EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0162

2013/162/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 1708)

OJ L 90, 28.3.2013, p. 106–110 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 031 P. 136 - 140

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/08/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/162(1)/oj

28.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/106


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Marzu 2013

dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2013) 1708)

(2013/162/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (2) kif miksuba mir-Reġistru tal-Unjoni, mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, mill-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Allokazzjoni u mill-korrispondenza uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rispettivi jikkostitwixxu dejta vverifikata dwar l-emissjonijiet skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

(2)

L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra minn gassijiet u attivitajiet kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE sottomessi skont id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kjoto (3) fis-sena 2012 kif stabbilit b’segwitu għall-analiżi inizjali tal-2012 imwettqa mill-Kummissjoni skont il-Linji Gwida għall-Analiżi Teknika tal-2012 tal-Inventarji tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra (4) jikkostitwixxu dejta analizzata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għas-snin 2005, 2008, 2009 u 2010 skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

(3)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra rrappurtati għal kull sena, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu kkalkulati wkoll billi jiġu applikati l-valuri tal-potenzjal ta’ tisħin globali mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17. L-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet ikkalkulata b’dan il-mod għandha ssir applikabbli mill-ewwel sena li għaliha r-rappurtar tal-inventarji tal-gassijiet serra li jsir bl-użu ta’ dawn il-valuri ġodda ta’ potenzjal ta’ tisħin globali jsir obbligatorju skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

(4)

Id-dejta rrappurtata bħalissa fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra u fir-reġistri nazzjonali u tal-Unjoni mhijiex biżżejjed sabiex jiġu ddeterminati, fil-livell tal-Istati Membri, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-avjazzjoni ċivili fil-livell nazzjonali li mhumiex koperti bid-Direttiva 2003/87/KE. L-emissjonijiet tad-CO2 minn titjiriet mhux koperti bid-Direttiva 2003/87/KE jirrappreżentaw biss parti żgħira ħafna mit-total tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u l-ġbir ta’ informazzjoni addizzjonali dwar dawn l-emissjonijiet joħloq piż amministrattiv sproporzjonat. Għalhekk, il-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tal-kategorija tal-inventarju “1.A.3.A avjazzjoni ċivili” għandha titqies ekwivalenti għal żero għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet.

(5)

L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal Stat Membru għas-sena 2020 għandhom jiġu kkalkulati billi titnaqqas il-kwantità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati tal-installazzjonijiet li kienu jeżistu fl-2005 mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra analizzati għas-sena 2005 u bl-aġġustament tar-riżultat bil-perċentwal stipulat fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

(6)

Il-kwantità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati tal-installazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:

Għall-Istati Membri li pparteċipaw fl-Iskema għan-Negozjar tal-Emissjonijiet mill-2005: il-kwantità ta’ emissjonijiet tal-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE fl-2005 aġġustata bil-kwantità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dawk l-installazzjonijiet li kienu inklużi fl-Iskema għan-Negozjar tal-Emissjonijiet jew li kienu esklużi minnha mill-2008 sal-2012 minħabba ambitu aġġustat applikat mill-Istati Membri u l-kwantità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn installazzjonijiet esklużi temporanjament fis-sena 2005 iżda mhux esklużi bejn l-2008 u l-2012 mill-Iskema għan-Negozjar tal-Emissjonijiet,

Għall-Istati Membri li pparteċipaw fl-Iskema għan-Negozjar tal-Emissjonijiet mill-2007: il-kwantità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE fl-2007,

Għall-Istati Membri li pparteċipaw fl-Iskema għan-Negozjar tal-Emissjonijiet mill-2013: il-kwantità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE fl-2005 (kif ikkomunikata mill-Istat Membru rispettiv u analizzata mill-Kummissjoni).

(7)

Il-kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-sena 2009 ta’ Stat Membru b’limitu pożittiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għandha tiġi kkalkulata billi titnaqqas il-kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE fis-snin 2008, 2009 u 2010 fl-Istat Membru rispettiv mit-total medju tiegħu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għas-snin 2008, 2009 u 2010.

(8)

L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal Stat Membru b’limitu pożittiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-snin mill-2013 sal-2019 għandhom jiġu ddefiniti bi trajettorja lineari li tibda bil-kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru fis-sena 2009 u tispiċċa bl-allokazzjoni annwali tiegħu ta’ emissjonijiet għas-sena 2020.

(9)

L-allokazzjoni annwali ta’ emissjonijiet għal Stat Membru b’limitu negattiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-sena 2013 għandu jiġi kkalkulat billi titnaqqas kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE fis-snin 2008, 2009 u 2010 fl-Istat Membru rispettiv mit-total medju analizzat tiegħu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għas-snin 2008, 2009 u 2010.

(10)

L-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal Stat Membru b’limitu negattiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-snin mill-2014 sal-2019 għandha tiġi ddefinita bi trajettorja lineari li tibda bl-allokazzjoni annwali ta’ emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru għas-sena 2013 u tispiċċa bl-allokazzjoni annwali tiegħu ta’ emissjonijiet għas-sena 2020.

