tal-ambjent minn aċċident kbir;

(7)

deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-protezzjoni ta' persuni fuq l-installazzjoni minn perikli kbar, u biex ikunu żgurati l-ħelsien, l-evakwazzjoni u s-salvataġġ sikuri tagħhom, u arranġamenti għall-manutenzjoni tas-sistemi ta’ kontroll biex tkun evitata ħsara għall-installazzjoni u l-ambjent fil-każ li l-persunal kollu jiġi evakwat;

(8)

kodiċi, standards u gwida rilevanti użati fil-bini u l-kummissjoni tal-installazzjoni;

(9)

dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati għall-attivitajiet kollha li l-installazzjoni hija kapaċi twettaq, u li r-riskju ta’ aċċident kbir jitnaqqas sa livell aċċettabbli;

(10)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;

(11)

informazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza li hija rilevanti għall-installazzjoni mhux tal-produzzjoni;

(12)

pjan intern ta’ rispons għal emerġenza jew deskrizzjoni adegwata tiegħu;

(13)

deskrizzjoni tal-iskema ta' verifika indipendenti;

(14)

kwalunkwe dettalji rilevanti oħra, pereżempju meta żewġ installazzjonijiet jew aktar joperaw f’kombinazzjoni b’mod li jaffettwa l-potenzjal ta’ periklu kbir ta’ xi waħda minnhom jew tal-installazzjonijiet kollha;

(15)

f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-installazzjoni, kull informazzjoni miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent rilevanti għal rekwiżiti oħra f'din id-Direttiva, miksuba skont din id-Direttiva;

(16)

valutazzjoni tal-effetti ambjentali potenzjali identifikati li jirriżultaw mit-telf ta' trażżin ta' sustanzi li jniġġsu li jirriżultaw wara aċċident kbir, u deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi u dawk mhux tekniċi previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu jew jimmitigawhom, inkluż il-monitoraġġ.

4.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' OPERAZZJONIJIET TA' BJAR

Notifiki ta’ operazzjonijiet ta' bjar li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 15 u tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-isem u l-indirizz tal- operatur tal-bir;

(2)

l-isem tal-installazzjoni li għandha tintuża u l-isem u l-indirizz tas-sid jew, fil-każ ta' installazzjoni ta' produzzjoni, il-kuntrattur li għamel l-attivitajiet tat-tħaffir;

(3)

dettalji li jidentifikaw il-bir u kwalunkwe assoċjazzjoni ma’ installazzjonijiet u infrastruttura konnessi;

(4)

informazzjoni dwar il-programm ta' ħidma tal-bir, inkluż il-perijodu ta' tħaddim tiegħu, dettalji u verifika tal-ostakli kontra t-telf tal-kontroll tal-bir (tagħmir, fluwidi tat-tħaffir u siment eċċ), il-kontroll direzzjonali tal-passaġġ tal-bir, u l-limitazzjonijiet għal operazzjonijiet sikuri f’konformità mal-ġestjoni tar-riskju;

(5)

fil-każ ta’ bir eżistenti, informazzjoni dwar l-istorja, u l-kundizzjoni tiegħu;

(6)

kwalunkwe dettalji li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir tas-sikurezza li għandu jintuża u li mhuwiex deskritt fir-rapport attwali dwar perikli kbar għall-installazzjoni;

(7)

valutazzjoni tar-riskju li tinkorpora deskrizzjoni ta’:

(a)

il-perikli partikolari marbuta mal-operazzjoni tal-bir inkluż kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta' qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri;

(b)

il-perikli ta’ taħt il-wiċċ;

(c)

kwalunkwe operazzjoni fil-wiċċ jew taħt il-baħar li tintroduċi potenzjal simultanju ta’ periklu kbir;

(d)

miżuri xierqa ta’ kontroll;

(8)

deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni tal-bir fi tmiem l-operazzjonijiet – jiġifieri abbandun permanenti jew temporanju; u jekk it-tagħmir tal-produzzjoni jkunx tqiegħed fil-bir għal użu futur;

(9)

fil-każ ta’ modifika għal notifika ta’ operazzjonijiet ta' bir ippreżentata qabel, biżżejjed dettalji biex tkun aġġornata bis-sħiħ in-notifika;

(10)

meta bir għandu jinbena, jiġi modifikat jew issirlu manutenzjoni permezz ta’ installazzjoni mhux tal-produzzjoni, informazzjoni addizzjonali kif ġej:

(a)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;

(b)

deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali li tqiesu fil-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza għall-installazzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-arranġamenti għar-rispons għal emerġenza inkluż arranġamenti għar-rispons f'każijiet ta' inċidenti ambjentali li mhumiex deskritti fir-rapport dwar perikli kbar, u;

(d)

deskrizzjoni ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni tal- operatur tal-bir u s-sid għandhom jiġu kkoordinati biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-perikli kbar f’kull ħin.

(11)

rapport bis-sejbiet tal-eżami indipendenti tal-bir, inkluża stqarrija mill-operatur tal-bir, wara li jitqies ir-rapport u s-sejbiet tal-eżami indipendenti tal-bir mill-verifikatur indipendenti, li l-ġestjoni tar-riskju marbuta mad-disinn tal-bir u l-ostakli tiegħu għat-telf ta' kontroll huma xierqa għall-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi antiċipati kollha;

(12)

l-informazzjoni rilevanti għal din id-Direttiva miksuba skont ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar tad-Direttiva 92/91/KEE;

(13)

f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet ta' bjar li għandhom jitwettqu, kull informazzjoni rilevanti għal rekwiżiti oħra ta' din id-Direttiva miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent.

