Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0766

2013/766/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Diċembru 2013 li tapprova ċerti programmi emendati għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE li tapprova programmi annwali u pluriennali għall-2009 u s-snin ta’ wara, u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (notifikata bid-dokument C(2013) 8891)

OJ L 338, 17.12.2013, p. 109–114 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/766/oj

17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/109


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2013

li tapprova ċerti programmi emendati għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2008/897/KE li tapprova programmi annwali u pluriennali għall-2009 u s-snin ta’ wara, u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni

(notifikata bid-dokument C(2013) 8891)

(2013/766/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(5) u (6) tagħha.

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi tal-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE (2) tipprovdi li sabiex ikunu approvati skont il-miżura finanzjarja tal-Komunità prevista fl-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, il-programmi li jressqu l-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni jeħtieġ għallinqas jissodisfaw il-kriterji mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/897/KE (3) approvat il-programm Ġermaniż għall-eradikazzjoni tal-marda bil-vajrus erpete tal-Koi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/761/UE (4) tapprova ċerti programmi nazzjonali għas-sena 2013 u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm li ressqu l-Istati Membri.

(5)

Spanja u l-Greċja ressqu programm emendat għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika fil-popolazzjonijiet tat-tjur. Il-Ġermanja ressqet programm emendat għall-eradikazzjoni tal-marda bil-vajrus erpete tal-Koi. Il-Greċja ressqet programm emendat għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina. L-Ungerija u r-Rumanija ressqu programm emendat għall-eradikazzjoni tar-rabja.

(6)

Il-Kummissjoni evalwat dawk il-programmi emendati mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Sabet li dawn kienu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/341/KE. U għalhekk dawn għandhom jiġu approvati.

(7)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni evalwat ir-rapporti intermedji tekniċi u finanzjarji li ressqu l-Istati Membri skont l-Artikolu 27(7) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE dwar in-nefqa li ġarrbu biex iffinanzjaw dawn il-programmi. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għall-2013 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(8)

Għalhekk il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti programmi nazzjonali jeħtieġ li tiġi aġġustata. Sabiex il-kreditu assenjat jintuża bl-aħjar mod, jixraq li jiġu riallokati fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom ħalli jingħataw lil dawk li mistennija jaqbżu l-allokazzjoni tagħhom minħabba sitwazzjonijiet li ma kinux previsti fejn tidħol is-saħħa tal-annimali f’dawk l-Istati Membri. Ir-riallokazzjoni għandha tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali li ġarrbu l-Istati Membri kkonċernati.

(9)

L-eżerċizzju tar-riallokazzjoni jeħtieġ ħafna emendi li jridu jsiru lil ċerti kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni previsti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE. Għat-trasparenza jixraq li tiġi speċifikata l-firxa sħiħa ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għall-programmi tal-2013 approvati li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk l-emendi.

(10)

Barra minn hekk, l-esperjenza riċenti wriet li l-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Artikolu 13(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE jaf twassal għal riżultati inġusti. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jitħassru.

(11)

Għaldaqstant id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-programmi emendati għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika li ressqu Spanja u l-Greċja

Il-programm emendat għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika li ressqet Spanja fis-26 ta’ Diċembru 2012 qed jiġi approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-programm emendat għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika li ressqet il-Greċja fl-24 ta’ Ottubru 2013 qed jiġi approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-programm emendat għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina li ressqet il-Greċja

Il-programm emendat għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina li ressqet il-Greċja fid-29 ta’ Lulju 2013 qed jiġi approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 3

Approvazzjoni tal-programmi emendati għall-eradikazzjoni tar-rabja li ressqu l-Ungerija u r-Rumanija

Il-programmi emendati għall-eradikazzjoni tar-rabja li ressqet l-Ungerija fl-1 ta’ Ottubru 2013 u r-Rumanija fit-30 ta’ Ottubru 2013 qed jiġu approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/897/KE