(11)

L-emissjonijiet ivverifikati ta’ gassijiet serra ta’ installazzjonijiet inklużi unilateralment fl-Iskema għan-Negozjar tal-Emissjonijiet skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 ma għandhomx jitqiesu fil-kwantità medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ivverifikati minn installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE għas-snin 2008, 2009 u 2010 għax dan jirriżulta f’għadd doppju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra matul aġġustamenti futuri tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

(12)

Minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni annwali tagħha ta’ emissjonijiet għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 għandha tiġi ddeterminata billi tintuża l-istess metodoloġija li tintuża għall-Istati Membri l-oħra. Dawn il-valuri għandhom isiru applikabbli mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja.

(13)

Minħabba l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew tad-Deċiżjoni 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 dwar l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (5) mill-2014, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal Franza mill-2014 jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-emissjonijiet rilevanti tal-gassijiet serra analizzati.

(14)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 huma stabbiliti fl-Anness I u għandhom japplikaw soġġetti għal kwalunkwe aġġustament ippubblikat skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

Artikolu 2

Minkejja l-Artikolu 1, meta att adottat skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE jipprovdi li l-Istati Membri jissottomettu inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ddeterminati bl-użu ta’ valuri tal-potenzjal ta’ tisħin globali mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC kif adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mill-ewwel sena li għaliha dan ir-rappurtar dwar l-inventarji tal-gassijiet serra jsir obbligatorju.

Artikolu 3

L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-Kroazja kif stabbiliti fl-Anness I għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.

(2)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(3)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.

(4)  SWD (2012) 107 final, 26.4.2012.

(5)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.


ANNESS I

L-Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet tal-Istati Membri għas-sena 2013 sas-sena 2020 ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-valuri tal-potenzjal ta’ tisħin globali mit-tieni rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC

Pajjiż

Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet

(ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju)