5.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA B'RABTA MA' SKEMA TA' VERIFIKA

Deskrizzjonijiet li ghandhom iġu ppreżentati skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(1) fir-rigward ta' skemi ta' verifika indipendenti li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 17(1) għandha tinkludi:

(a)

stqarrija mill-operatur jew is-sid li ssir wara li jitqies ir-rapport tal-verifikatur indipendenti li r-rekord ta' elementi kritiċi ta' sikurezza u l-iskema ta' manteniment tagħhom kif speċifikat fir-rapport dwar perikli kbar huma jew ser ikunu xierqa;

(b)

deskrizzjoni tal-iskema ta’ verifika inkluża l-għażla ta' verifikaturi indipendenti, il-mezzi ta' verifika li l-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali u kwalunkwe impjant speċifikat fl-iskema jibqgħu f'tiswija u kundizzjoni tajba;

(c)

deskrizzjoni tal-mezzi ta’ verifika msemmija fil-punt (b) li għandhom jinkludu dettalji tal-prinċipji li ser jiġu applikati biex jitwettqu l-funzjonijiet fl-iskema u biex l-iskema tinżamm taħt reviżjoni matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-installazzjoni inkluż:

(i)

l-eżami u t-testijiet tal-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali minn verifikaturi indipendenti u kompetenti;

(ii)

il-verifika tad-disinn, l-istandard, iċ-ċertifikazzjoni jew sistema oħra ta’ konformità tal-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali;

(iii)

l-eżami tal-ħidma li tkun għaddejja;

(iv)

ir-rappurtaġġ ta' kull każ ta' nuqqas ta' konformità;

(v)

azzjonijiet ta' rimedju meħuda mill-operatur jew mis-sid.

6.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FIR-RIGWARD TA' BIDLA MATERJALI GĦAL INSTALLAZZJONI, INKLUŻ IT-TNEĦĦIJA TA' INSTALLAZZJONI FISSA

Fejn bidliet materjali għandhom isiru lill-installazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 13(4), ir-rapport dwar perikoli kbar li jkun jinkorpora l-bidliet materjali li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (f) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-isem u l-indirizz tal-operatur jew tas-sid;

(2)

taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport rivedut dwar perikli kbar;

(3)

biżżejjed dettalji biex jiġi aġġornat kollu r-rapport preċedenti dwar perikli kbar u l-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza assoċjat għall-installazzjoni u biex juru li r-riskji ta’ perikli kbar jonqsu għal livell aċċettabbli;

(4)

fil-każ tat-twaqqif mill-użu ta’ installazzjoni tal-produzzjoni fissa:

(a)

il-mezzi tal-iżolament tas-sustanzi perikolużi kollha u fil-każ ta’ bjar konnessi mal-installazzjoni, l-issiġillar permanenti tal-bjar mill-installazzjoni u l-ambjent;

(b)

deskrizzjoni tar-riskji ta’ perikli kbar assoċjati mad-dekummissjonament tal-installazzjoni għall-ħaddiema u l-ambjent, il-popolazzjoni totali esposta, u l-miżuri ta’ kontroll tar-riskju;

(c)

l-arranġamenti tar-rispons għal emerġenza biex jinkisbu evakwazzjoni u salvataġġ sikuri tal-persunal u biex jinżammu sistemi ta' kontroll biex jiġi evitat aċċident kbir għall-ambjent.

7.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' OPERAZZJONIJIET KOMBINATI

In-notifika ta’ operazzjonijiet kombinati li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 16 u li għandu jiġu ppreżentati skont il-punt (i) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun qed jippreżenta n-notifika;

(2)

fil-każ li operaturi jew sidien oħra huma involuti fl-operazzjonijiet kombinati l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, inkluża konferma li huma jaqblu mal-kontenut tan-notifika;

(3)

deskrizzjoni, fil-forma ta’ dokument ta’ assoċjazzjoni awtorizzat mill-partijiet kollha għad-dokument, ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni għall-installazzjonijiet involuti fl-operazzjoni kombinata ser ikunu koordinati sabiex jitnaqqas ir-riskji ta’ aċċident kbir għal livell aċċettabbli;

(4)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe tagħmir li għandu jintuża b’rabta mal-operazzjoni kombinata imma li mhuwiex deskritt fir-rapport dwar perikli kbar attwali għal kwalunkwe mill-installazzjonijiet involuti fl-operazzjonijiet kombinati;

(5)

taqsira tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operaturi u s-sidien kollha involuti fl-operazzjonijiet kombinati, li għandha tinkludi:

(a)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe operazzjoni matul l-operazzjoni kombinata li tista’ tinvolvi perikli bil-potenzjal li toħloq aċċident kbir f'installazzjoni jew b'rabta magħha;

(b)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ kontroll tar-riskju introdotta bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju;

(6)

deskrizzjoni tal-operazzjoni kombinata u programm ta’ ħidma.

