Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0013

Direttiva tal-Kunsill 2013/13/UE tat- 13 ta’ Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

OJ L 141, 28.5.2013, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 09 Volume 003 P. 3 - 4

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/13/oj

28.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/30


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/13/UE

tat-13 ta’ Mejju 2013

li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti f'dak l-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma jkunx ġie adottat mill-Kummissjoni.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet u adottat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati kif meħtieġ biex jittieħed kont tal-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 83/182/KEE (1), 2003/49/KE (2), 2008/7/KE (3), 2009/133/KE (4) u 2011/96/UE (5) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 83/182/KEE, 2003/49/KE, 2008/7/KE, 2009/133/KE u 2011/96/UE huma emendati kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ soġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 83/182/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 dwar eżenzjonijiet mit-taxxa ġewwa l-Komunità għal ċerti mezzi ta' trasport temporanjament importati fi Stat Membru minn Stat Membru ieħor (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 59) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 09 Vol. 01 p. 112).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap. 09 Vol. 01 p. 380).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 34).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).


ANNESS

1.

Fl-Anness għad-Direttiva 83/182/KEE jiżdied dan li ġej:

“IL-KROAZJA

poseban porez na motorna vozila (Zakon o posebnom porezu na motorna vozila (Narodne novine broj 15/13))”.

2.

Id-Direttiva Nru 2003/49/KE hija emendata kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 3(a)(iii), dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“—

‘porez na dobit’ fil-Kroazja,”;

(b)

fl-Anness, jiżdied il-punt li ġej:

“(z)

kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: ‘dioničko društvo’, ‘društvo s ograničenom odgovornošću’, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti”.

3.

Fl-Anness I għad-Direttiva 2008/7/KE, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(11a)

kumpaniji taħt il-liġi Kroata magħrufa bħala:

(i)

dioničko društvo

(ii)

društvo s ograničenom odgovornošću”.

4.

Fl-Anness I għad-Direttiva 2009/133/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ka)

kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: ‘dioničko društvo’, ‘društvo s ograničenom odgovornošću’, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti;”;

(b)

fil-Parti B dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“—

porez na dobit fil-Kroazja,”.

5.

L-Anness I għad-Direttiva 2011/96/UE huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ka)

kumpaniji taħt il-liġi tal-Kroazja magħrufa bħala: ‘dioničko društvo’, ‘društvo s ograničenom odgovornošću’, u kumpaniji oħra kostitwiti taħt il-liġi Kroata soġġetti għat-taxxa Kroata fuq il-profitti;”;

(b)

fil-Parti B, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:

“—

porez na dobit fil-Kroazja,”.


Top