EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0612

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2012 tad- 9 ta’ Lulju 2012 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 178, 10.7.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 025 P. 72 - 72

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/612/oj

10.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 612/2012

tad-9 ta’ Lulju 2012

li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kulur tal-mudell tal-liċenzja Komunitarja huwa ddefinit bħala “Kulur Pantone light blue (ċelesti)” fil-bidu tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

(2)

Il-kulur tal-Mudell tal-attestazzjoni tax-xufier huwa ddefinit bħala “Kulur Pantone pink (roża)” fil-bidu tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

(3)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kuluri b’mod aktar preċiż sabiex tiġi inkoraġġita l-omoġeneità u l-interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 huwa emendat kif ġej:

1)

Fl-Anness II, fir-raba’ linja, is-sentenza “Kulur Pantone ċelesti, karta sintetika format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar” tinbidel b’dan li ġej:

“Kulur Pantone light blue (ċelesti) 290, jew kemm jista’ jkun viċin dan il-kulur, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar”;

2)

Fl-Anness III, fil-ħames linja, is-sentenza “Kulur Pantone roża, format DIN A4; karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar” tinbidel b’dan li ġej:

“Kulur Pantone pink (roża) 182, jew kemm jista’ jkun viċin dan il-kulur, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar”;

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72.


Top