8.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA FIR-RIGWARD TA' POLITIKA KORPORATTIVA TA' PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR

Il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 19(1) u li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(1) għandha tinkludi iżda ma tkunux limitati għal:

(1)

ir-responsabbiltà f'livell ta' bord korporattiv li tiġi żgurata, fuq bażi kontinwa, li l-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar hija xierqa, implimentata, u taħdem kif intenzjonat;

(2)

miżuri għall-bini u ż-żamma ta' kultura b'saħħitha ta' sikurezza bi probabbiltà għolja ta' tħaddim sikur kontinwu;

(3)

il-livell u l-intensità tal-verifika tal-proċess;

(4)

miżuri għall-ippremjar u r-rikonoxximent ta' mġiba mixtieqa;

(5)

l-evalwazzjoni tal-ħiliet u l-għanijiet tal-kumpannija;

(6)

miżuri għaż-żamma ta' standards ta' sikurezza u ħarsien tal-ambjent bħala valur ewlieni tal-kumpanniji;

(7)

sistemi formali ta’ kmand u kontroll li jinkludu lill-membri tal-bord u l-amministrazzjoni għolja tal-kumpannija;

(8)

l-approċċ għall-kompetenza fil-livelli kollha tal-kumpannija.

(9)

l-estent safejn il-partikolaritajiet (1) - (8) huma applikati fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore mwettqa barra l-Unjoni.

9.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FIR-RIGWARD TA' SISTEMA TA' ĠESTJONI AMBJENTALI U TAS-SIKUREZZA

Is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 19(3) u li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(1) għandha tinkludi iżda ma tkunux limitati għal:

(1)

l-istruttura tal-organizzazzjoni u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal;

(2)

l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ perikli kbar kif ukoll il-probabbiltà u l-konsegwenzi potenzjali tagħhom;

(3)

l-integrazzjoni tal-impatt ambjentali f’valutazzjonijiet tar-riskju ta’ aċċidenti kbar fir-rapport dwar perikli kbar;

(4)

kontrolli ta’ perikli kbar matul operazzjonijiet normali;

(5)

ġestjoni tal-bidla;

(6)

pjanifikazzjoni u rispons għal emerġenza;

(7)

limitazzjoni tal-ħsara lill-ambjent;

(8)

monitoraġġ tal-prestazzjoni;

(9)

arranġamenti ta' verifika u reviżjoni; u

(10)

il-miżuri fis-seħħ għall-parteċipazzjoni f'konsultazzjonijiet tripartitiċi u kif l-azzjonijiet li jirriżultaw minn dawk il konsultazzjonijiet jiġu implimentati.

10.   INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FI PJAN INTERN TA' RISPONS GĦAL EMERĠENZA

Pjanijiet interni ta’ rispons għal emerġenza li għandhom jiġu mħejjija skont l-Artikolu 14 u li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (g) tal-Artikolu 11(1) għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għal:

(1)

l-ismijiet u l-karigi tal-persuni awtorizzati biex jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ rispons għal emerġenza u l-persuna li tmexxi r-rispons intern għal emerġenza;

(2)

l-isem u l-kariga tal-persuna responsabbli għall-komunikazzjoni mal-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-pjan estern ta’ rispons għal emerġenza;

(3)

deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti prevedibbli kollha li jistgħu joħolqu aċċident kbir, kif deskritt fir-rapport dwar perikli kbar li miegħu huwa mehmuż il-pjan;

(4)

deskrizzjoni tal-azzjonijiet li ser jittieħdu biex ikunu kkontrollati l-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti li jistgħu jikkawżaw aċċident kbir u biex ikunu limitati l-konsegwenzi tagħhom;

(5)

deskrizzjoni tat-tagħmir u r-riżorsi disponibbli, inkluż għat-trażżin (capping) ta’ kwalunkwe tixrid potenzjali;

(6)

l-arranġamenti biex jiġu limitati r-riskji għall-persuni fuq l-installazzjoni u għall-ambjent, inkluż kif għandhom jingħataw it-twissijiet u l-azzjonijiet li mistennija jieħdu l-persuni malli jirċievu t-twissija;

(7)

fil-każ ta' operazzjonijiet kombinati, l-arranġamenti li jikkoordinaw mal-arranġamenti ta' ħelsien, evakwazzjoni u salvataġġ bejn l-installazzjonijiet ikkonċernati, biex ikun żgurat prospett tajjeb ta’ sopravvivenza għall-persuni fuq l-installazzjonijiet waqt aċċident kbir;

(8)

stima tal-effikaċja tar-rispons għat-tixrid taż-żejt. Il-kundizzjonijiet ambjentali li għandhom jiġu kkunsidrati f’din l-analiżi tar-rispons għandhom jinkludu:

(i)

it-temp, inkluż ir-riħ, il-viżibbiltà, ix-xita u t-temperatura;

(ii)

kundizzjonijiet tal-baħar, il-mareat u l-kurrenti;

(iii)

il-preżenza ta’ silġ u residwi;

(iv)

sigħat ta' dawl tal-jum; u

(v)

kundizzjonijiet ambjentali oħra magħrufin li jistgħu jinfluwenzaw l-effiċjenza tat-tagħmir ta’ rispons jew l-effettività ġenerali ta’ sforz ta’ rispons;