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

81 206 753

79 635 010

78 063 267

76 491 523

74 919 780

73 348 037

71 776 293

70 204 550

Il-Bulgarija

27 308 615

27 514 835

27 721 056

27 927 276

28 133 496

28 339 716

28 545 936

28 752 156

Ir-Repubblika Ċeka

63 569 006

64 248 654

64 928 302

65 607 950

66 287 597

66 967 245

67 646 893

68 326 541

Id-Danimarka

35 873 692

34 996 609

34 119 525

33 242 442

32 365 359

31 488 276

30 611 193

29 734 110

Il-Ġermanja

487 095 510

480 020 642

472 945 774

465 870 905

458 796 037

451 721 169

444 646 301

437 571 432

L-Estonja

6 111 145

6 133 644

6 156 143

6 178 641

6 201 140

6 223 639

6 246 137

6 268 636

L-Irlanda

45 163 667

44 066 074

42 968 480

41 870 887

40 773 293

39 675 700

38 578 106

37 480 513

Il-Ġreċja

58 909 882

59 158 791

59 407 700

59 656 609

59 905 518

60 154 427

60 403 336

60 652 245

Spanja

228 883 459

226 977 713

225 071 967

223 166 221

221 260 475

219 354 728

217 448 982

215 543 236

Franza

397 926 454

393 291 390

388 254 953

383 218 516

378 182 079

373 145 642

368 109 206

363 072 769

Il-Kroazja

20 596 027

20 761 917

20 927 807

21 093 696

21 259 586

21 425 476

21 591 366

21 757 255

L-Italja

310 124 250

308 146 930

306 169 610

304 192 289

302 214 969

300 237 649

298 260 329

296 283 008

Ċipru

5 552 863

5 547 275

5 541 687

5 536 100

5 530 512

5 524 924

5 519 336

5 513 749

Il-Latvja

9 005 483

9 092 810

9 180 137

9 267 464

9 354 791

9 442 119

9 529 446

9 616 773

Il-Litwanja

16 661 613

16 941 467

17 221 321

17 501 174

17 781 028

18 060 882

18 340 736

18 620 590

Il-Lussemburgu

9 737 871

9 535 962

9 334 053

9 132 144

8 930 235

8 728 326

8 526 417

8 324 508

L-Ungerija

49 291 591

50 388 303

51 485 014

52 581 726

53 678 437

54 775 149

55 871 861

56 968 572

Malta

1 113 574

1 112 781

1 111 988

1 111 195

1 110 402

1 109 609

1 108 816

1 108 023

Il-Pajjiżi l-Baxxi

121 835 387

119 628 131

117 420 874

115 213 617

113 006 361

110 799 104

108 591 847

106 384 590

L-Awstrija

53 598 131

53 032 042

52 465 953

51 899 864

51 333 775

50 767 686

50 201 597

49 635 508

Il-Polonja

197 978 330

198 929 081

199 879 833

200 830 584

201 781 336

202 732 087

203 682 838

204 633 590

Il-Portugall

47 653 190

47 920 641

48 188 091

48 455 541

48 722 992

48 990 442

49 257 893

49 525 343

Ir-Rumanija

79 108 341

80 681 687

82 255 034

83 828 380

85 401 727

86 975 074

88 548 420

90 121 767

Is-Slovenja

11 890 136

11 916 713

11 943 289

11 969 866

11 996 442

12 023 018

12 049 595

12 076 171

Is-Slovakkja

25 095 979

25 413 609

25 731 240

26 048 870

26 366 500

26 684 130

27 001 761

27 319 391

Il-Finlandja

32 732 387

32 232 553

31 732 719

31 232 885

30 733 051

30 233 217

29 733 383

29 233 549

L-Isvezja

42 526 869

41 863 309

41 199 748

40 536 188

39 872 627

39 209 066

38 545 506

37 881 945

Ir-Renju Unit

350 411 692

346 031 648

341 651 604

337 271 559

332 891 515

328 511 471

324 131 426

319 751 382


ANNESS II

L-Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet tal-Istati Membri għas-sena 2013 sas-sena 2020 ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-valuri tal-potenzjal ta’ tisħin globali mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC

Pajjiż

Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet

(ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju)

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

82 376 327

80 774 027

79 171 726

77 569 425

75 967 124

74 364 823

72 762 523

71 160 222

Il-Bulgarija

28 661 817

28 897 235

29 132 652

29 368 070

29 603 488

29 838 906

30 074 324

30 309 742

Ir-Repubblika Ċeka

65 452 506

66 137 845

66 823 185

67 508 524

68 193 864

68 879 203

69 564 542

70 249 882

Id-Danimarka

36 829 163

35 925 171

35 021 179

34 117 187

33 213 195

32 309 203

31 405 210

30 501 218

Il-Ġermanja

495 725 112

488 602 056

481 479 000

474 355 944

467 232 888

460 109 832

452 986 776

445 863 720

L-Estonja

6 296 988

6 321 312

6 345 636

6 369 960

6 394 284

6 418 608

6 442 932

6 467 256

L-Irlanda

47 226 256

46 089 109

44 951 963

43 814 816

42 677 670

41 540 523

40 403 377

39 266 230

Il-Ġreċja

61 003 810

61 293 018

61 582 226

61 871 434

62 160 642

62 449 850

62 739 057

63 028 265

Spanja

235 551 490

233 489 390

231 427 291

229 365 191

227 303 091

225 240 991

223 178 891

221 116 791

Franza

408 762 813

403 877 606

398 580 044

393 282 481

387 984 919

382 687 356

377 389 794

372 092 231

Il-Kroazja

21 196 005

21 358 410

21 520 815

21 683 221

21 845 626

22 008 031

22 170 436

22 332 841

L-Italja

317 768 849

315 628 134

313 487 419

311 346 703

309 205 988

307 065 273

304 924 558

302 783 843

Ċipru

5 919 071

5 922 555

5 926 039

5 929 524

5 933 008

5 936 493

5 939 977

5 943 461

Il-Latvja

9 279 248

9 370 072

9 460 897

9 551 721

9 642 546

9 733 370

9 824 194

9 915 019

Il-Litwanja

17 153 997

17 437 556

17 721 116

18 004 675

18 288 235

18 571 794

18 855 354

19 138 913

Il-Lussemburgu

9 814 716

9 610 393

9 406 070

9 201 747

8 997 423

8 793 100

8 588 777

8 384 454

L-Ungerija

50 796 264

51 906 630

53 016 996

54 127 362

55 237 728

56 348 094

57 458 460

58 568 826

Malta

1 168 514

1 166 788

1 165 061

1 163 334

1 161 608

1 159 881

1 158 155

1 156 428

Il-Pajjiżi l-Baxxi

125 086 859

122 775 394

120 463 928

118 152 462

115 840 997

113 529 531

111 218 065

108 906 600

L-Awstrija

54 643 228

54 060 177

53 477 125

52 894 074

52 311 023

51 727 971

51 144 920

50 561 869

Il-Polonja

204 579 390

205 621 337

206 663 283

207 705 229

208 747 175

209 789 121

210 831 068

211 873 014

Il-Portugall

49 874 317

50 139 847

50 405 377

50 670 907

50 936 437

51 201 967

51 467 497

51 733 027

Ir-Rumanija

83 080 513

84 765 858

86 451 202

88 136 547

89 821 891

91 507 236

93 192 581

94 877 925

Is-Slovenja

12 278 677

12 309 309

12 339 941

12 370 573

12 401 204

12 431 836

12 462 468

12 493 100

Is-Slovakkja

25 877 815

26 203 808

26 529 801

26 855 793

27 181 786

27 507 779

27 833 772

28 159 765

Il-Finlandja

33 497 046

32 977 333

32 457 619

31 937 905

31 418 191

30 898 477

30 378 764

29 859 050

L-Isvezja

43 386 459

42 715 001

42 043 544

41 372 087

40 700 630

40 029 172

39 357 715

38 686 258

Ir-Renju Unit

358 980 526

354 455 751

349 930 975

345 406 200

340 881 425

336 356 649

331 831 874

327 307 099


Top