EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0142

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal- 25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 54, 26.2.2011, p. 1–254 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 044 P. 68 - 321

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/142/oj

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 142/2011

tal-25 ta’ Frar 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u partikularment l-Artikoli 5(2) u 6(1)(b)(ii) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2), l-Artikolu 11(2)(b) u (c) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2), l-Artikolu 15(1)(b), (d), (e), (h) u (i) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), l-Artikoli 17(2) u 18(3), l-Artikolu 19(4)(a), (b) u (c) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(4), l-Artikolu 20(10) u (11), l-Artikolu 21(5) u (6) u l-Artikoli 22(3) u 23(3), l-Artikolu 27(a), (b), (c) u minn (e) sa (h) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27, l-Artikoli 31(2), 32(3), l-Artikolu 40, l-ewwel u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42, l-Artikoli 43(3), 45(4), 47(2), l-Artikolu 48(2), l-Artikolu 48(7)(a) u (8)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(8) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u partikularment l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għal prodotti sekondarji tal-annimali u għal prodotti derivati minnhom. Dak ir-Regolament jiddetermina ċ-ċirkustanzi li fihom prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jintremew, biex jiġi evitat it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali. Barra dan, dak ir-Regolament jispeċifika taħt liema kondizzjonijiet prodotti sekondarji tal-annimali jistgħu jintużaw għal applikazzjonijiet f’għalf għall-annimali u għal diversi għanijiet, bħal f’kożmetiċi, fi prodotti mediċinali u f’applikazzjonijiet tekniċi. Huwa wkoll jistabbilixxi obbligi għall-operaturi li jiġġestixxu prodotti sekondarji tal-annimali fi stabbilimenti u f’impjanti li jkunu suġġetti għal kontrolli uffiċjali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprovdi li għandhom ikunu adottati regoli dettaljati permezz ta’ miżuri implimentattivi għall-ġestjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati, bħal standards ta’ proċessar, kondizzjonijiet ta’ iġjene u l-għamla ta’ evidenza dokumentarja li għandha tinżamm ma’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ma’ prodotti derivati biex dawn ikunu traċċabbli.

(3)

Ir-regoli dettaljati għall-użu u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti għall-kisba tal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-aktar dwar l-użu sostenibbli ta’ materjali tal-annimali u livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni Ewropea.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 ma japplikax għal iġsma sħaħ jew għal partijiet ta’ annimali salvaġġi, li ma jkunux suspettati li jkunu infettati jew milqutin minn xi marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali, ħlief għall-annimali akkwatiċi li jinħattu għal finijiet kummerċjali. Barra dan, huwa ma japplikax għal iġsma sħaħ jew għal partijiet ta’ annimali salvaġġi li ma jinġabrux wara li jinqatlu, skont prattika tajba fil-kaċċa. Dwar dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali li jiġu mill-kaċċa, ir-rimi għandu jsir b’mod li ma jitħalliex ikun hemm it-tixrid ta’ riskji, kif jixraq lil prattiki speċifiċi tal-kaċċa u skont il-prattika tajba kif deskritta mill-professjoni tal-kaċċa.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 japplika għal prodotti sekondarji tal-annimali għat-tħejjija ta’ trofej tal-kaċċa. It-tħejjija ta’ trofej bħal dawn, kif ukoll it-tħejjijiet ta’ annimali u partijiet ta’ annimali li għalihom jintużaw metodi oħra, bħall-preservazzjoni ta’ partijiet tal-ġisem bil-proċess ta’ bdil ta’ ilma u xaħam b’diversi tipi ta’ plastik li jservi (plastinazzjoni), għandhom isiru skont kondizzjonijiet li ma jħallux ikun hemm it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 japplika għal skart mill-kejtering jekk joriġina minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment, bħal materjali ġejjin minn oġġetti tal-ikel servuti f’ajruplani jew abbord bastimenti li jidħlu fl-Unjoni Ewropea minn destinazzjoni ta’ pajjiżi terzi. Skart mill-kejtering jaqa’ wkoll fl-ambitu ta’ dak ir-Regolament jekk ikun maħsub għall-finijiet ta’ għalf, għall-proċessar skont wieħed mill-metodi awtorizzati ta’ proċessar skont dan ir-Regolament jew biex jinbidel f’bijogass jew f’kompost. Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprojbixxi li skart mill-kejtering jingħata bħala għalf lil annimali mrobbijin fi rziezet, minbarra lil annimali tal-pil. Għalhekk b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, skart mill-kejtering jista’ jiġi pproċessat u wara użat, bil-kondizzjoni li l-prodott derivat ma jingħatax bħala ikel lil annimali bħal dawn.

(7)

F’ġieħ il-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, f’dan ir-Regolament, bħala bażi għad-definizzjoni tal-materjali tal-għalf li joriġina mill-animali għandha tintuża d-definizzjoni ta’ materjali ta’ għalf li tinsab fir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (3).

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jipprojbixxi li prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minn speċijiet suxxettibbli jintbagħtu minn azjendi, stabbilimenti, impjanti jew żoni li jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet minħabba li jkun hemm marda serja li tittieħed. Biex ikun ipprovdut livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, il-lista ta’ mard li tinsab fil-Kodiċijiet tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri u Akkwatiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “OIE”) għandha tkun speċifikata bħala l-lista ta’ mard serju li jittieħed biex ikun determinat l-ambitu ta’ din il-projbizzjoni.

(9)

Minħabba li l-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart (4), regoli adegwati għall-prevenzjoni ta’ riskji għas-saħħa li operazzjonijiet bħal dawn iġibu magħhom għandhom ikunu stabbiliti f’dan ir-Regolament, billi jitqiesu l-effetti li jista’ jkun hemm fuq l-ambjent. Residwi mill-operazzjoni tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati għandhom ikunu rriċiklati jew jintremew, skont il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, minħabba li dik il-leġiżlazzjoni, b’mod partikulari, tippermetti li l-komponent fosforiku tal-irmied jintuża f’fertilizzanti u li l-irmied tal-kremazzjoni ta’ annimali domestiċi jgħaddi lis-sidien tagħhom.

(10)

Prodotti li joriġinaw mill-annimali jew oġġetti tal-ikel li jkollhom prodotti bħal dawn għandhom jintremew biss f’miżbla, skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (5), jekk dawn ikunu ġew ipproċessati b’mod kif definit mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (6), biex jittaffew ir-riskji li jista’ jkun hemm għas-saħħa.

(11)

Ir-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati minn ilma mormi jnixxi għandu jkun ipprojbit, minħabba li tnixxija bħal dik mhix suġġetta għar-rekwiżiti li jiżguraw kontroll xieraq ta’ riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ riskji mhux aċċettabbli minn rimi aċċidentali ta’ prodotti sekondarji likwidi tal-annimali, bħal minn tindif tal-art u minn tagħmir użat għall-ipproċessar.

(12)

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (7) tistabbilixxi ċerti miżuri għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. L-Artikolu 2(2)(b) ta’ dik id-Direttiva jipprovdi li ċerti materji huma esklużi mill-ambitu ta’ dik id-Direttiva minħabba li huma koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, inklużi prodotti sekondarji tal-annimali koperti minn bir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (8), ħlief dawk li jkunu maħsubin għall-inċinerazzjoni, rimi f’miżbla jew biex jintużaw f’impjant tal-bijogass jew tal-kompost. Dak ir-Regolament issa kien irrevokat u ssostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 mill-4 ta’ Marzu 2011. Fl-interess tal-koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-proċessi li bihom prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati jkunu ttrasformati f’bijogass u f’kompost għandhom ikunu konformi mar-regoli tas-saħħa stabbiliti f’dan ir-Regolament, kif ukoll il-miżuri għall-ħarsien tal-ambjent stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.

(13)

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tkun tista’ tawtorizza parametri alternattivi għat-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’bijogass jew biex isiru kompost abbażi ta’ validazzjoni skont mudell armonizzat. F’dak il-każ, għandu jkun possibbli li residwi tad-diġestjoni u kompost jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni Ewropea kollha. Barra dan, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tkun tista’ tawtorizza ċerti parametri għal prodotti sekondarji speċifiċi tal-annimali, bħal skart mill-kejtering u taħlitiet ta’ skart mill-kejtering ma’ ċerti materjali oħra, li jkunu ttrasformati f’bijogass jew li jsiru kompost. Minħabba li awtorizzazzjonijiet bħal dawn ma jinħarġux skont mudell armonizzat, residwi ta’ diġestjoni u kompost għandhom jitqiegħdu biss fis-suq fl-Istat Membru fejn il-parametri jkun ġew awtorizzati.

(14)

Għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel minn aġenti patoġeniċi, stabbilimenti jew impjanti li jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali għandhom joperaw f’sit separat minn biċċeriji jew minn stabbilimenti oħra li fihom ikunu pproċessati oġġetti tal-ikel, partikularment skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (9), sakemm l-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-annimali ma jsirx f’kondizzjonijiet li jkunu ġew approvati mill-awtorità kompetenti, bl-għan li ma jitħalliex ikun hemm it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali għal ġo l-istabbilimenti ta’ pproċessar ta’ ikel.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001, li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija (10) sponġiformi li tinxtered, jipprovdi li l-Istati Membri għandhom iwettqu programmi annwali ta’ monitoraġġ għal enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSE). Iġsma ta’ annimali li jintużaw bħala għalf għal ċerti speċijiet għal finijiet ta’ promozzjoni tal-bijodiversità, għandhom ikunu inklużi f’dawk il-programmi ta’ monitoraġġ sakemm ikun meħtieġ biex ikun żgurat li dawk il-programmi jagħtu informazzjoni biżżejjed dwar il-prevalenza ta’ TSE fi Stat Membru partikulari.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jippermetti li ċertu materjal tal-Kategorija 1 jingħata bħala għalf lil speċijiet mhedda jew protetti ta’ għasafar nekrofaġi u lil speċijiet oħra li jgħixu fl-abitat naturali tagħhom, għall-promozzjoni tal-bijodiversità. Għalf bħal dan għandu jkun awtorizzat għal ċerti speċijiet ta’ karnivori msemmijin fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-abitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (11) u għal ċerti speċijiet ta’ għasafar tal-ħatfa msemmijin fid-Direttiva 2009/147/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (12), biex jitqiesu x-xejriet naturali ta’ dawk l-ispeċijiet fil-mod kif jingħalfu.

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 daħħal proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ metodi alternattivi ta’ użu jew rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati. Metodi bħal dawn jistgħu jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni wara li tkun irċeviet opinjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem imsejħa “EFSA”). Biex titħaffef l-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet mill-EFSA għandu jkun stabbilit format standard li juri lil applikanti n-natura tal-evidenza li għandha tintbagħat. B’konformità mat-Trattati, għandu jkun possibbli li jintbagħtu applikazzjonijiet għal metodi alternattivi fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (13).

(18)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005, li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (14), l-operaturi fin-negozju tal-għalf, minbarra produtturi primarji, jeħtiġilhom jaħżnu u jittrasportaw għalf taħt ċerti kondizzjonijiet iġjeniċi. Minħabba li dawk il-kondizzjonijiet jipprovdu biex ir-riskji li jista’ jkun hemm jittaffew b’mod ekwivalenti, oġġetti ta’ għalf kompost idderivati minn prodotti sekondarji tal-annimali ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dwar ħażna u trasport.