(9)

l-arranġamenti biex tingħata twissija bikrija dwar aċċident kbir lill-awtoritajiet responsabbli biex jibdew il-pjan estern ta’ rispons għal emerġenza, it-tip ta’ informazzjoni li għandu jkun fiha twissija inizjali u l-arranġamenti għall-għoti ta’ informazzjoni aktar dettaljata kif din issir disponibbli;

(10)

l-arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal fid-dmirijiet li ser ikunu mistennija jwettqu, u fejn meħtieġ il-koordinazzjoni ta’ dan ma’ dawk li esternament iwieġbu għal emerġenza;

(11)

l-arranġamenti għall-koordinazzjoni tar-rispons intern ta’ emerġenza mar-rispons estern ta’ emerġenza;

(12)

Evidenza ta’ valutazzjonijiet preċedenti ta’ kwalunkwe sustanza kimika użata biex tferrex li jkunu twettqu sabiex jimminimizzaw l-implikazzjonijiet għas-saħħa pubblika u kwalunkwe ħsara ambjentali ulterjuri.


ANNESS II

Rapporti ta' operazzjonijiet ta' bjar li għandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 15(4)

LIr-rapporti li għandom jiġu ppreżentati lill-awtorita' kompetenti skont l-Artikolu 15(4) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-bir;

(2)

l-isem tal-installazzjoni u l-isem u l-indirizz tal-operatur jew tas-sid tal-installazzjoni;

(3)

dettalji li jidentifikaw il-bir u kwalunkwe assoċjazzjoni ma’ installazzjonijiet jew infrastruttura konnessi;

(4)

taqsira tal-operazzjonijiet imwettqa mill-bidu tal-operazzjonijiet jew mill-aħħar rapport;

(5)

id-dijametru u l-fond vertikali veru u mkejjel ta’:

(a)

kwalunkwe toqba mħaffra; u

(b)

kwalunkwe qoxra rinfurzata installata;

(6)

id-densità tal-fluwidu tat-tħaffir fiż-żmien li fih isir ir-rapport; u

(7)

fil-każ ta’ operazzjonijiet marbuta ma’ bir eżistenti, l-istat operazzjonali attwali tiegħu.


ANNESS III

Dispożizzjonijiet marbutin mal-ħatra u t-tħaddim tal-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 8 u 9

1.   DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAL-ISTATI MEMBRI

(1)

Għall-finijiet tal-ħatra ta’ awtorità kompetenti responsabbli mid-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom mill-inqas iwettqu dan li ġej:

(a)

jagħmlu arranġamenti organizzattivi li jippermettu li d-dmirijiet kollha mogħtija lill-awtorità kompetenti f’din id-Direttiva jitwettqu b’mod effettiv, inklużi arranġamenti għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali b’mod ekwu;

(b)

titħejja stqarrija dwar il-politika li tiddeskrivi l-għanijiet ta' superviżjoni u infurzar, u l-obbligi tal-awtorità kompetenti li tikseb trasparenza, konsistenza, proporzjonalità u oġġettività fir-regolamentazzjoni tagħha ta' operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore.

(2)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex idaħħlu fis-seħħ l-arranġamenti ta’ hawn fuq fil-punt 1, inkluż:

(a)

il-finanzjament ta' biżżejjed għarfien espert speċjalizzat disponibbli internament jew bi ftehimiet formali ma' partijiet terzi jew it-tnejn sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tispezzjona u tinvestiga l-operazzjonijiet, tieħu azzjoni ta' infurzar, u tittratta rapporti dwar perikli kbar u notifiki;

(b)

fejn hemm dipendenza fuq sorsi esterni ta' għarfien, il-finanzjament tat-tħejjija ta' biżżejjed gwida bil-miktub u sorveljanza biex tinżamm il-konsistenza tal-approċċ u biex ikun żgurat li l-awtorità kompetenti maħtura iġġorr ir-responsabbiltà kollha skont din id-Direttiva;

(c)

il-finanzjament ta' taħriġ essenzjali, komunikazzjoni, aċċess għat-teknoloġija, ivvjaġġar u sussistenza tal-persunal tal-awtorità kompetenti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni attiva bejn l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 27;

(d)

fejn xieraq, l-operaturi jew is-sidien ikunu meħtieġa jħallsu lura lill-awtorità kompetenti għall-ispiża tat-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva;

(e)

jiffinanzjaw u jħeġġu r-riċerka skont id-dmirijiet tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva;

(f)

jipprovdu finanzjament għar-rapporti tal-awtorità kompetenti tagħmel

2.   DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAT-TĦADDIM TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI

(1)

Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha skont l-Artikolu 9 b'mod effettiv, l-awtorità kompetenti għandha tħejji:

(a)

strateġija bil-miktub li tiddeskrivi d-dmirijiet tagħha, il-prijoritajiet għal azzjoni jiġifieri fid-disinn u t-tħaddim ta' installazzjonijiet, il-ġestjoni tal-integrità u fit-tħejjija u r-rispons għal emerġenza, u kif hija organizzata;