L-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2008/897/KE jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Mard fl-annimali akkwatiċi

Il-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tas-settiċemija emorraġika virali (VHS) li ressqet id-Danimarka qed jiġi approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-marda bil-vajrus erpete tal-Koi (KHV) li ressqet il-Ġermanja qed jiġi approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

Artikolu 5

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 3 440 000 għal Spanja;

(ii)

EUR 100 000 għall-Kroazja;

(iii)

EUR 2 000 000 għall-Italja;

(iv)

EUR 940 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 800 000 għar-Renju Unit.”

(2)

Fl-Artikolu 2(2)(a), il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i)

EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun għat-test tal-interferon Gamma u suspettat pożittiv fil-biċċerija;”

(3)

Fl-Artikolu 2(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 12 000 000 għall-Irlanda;

(ii)

EUR 13 390 000 għal Spanja;

(iii)

EUR 400 000 għall-Kroazja;

(iv)

EUR 4 000 000 għall-Italja;

(v)

EUR 2 230 000 għall-Portugall;

(vi)

EUR 31 900 000 għar-Renju Unit.”

(4)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 8 200 000 għal Spanja;

(ii)

EUR 3 380 000 għall-Italja;

(iii)

EUR 170 000 għal Ċipru;

(iv)

EUR 1 760 000 għall-Portugall.”

(5)

Fl-Artikolu 3(3), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

u ma għandhiex taqbeż EUR 1 740 000.”

(6)

Fl-Artikolu 4(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 9 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 11 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 5 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 86 000 għall-Ġermanja;

(v)

EUR 10 000 għall-Irlanda;

(vi)

EUR 78 000 għall-Greċja;

(vii)

EUR 1 200 000 għal Spanja;

(viii)

EUR 650 000 għall-Italja;

(ix)

EUR 10 000 għal-Latvja;

(x)

EUR 10 000 għal-Litwanja;

(xi)

EUR 2 000 għal-Lussemburgu;

(xii)

EUR 3 000 għall-Ungerija;

(xiii)

EUR 10 000 għal Malta;

(xiv)

EUR 10 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xv)

EUR 10 000 għall-Awstrija;

(xvi)

EUR 50 000 għall-Polonja;

(xvii)

EUR 145 000 għall-Portugall;

(xviii)

EUR 130 000 għar-Rumanija;

(xix)

EUR 18 000 għas-Slovenja;

(xx)

EUR 40 000 għas-Slovakkja;

(xxi)

EUR 10 000 għall-Finlandja.”

(7)

Fl-Artikolu 5(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 910 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 30 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 810 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 90 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 790 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 160 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 970 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 1 760 000 għal Spanja;

(x)

EUR 1 210 000 għal Franza;

(xi)

EUR 200 000 għall-Kroazja;

(xii)

EUR 3 520 000 għall-Italja;

(xiii)

EUR 60 000 għal Ċipru;

(xiv)

EUR 200 000 għal-Latvja;

(xv)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(xvi)

EUR 950 000 għall-Ungerija;

(xvii)

EUR 40 000 għal Malta;

(xviii)

EUR 2 940 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xix)

EUR 640 000 għall-Awstrija;

(xx)

EUR 2 900 000 għall-Polonja;

(xxi)

EUR 25 000 għall-Portugall;

(xxii)

EUR 460 000 għar-Rumanija;

(xxiii)

EUR 10 000 għas-Slovenja

(xxiv)

EUR 450 000 għas-Slovakkja;

(xxv)

EUR 60 000 għar-Renju Unit.”

(8)

Fl-Artikolu 6(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 200 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 950 000 għall-Ġermanja;

(iii)

EUR 100 000 għall-Kroazja;

(iv)

EUR 224 000 għall-Ungerija;

(v)

EUR 1 100 000 għar-Rumanija;

(vi)

EUR 25 000 għas-Slovenja;

(vii)

EUR 400 000 għas-Slovakkja.”