(19)

Għall-promozzjoni tax-xjenza u r-riċerka u biex ikun żgurat l-aħjar użu possibbli ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati fid-dijanjożi ta’ mard tal-bniedem u tal-annimali, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorizzata tistabbilixxi kondizzjonijiet għal kampjuni ta’ materjali bħal dawn għal finijiet ta’ riċerka, edukazzjoni u dijanjożi. Madankollu, dawk il-kondizzjonijiet ma għandhomx ikunu stabbiliti għal kampjuni ta’ aġenti patoġeniċi, li għalihom hemm stabbiliti regoli speċjali fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (15).

(20)

Id-Direttiva 97/78/KE teżenta prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu maħsubin għall-wiri, bil-kondizzjoni li ma jkunux maħsubin li jitqiegħdu fis-suq, u prodotti sekondarji tal-annimali maħsubin għal studji u analiżi partikulari minn eżamijiet veterinarji fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ dħul fl-Unjoni. Dik id-Direttiva tippermetti li jkunu adottati miżuri implimentattivi għal dawk l-eżenzjonijiet. F’dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet xierqa għall-importazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati maħsubin għal wirjiet u għal studji jew analiżi partikulari, biex ikun żgurat li ma jinxterdux riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali fejn prodotti bħal dawn jidħlu fl-Unjoni. Fl-interess tal-koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u biex ikun hemm ċertezza legali għall-operaturi, dawk il-kondizzjonijiet u l-miżuri implimentattivi tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(21)

Wara li jinġabru, prodotti sekondarji tal-annimali għandhom ikunu mmaniġġati f’kondizzjonijiet xierqa li jiżguraw li ma jinxterdux riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali. Stabbilimenti jew impjanti li fihom isiru ċerti operazzjonijiet qabel ma prodotti sekondarji tal-annimali jintbagħtu għal aktar proċessar għandhom ikunu mibnija u għandhom joperaw b’mod li ma jitħalliex ikun hemm tixrid bħal dan. Dan għandu jinkludi stabbilimenti jew impjanti fejn isiru operazzjonijiet li jinvolvu l-immaniġġar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali skont leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni, minbarra l-immaniġġar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali matul attivitajiet ta’ kura minn veterinarji privati.

(22)

Konformi mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-operaturi għandhom jiżguraw li prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati jkunu traċċabbli fl-istadji kollha tal-katina tal-manifattura, użu u rimi, biex b’hekk ikunu evitati interruzzjonijiet bla bżonn tas-suq intern fil-każ ta’ avvenimenti li jkollhom rabta ma’ riskji attwali jew potenzjali għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. It-traċċabbiltà għandha, għalhekk, mhux biss tkun żgurata mill-operaturi li jiġġeneraw, jiġbru jew jittrasportaw prodotti sekondarji tal-annimali, iżda wkoll minn operaturi li jiddisponu minn prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, b’inċinerazzjoni, b’koinċinerazzjoni jew b’rimi f’miżbla.

(23)

Kontenituri u mezzi ta’ trasport li jintużaw għal prodotti sekondarji tal-annimali jew għal prodotti derivati għandhom jinżammu fi stat nadif, għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni. Meta jintużaw għat-trasport ta’ materjal partikulari, bħal prodott sekondarju likwidu ta’ annimali li ma jġibx riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa, l-operaturi jistgħu jaġġustaw il-miżuri tagħhom biex jiżguraw li jkun hemm il-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni skont ir-riskju attwali li jkollu dak il-materjal.

(24)

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jesiġu li l-operaturi jużaw is-sistema veterinarja komputerizzata u integrata (Traces) introdotta bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (16) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “is-Sistema TRACES”), biex ikun hemm prova tal-wasla ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati fil-post tad-destinazzjoni. Alternattivament prova tal-wasla ta’ konsenji għandha tinġieb permezz tar-raba’ kopja tad-dokument kummerċjali, li tintradd lura lill-produttur. L-esperjenza miż-żewġ alternattivi għandha tkun evalwata wara l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(25)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jispeċifika ċerti parametri għat-trattament ta’ xaħmijiet imdewba, żejt tal-ħuta u prodotti tal-bajd li jipprovdu kontroll adegwat ta’ riskji li jista’ jkun hemm għas-saħħa, meta prodotti bħal dawn jintużaw għal finijiet minbarra għal konsum mill-bniedem. Dawk il-parametri għandhom, għalhekk, ikunu awtorizzati bħala alternattivi għat-trattamenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jissemmew f’dan ir-Regolament.

(26)

Kolostru u prodotti tal-kolostru għandhom joriġinaw minn imrieħel bovini li ma jkollhomx ċertu mard imsemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (17).

(27)

Ir-referenzi għad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (18), għad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists (19), għad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (20) għandhom jiġu aġġornati u r-referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (21) fir-regoli tas-saħħa għall-kummerċ ta’ demel mhux ipproċessat għandha tkun aġġornata.

(28)

Ċerti materjali importati għall-produzzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi għandhom ikunu mmaniġġati u użati skont kondizzjonijiet li jkunu adatti għar-riskju li dawn il-materjali jistgħu jġibu magħhom. Partikularment, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex dawn il-materjali jgħaddu fiż-żgur għal stabbilimenti jew impjanti ta’ destinazzjoni fejn materjali bħal dawn, kif ukoll materjal tal-Kategorija 3, jkunu inkorporati f’ikel għall-annimali domestiċi. Dwar l-istabbilimenti jew l-impjanti ta’ destinazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tkun awtorizzata tippermetti l-ħżin ta’ materjali importati flimkien ma’ materjal tal-Kategorija 3, bil-kondizzjoni li l-materjali importati jkunu jistgħu jiġu intraċċati.

(29)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jirreferi għal ċerti prodotti derivati li jistgħu jitqiegħdu fis-suq skont kondizzjonijiet stabbiliti f’ċerta leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Dik il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi wkoll kondizzjonijiet għall-importazzjoni, il-ġbir u l-moviment ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għall-manifattura ta’ prodotti derivati bħal dawn. Iżda r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 japplika fejn dik il-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni ma tistabbilixxix kondizzjonijiet dwar riskji potenzjali għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali li jistgħu jiġu minn materja prima bħal din. Minħabba li ma kinux stabbiliti kondizzjonijiet bħal dawn fir-rigward ta’ materjali li jkunu għaddew minn ċerti stadji ta’ proċessar qabel ma jkunu tħarsu l-kondizzjonijiet biex huma jitqiegħdu fis-suq skont dik il-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni, dawn il-kondizzjonijiet għandhom jitniżżlu f’dan ir-Regolament. B’mod partikulari l-kondizzjonijiet għall-importazzjoni u l-maniġġar ta’ materjali bħal dawn fl-Unjoni skont rekwiżi stretti ta’ kontroll u dokumentazzjoni għadhom jiġu stabbiliti għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ riskji potenzjali għas-saħħa minn materjali bħal dawn.

(30)

B’mod partikulari għandhom ikunu stabbiliti kondizzjonijiet adegwati tas-saħħa f’dan ir-Regolament għal materjali li jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali, f’konformità mad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (22), tal-prodotti mediċinali veterinarji f’konformità mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (23), tal-mezzi mediċi f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (24), tal-mezzi mediċi dijanjostiku in vitro f’konformità mad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro  (25), tagħmir mediku attiv impjantabbli, f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (26), jew reaġenti tal-laboratorju (“il-prodotti lesti”). Jekk ir-riskji li jiġu minn materjali bħal dawn jittaffew minħabba l-purifikazzjoni, il-konċentrazzjoni tal-prodott jew minħabba l-kondizzjonijiet li bihom ikunu mmaniġġati jew mormija, għandhom japplikaw biss ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u ta’ dan ir-Regolament b’rabta mat-traċċabbiltà. F’każ bħal dan, ir-rekwiżiti relatati mas-separazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ta’ kategoriji differenti fl-istabbiliment jew fl-impjant li jipproduċi l-prodotti lesti ma għandhomx japplikaw, minħabba li l-użu sussegwenti ta’ materjali għal għanijiet oħra, partikularment meta dawn jinbidlu f’ikel jew f’għalf, jista’ jkun eskluż bl-applikazzjoni kif imiss tar-regoli mill-operatur, taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti. Konsenji ta’ materjali bħal dawn li jkollhom ikunu importati għall-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għal verifiki veterinarji ta’ dħul fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera skont id-Direttiva 97/78/KE, biex ikun żgurat li dawk il-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti għat-tqegħid tagħhom fis-suq fl-Unjoni.

(31)

Konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (27), ċerti mardiet li l-ekwidi huma suxxettibbli għalihom għandhom ikun nnotifikati b’mod obbligatorju. Prodotti tad-demm ta’ ekwidi li jkunu maħsuba għall-finijiet oħra minbarra dawk ta’ għalf, bħal prodotti tad-demm maħsuba għal prodotti mediċinali veterinarji, għandhom joriġinaw minn ekwidi li ma kinux urew sinjali kliniċi ta’ dawk il-mardiet, biex jittaffa r-riskju ta’ tixrid ta’ dawk il-mardiet.

(32)

Għandu jkun permissibbli li jitqiegħdu fis-suq ġlud li jkunu għadhom kif inħadmu għal finijiet minbarra dawk ta’ konsum mill-bniedem, bil-kondizzjoni li jitħarsu l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għal laħam frisk stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (28), minħabba li dawk il-kondizzjonijiet jipprovdu biex jittaffew kif jixraq riskji li jista’ jkun hemm għas-saħħa.

(33)

Ir-regoli tas-saħħa stabbiliti f’dan id-dokument għall-manifattura u tqegħid fis-suq ta’ trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra ta’ annimali li jeliminaw riskji potenzjali għandhom ikunu b’żieda mar-regoli għall-protezzjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ annimali selvaġġi stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (29), minħabba l-objettiv differenti ta’ dak ir-Regolament. Tħejjijiet anatomiċi ta’ annimali jew ta’ prodotti sekondarji ta’ annimali li jkunu ntbagħtu għal proċess bħal tal-plastinazzjoni li jelimina ugwalment riskji potenzjali, ma għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali, biex jitħaffef l-użu ta’ tħejjijiet bħal dawn, partikularment fl-edukazzjoni.

(34)

Prodotti sekondarji tal-apikultura li jitqiegħdu fis-suq għandhom ikunu ħielsa minn ċertu mard li jkunu suxxettibbli għalih li jidher fil-lista tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (30).

(35)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għamlu sejħa lill-Kummissjoni biex tiddetermina punt ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura ta’ prodotti oleokimiċi, biex kif jinqabeż, dawn ma jibqgħux suġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Id-deċiżjoni dwar dak il-punt ta’ tmiem għandha tittieħed malli tkun tista’ tinkiseb valutazzjoni li tevalwa l-kapaċità tal-proċessi oleokimiċi li jtaffu r-riskji potenzjali għas-saħħa li jista’ jkun hemm f’xaħmijiet tal-annimali ta’ kull kategorija ta’ materjal li jkun ipproċessat.

(36)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għandu jissemma f’dan ir-Regolament (31), sa fejn dawk il-pajjiżi terzi u territorji oħra għandhom ikunu awtorizzati jagħmlu importazzjoni ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati, minħabba li r-riskji li jinqalgħu minn dawk il-prodotti huma identiċi għal dawk li jistgħu jinqalgħu mill-importazzjoni ta’ annimali ħajjin jew ta’ laħam frisk.