(b)

proċeduri operattivi li jiddeskrivu kif l-awtorità kompetenti ser tispezzjona u tinforza l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tal-operaturi u s-sidien skont din id-Direttiva, inkluż kif ser tittratta, tivvaluta u taċċetta rapporti dwar perikli kbar, tieħu ħsieb in-notifiki ta' operazzjonijiet ta' bjar u kif l-intervalli bejn l-ispezzjoni ta' miżuri ta’ kontroll tar-riskji ta’ perikli kbar, inkluż għall-ambjent, għal installazzjoni jew attività partikolari għandhom jiġu determinati;

(c)

proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha mingħajr preġudizzju għal responsabbiltajiet oħra, pereżempju l-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass fuq l-art (onshore), u l-arranġamenti skont id-Direttiva 92/91/KEE;

(d)

meta l-awtorità kompetenti hija magħmula minn aktar minn korp wieħed, qbil formali li jistabbilixxi l-mekkaniżmi meħtieġa għall-operazzjoni konġunta tal-awtorità kompetenti, inklużi s-sorveljanza u l-monitoraġġ u r-reviżjonijiet tal-amministrazzjoni għolja, il-pjanifikazzjoni u l-ispezzjoni konġunti, it-tqassim tar-responsabbiltajiet għat-trattament ta' rapporti dwar perikli kbar, investigazzjoni konġunta, komunkazzjonijiet interni, u rapporti li għandhom jiġu ppubblikati konġuntament esternament.

(2)

Il-proċeduri dettaljati għall-valutazzjoni tar-rapporti dwar perikli kbar għandhom jitolbu l-informazzjoni u d-dettalji l-oħra kollha kif meħtieġa skont din id-Direttiva li għandhon jingħataw mill-operatur jew is-sid. Għall-inqas l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti għall-informazzjoni li ġejja jiġu speċifikati b'mod ċar fil-gwida lill-operaturi u s-sidien:

(a)

il-perikli prevedibbli kollha bil-potenzjal li joħolqu aċċident kbir, inkluż lill-ambjent, ġew identifikati, ir-riskji tagħhom evalwati u l-miżuri identifikati, inklużi r-risponsi għal emerġenza, biex jiġu kkontrollati r-riskji;

(b)

is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza tiġi deskritta kif xieraq biex turi konformità mal-ħtiġijiet f'din id-Direttiva;

(c)

arranġamenti adatti ġew deskritti għall-verifika indipendenti, u għal audit mill-operatur jew mis-sid;

(3)

Fit-twettiq ta’ valutazzjoni sfiqa tar-rapporti dwar perikli kbar l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a)

kull informazzjoni fattwali meħtieġa tingħata;

(b)

l-operatur jew is-sid jkun identifika l-perikli prevedibbli kollha ta’ aċċident kbir li jistgħu japplikaw għall-installazzjoni u l-funzjonijiet tagħha, flimken ma’ avvenimenti potenzjali tal-bidu, u li l-metodoloġija u l-kriterji ta’ evalwazzjoni adottati għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ aċċidenti kbar jiġu mfissra b’mod ċar, inklużi l-fatturi ta’ inċertezza fl-analiżi;

(c)

il-ġestjoni tar-riskju qieset l-istadji rilevanti kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjoni u antiċipat is-sitwazzjonijiet prevedibbli kollha, fosthom:

(i)

kif id-deċiżjonijiet tad-disinn deskritti fin-notifika dwar id-disinn qiesu l-ġestjoni tar-riskju sabiex jiżguraw li jiġu inkorporati prinċipji ambjentali ta’ sikurezza inerenti;

(ii)

kif għandhom jitwettqu l-operazzjonijiet ta' bjar mill-installazzjoni waqt l-operat;

(iii)

kif operazzjonijiet ta' bjar għandhom isiru u jiġu temporanjament sospiżi qabel ma tinbeda l-produzzjoni minn installazzjoni tal-produzzjoni;

(iv)

kif għandhom jitwettqu operazzjonijiet kombinati ma' installazzjonijiet oħra;

(v)

kif ser isir id-dekummissjonament tal-installazzjoni.

(d)

kif il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju identifikati bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju huma maħsuba li jiġu implimentati jekk ikun meħtieġ biex ir-riskji jitnaqqsu għal livell aċċettabbli;

(e)

jekk, fid-determinazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu livelli aċċettabbli ta’ riskju, l-operatur jew is-sid ikunx wera biċ-ċar kif prattika tajba rilevanti u ġudizzju bbażat fuq inġinerija tajba, l-aħjar prattika ta’ ġestjoni, u jkunux tqiesu prinċipji ta’ fatturi umani u organizzattivi;

(f)

jekk, il-miżuri u l-arranġamenti għas-sejbien ta’, u r-rispons rapidu u effettiv għal, emerġenza humiex identifikati u ġġustifikati b’mod ċar;

(g)

kif arranġamenti ta’ ħelsien, evakwazzjoni u salvataġġ u miżuri biex jillimitaw l-eskalazzjoni ta’ emerġenza u jnaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent jiġu integrati b’mod loġiku u sistematiku, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta’ emerġenza probabbli li fihom ser jitħaddmu;

(h)

kif ir-rekwiżiti jiġu inkorporati fil-pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza u jekk kopja jew deskrizzjoni adegwata tal-pjan intern ta' rispons għal emerġenza tkunx ġiet ippreżentata lill-awtorità kompetenti;

(i)

jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza deskritta fir-rapport dwar perikli kbar hijiex xierqa biex tiżgura kontroll tar-riskji ta' perikli kbar f'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazjoni, u tiżgurax konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti kollha, u tipprevedix il-verifika u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-verifika;

(j)

jekk l-iskema għal verifika indipendenti hijiex imfissra b’mod ċar.