(9)

Fl-Artikolu 7(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

u ma għandhiex taqbeż EUR 1 060 000.”

(10)

Fl-Artikolu 8(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

u ma għandhiex taqbeż EUR 1 400 000.”

(11)

Fl-Artikolu 9(2)(a), il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i)

EUR 0,5 għal kull għasfur domestiku inkluż fil-kampjun;”

(12)

Fl-Artikolu 9(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 24 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 9 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 14 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 53 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 135 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 62 000 għall-Irlanda;

(vii)

EUR 8 000 għall-Greċja;

(viii)

EUR 67 000 għal Spanja;

(ix)

EUR 108 000 għal Franza;

(x)

EUR 40 000 għall-Kroazja;

(xi)

EUR 1 300 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 4 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 13 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 5 000 għal-Litwanja;

(xv)

EUR 6 000 għal-Lussemburgu;

(xvi)

EUR 61 000 għall-Ungerija;

(xvii)

EUR 8 000 għal Malta;

(xviii)

EUR 154 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xix)

EUR 30 000 għall-Awstrija;

(xx)

EUR 70 000 għall-Polonja;

(xxi)

EUR 14 000 għall-Portugall;

(xxii)

EUR 350 000 għar-Rumanija;

(xxiii)

EUR 29 000 għas-Slovenja

(xxiv)

EUR 16 000 għas-Slovakkja;

(xxv)

EUR 25 000 għall-Finlandja;

(xxvi)

EUR 30 000 għall-Isvezja;

(xxvii)

EUR 100 000 għar-Renju Unit.”

(13)

Fl-Artikolu 10(2), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 290 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 360 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 380 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 300 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 4 700 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 60 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 1 300 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 1 700 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 3 000 000 għal Spanja;

(x)

EUR 10 900 000 għal Franza;

(xi)

EUR 3 600 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 230 000 għall-Kroazja;

(xiii)

EUR 950 000 għal Ċipru;

(xiv)

EUR 80 000 għal-Latvja;

(xv)

EUR 435 000 għal-Litwanja;

(xvi)

EUR 50 000 għal-Lussemburgu;

(xvii)

EUR 790 000 għall-Ungerija;

(xviii)

EUR 25 000 għal Malta;

(xix)

EUR 1 000 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xx)

EUR 500 000 għall-Awstrija;

(xxi)

EUR 2 600 000 għall-Polonja;

(xxii)

EUR 1 000 000 għall-Portugall;

(xxiii)

EUR 1 400 000 għar-Rumanija;

(xxiv)

EUR 160 000 għas-Slovenja;

(xxv)

EUR 220 000 għas-Slovakkja;

(xxvi)

EUR 160 000 għall-Finlandja;

(xxvii)

EUR 210 000 għall-Isvezja;

(xxviii)

EUR 2 520 000 għar-Renju Unit.”

(14)

Fl-Artikolu 11(2), il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 1 650 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 1 500 000 għall-Greċja;

(iii)

EUR 620 000 għall-Estonja;

(iv)

EUR 190 000 għall-Italja;

(v)

EUR 2 200 000 għal-Litwanja;

(vi)

EUR 1 080 000 għall-Ungerija;

(vii)

EUR 7 240 000 għall-Polonja;

(viii)

EUR 2 300 000 għar-Rumanija;

(ix)

EUR 810 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 380 000 għas-Slovakkja.”

(15)

Fl-Artikolu 12(3), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 1 500 000 għal-Latvja;

(ii)

EUR 400 000 għall-Finlandja.”

(16)

Fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu (3).

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/897/KE tat-28 ta’ Novembru 2008 li tapprova programmi annwali u pluriennali u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 39).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/761/UE tat-30 ta’ Novembru 2012 li tapprova programmi annwali u pluriennali u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013 (ĠU L 336, 8.12.2012, p. 83).


Top