EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0780

2013/780/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (notifikata bid-dokument C(2013) 9166)

OJ L 346, 20.12.2013, p. 61–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/11/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/780/oj

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/61


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2013) 9166)

(2013/780/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE tipprovdi għal miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fl-Unjoni minn pajjiżi terzi ta’ organiżmi li huma perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti.

(2)

L-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika u huwa kopert b’waħda mill-kodiċijiet NM u d-deskrizzjonijiet stipulati fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE ma jistax jiġi introdott fl-Unjoni sakemm ma jkunx akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju kif stipulat fl-Artikolu 13(1)(ii) ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Id-Direttiva 2000/29/KE tippermetti derogi mill-Artikolu 13(1)(ii) fil-każ tal-injam, jekk jiġu żgurati salvagwardji ekwivalenti permezz ta’ dokumentazzjoni jew immarkar alternattiv.

(4)

Abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kummissjoni nnutat li programm uffiċjali, il-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program, ġie approvat mill-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture, u se jkun operat mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA).

(5)

Il-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program jiżgura li l-faċilitajiet approvati tal-injam iebes fl-Istati Uniti joperaw skont il-Kiln Drying Sawn Hardwood Standard. Dak l-Istandard jiżgura li l-partijiet kollha tal-injam iebes isserrat esportati skont dak il-Programm jitnixxfu bil-forn sakemm jibqa’ anqas minn 20 % tal-umdità skont il-piż u skont l-iskedi tat-tnixxif bil-forn, u li jkunu mingħajr qoxra.

(6)

Dak l-istandard jiżgura wkoll li ma’ kull lott ta’ injam iebes imnixxef bil-forn tinhemeż tikketta tal-identità tal-azzar bit-timbru “NHLA – KD” flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott. In-numri jiġu elenkati fuq iċ-Ċertifikat Kiln Drying Hardwood Lumber korrispondenti (‘Certificate of Kiln Drying’).

(7)

L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jippermettu injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika sabiex jiġi introdott fit-territorju tagħhom meta jkun akkumpanjat minn Ċertifikat tat-tnixxif bil-forn bħala alternattiva għaċ-ċertifikat fitosanitarju, dejjem jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati.

(8)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Uniti tal-Amerika tagħmel disponibbli kull informazzjoni teknika meħtieġa biex jiġi vvalutat il-funzjonament tal-programm. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kontinwament l-użu tat-tikketti tal-identità NHLA u ċ-Ċertifikat assoċjat tat-tnixxif bil-forn.

(9)

Id-deroga prevista f’din id-deċiżjoni għandha tintemm jekk ikun stabbilit li l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ma jkunux biżżejjed biex jipprevjenu d-dħul ta’ organiżmi perikolużi fl-Unjoni jew ma jkunux ġew imħarsa, u jew ikun hemm evidenza li tista’ tindika li l-programm ma jkunx qed jaħdem b’mod effettiv.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex jippermettu fit-territorju tagħhom l-introduzzjoni tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh., li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika u li hu kopert mill-kodiċi NM u d-deskrizzjonijiet stipulati fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V ta’ dik id-Direttiva, mingħajr ma jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, dejjem jekk tali injam jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub meta jkunu għamlu użu mid-deroga prevista fl-Artiklu 1.

Qabel il-15 ta’ Lulju kull sena l-Istati Membri li jkunu għamlu użu mid-deroga għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra informazzjoni dwar l-għadd ta’ kunsinni impurtati fis-sena preċedenti skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u rapport dettaljat tal-każijiet kollha ta’ interċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara d-data ta’ interċettazzjoni ta’ kull kunsinna introdotta fit-territorju tagħhom skont Artikolu 1 li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

3.   Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Amerika biex tipprovdilha l-informazzjoni teknika meħtieġa biex tkun tista’ tevalwa l-funzjonament tal-Kiln Drying Hardwood Lumber Certificate (“Certificate of Kiln Drying”).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Novembru 2016.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.