ANNESS IV

Dispożizzjonijiet mill-operaturi u s-sidien għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar skont l-Artikolu 19

1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien:

(a)

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-evalwazzjoni tar-rekwiżiti ta' affidabbiltà u integrità tas-sistemi kruċjali ambjentali u ta' sikurezza kollha u jibbażaw is-sistemi ta' spezzjoni u manutenzjoni tagħhom fuq il-kisba tal-livell meħtieġ ta’ integrità ta' sikurezza u ambjentali;

(b)

jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw sa fejn ikun raġonevolment fattibbli li m'hemm l-ebda ħruġ mhux ippjanat ta' sustanzi perikolużi minn pajpijiet, bastimenti u sistemi maħsuba biex iżommuhom magħluqin b'mod sikur. Barra minn hekk, l-operaturi u s-sidien għandhom jiżguraw li l-ebda falliment waħdieni ta’ lqugħ ta' sustanzi ma jista’ jwassal għal aċċident kbir ta’ periklu;

(c)

iħejju inventarju tat-tagħmir disponibbli, is-sjieda tiegħu, fejn jinsab, it-trasport għal u l-mod ta' użu fl-installazzjoni u kull entità rilevanti għall-implimentazzjoni tal-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza. L-inventarju għandu jidentifika l-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li t-tagħmir u l-proċeduri jinżammu f’kundizzjoni operabbli;

(d)

jiżguraw li għandhom qafas adattat għall-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjoinijiet statutorji rilevanti kollha billi jinkorporaw id-dmirijiet statutorji tagħhom fir-rigward tal-kontroll ta' perikli kbar u l-protezzjoni ambjentali fil-proċeduri operattivi standard tagħhom; u

(e)

jagħtu attenzjoni partikolari għall-bini u ż-żamma ta’ kultura tas-sikurezza b’saħħitha bi probabbiltà għolja ta’ operazzjoni sikura kontinwa, li tinkludi fir-rigward tal-iżgurar tal-kooperazzjoni tal-forza tax-xogħol permezz ta', fost l-oħrajn:

(i)

impenn viżibbli għal konsultazzjonijiet bejn tliet partijiet u azzjonijiet li joħorġu minnhom;

(ii)

l-inkoraggiment u l-premjazzjoni ta' rappurtar ta' aċċidenti u oħrajn li kważi seħħew;

(iii)

il-ħidma effettiva ma' rappreżentanti tas-sigurtà eletti;

(iv)

il-protezzjoni ta’ min jikxef l-abbużi.

2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-industrija tikkoopera ma l-awtoritajiet kompetenti biex tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' prijorità għall-iżvilupp ta’ standards, gwida u regoli li ser idaħħlu fis-seħħ l-aħjar prattika fil-prevenzjoni ta' aċċident kbir u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' aċċidenti kbar jekk minkejja kollox iseħħu.


ANNESS V

Għażla tal-verifkatur indipendenti u d-disinn tal-iskemi ta' verifika indipendenti skont l-Artikolu 17(3).

1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jew is-sid jirrikjedu li l-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-indipendenza tal-verifikatur mill-operatur u s-sid:

(a)

il-funzjoni ma teħtieġx li l-verifikatur iqis ebda aspett ta’ element kritiku ambjentali u ta' sikurezza jew ebda parti ta' installazzjoni jew bir jew disinn ta' bir li kien involut fih il-verifikatur qabel l-attività ta' verifika jew fejn l-oġġettività tiegħu jew tagħha tista’ tiġi kompromessa;

(b)

il-verifikatur indipendenti huwa indipendenti biżżejjed minn sistema ta' ġestjoni li għandha, jew kellha, kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe aspett ta' komponent kopert mikll-iskema ta' verifika indipendenti jew eżami ta' bir sabiex tiżgura l-oġġettività fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha fi ħdan l-iskema;

2.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jew is-sid jiżguraw li, fir-rigward tal-iskema għal verifika indipendenti relatata ma installazzjoni jew bir, il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

il-verifikatur indipendenti jkollu kompetenza teknika adegawata, inkluż fejn meħtieġ, persunal kwalifikat u ta' esperjenza kif xieraq f’għadd adegwat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 1 ta' dan l-Anness;

(b)

il-kompiti taħt l-iskema ta' verifika indipendenti huma allokati kif xieraq mill-verifikatur indipendenti lill-persunal kwalifikat biex iwettaqhom;

(c)

ikunu stabbiliti arranġamenti xierqa għall-fluss ta' informazzjoni bejn l-operatur jew is-sid u l-verifikatur indipendenti;

(d)

il-verifikatur indipendenti jingħata biżżejjed awtorità biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet b'mod effettiv.

3.

Bidliet materjali għandhom jiġu riferuti lill-verifikatur indipendenti biex iwettaq verifika ulterjuri f'konformità mal-iskema ta' verifika indipendenti, u r-riżultati ta’ tali verifika ulterjuri għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti, jekk dan ikun mitlub.