(37)

Aktar listi ta’ pajjiżi terzi li mingħandhom jistgħu jkunu importati ċerti materjali li joriġinaw mill-annimali għandu jkun hemm referenza għalihom biex ikunu indikati l-pajjiżi terzi li mingħandhom jistgħu jkunu importati prodotti sekondarji tal-annimali tal-ispeċijiet rispettivi, abbażi ta’ konsiderazzjonijiet simili dwar riskji għas-saħħa u biex tkun żgurata l-koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Listi bħal dawn kienu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embriji tal-ispeċi ekwina u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (32), fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman (33), fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (34), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (35) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009 tad-9 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom, għall-importazzjoni fil-Komunità, jew għat-tranżitu minnha, ta’ laħam ta’ leporidae selvaġġi, ta’ ċerti mammali tal-art selvaġġi u ta’ fniek imrobbija fl-irziezet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja (36).

(38)

Minħabba li l-iskart mill-industrija tal-fotografija li tuża ċerti prodotti sekondarji tal-annimali, bħal kolonna vertebrali bovina mhux biss iġib riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali, iżda wkoll riskji għall-ambjent, dan għandu jew jintrema jew ikun esportat lejn il-pajjiż terz ta’ oriġini tal-prodotti sekondarji tal-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (37).

(39)

Il-lista tal-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (38) għandha tissemma fir-regoli għal tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati mill-Unjoni Ewropea bejn territorji tal-Federazzjoni Russa. Id-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004, li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (39), għandu jintuża għall-finijiet ta’ dak it-tranżitu.

(40)

Dan ir-Regolament għandu jipprovdi li ċ-ċertifikati tas-saħħa li jkollhom jinżammu ma’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati fil-punt ta’ dħul fl-Unjoni fejn isiru l-verifiki veterinarji għandhom jinħarġu skont il-prinċipji ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (40).

(41)

Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kontrolli uffiċjali fuq il-katina sħiħa ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati għandhom isiru skont l-obbliġi ġenerali għall-kontrolli uffiċjali li huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (41).

(42)

Huwa, għalhekk, meħtieġ li jkunu stabbiliti miżuri implimentattivi f’dan ir-Regolament għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(43)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 b’effett mill-4 ta’ Marzu 2011.

(44)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, kienu adottati ċerti atti implimentativi, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2003 (42) rigward il-projbizzjoni ta’ riċiklaġġ tal-intraspeċje għall-ħut, id-dfin u l-ħruq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ċerti miżuri tranżizzjonali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/322/KE (43) dwar l-għalf għal ċerti għasafar nekrofaġi b’ċerti materjali tal-Kategorija 1, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE (44) dwar deroga mill-projbizzjoni ta’ riċiklaġġ tal-intraspeċje għall-annimali tal-pil, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 79/2005 (45) dwar l-użu tal-ħalib, ta’ prodotti li huma bbażati fuq il-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2005 (46) dwar mezzi ta’ rimi jew użi, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 181/2006 (47) fir-rigward tal-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija li mhumiex demel, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2006 (48) li għandu x’jaqsam mal-listi ta’ pjanti approvati u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 (49) fir-rigward tal-importazzjoni u t-tranżitu ta’ ċerti prodotti intermedjarji tal-Kategorija 3.

(45)

Barra dan, kienu adottati ċerti miżuri tranżizzjonali, partikularment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 878/2004 (50) dwar l-importazzjoni u l-użu ta’ ċerti materjali ta’ Kategorija 1 u 2, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE (51) dwar l-importazzjoni ta’ ċerti materjali għall-produzzjoni tal-fotoġelatina u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 197/2006 (52) dwar il-ġbir, it-trasport, it-trattament, l-użu u r-rimi ta’ dawk li kienu oġġetti tal-ikel, biex ikunu stabbiliti miżuri proporzjonati għar-riskju għal ċerti użijiet speċifiċi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali.

(46)

Għal aktar simplifikazzjoni ta’ regoli tal-Unjoni għall-prodotti sekondarji tal-annimali, kif mitlub mill-Presidenza tal-Kunsill fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, dawk il-miżuri implimentattivi u tranżizzjonali kienu eżaminati mill-ġdid. Għandhom issa jkunu rrevokati u sostitwiti, skont il-ħtieġa, b’dan ir-Regolament, biex jikkostitwixxu qafas legali koerenti għall-prodotti sekondarji tal-annimali u għal prodotti derivati.

(47)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 japplika mill-4 ta’ Marzu 2011 u bl-istess mod dan ir-Regolament għandu japplika wkoll minn dik id-data. Barra dan, huwa meħtieġ li jkun ipprovdut perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jingħataw żmien biex jaġġustaw mar-regoli l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament u biex jitqiegħdu fis-suq ċerti prodotti li kienu saru skont ir-regoli tas-saħħa tal-Unjoni li kienu japplikaw qabel dik id-data, u biex jitħallew jissoktaw l-importazzjonijiet meta r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jibdew japplikaw.

(48)

It-tqegħid fis-suq u l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti msemmijin fir-Regolament (KE) Nru 878/2004 għandhom ikomplu jitwettqu skont miżuri nazzjonali, minħabba li r-riskji assoċjati li hemm għall-ammont limitat ta’ materjali involuti attwalment jippermettu li r-rikji jkunu rregolati f’livell nazzjonali, sakemm issir, jekk jista’ jkun, armonizzazzjoni għall-ġejjieni. Sakemm issir l-adozzjoni ta’ miżuri għall-ġbir u r-rimi ta’ ċerti ammonti limitati ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali mis-settur tal-bejgħ bl-imnut abbażi ta’ aktar provi, l-awtorità kompetenti għandha tkun tista’ tkompli tawtorizza l-ġbir u r-rimi ta’ prodotti bħal dawn b’mezzi oħra, bil-kondizzjoni li tkun żgurata protezzjoni ekwivalenti għas-saħħa pubblika u tal-annimali.

(49)

Skont it-talba li l-Parlament Ewropew esprima fiż-żmien meta huwa qabel ma’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fl-ewwel qari, u wara li tqiesu s-suġġerimenti aktar speċifiċi tal-Parlament biex ikunu indirizzati ċerti kwistjonijiet tekniċi, kien ippreżentat abbozz ta’ dan ir-Regolament fis-27 ta’ Settembru 2010 lill-Kumitat tiegħu għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà fl-Ikel għal bdil ta’ fehmiet

(50)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanentidwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri implimentattivi:

(a)

għas-saħħa pubblika u tal-annimali għal prodotti sekondarji tal-annimali u għal prodotti derivati stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b)

dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)(e) u (f) tad-Direttiva 97/78/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 3

Punt ta’ tmiem fil-katina tal-manifattura ta’ ċerti prodotti derivati

Il-prodotti derivati li ġejjin jistgħu jitqiegħdu fis-suq, minbarra li jkunu esportati, mingħajr restrizzjonijiet, kif ipprovdut fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:

(a)

il-bijodiżil li jkun konformi mar-rekwiżiti għar-rimi u l-użu ta’ prodotti derivati stabbiliti fil-punt 2(b) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV;

(b)

ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li jkun konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għal ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi stabbiliti fil-punt 7(a) tal-Kapitolu II tal-Anness XIII;

(c)

affarijiet ta’ tgerrim għall-klieb li jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għal affarijiet ta’ tgerrim stabbiliti fil-punt 7(b) tal-Kapitolu II tal-Anness XIII;

(d)

ġlud ta’ ungulati li jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-punt ta’ tmiem għal dawk il-prodotti stabbiliti fil-punt C tal-Kapitolu V tal-Anness XIII;

(e)

suf u xagħar, li jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-punt ta’ tmiem għal dawk il-prodotti stabbiliti fil-punt B tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII;

(f)

rix u rix fin artab (down), li jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-punt ta’ tmiem għal dawk il-prodotti stabbiliti fil-punt C tal-Kapitolu VII tal-Anness XIII;

(g)

pil li jkun konformi mal-kondizzjonijiet tal-Kapitolu VIII tal-Anness XIII.

Artikolu 4

Mard serju li jittieħed

Il-mard elenkat mill-OIE fl-Artikolu 1.2.3 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri, edizzjoni tal-2010, u fil-Kapitolu 1.3 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi, edizzjoni tal-2010, għandu jitqies bħala mard serju li jittieħed għall-finijiet ta’ restrizzjonijiet ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali, kif ipprovdut fl-Artikolu 6(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

KAPITOLU II

RIMI U UŻU TA’ PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI U TA’ PRODOTTI DERIVATI

Artikolu 5

Restrizzjonijiet għall-użu ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati

1.   L-operaturi fl-Istati Membri msemmijin fil-Kapitolu I tal-Anness II għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet meta jagħlfu annimali tal-pil b’ċerti materjali ġejjin minn iġsma jew minn partijiet ta’ annimali tal-istess speċi msemmijin fl-istess Kapitolu.

2.   L-operaturi għandhom ikunu konformi mar-restrizzjonijiet dwar it-tagħlif ta’ annimali mrobbijin fi rziezet bi ħxejjex minn raba’ li fiha jkunu ġew applikati ċerti fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija kif stabbilit fil-Kapitolu II tal-Anness II.

Artikolu 6

Rimi b’inċinerazzjoni u b’koinċinerazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati jsiru biss:

(a)

f’impjanti ta’ inċinerazzjoni u f’impjanti ta’ koinċinerazzjoni li jkunu ngħataw permess skont id-Direttiva 2000/76/KE; jew

(b)

għal impjanti li ma jkunx jeħtiġilhom permess skont id-Direttiva 2000/76/KE, f’impjanti ta’ inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni li jkunu ġew approvati mill-awtorità kompetenti biex jiddisponu bl-inċinerazzjoni, jew biex jiddisponu minn prodotti sekondarji tal-annimali jew minn prodotti derivati, jew biex jirkuprawhom, jekk ikunu skart, bil-koinċinerazzjoni, skont l-Artikolu 24(1)(b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss impjanti ta’ inċinerazzjoni u impjanti ta’ koinċinerazzjoni msemmijin fil-punt 1(b), skont l-Artikolu 24(1)(b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jekk ikunu konormi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-operaturi ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni u ta’ impjanti ta’ koinċinerazzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali ta’ inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness III.

4.   L-operaturi ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni ta’ kapaċità għolja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II tal-Anness III.

5.   L-operaturi ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni ta’ kapaċità baxxa għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitolu III tal-Anness III.

Artikolu 7

Rimi f’miżbla ta’ ċerti materjali tal-Kategoriji 1 u 3

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12 u mill-Artikolu 14(c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza r-rimi tal-materjali li ġejjin tal-Kategoriji 1 u 3 f’miżbla awtorizzata:

(a)

ikel importat għall-annimali domestiċi jew ikel għall-annimali domestiċi magħmul minn materjali importati, minn materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b)

materjal tal-Kategorija 3 imsemmi fl-Artikolu 10(f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, bil-kondizzjoni li:

(i)

materjali bħal dawn ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ xi prodott sekondarju tal-annimali msemmi fl-Artikoli 8 u 9 u fl-Artikolu 10 minn (a) sa (e) u minn (h) sa (p) ta’ dak ir-Regolament;

(ii)

fiż-żmien meta jkollhom jintremew, il-materjali:

imsemmijin fl-Artikolu 10(f) ta’ dak ir-Regolament ikun sarilhom proċessar kif definit fl-Artikolu 2(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004; u

imsemmijin fl-Artikolu 10(g) ta’ dak ir-Regolament ikunu ġew ipproċessati skont il-Kapitolu II tal-Anness X tiegħu jew skont ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ikel tal-annimali domestiċi stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament; u

(iii)

ir-rimi ta’ materjali bħal dawn ma jġibx riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali.

