EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0161

2013/161/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2013) 1279) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 90, 28.3.2013, p. 99–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 070 P. 210 - 216

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2293

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/161/oj

28.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/99


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Marzu 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2013) 1279)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/161/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Dik id-Direttiva teħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw annimali u prodotti mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva jippreżentaw pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa. Dak il-pjan għandu mill-anqas jinkludi l-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness I

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”) imressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness tagħha għall-annimali u l-prodotti mill-annimali indikati f’dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”).

(4)

Il-Bosnja-Ħerzegovina ssottomettiet pjan għal tjur, ħalib, bajd u għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. L-annotazzjonijiet għall-Bożnja-Ħerzegovina għal tjur, ħalib, bajd u għasel għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista.

(5)

Il-Ġappun bagħat pjan għall-bovini lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Ġappun għall-bovini għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista.

(6)

Il-Moldova ssottomettiet pjan lill-Kummissjoni għat-tjur, l-akkwakultura u l-bajd. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. L-annotazzjonijiet għall-Moldova għal tjur, akkwakultura u bajd għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista.

(7)

L-Gżejjer Pitcairn bħalissa huma inklużi fil-lista għall-għasel. Madankollu, il-Gżejjer Pitcairn ma pprovdewx pjan kif mitlub permezz tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE. Il-Gżejjer Pitcairn għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista.

(8)

Il-Vjetnam bagħat pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Annotazzjoni għall-Vjetnam għall-għasel għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista.

(9)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni biex ikopri l-konsenji rilevanti mill-Gżejjer Pitcairn, li ġew iċċertifikati u mibgħuta lejn l-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sas-16 ta’ Mejju 2013, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw kunsinni mill-Gżejjer Pitcairn ta’ għasel sakemm l-importatur juri li l-prodotti ġew iċċertifikati u mibgħuta lejn l-Unjoni qabel l-1 ta’ April 2013.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40.


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa selvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

AD

Andorra

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

X (1)

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BN

Il-Brunej

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

l-Isvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falklands

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GH

Il-Gana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

 

X (1)

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

X (3)

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

In-New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (3)

X (3)

X (3)

 

X (3)

X

X (3)

 

 

 

 

 

SM

San Marino

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanzania

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

YT

Il-Majott

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Ħalib tal-iġmla biss.

(2)  Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkun approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Mhux inkluż il-Kosovo (din l-indikazzjoni hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar d-Dikjarazzjoni ta’ Indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.”


Top