ANNESS VI

Informazzjoni marbuta mal-prijoritajiet għal kooperazzjoni bejn

l-operaturi u s-sidien u l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 19(7) Il-kwistjonijiet li għandhom jitqiesu biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għall-iżvilupp ta' standards u gwida għandhom jagħtu effett prattiku għall-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom. Il-kwistjonijiet għandhom jinkludu:

(a)

it-tijib tal-integrità tal-bir, it-tagħmir ta’ kontroll tal-bir u l-ilqugħ u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom;

(b)

it-titjib tal-konteniment primarju;

(c)

it-titjib tal-konteniment sekondarju li jirrestrinġi l-eskalazzjoni ta' aċċident kbir fil-bidu tiegħu, inklużi splużjonijiet ta' bjar;

(d)

teħid ta’ deċiżjonijiet affidabbli;

(e)

ġestjoni u s-superviżjoni ta' operazzjonijiet ta’ periklu kbir;

(f)

kompetenza ta' dawk f'karigi ewlenin;

(g)

ġestjoni effettiva tar-riskju;

(h)

valutazzjoni tal-affidabbiltà għas-sistemi kruċjali ambjentali u ta' sikurezza;

(i)

indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni;

(j)

integrazzjoni effettiva tas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza bejn l-operaturi u s-sidien u entitajiet oħrajn involuti f’operazzjonijiet taż-żejt u l-gass.


ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tingħata fi pjanijiet ta' rispons għal emerġenza skont l-Artikolu 29

Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza mħejjija skont l-Artikolu 29 għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għal:

(a)

l-ismijiet u l-karigi tal-persuni awtorizzati li jibdew proċeduri ta’ emerġenza, u tal-persuni awtorizzati biex imexxu r-rispons estern għal emerġenza;

(b)

l-arranġamenti biex tasal twissija bikrija ta’ aċċidenti kbar, u l-proċeduri assoċjati ta’ allert u rispons għal emerġenza;

(c)

arranġamenti għall-koordinazzjoni tar-riżorsi meħtieġa biex ikun implimentat il-pjan estern ta’ rispons għal emerġenza;

(d)

l-arranġamenti biex tingħata għajnuna lir-rispons intern għal emerġenza;

(e)

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta' rispons estern għal emerġenza;

(f)

l-arranġamenti biex il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jkunu affettwati mill-aċċident kbir jingħataw informazzjoni u pariri xierqa marbuta miegħu;

(g)

arranġamenti għall-għoti ta’ informazzjoni lis-servizzi ta’ emerġenza ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni fil-każ ta’ aċċident kbir bil-possibbiltà ta’ konsegwenzi transkonfinali;

(h)

arranġamenti għall-mitigazzjoni tal-impatti negattivi fuq organiżmi selvaġġi kemm fuq il-kosta kif ukoll barra mill-kosta inklużi s-sitwazzjonijiet fejn annimali miksija biż-żejt jaslu sal-kosta qabel ma jasal it-tixrid taż-żejt attwali.


ANNESS VIII

Dettalji li għandhom jiġu inklużi fit-tħejjija ta' pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza skont l-Artikolu 29

1.

L-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-koordinazzjoni tar-rispons ta’ emerġenza għandhom jagħmlu disponibbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

inventarju tat-tagħmir disponibbli, is-sjieda tiegħu, il-lokazzjoni, il-mezz ta' trasport għal u l-mod ta' użu fil-post tal-aċċident kbir;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li t-tagħmir u l-proċeduri jinżammu f’kundizzjoni operabbli;

(c)

inventarju tat-tagħmir tal-industrija li jista’ jkun disponibbli f’emerġenza;

(d)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ġenerali għar-rispons għal aċċidenti kbar, inklużi l-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tal-partjiet involuti kollha u l-korpi responsabbli għaż-żamma ta' arranġamenti bħal dawn;

(e)

il-miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir, il-persunal u l-proċeduri huma disponibbli u aġġornati u li hemm biżżejjed membri ta' persunal imħarreġ disponibbli f’kull ħin;

(f)

evidenza ta’ valutazzjonijiet preċedenti ambjentali u dwar is-saħħa ta’ kwalunkwe sustanza kimika prevista għall-użu biex tferrex.

2.

Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza għandhom ifissru b’mod ċar ir-rwol tal-awtoritajiet, dawk li jwieġbu f’emerġenza, il-koordinaturi u suġġetti oħra attivi fir-rispons għal emerġenza, sabiex il-kooperazzjoni tkun żgurata fir-rispons għal aċċidenti kbar.

3.

L-arranġamenti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-rispons għal aċċident kbir li potenzjalment ikun kbir wisq għal Stat Membru jew jaqbeż il-konfini tiegħu billi:

(a)

jikkondividi l-pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza ma’ Stati Membri kontigwi u l-Kummissjoni;

(b)

il-ġabra fuq livell transkonfinali tal-inventarji ta’ assi tar-rispons, kemm dawk tal-industrija kif ukoll dawk b'sjieda pubblika u l-adattamenti kollha meħtieġa biex it-tagħmir u l-proċeduri jsiru kompatibbli bejn pajjiżi kontigwi u l-Istati Membri;

(c)

proċeduri biex ikun invokat il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni;

(d)

l-arranġament ta' eżerċizzji transkonfinali ta' rispons estern għal emerġenza.