Artikolu 8

Rekwiżiti għal impjanti ta’ proċessar u stabbilimenti oħra

1.   L-operaturi għandhom jiżguraw li impjanti ta’ proċessar u stabbilimenti oħra fil-kontroll tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness IV:

(a)

il-kondizzjonijiet ġenerali għall-proċessar stabbiliti fit-Taqsima 1;

(b)

ir-rekwiżiti għat-trattament ta’ ilma mormi stabbiliti fit-Taqsima 2;

(c)

ir-rekwiżiti speċifiċi għall-proċessar ta’ materjali tal-Kategoriji 1 u 2 stabbiliti fit-Taqsima 3;

(d)

ir-rekwiżiti speċifiċi għall-proċessar ta’ materjali tal-Kategorija 3 stabbiliti fit-Taqsima 4.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss impjanti u stabbilimenti oħra ta’ proċessar, jekk huma jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness IV.

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ iġjene u proċessar għal impjanti ta’ proċessar u stabbilimenti oħra

L-operaturi għandhom jiżguraw li stabbilimenti u impjanti fil-kontroll tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin stabbiliti fl-Anness IV:

(a)

ir-rekwiżiti ta’ iġjene u proċessar stabbiliti fil-Kapitolu II;

(b)

il-metodi standard ta’ proċessar stabbiliti fil-Kapitolu III, bil-kondizzjoni li metodi bħal dawn jintużaw fl-istabbiliment jew impjant;

(c)

il-metodi alternattivi ta’ proċessar stabbiliti fil-Kapitolu IV, bil-kondizzjoni li metodi bħal dawn jintużaw fl-istabbiliment jew impjant.

Artikolu 10

Rekwiżiti dwar it-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati f’bijogass u f’kompost

1.   L-operaturi għandhom jiżguraw li stabbilimenti u impjanti taħt il-kontroll tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin għat-trasformazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati f’bijogass jew biex isiru kompost stabbiliti fl-Anness V:

(a)

ir-rekwiżiti li japplikaw għal impjanti tal-bijogass u għal impjanti tal-kompost stabbiliti fil-Kapitolu I;

(b)

ir-rekwiżi ta’ iġjene li japplikaw għal impjanti tal-bijogass u tal-kompost stabbiliti fil-Kapitolu II:

(c)

il-parametri ta’ trasformazzjoni standard stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III;

(d)

l-istandards għal residwi ta’ diġestjoni u ta’ kompost stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu III.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss impjanti tal-bijogass u tal-kompost jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ parametri alternattivi ta’ trasformazzjoni għal impjanti tal-bijogass u tal-kompost suġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tal-Anness V.

KAPITOLU III

DEROGI MINN ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET TAR- REGOLAMENT (KE) NRU 1069/2009

Artikolu 11

Regoli speċjali dwar kampjuni ta’ riċerka u dijanjostiċi

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport, l-użu u r-rimi ta’ kampjuni ta’ riċerka u dijanjostiċi taħt kondizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali.

L-awtorità kompetenti għandha b’mod partikulari tiżgura li l-operaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitolu I tal-Anness VI.

2.   L-operaturi għandhom iħarsu r-regoli speċjali dwar kampjuni ta’ riċerka u dijanjostiċi stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness VI.

3.   L-operaturi jistgħu jibagħtu kampjuni ta’ riċerka u dijanjostiċi li jkunu magħmulin mill-prodotti sekondarji tal-annimali u mill-prodotti derivati li ġejjin lil Stat Membru ieħor mingħajr ma jgħarrfu lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ta’ oriġini skont l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u mingħajr ma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni tkun mgħarrfa permezz tas-sistema TRACES u tkun qablet li taċetta l-konsenja skont l-Artikolu 48(1) u (3) ta’ dak ir-Regolament:

(a)

materjali tal-Kategoriji 1 u 2 u taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna jew tax-xaħam tal-annimali ġejjin minn materjali tal-Kategoriji 1 u 2;

(b)

proteina pproċessata tal-annimali.

Artikolu 12

Regoli speċjali dwar kampjuni tal-kummerċ u oġġetti għal wiri

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-trasport, l-użu u r-rimi ta’ kampjuni tal-kummerċ u oġġetti għall-wiri taħt kondizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali.

L-awtorità kompetenti għandha b’mod partikulari tiżgura li l-operaturi jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punti 2, 3 u 4 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness VI.

2.   L-operaturi għandhom iħarsu r-regoli speċjali dwar kampjuni tal-kummerċ u oġġetti ta’ wiri stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tal-Anness VI.

3.   L-operaturi jistgħu jibagħtu kampjuni tal-kummerċ li jkunu magħmulin mill-prodotti sekondarji tal-annimali u mill-prodotti derivati li ġejjin lil Stat Membru ieħor mingħajr ma jgħarrfu lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ta’ oriġini skont l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u mingħajr ma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni tkun mgħarrfa permezz tas-sistema TRACES u tkun qablet li taċċetta l-konsenja skont l-Artikolu 48(1) u (3) ta’ dak ir-Regolament:

(a)

materjali tal-Kategoriji 1 u 2 u taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna jew tax-xaħam tal-annimali ġejjin minn materjali tal-Kategoriji 1 u 2;

(b)

proteina pproċessata tal-annimali.

Artikolu 13

Regoli speċjali dwar it-tagħlif

1.   L-operaturi jistgħu jagħlfu b’materjal tal-Kategorija 2 lill-annimali li ġejjin, bil-kondizzjoni li materjal bħal dan ikun ġej minn annimali li ma jkunux inqatlu jew li ma jkunux mietu minħabba li kien hemm jew kien suspett li kien hemm marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali, bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness VI u ma’ kull kondizzjoni oħra li tista’ tkun stabbilita mill-awtorità kompetenti:

(a)

annimali taż-żu;

(b)

annimali tal-pil;

(c)

klieb minn kennels rikonoxxuti jew ċorma klieb (tal-kaċċa);

(d)

klieb u qtates f’postijiet ta’ kenn;

(e)

dud u ħniex għal lixka tas-sajd.

2.   L-operaturi jistgħu jagħlfu b’materjal tal-Kategorija 3 lill-annimali li ġejjin bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness VI u ma’ kull kondizzjoni oħra li tista’ tkun stabbilita mill-awtorità kompetenti:

(a)

annimali taż-żu;

(b)

annimali tal-pil;

(c)

klieb minn kennels rikonoxxuti jew ċorma klieb (tal-kaċċa);

(d)

klieb u qtates f’postijiet ta’ kenn;

(e)

dud u ħniex għal lixka tas-sajd.

Artikolu 14

Tagħlif għal ċerti speċijiet f’postijiet ta’ tagħlif u f’żuijiet kif ukoll barra minnhom

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 1 magħmul minn iġsma sħaħ jew minn partijiet ta’ annimali mejta li jkollhom materjal ta’ riskju speċifiku għat-tagħlif:

(a)

fi stazzjonijiet ta’ tagħlif lil speċijiet mhedda jew protetti ta’ għasafar nekrofaċi u ta’ speċijiet oħra li jgħixu fl-abitat naturali tagħhom, għall-promozzjoni tal-bijodiversità, bla ħsara għall-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness VI;

(b)

barra minn postijiet ta’ tagħlif, jekk ikun il-każ mingħajr il-ġbir minn qabel tal-annimali mejta, lil annimali salvaġġi msemmijin fil-punt 1(a) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness VI, bla ħsara għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 ta’ dak il-Kapitolu.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 1 li jkun magħmul minn iġsma sħaħ jew partijiet ta’ annimali mejta li jkollhom materjali ta’ riskju speċifiku u l-użu ta’ materjal derivat minn annimali taż-żu għat-tagħlif ta’ annimali taż-żu, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness VI.

Artikolu 15

Regoli speċjali dwar ġbir u rimi

Jekk l-awtorità kompetenti tawtorizza r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali skont id-deroga msemmija fl-Artikolu 19(1)(a), (b), (c) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ir-rimi għandu jkun konformi mar-regoli speċjali li ġejjin stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness VI:

(a)

ir-regoli speċjali dwar rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali stabbiliti fit-Taqsima 1;

(b)

ir-regoli dwar il-ħruq u d-dfin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’żona mbiegħda stabbiliti fit-Taqsima 2;

(c)

ir-regoli dwar il-ħruq u d-dfin ta’ naħal u prodotti sekondarji tal-apikultura stabbiliti fit-Taqsima 3.

KAPITOLU IV

AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAL METODI ALTERNATTIVI

Artikolu 16

Format standard għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal metodi alternattivi

1.   L-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal metodi alternattivi għal użu jew rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati, kif imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri jew minn partijiet interessati skont ir-rekwiżiti tal-format standard għal applikazzjonijiet għal metodi alternattivi stabbiliti fl-Anness VII.

2.   L-Istati Membri għandhom jindikaw punti ta’ kuntatt nazzjonali biex jagħtu informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti responsabbli mill-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ metodi alternattivi ta’ użu jew rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali fil-websajt tagħha.

KAPITOLU V

ĠBIR, TRASPORT, IDENTIFIKAZZJONI U TRAĊĊABBILTÀ

Artikolu 17

Rekwiżiti dwar dokumenti kummerċjali u ċertifikati tas-saħħa, ta’ identifikazzjoni, tal-ġbir u t-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ traċċabbiltà

1.   L-operaturi għandhom jiżguraw li prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati:

(a)

ikunu konformi mar-rekwiżiti għall-ġbir, it-trasport u l-identifikazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli I u II tal-Anness VIII;

(b)

(b)

2.   ikollhom magħhom matul it-trasport dokumenti kummerċjali jew ċertifikati tas-saħħa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness VIII.

3.   L-operaturi li jikkonsenjaw, jittrasportaw jew jirċievu prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati għandhom iżommu rekords ta’ konsenji u dokumenti kummerċjali jew ċertifikati tas-saħħa relatati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness VIII. L-operaturi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti dwar l-immarkar ta’ ċerti prodotti derivati stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Anness VIII.

KAPITOLU VI

REĠISTRAZZJONI U APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENTI U IMPJANTI

Artikolu 18

Rekwiżiti dwar l-approvazzjoni ta’ stabbiliment u impjant wieħed jew aktar li jimmaniġġaw prodotti sekondarji tal-annimali fl-istess sit

L-awtorità kompetenti tista’ tagħti approvazzjoni lil stabbiliment jew impjant wieħed jew aktar li jimmaniġġaw prodotti sekondarji tal-annimali fl-istess sit, bil-kondizzjoni li t-t-tixrid ta’ riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali bejn l-istabbilimenti jew l-impjanti jkun eskluż bil-mod kif ikunu mqassmin u bil-mod kif ikunu maniġġati fl-istabbilimenti jew fl-impjanti l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati.