ANNESS

PARTI I

Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1

Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 skont liema l-Istati Membri huma awtorizzati li jippermettu fit-territorju tagħhom l-introduzzjoni ta’ injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika u li huwa kopert minn waħda mill-kodiċijiet NM u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE mingħajr ma jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, huma dawn li ġejjin:

(1)

l-injam għandu jkun manifatturat f’segeriji jew ittrattat f’postijiet approvati u vverifikat mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA) biex jipparteċipa fil-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program (“il-programm”);

(2)

l-injam għandu jitnixxef bil-forn sakemm jifdallu biss anqas minn 20 % tal-kontenut tal-umdità, espress bħala perċentwal ta’ materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura;

(3)

ladarba l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (2) tiġi ssodisfata, għandha titwaħħal tikketta tal-identità tal-azzar standard ma’ kull lott mill-uffiċjal nominat tas-segerija msemmija fil-punt (1), jew taħt is-superviżjoni tiegħu. Kull tikketta tal-identità għandha tiġi ttimbrata b’“NHLA – KD” flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott;

(4)

sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (2) u (3) jiġu ssodisfati, l-injam għandu jkun suġġett għal sistema ta’ verifika li tkun ġiet stabbilita skont il-programm u li tinkludi spezzjoni tal-merkanzija qabel titgħabba u l-monitoraġġ f’segeriji approvati mwettaq minn awdituri indipendenti ta’ parti terza ikkwalifikati u awtorizzati għal dak il-għan. L-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture għandu jwettaq ta’ sikwit spezzjonijiet qabel titgħabba l-merkanzija u verifiki ta’ kull sitt xhur ta’ rekords tal-NHLA u proċeduri relatati mal-programm, tal-awdituri indipendenti ta’ parti terza, u tas-segeriji u postijiet oħra xierqa li jipparteċipaw fil-programm;

(5)

l-injam għandu jkun akkumpanjat minn “Certificate of Kiln Drying” standard li jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti II ta’ dan l-Anness, u li jinħareġ minn persuna jew persuni awtorizzati li jipparteċipaw fil-programm u li huwa vvalidat minn spettur tal-NHLA. Is-Certificate of Kiln Drying għandu jitlesta u għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ injam isserrat u mingħajr qoxra f’piedi u metri kubi. Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika wkoll in-numru totali ta’ lottijiet u kull numru tat-tikketta tal-identità assenjat lil dawk il-lottijiet.

PARTI II

Model of Certificate of Kiln Drying

Agreement No 07-8100-1173-MU

Cert #. xxxxx-xxxxx

CERTIFICATE OF KILN DRYING

Sawn Hardwood Lumber

Lumber Kiln Dried by

Consignee

Name of Company:

Name:

Address:

Address:

City/State/Zip:

City/State/Zip:

Phone:

Country:

Order #:

Port:

Invoice #:

Container #:

Customer PO#:

 

Certificate Standard: This certifies that the lumber described below is of the allowed genera Quercus sp. and/or Platanus sp. and/or the species Acer saccharum and/or Acer macrophyllum; and has met the treatment requirements of the Dry Kiln Operators Manual and is bark free.

Description of Consignment:

Botanical Name of wood:

List species, thickness, grade of various items contained in shipment:

Bundle Numbers

Clip ID Numbers

Board Footage

Cubic Meters

 

 

 

 

Totals:

# Bundles

BdFt

Cubic Meters:

(This document is issued under a program officially approved by the Animal, Plant, Health, and Inspection Service of the U.S. Department of Agriculture. The products covered by this document are subject to pre-shipment inspection by that Agency. No liability shall be attached to the U.S. Department of Agriculture or any representatives of the Department with respect to this certificate.)

AUTHORIZED PERSON RESPONSIBLE FOR CERTIFICATION

Name (Print) _

Title _

I certify that the products described above satisfy the Kiln Drying requirements listed under Certificate Standard and are bark free.

Signature _

Date _

NATIONAL HARDWOOD LUMBER ASSOCIATION VALIDATION

Name (Print)

Authorized Signature

Title

Date

National Hardwood Lumber Association PO Box 34518 | Memphis, TN 38184-0518 | Ph. 901-377-1818 | Fax 901-347-0034 | www.nhla.com

PLEASE SIGN THIS FORM IN BLUE INK


Top