ANNESS IX

Kondiviżjoni ta’ informazzjoni u trasparenza

1.

Il-format komuni tar-rappurtaġġ ta' data għal indikaturi ta' perikli kbar għandu jagħmilha possibbli li titqabbel informazzjoni minn l-awtoritajiet kompetenti u biex titqabbel informazzjoni mill-operaturi individwali u s-sidien

2.

L-informazzjoni li għandha tiġi kondiviża mill-awtorità kompetenti u l-operaturi u s-sidien għandha tinkludi informazzjoni marbuta ma':

(a)

ħruġ mhux intenzjonat ta' żejt, gass jew sustanzi oħra ta' ħsara, hux qed jaqbdu jew le;

(b)

telf ta' kontroll ta’ bir li jirrikjedi l-attwazzjoni ta' tagħmir ta' kontroll ta' bir, jew il-falliment ta’ lqugħ ta’ bir li jirrikjedi s-sostituzzjoni jew it-tiswija tiegħu;

(c)

il-falliment ta' element kritiku ambjentali u ta' sikurezza;

(d)

telf sinifikanti ta' integrità strutturali, jew telf ta' protezzjoni mill-effetti ta' nar jew splużjoni, jew telf taż-żamma tal-istazzjon b'rabta ma' installazzjoni mobbli;

(e)

bastimenti li ser ikunu involuti f’ħabta jew ħabtiet attwali ta’ bastiment ma’ installazzjoni offshore;

(f)

aċċidenti ta' ħelikopters, fuq jew qrib installazzjonijiet offshore;

(g)

kwalunkwe inċident fatali;

(h)

kwalunkwe darba li 5 persuni jew aktar jindarbu serjament fl-istess aċċident;

(i)

kwalunkwe evakwazzjoni ta’ persunal;

(j)

inċident ambjentali kbir.

3.

Ir-rapporti annwali li għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 25 għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-għadd, l-età u l-post tal-installazzjonijiet;

(b)

l-għadd u t-tip ta’ spezzjonijiet u investigazzjonijiet imwettqa, kull azzjoni ta’ infurzar jew kundanni;

(c)

id-data tal-inċidenti skont is-sistema ta' rappurtaġġ komuni meħtieġa fl-Artikolu 23;

(d)

kwalunkwe bidla kbira fil-qafas regolatorju offshore;

(e)

il-prestazzjoni ta' operazzjonijiet taż-ejt u tal-gass offshore b'rabta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar u l-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' aċċidenti kbar li fil-fatt iseħħu.

4.

L-informazzjoni msemmija fil-punt 2 għandha tkun magħmula kemm minn informazzjoni fattwali kif ukoll data analitika dwar operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass, u m'għandhiex tkun ambigwa. L-informazzjoni u d-data mogħtija għandha tkun tali li l-prestazzjoni tal-operaturi u sidien individwali tista’ titqabbel fi ħdan l-Istat Membru u l-prestazzjoni tal-industrija b'mod ġenerali tista’ titqabbel bejn l-Istati Membri.

5.

L- informazzjoni miġbura u magħquda msemmija fil-punt 2 għandha tagħmel possibbli li l-Istati Membri jipprovdu twissija bikrija ta’ deterjorament potenzjali tal-ilqugħ kruċjali ambjentalment u f'dik li hija sikurezza, u għandha tagħmilha possibbli li jittieħdu miżuri preventivi. L-informazzjoni għandha turi wkoll l-effettività globali tal-miżuri u l-kontrolli implimentati mill-operaturi u sidien individwali u l-industrija b’mod ġenerali, b’mod partikolari biex jiġu evitati aċċidenti kbar u biex jitnaqqsu r-riskji għall-ambjent.

6.

Sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 24, għandu jiġi żviluppat format simplifikat biex jiffaċilita l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti skont il-punt 2 ta' dan l-Anness u t-tħejjija ta' rapporti skont l-Artikolu 25 b’mod li jkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u li jiffaċilita t-tqabbil transkonfinali tad-data.


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

1.

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li bis-saħħa tal-Artikolu 41 (3) u (5), ċerti Stati Membri huma parzjalment eżentati mill-obbligu li jittrasponu d-Direttiva u tqis li tali deroga ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala preċedent sabiex ma jsirx dannu għall-integrità tad-dritt tal-Unjoni.

2.

Il-Kummissjoni tinnota li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jittrasponux u ma japplikawx l-Artikolu 20 tad-Direttiva minħabba n-nuqqas attwali fil-ġurisdizzjoni tagħhom ta’ kumpannija rreġistrata li twettaq attivitajiet fil-baħar barra mit-territorju tal-Unjoni.

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tissottolinja li dawn l-Istati Membri għandhom ikun responsabbli li jaraw li l-intrapriżi diġà rreġistrati magħhom ma jaħarbux l-objettivi tad-Direttiva billi jkabbru l-għanijiet tal-kumpannija tagħhom sabiex jinkludi l-attivitajiet fil-baħar mingħajr ma javżaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b’din il-bidla biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20.

Il-Kummissjoni ser tieħu l-miżuri kollha meħtieġa kontra kull ċirkomvenzjoni li tiġi infurmata dwarha.


Top