Artikolu 19

Rekwiżiti dwar ċerti stabbilimenti u impjanti approvati li jimmaniġġaw prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati

L-operaturi għandhom jiżguraw li stabbilimenti u impjanti fil-kontroll tagħhom li kienu approvati mill-awtorità kompetenti, ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli li ġejjin tal-Anness IX ta’ dan ir-Regolament, fejn iwettqu attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin imsemmijin fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:

(a)

il-Kapitolu I, fejn jimmanifatturaw ikel għall-annimali domestiċi kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(e) ta’ dak ir-Regolment;

(b)

il-Kapitolu II, fejn jaħżnu prodotti sekondarji tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(i) ta’ dak ir-Regolament, u fejn jimmaniġġaw prodotti sekondarji tal-annimali wara li jinġabru, permezz tal-operazzjonijiet li ġejjin imsemmijin fl-Artikolu 24(1)(h) ta’ dak ir-Regolament:

(i)

għażla;

(ii)

qtugħ;

(iii)

tkessiħ;

(iv)

iffriżar;

(v)

tmelliħ;

(vi)

preservazzjoni bi proċessi oħra;

(vii)

tneħħija ta’ ġlud jew tneħħija ta’ materjal ta’ riskju speċifiku;

(viii)

operazzjonijiet li jinvolvu l-maniġġar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jsiru skont l-obbligi tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni;

(ix)

iġjenizzazzjoni/pasturizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jkollhom jinbidlu f’bijogass/f’kompost, qabel trasformazzjoni bħal din jew qabel ma jsiru kompost fi stabbiliment jew f’impjant ieħor skont l-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(x)

tgħarbil;

(c)

il-Kapitolu III, fejn jaħżnu prodotti derivati għal ċerti għanijiet fissi kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(j) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 20

Rekwiżiti dwar ċerti stabbilimenti u impjanti reġistrati li jimmaniġġaw prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati

1.   L-operaturi ta’ impjanti jew stabbilimenti reġistrati jew operaturi reġistrati oħra għandhom jimmaniġġaw prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness IX.

2.   L-operaturi reġistrati li jittrasportaw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati, minbarra minn bini għal ieħor tal-istess operatur, għandhom b’mod partikulari jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IX.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

operaturi approvati li jkunu qed jittrasportaw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati bħala attività anċillari;

(b)

operaturi li kienu rreġistrati għal attivitajiet ta’ trasport skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ teżenta l-operaturi li ġejjin mill-obbligu li jinnotifikaw kif imsemmi fl-Artikolu 23(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:

(a)

l-operaturi li jimmaniġġaw jew li jagħmlu trofej tal-kaċċa jew tħejjijiet oħra msemmijin fil-Kapitolu VI tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament, għal finijiet privati jew mhux kummerċjali;

(b)

l-operaturi li jimmaniġġaw jew li jeħilsu minn kampjuni ta’ riċerka jew dijanjostiċi għal finijiet edukattivi.

KAPITLU VII

TQEGĦID FIS-SUQ

Artikolu 21

Ipproċessar u tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati għat-tagħlif ta’ annimali mrobbijin fi rziezet, esklużi annimali tal-pil

1.   L-operaturi għandhom iħarsu r-rekwiżiti li ġejjin għat-tqegħid fis-suq, minbarra l-importazzjoni, tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti derivati għat-tagħlif għall-annimali mrobbijin fi rziezet, esklużi annimali tal-pil, kif ipprovdut fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, stabbilit fl-Anness X ta dan ir-Regolament:

(a)

ir-rekwiżiti ġenerali għall-proċessar u t-tqegħid fis-suq stabbiliti fil-Kapitolu I;

(b)

ir-rekwiżiti speċifiċi għall-proteini pproċessati tal-annimali u għal prodotti oħra derivati stabbiliti fil-Kapitolu II;

(c)

ir-rekwiżi għal ċertu għalf tal-ħut u lixkiet tas-sajd stabbiliti fil-Kapitolu III.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq, minbarra l-importazzjoni, ta’ ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib kategorizzati bħala materjal tal-Kategorija 3 skont l-Artikolu 10 (e), (f) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u li ma jkunux ġew ipproċessati skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-Parti I tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X ta’ dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li dawk il-materjali jkunu konformi mar-rekwiżiti għad-deroga għat-tqegħid fis-suq ta’ ħalib ipproċessat skont standards nazzjonali stabbiliti fil-Parti II ta’ dik it-Taqsima.

Artikolu 22

Tqegħid fis-suq u użu ta’ fertilizzanti organiċi u ta’ materjali li jtejbu l-ħamrija

1.   L-operaturi għandhom iħarsu r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq, minbarra l-importazzjoni, ta’ fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija, u għall-użu ta’ prodotti bħal dawn, partikularment għall-applikazzjoni tagħhom fuq l-art, kif ipprovdut fl-Artikoli 15(1)(i) u 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, stabbiliti fl-Anness XI ta’ dan ir-Regolament.

2.   It-tqegħid fis-suq, minbarra l-importazzjoni, ta’ gwanu minn għasafar salvaġġi tal-baħar ma hux suġġett għal xi kondizzjoni tas-saħħa tal-annimali.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn fertilizzant organiku jew materjal li jtejjeb il-ħamrija, li jkunu ġew prodotti minn taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna ġejjin minn materjal tal-Kategorija 2 jew minn proteina pproċessata tal-annimali, ikollhom ikunu applikati fuq l-art, għandha tawtorizza komponent wieħed jew aktar li għandhom jitħalltu ma’ dawk il-materjali, skont l-Artikolu 32(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XI ta’ dan ir-Regolament.

4.   B’deroga mill-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ta’ oriġini u ta’ Stat Membru ta’ destinazzjoni, li jaqsmu fruntiera komuni jistgħu jawtorizzaw li demel jintbagħat bejn l-irziezet li jkunu jinsabu f’reġjuni tal-fruntieri ta’ dawk iż-żewġ Stati Membri, bla ħsara għal kondizzjonjiet xierqa għall-kontroll ta’ kull riskju li jista’ jkun hemm lis-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, bħal obbligi għall-operaturi kkonċernati li jżommu rekords tajbin, li jkunu stabbiliti fi ftehim bilaterali.

5.   Kif ipprovdut fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu, fejn ikun meħtieġ, l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu ta’ gwidi nazzjonali għal prattika agrikola tajba għall-applikazzjoni fuq l-art ta’ fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija.

Artikolu 23

Prodotti intermedji

1.   Prodotti intermedji importati għall-Unjoni Ewropea jew fi tranżitu minnha għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet li jikkontrollaw riskji potenzjali għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali msemmijin fl-Anness XII ta’ dan ir-Regolament.

2.   Prodotti intermedji li jkunu nġarru għal stabbiliment jew impjant imsemmijin fil-punt 3 tal-Anness XII ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkunu mmaniġġati mingħajr aktar restrizzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u skont dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li:

(a)

l-istabbiliment jew l-impjant ikollhom faċilitajiet adegwati biex jirċievu prodotti intermedji, li ma jħallux ikun hemm it-tixtrid ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali;

(b)

(b) il-prodotti intermedji ma jġibux xi riskju ta’ tixrid ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali, minħabba li jkunu ssaffew jew minħabba trattamenti oħra li l-prodotti sekondarji tal-annimali fil-prodott intermedju jkunu għaddew minnhom, minħabba l-konċentrazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali fil-prodott intermedju jew minħabba miżuri adegwati ta’ bijosigurtà għall-immaniġġar tal-prodotti intermedji;

(c)

l-istabbiliment jew l-impjant iżommu rekords dwar kemm ikunu waslulhom materjali, il-kategoriji tagħhom, jekk ikun japplika, u l-istabbiliment, l-impjant jew l-operatur li lilhom ikunu ssupplixxew il-prodotti tagħhom; u

(d)

prodotti intermedji mhux użati jew materjali oħra li jkunu baqgħu żejda mill-istabbiliment jew l-impjant, bħal prodotti skaduti, għandhom jintremew skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

3.   L-operatur jew is-sid tal-istabbiliment jew tal-impjant ta’ destinazzjoni ta’ prodotti intermedji jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom jużaw u/jew jibagħtu l-prodotti intermedji esklussivament għal aktar taħlit, kisi, tgħaqqid, ippakkjar jew twaħħil ta’ tikketti.

Artikolu 24

Ikel għall-annimali domestiċi u prodotti derivati

1.   L-użu ta’ materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8(a),(b), (d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-manifattura ta’ prodotti derivati li jkunu maħsuba biex jittieklu mill-bnedmin jew mill-annimali jew biex ikunu applikati għalihom, minbarra prodotti derivati msemmijin fl-Artikoli 33 u 36 ta’ dak ir-Regolament, għandu jkun ipprojbit.

2.   Fejn prodott sekondarju tal-annimali jew prodott derivat ikunu jistgħu jintużaw bħala għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet jew għal għanijiet oħra msemmijin fl-Artikolu 36(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, huma għandhom jitqiegħdu fis-suq, minbarra li jkunu importati, skont ir-rekwiżiti speċifiċi għal proteina pproċessata tal-annimali u għal prodotti oħra derivati stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness X ta’ dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament ma jistabbilixxi ebda rekwiżit speċifiku għal prodotti bħal dawn.

3.   L-operaturi għandhom iħarsu r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq, minbarra l-importazzjoni, ta’ ikel għall-annimali domestiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, stabbilit fil-Kapitoli I u II tal-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-operaturi għandhom iħarsu r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq, minbarra għall-importazzjoni, ta’ prodotti derivati, kif imsemmi fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, stabbilit fil-Kapitolu I u l-Kapitoli minn III sa XII tal-Anness XIII ta’dan ir-Regolament.

KAPITOLU VIII

IMPORTAZZJONI, TRNŻITU U ESPORTAZZJONI

Artikolu 25

Importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati

1.   L-importazzjoni għall-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:

(a)

demel mhux ipproċessat;

(b)

rix u partijiet ta’ rix u rix fin artab (down) mhux ittrattati;

(c)

xama’ tan-naħal f’għamla ta’ xehda tal-għasel.

2.   L-importazzjoni għall-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ dawn li ġejjin ma għandhomx ikunu suġġetti għal ebda kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali:

(a)

suf u xagħar li jkun inħasel fil-fabbrika jew li jkun ġie ttrattat b’metodu ieħor li jiżgura li ma jkunx baqa’ riskji mhux aċċettabbli;

(b)

pil li jkun tnixxef f’temperatura ambjentali ta’ 18 °C għal perjodu ta’ mill-anqas jumejn f’umdità ta’ 55 %.

3.   L-operaturi għandhom iħarsu r-rekwiżiti speċifiċi li ġejjin għall-importazzjoni għall-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati msemmijin fl-Artikoli 41(3) u 42 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, stabbiliti fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament:

(a)

ir-rekwiżiti speċifiċi għall-importazzjoni u t-tranżitu ta’ materjal tal-Kategorija 3 u ta’ prodotti derivati għal użijiet fil-katina tal-għalf, minbarra ikel għall-annimali domestiċi jew għall-annimali tal-pil, stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dak l-Anness;

(b)

(b) ir-rekwiżiti speċifiċi għall-importazzjoni u t-tranżitu ta’ prodotti sekondarji u prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet, stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dak l-Anness.

Artikolu 26

Tqegħid fis-suq, inklużi l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċerti materjali tal-Kategorija 1

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tqegħid fis-suq, inklużi l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ġlud ġejjin minn annimali li jkunu tqiegħdu għal trattament illegali kif definit fl-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 96/22/KE jew fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/23/KE, u ta’ msaren ta’ annimali li jixtarru b’kontenut jew mingħajru u ta’ għadam u ta’ prodotti tal-għadam li jkollhom il-kolonna vertebrali u l-kranju, bil-kondizzjoni li jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

dawk il-materjali ma għandhomx ikunu materjali tal-Kategorija 1 derivati mill-annimali li ġejjin:

(i)

annimali ssuspettati li jkunu infettati minn TSE skont ir-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ii)

annimali li jkunu ġew ikkonfermati uffiċjalment li jkollhom it-TSE;

(iii)

annimali maqtulin fil-kuntest ta’ miżuri għall-qerda tat-TSE;

(b)

dawk il-materjali ma għandhomx ikunu maħsubin għal xi użu minn dawn li ġejjin:

(i)

tagħlif;

(ii)

applikazzjoni fuq l-art li minnha jintgħalfu l-annimali mrobbijin fi rziezet;

(iii)

il-manifattura ta’:

prodotti kożmetiċi kif definiti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 76/768/KEE;

mezzi mediċi attivi impjantabbli kif definiti fl-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 90/385/KEE;

mezzi mediċi kif definiti fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 93/42/KEE;

mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro kif definiti fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/79/KE;

prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/82/KE;

prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE;

(c)

il-materjali għandhom ikunu importati b’tikketta u għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għal ċerti movimenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament;

(d)

il-materjali għandhom ikunu importati skont ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni sanitarja stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 27

Importazzjoni u tranżitu ta’ kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi, li jkunu jikkonsistu minn prodotti derivati jew prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 25(1), skont kondizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll ta’ riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali.

Kondizzjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu mill-anqas dan li ġej:

(a)

id-dħul tal-konsenja jrid ikun ġie awtorizzat minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni; u

(b)

il-konsenja għandha tintbagħat direttament mill-punt ta’ dħul fl-Unjoni lil min ikun awtorizzat jużaha.

2.   L-operaturi għandhom jippreżentaw kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi li jkunu maħsubin għall-importazzjoni minn Stat membru ieħor, li ma jkunx l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, f’post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Unjoni approvat elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, dawk il-kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi ma għandhomx ikunu suġġetti għal verifiki veterinarji skont il-Kapitolu I tad-Direttiva 97/78/KE. L-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar id-dħul tal-kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi permezz tas-sistema TRACES.

3.   L-operaturi li jimmaniġġaw kampjuni ta’ riċerka jew kampjuni dijanjostiċi għandhom ikun konformi mar-rekwiżiti speċjali għal rimi ta’ kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tal-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 28

Importazzjoni u tranżitu ta’ kampjuni tal-kummerċ u oġġetti għall-wiri

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ kampjuni tal-kummerċ skont ir-regoli speċjali stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tal-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-operaturi li jimmaniġġaw kampjuni tal-kummerċ għandhom ikunu konformi mar-regoli speċjali għal maniġġar u rimi ta’ kampjuni tal-kummerċ stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tal-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ oġġetti għall-wiri skont ir-regoli speċjali għal oġġetti għall-wiri stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu III tal-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-operaturi li jimmaniġġaw oġġetti għall-wiri għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ ppakkjar, maniġġar u rimi ta’ oġġetti għall-wiri stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu IIITaqsima tal-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Rekwiżiti speċifiċi għal ċerti movimenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali bejn territorji tal-Federazzjoni Russa

1.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza movimenti speċifiċi ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ġejjin mill-Federazzjoni Russa jew maħsuba għaliha direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor, b’vetturi tat-triq jew bil-ferrovija minn naħa għal oħra tal-Unjoni, bejn postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati tal-Unjoni elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE, jekk jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsenja għandha tkun issiġillata b’siġill b’numru ta’ serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dħul fl-Unjoni mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti;

(b)

id-dokumenti li jkunu qed jinżammu mal-konsenja u msemmijin fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU BISS GĦAR-RUSSJA MILL-UE” fuq kull paġna mill-awtorità veterinarja uffiċjali kompetenti responsabbli mill-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera;

(c)

għandhom jitħarsu r-rekwiżiti proċedurali msemmijin fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul ipprovdut fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ dħul.

2.   Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE ta’ konsenji bħal dawn ma għandhomx jitħallew isiru fit-territorju ta’ Stat Membru.

3.   Għandhom isiru verifiki regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li joħorġu mit-territorju tal-Unjoni jkunu jaqblu mal-għadd u l-kwantitajiet li jidħlu.

Artikolu 30

Listi ta’ stabbilimenti u impjanti f’pajjiżi terzi

Listi ta’ stabbilimenti u impjanti f’pajjiżi terzi għandhom jidħlu fis-sistema TRACES skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jkunu ppubblikati mill-Kummissjoni fil-websajt tagħha.

Kull lista għandha tkun aġġornata regolarment.

Artikolu 31

Mudelli ta’ ċertifikati u dikjarazzjonijiet tas-saħħa għal importazzjoni u tranżitu

Konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għal importazzjoni għall-Unjoni jew għal tranżitu minnha għandu jkollhom magħhom ċertifikati u dikjarazzjonijiet tas-saħħa, skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness XV ta’ dan ir-Regolament, fil-punt ta’ dħul fl-Unjoni fejn isiru l-verifiki veterinarji, kif ipprovdut fid-Direttiva 97/78/KE.

KAPITOLU IX

KONTROLLI UFFIĊJALI

Artikolu 32

Kontrolli uffiċjali

1.   L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkontrolla l-katina kollha ta’ ġbir, trasport, użu u rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Dawk il-miżuri għandhom jitwettqu skont il-prinċipji għal kontrolli uffiċjali stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.   Il-kontrolli uffiċjali msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu verifiki dwar iż-żamma ta’ rekords u dokumenti oħra rikjesti mir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tesegwixxi l-kontrolli uffiċjali li ġejjin, kif imsemmi fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament:

(a)

kontrolli uffiċjali f’impjanti ta’ proċessar kif stabbilit fil-Kapitolu I;

(b)

kontrolli uffiċjali ta’ attivitajiet oħra li jinvolvu l-immaniġġar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati, kif stabbilit fit-Taqsimiet minn 1 sa 9 tal-Kapitolu III.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel verifiki ta’ siġilli li jkunu applikati għal konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati.

Meta l-awtorità kompetenti tapplika siġill għal konsenja bħal dik li tinġarr għal post ta’ destinazzjoni, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel il-listi ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi msemmijin fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 skont il-format stabbilit fil-Kapitolu II tal-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament.

6.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni ta’ operatur fir-rigward tal-aċċettazzjoni jew ir-rifjut ta’ ċertu materjal tal-Kategorija 1, tal-Kategorija 2 u ta’ taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna jew ta’ xaħam tal-annimali derivat minn materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2, fi żmien 20 jum kalendarju mid-data tal-wasla ta’ applikazzjoni bħal din, bil-kondizzjoni li tkun intbagħtet f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

7.   L-operaturi għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 skont il-format standard stabbilit fit-Taqsima 10 tal-Kapitolu III tal-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 33

Approvazzjoni mill-ġdid ta’ impjanti u stabbilimenti wara l-għoti ta’ approvazzjoni temporanja

1.   Fejn impjant jew stabbiliment approvat għall-proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3 wara jingħata approvazzjoni temporanja għall-proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2, skont l-Artikolu 24(2)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, huwa għandu jkun ipprojbit milli jerġa’ jibda l-ipproċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3, qabel ma l-ewwel jikseb l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti biex jerġa’ jibda jipproċessa materjal tal-Kategorija 3 skont l-Artikolu 44 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Fejn impjant jew stabbiliment approvat għall-ipproċessar ta’ materjal tal-Kategorija 2 wara jingħata approvazzjoni temporanja għall-ipproċessar ta’ materjal tal-Kategorija 1, skont l-Artikolu 24(2)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, huwa għandu jkun ipprojbit milli jerġa’ jibda l-ipproċessar ta’ materjal tal-Kategorija 2, qabel ma l-ewwel jikseb l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti biex jerġa’ jibda jipproċessa materjal tal-Kategorija 2 skont l-Artikolu 44 ta’ dak ir-Regolament.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

Restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minħabba s-saħħa pubblika u tal-annimali

L-awtorità kompetenti ma għandhiex tipprojbixxi jew tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq tal-prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati li ġejjin minħabba raġunijiet tas-saħħa pubblika jew tal-annimali ħlief għar-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b’mod partikulari dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u f’dan ir-Regolament:

(a)

proteina pproċessata tal-annimali u prodotti oħra derivati msemmijin fil-Kapitolu II tal-Anness X ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ikel għall-annimali domestiċi u ċerti prodotti oħra derivati msemmijin fl-Anness XIII ta’ dan id-dokument;

(c)

prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati importati għall-Unjoni jew fi tranżitu minnha msemmijin fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 35

Tħassir

1.   L-atti li ġejjin huma mħassra:

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 811/2003;

(b)

Id-Deċiżjoni 2003/322/KE;

(c)

Id-Deċiżjoni 2003/324/KE;

(d)

Ir-Regolament (KE) Nru 878/2004;

(e)

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE;

(f)

Ir-Regolament (KE) Nru 79/2005;

(g)

Ir-Regolament (KE) Nru 92/2005;

(h)

Ir-Regolament (KE) Nru 181/2006;

(i)

Ir-Regolament (KE) Nru 197/2006;

(j)

Ir-Regolament (KE) Nru 1192/2006;

(k)

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2006.

2.   Referenzi għall-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Miżuri tranżizzjonali

1.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija li nħadmu qabel l-4 ta’ Marzu 2011 skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1774/2002 u (KE) Nru 181/2006:

(a)

bil-kondizzjoni li jkunu nħadmu minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna ġejja minn materjal tal-Kategorija 2;

(ii)

proteina pproċessata tal-annimali;

(b)

ukoll jekk huma ma jkunux tħalltu ma’ komponent biex ikun eskluż l-użu sussegwenti tat-taħlita għall-finijiet ta’ tagħlif.

2.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Jannar 2012, konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati li jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa, dikjarazzjoni jew dokument kummerċjali li jkunu tlestew u ġew ffirmati skont il-mudell adatt stabbilit fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, għandhom ikomplu jkunu aċċettati għall-importazzjoni fl-Unjoni, bil-kondizzjoni li ċertifikati, dikjarazzjonijiet jew dokumenti bħal dawn ikunu tlestew u ġew ffirmati qabel it-30 ta’ Novembru 2011.

3.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2012, u b’deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ġbir, it-trasport u r-rimi ta’ materjali tal-Kategorija 3 li jkunu magħmulin minn prodotti li joriġinaw mill-annimali, jew ta’ oġġetti tal-ikel li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, li ma jkunux aktar maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti fil-manifattura jew fl-ippakkjar jew minħabba difetti oħra li ma joħolqux riskji għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, kif imsemmi fl-Artikolu 10(f) ta’ dak ir-Regolament, b’mezzi li ma jkunux ħruq jew dfin fuq il-post, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1)(d) ta’ dak ir-Regolament, bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti dwar rimi b’mezzi oħra stabbiliti fil-Kapitolu IV tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih ikun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-4 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

(5)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(8)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(10)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(11)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(12)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(13)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58.

(14)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(15)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.

(16)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

(17)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(18)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(19)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3.

(20)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(21)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(22)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(23)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(24)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(25)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(26)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.

(27)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(28)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(29)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(30)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(31)  ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(32)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(33)  ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.

(34)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.

(35)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(36)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12.

(37)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(38)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.

(39)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.

(40)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

(41)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(42)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 14.

(43)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 32.

(44)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.

(45)  ĠU L 16, 20.1.2005, p. 46.

(46)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27.

(47)  ĠU L 29, 2.2.2006, p. 31.

(48)  ĠU L 215, 5.8.2006, p. 10.

(49)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98.

(50)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 62.

(51)  ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11.

(52)  ĠU L 32, 4.2.2006, p. 13.


ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET KIF JIDHRU FL-ARTIKOLU 2

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

annimali tal-pil” tfisser annimali miżmumin jew imrobbijin għall-produzzjoni tal-pil u ma jintużawx għall-konsum mill-bniedem;

2.

demm” tfisser demm sħiħ frisk;

3.

materjal ta' għalf” tfisser dawk il-materjali ta' għalf, kif definiti fl-Artikolu 3(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, li joriġinaw mill-annimali, inklużi proteini ta' annimali pproċessati, prodotti tad-demm, xaħmijiet imdewba, prodotti tal-bajd, żejt tal-ħuta, derivattivi mix-xaħam, kollaġini, ġelatina u proteini idrolizzati, fosfat tad-dikalċju, fosfat tat-trikalċju, ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib, kolostru, prodotti tal-kolostru u l-ħama miċ-ċentrifuga jew mis-separatur;

4.

prodotti tad-demm” tfisser prodotti derivati mid-demm jew minn frazzjonijiet ta' demm, eskluż id-demm niexef mitħun; jinkludu plasma mnixxfa/iffriżata/likwida, demm sħiħ imnixxef, ċelloli ħomor imnixxfa/iffriżati/likwidi jew frazzjonijiet minnhom u taħlitiet;

5.

proteina ta' annimali pproċessata” tfisser proteina tal-annimali ġejja għalkollox minn materjal tal-Kategorija 3, li jkun ġie ttrattat skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X (inkluż demm niexef mitħun u ħut mitħun) biex isiru tajbin għal użu dirett bħala materjal ta' għalf jew għal kull użu ieħor f’għalf, inkluż ikel għall-annimali domestiċi, jew għal użu f’fertilizzanti organiċi jew f’materjali li jtejbu l-ħamrija; iżda ma tinkludix prodotti tad-demm, ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib, kolostru, prodotti tal-kolostru, ħama miċ-ċentrifuga jew mis-separatur, ġelatina, proteini idrolizzati u fosfat tad-dikalċju, bajd u prodotti tal-bajd, inklużi qoxra tal-bajd, fosfat tat-trikalċju u kollaġini;

6.

demm niexef mitħun” tfisser proteina pproċessata tal-annimali ġejja mit-trattament bis-sħana ta’demm jew frazzjonijiet ta' demm skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X;

7.

ħut mitħun” tfisser proteina ta' annimali pproċessata ġejja minn annimali akkwatiċi, ħlief minn mammali tal-baħar;

8.

xaħmijiet imdewba” tfisser jew xaħmijiet ġejjin mill-ipproċessar ta'

(a)

prodotti sekondarji tal-annimali; jew

(b)

prodotti għall-konsum mill-bniedem, maħsuba mill-operaturi għal għanijiet oħra minbarra għall-konsum mill-bniedem;

9.

żejt tal-ħuta” tfisser żejt ġej mill-ipproċessar ta' annimali akkwatiċi jew minn żejt mill-ipproċessar ta' ħut għall-konsum mill-bniedem, maħsuba mill-operaturi għal għanijiet oħra minbarra għall-konsum mill-bniedem;

10.

prodotti sekondarji tal-apikultura” tfisser għasel, xama’ tan-naħal, jelly tan-naħal ħaddiem (royal jelly), żaftura (propolis) jew polline mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

11.

kollaġini” tfisser prodotti b’bażi ta' proteina ġejjin minn ġlud, għadam u għeruq tal-ġisem ta' annimali;

12.

ġelatina” tfisser proteina naturali, solubbli, li tgħaqqad bħal ġel jew li ma tgħaqqadx bħal ġel, miksuba minn idroliżi parzjali ta' kollaġini magħmul mill-għadam, ġlud u għeruq ta' annimali;

13.

qrieqeċ” tfisser ir-residwu mid-tidwib li jkollha l-proteina, wara separazzjoni parzjali ta' xaħam u ilma;

14.

proteini idrolizzati” tfisser polipeptidi, peptidi u aminoaċidi u taħlitiet tagħhom, miksubin mill-idroliżi ta' prodotti sekondarji tal-annimali;

15.

ilma ragħwi” tfisser taħlita ta' ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib jew prodotti derivati minnhom b’ilma li jinġabar waqt it-tlaħliħ ta' tagħmir ta' maħleb, inklużi kontenituri użati għal prodotti tal-ħalib, qabel ma jinħaslu u jkunu ddiżinfettati;

16.

ikel għall-annimali domestiċi fil-landa” tfisser ikel għall-annimali domestiċi pproċessat bis-sħana u miżmum f’kontenitur issiġillat ermetikament;

17.

affarijiet ta' tgerrim għall-klieb” tfisser prodotti għall-annimali domestiċi biex jomogħduhom, magħmulin minn ġlud mhux ikkonzati ta' ungulati jew minn materjal ieħor li joriġina mill-annimali;

18.

interjuri għat-taħwir” tfisser prodott likwidu jew deidrat derivat li joriġina mill-annimali, użat biex itejjeb il-kwalità tal-palat ta' ikel għall-annimali domestiċi;

19.

ikel għall-annimali domestiċi” tfisser għalf għall-annimali domestiċi u affarijiet tat-tgerrim għall-klieb, li

(a)

ikollhom materjal tal-Kategorija 3, minbarra materjal imsemmi fl-Artikolu 10(n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u

(b)

jista’ jkollhom materjal importat tal-Kategorija 1 maghmul minn prodotti sekondarji tal-annimali ġejjin minn annimali li jkunu tqiegħdu għal trattament illegali, kif definit fl-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 96/22/KE jew fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/23/KE;

20.

ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi” tfisser ikel għall-annimali domestiċi, minbarra ikel nej għall-annimali domestiċi, li jkun ġie pproċessat skont il-punt 3 tal-Kapitolu II tal-Anness XIII;

21.

ikel nej għall-annimali domestiċi” tfisser ikel għall-annimali domestiċi li jkollu ċertu materjal tal-Kategorija 3 li ma jkunx għadda minn proċess ta' preservazzjoni minbarra dak ta' tkessiħ jew iffriżar;

22.

skart mill-kejtering” tfisser l-iskart kollu tal-ikel, inklużi żejt tat-tisjir użat li joriġina minn restoranti, faċilitajiet tal-kejtering u kċejjen, inklużi kċejjen ċentrali u kċejjen domestiċi;

23.

residwi ta' diġestjoni” tfisser residwi li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali f’impjant tal-bijogass;

24.

kontenut tal-kanal tad-diġestjoni” tfisser il-kontenut tal-kanal tad-diġestjoni ta' mammali u għasafar li ma jtirux;

25.

derivattivi mix-xaħam” tfisser prodotti ġejjin minn xaħmijiet imdewba, li, fir-rigward ta' xaħmijiet imdewba tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2, ikunu ġew ipproċessati skont il-Kapitolu XI tal-Anness XIII;

26.

gwanu” tfisser prodott naturali li jkun inġabar mill-ħmieġ tal-friefet il-lejl jew ta' għasafar salvaġġi tal-baħar u li ma jkunx immineralizzat;

27.

taħlita ta'laħam u għadam mitħuna” tfisser proteina tal-annimali ġejja mill-ipproċessar ta' materjali tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness IV;

28.

ġlud ittrattati” tfisser prodotti derivati minn ġlud mhux ittrattati, minbarra affarijiet tat-tgerrim għall-klieb, li kienu:

(a)

tnixxfu;

(b)

tmellħu fin-niexef jew f’ilma mielaħ għal mill-anqas 14-il jum qabel id-dispaċċ;

(c)

tmellħu għal perjodu ta' mill-anqas sebat ijiem f’melħ tal-ilma baħar miżjud bi 2 % ta' karbonat tas-sodju;

(d)

tnixxfu għal perjodu ta' mill-anqas 42 jum f’temperatura ta' mill-anqas 20 °C; jew

(e)

ssuġġettati għal proċess ta' preservazzjoni minbarra dak tal-ikkunzar;

29.

ġlud mhux ittrattati” tfisser it-tessuti kollha tal-ġilda jew ta' taħt il-ġilda li ma jkunux ħadu xi trattament minbarra qtugħ, tkessiħ jew iffriżar;

30.

rix u partijiet ta' rix mhux ittrattati” tfisser rix u partijiet ta' rix, minbarra rix jew partijiet ta' rix, li jkunu ġew ittrattati:

(a)

b’kurrent ta' fwar; jew

(b)

b’metodu ieħor li jiżgura li ma jkunx baqa’ riskji mhux aċċettabbli;

31.

suf mhux ittrattat” tfisser suf, minbarra suf li jkun:

(a)

inħasel fil-fabbrika;

(b)

inkiseb minn ikkunzar; jew

(c)

ġie ttrattat b’metodu ieħor li jiżgura li ma jkunx baqa’ riskji mhux aċċettabbli;

32.

xagħar mhux ittrattat” tfisser xagħar, minbarra xagħar li jkun:

(a)

inħasel fil-fabbrika;

(b)

inkiseb minn ikkunzar; jew

(c)

ġie ttrattat b’metodu ieħor li jiżgura li ma jkunx baqa’ riskji mhux aċċettabbli;

33.

lanżit tal-ħnieżer mhux ittrattat” tfisser lanżit tal-ħnieżer, minbarra lanżit tal-ħnieżer li jkun:

(a)

inħasel fil-fabbrika;

(b)

inkiseb minn ikkunzar; jew

(c)

ġie ttrattat b’metodu ieħor li jiżgura li ma jkunx baqa’ riskji mhux aċċettabbli;

34.

oġġett għall-wiri” tfisser prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati maħsuba għal wirjiet jew għal attivitajiet artistiċi;

35.

prodott intermedju” tfisser prodott derivat:

(a)

li jkun maħsub għall-manifattura ta' prodotti mediċinali, prodotti mediċinali veterinarji, mezzi mediċi, mezzi mediċi attivi impjantabbli, mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro jew reaġenti tal-laboratorju;

(b)

li l-istadji ta' disinn, trasformazzjoni u manifattura tiegħu jkunu tlestew biżżejjed biex jitqies bħala prodott derivat u biex il-materjal jikkwalifika direttament bħala prodott jew bħala komponent ta' prodott għal dak l-għan;

(c)

li jkun, iżda, jeħtieġlu aktar trattament jew trasformazzjoni, bħal taħlit, kisi, tgħaqqid, ippakkjar jew twaħħil ta' tikketta biex ikun tajjeb li jitqiegħed fis-suq jew li jitqiegħed għal servizz, skont il-każ, bħala prodott mediċinali, prodott mediċinali veterinarju, mezz mediku, mezz mediku attiv impjantabbli, mezz mediku dijanjostiku in vitro jew reaġent tal-laboratorju;

36.

reaġent tal-laboratorju” tfisser prodott ippakkjat, lest biex jintuża, li jkollu prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati u jkun maħsub għal hekk jew flimkien ma' sustanzi li ma joriġinawx mill-annimali, għal użu speċifiku fil-laboratorju bħala reaġent jew prodott reaġent, kalibratur jew materjal ta' kontroll biex isib, ikejjel, jeżamina jew jipproduċi sustanzi oħra;

37.

prodott użat għal dijanjożi in vitro ” tfisser prodott ippakkjat, lest biex jintuża, li jkollu prodott tad-demm jew prodott sekondarju ieħor ta' annimali, u użat bħala reaġent, prodott reaġent, kalibratur, kitt jew kull sistema oħra, kemm jekk jintuża waħdu jew f’taħlita, maħsub biex jintuża in vitro għal eżami ta' kampjuni li joriġinaw mill-bniedem jew minn annimali, bl-għan biss jew prinċipalment li ssir dijanjożi ta' stat fiżjoloġiku, stat ta' saħħa, mard jew anormalità ġenetika jew biex tkun determinata s-sigurtà minn reaġenti jew il-kompatibbiltà magħhom; ma jinkludix organi jew demm mogħtija b’donazzjoni;

38.

kampjuni ta' riċerka u ta' dijanjożi” tfisser prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati maħsuba għall-finijiet li ġejjin: eżami fil-kuntest ta' attivitajiet dijanjostiċi jew analiżi għall-promozzjoni tal-progress fix-xjenza u t-teknoloġija, fil-kuntest ta' attivitajiet edukattivi jew ta' riċerka;

39.

kampjuni tal-kummerċ” tfisser prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati maħsuba għal studji jew analiżi partikulari bl-għan li jsir proċess ta' produzzjoni jew li jkunu żviluppati prodotti ta' għalf jew prodotti derivati oħra, inkluż l-ittestjar ta' makkinarju, għal użu fi stabbiliment jew f’impjant li:

(a)

jipproduċu għalf jew prodotti għal użijiet minbarra ta' ikel u għalf; jew

(b)

jipproċessaw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati;

40.

koinċinerazzjoni” tfisser l-irkupru jew ir-rimi ta' prodotti sekondarji tal-annimali jew ta' prodotti derivati, jekk ikunu skart, f’impjant ta' koinċinerazzjoni;

41.

kombustjoni” tfisser proċess li jinvolvi l-ossidazzjoni tal-fjuwil biex tintuża l-kwalità tal-enerġija tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew ta' prodotti derivati, jekk ma jkunux skart;

42.

inċinerazzjoni” tfisser ir-rimi ta' prodotti sekondarji tal-annimali jew ta' prodotti derivati, bħala skart, f’impjant ta' inċinerazzjoni, kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE;

43.

residwi ta' inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni” tfisser kull residwu kif definit fil-punt 13 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE, li jkun iġġenerat minn impjanti ta' inċinerazzjoni jew ta' koinċinerazzjoni li jittrattaw prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati;

44.

kodiċi ta' kuluri” tfisser l-użu sistematiku ta' kuluri kif stabbilit fil-punt 1(c) tal-Kapitolu II tal-Anness VIII għall-wiri ta' informazzjoni kif ipprovdut f’dan ir-Regolament fuq il-wiċċ jew fuq parti mill-wiċċ ta' ppakkjar, kontenitur jew vettura, jew fuq tikketta jew simbolu applikat għalihom;

45.

operazzjonijiet intermedji” tfisser l-operazzjonijiet, minbarra ħżin, msemmijin fl-Artikolu 19(b);

46.

ikkunzar” tfisser it-twebbis ta' ġlud bl-użu ta' aġenti tal-ikkunzar minn ħxejjex, melħ tal-kromju jew minn sustanzi oħra bħal melħ tal-aluminju, melħ tal-ħadid, melħ siliku, aldeidi u kinoni, jew aġenti oħra sintetiċi li jwebbsu;

47.

ibbalzmar” tfisser is-sengħa tal-ibbalzmar li tħejji, timla u timmonta ġlud ta' annimali b’effetti bħallikieku jkunu għadhom ħajjin, biex ma jkunx hemm riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali li jkunu jistgħu jittieħdu mill-immuntar tal-ġild;

48.

kummerċ” tfisser kummerċ fi prodotti bejn l-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 28 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

49.

metodi ta' pproċessar” tfisser il-metodi elenkati fil-Kapitoli III u IV tal-Anness IV;

50.

lott” tfisser unità ta' produzzjoni maħduma f’impjant wieħed bl-użu ta' parametri uniformi ta' produzzjoni, bħall-oriġini tal-materjali, jew għadd ta' unitajiet bħal dawn, meta jinħadmu f’ordni kontinwu f’impjant wieħed u jinħażnu flimkien bħala unità għal trasport bil-baħar;

51.

kontenitur issiġillat ermetikament” tfisser kontenitur li jkun imfassal u maħsub biex jingħalaq tajjeb b’mod li ma jidħlux fih mikroorganiżmi;

52.

impjant tal-bijogass” tfisser impjant li fih prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati jkunu għall-anqas parti mill-materjal li jitqiegħed għal degradazzjoni bijoloġika f’kondizzjonijiet anerobiċi;

53.

ċentri ta' ġbir” tfisser bini minbarra impjanti ta' proċessar li fihom jinġabru l-prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 bl-għan li jintużaw bħala għalf għall-annimali msemmijin fl-istess Artikolu;

54.

impjant tal-kompost” tfisser impjant li fih prodotti sekondarji tal-annimali jew ta' prodotti derivati jkunu għall-anqas parti mill-materjal li jgħaddi minn degradazzjoni bijoloġika f’kondizzjonijiet aerobiċi;

55.

impjant ta' koinċinerazzjoni” tfisser kull impjant stazzjonarju jew mobbli li l-għan ewlieni tiegħu jkun il-ġenerazzjoni tal-enerġija jew il-produzzjoni ta' prodotti materjali kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE;

56.

impjant ta' inċinerazzjoni” tfisser kull unità u tagħmir tekniku stazzjonarju jew mobbli magħmul apposta għat-trattament bis-sħana ta' skart, kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE;

57.

impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi” tfisser bini jew faċilitajiet għall-produzzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi jew għall-interjuri għat-taħwir, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

58.

impjant ta' proċessar” tfisser bini jew faċilitajiet għall-proċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li fih ikunu pproċessati prodotti sekondarji tal-annimali skont l-Anness IV u/jew l-Anness X.


ANNESS II

RESTRIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TA’ PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI

KAPITOLU I

Riċiklaġġ fost l-ispeċijiet ta’ annimali tal-pil

1.

Fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Finlandja, l-annimali tal-pil li ġejjin jistgħu jintgħalfu minn taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna jew prodotti oħra li jkunu ġew ipproċessati skont il-Kapitolu III tal-Anness IV u li jkunu ġejjin minn iġsma jew minn partijiet ta’ iġsma ta’ annimali tal-istess speċi:

(a)

volpijiet (Vulpes vulpes);

(b)

klieb rakkun (Nyctereutes procyonides).

2.

Fl-Estonja u fil-Latvja, annimali tal-pil tal-ispeċi tal-mink Amerikan (Mustela vison) jistgħu jintgħalfu b’taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna jew bi prodotti oħra li jkunu ġew ipproċessati skont il-metodi ta’ proċessar stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness IV u li jkunu ġejjin minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali tal-istess speċi.

3.

L-għalf imsemmi fil-punti 1 u 2 għandu jsir bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-tagħlif għandu jsir biss fi rżiezet:

(i)

li jkunu ġew irreġistrati mill-awtorità kompetenti abbażi ta’ applikazzjoni li jkollha magħha dokumentazzjoni li turi bil-provi li ma jkunx hemm raġuni għal suspett ta’ preżenza tal-aġent ta’ TSE fil-popolazzjoni tal-ispeċi koperta mill-applikazzjoni;

(ii)

fejn sistema ta’ sorveljanza adatta għal enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSEs) f’annimali tal-pil tkun qed titħaddem fir-razzett u din tkun tinkludi testijiet regolari fil-laboratorju ta’ kampjuni għat-TSE;

(iii)

li jkunu taw garanziji xierqa li ebda prodott sekondarju tal-annimali jew ta’ taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna jew prodotti oħra li jkunu ġew ipproċessati skont il-Kapitolu III tal-Anness IV u li jkunu ġejjin minn dawk l-annimali jew mill-frieħ tagħhom ma jkunu jistgħu jidħlu fil-katina alimentari jew tal-għalf għall-annimali oħra minbarra annimali tal-pil;

(iv)

li ma kellhomx kuntatt magħruf ma xi razzett ieħor fejn ikun hemm suspett jew konferma li faqqgħu t-TSE;

(v)

fejn l-operatur tar-razzett reġistrat jiżgura li:

il-karkassi ta’ annimali tal-pil li jkunu maħsubin jingħataw bħala għalf lil annimali tal-istess speċi jkunu ttrattati u pproċessati separatament minn karkassi mhux awtorizzati għal dak il-fini,

annimali tal-pil li jintgħalfu b’taħlita ta’ laħam u għadam mitħuna jew prodotti oħra li jkunu ġew ipproċessati skont il-Kapitolu III tal-Anness IV u li jkunu ġejjin minn annimali tal-istess speċi jinżammu mifrudin minn annimali li ma jintgħalfux prodotti derivati minn annimali tal-istess speċi,

ir-razzett ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness VI u fil-punt (2)(b)(ii) tal-Kapitolu II tal-Anness VIII.

(b)

L-operatur tar-razzett għandu jiżgura li għalf tal-laħam u l-għadam jew prodotti oħra ġejjin minn speċi waħda u maħsuba għal għalf tal-istess speċi għandhom:

(i)

ikunu ġew ipproċessati f’impjant ta’ proċessar approvat skont l-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u bl-użu biss ta’ metodi ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

ikunu nħadmu minn annimali b’saħħithom maqtulin għall-produzzjoni tal-pil.

(c)

F’każ ta’ xi kuntatt suspettat jew magħruf ma’ xi razzett fejn ikun issuspettat jew ikkonfermat li faqqgħut-TSE, l-operatur tar-razzett għandu minnufih:

(i)

jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar kuntatt bħal dan;

(ii)

jieqaf jibgħat annimali tal-pil lil kull destinazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU II

Tagħlif bi ħxejjex għall-annimali mrobbijin fi rziezet

Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal tagħlif bi ħxejjex tal-art lil annimali mrobbijin fi rziezet, b’aċċess dirett mill-annimali għal dik l-art jew billi jintużaw ħxejjex imqattgħin bħala għalf, bil-kondizzjoni li jkunu ġew applikati f’dik l-art fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija:

(a)

Il-perjodu ta’ stennija ta’ mill-anqas 21 jum msemmi fl-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jkun tħares,

(b)

Ikun sar użu biss minn fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija b’konformità mal-Artikolu 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u tal-Kapitolu II tal-Anness XI ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, dawk il-kondizzjonijiet ma għandhomx japplikaw, sakemm ma jkunux ġew applikati fuq l-art fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija biss, kif ġej:

(a)

demel u gwanu;

(b)

il-kontenut tal-kanal tad-diġestjoni, ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib, kolostru prodotti tal-kolostru, li l-awtorità kompetenti ma tqisx li jġibu magħhom riskju għat-tixrid ta’ xi marda serja għall-annimali.


ANNESS III

RIMI U RKUPRU

KAPITOLU I

REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-INĊINERAZZJONI U L-KOINĊINERAZZJONI

Taqsima 1

Kondizzjonijiet ġenerali

1.

L-operaturi ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni u ta’ koinċinerazzjoni msemmijin fl-Artikolu 6(1)(b) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ iġjene li ġejjin jitħarsu fl-impjanti taħt il-kontroll tagħhom:

(a)

Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati għandhom jintremew malajr kemm jista’ jkun wara li jaslu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti. Għandhom jinħażnu kif imiss sakemm jintremew, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

(b)

L-impjanti għandu jkollhom arranġamenti xierqa lesti għall-ħasil u d-diżinfettar ta’ kontenituri u vetturi fil-post, partikularment f’żona indikata fejn l-ilma maħmuġ jintrema skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, biex ikunu evitati riskji ta’ kontaminazzjoni.

(c)

L-impjanti għandhom ikunu fuq art li minnha l-ilma joskula sewwa.

(d)

L-impjanti għandu jkollhom arranġamenti xierqa għal protezzjoni kontra annimali li jimpestaw bħal insetti, annimali gerriema u għasafar. Għal dak il-fini għandu jintuża programm dokumentat dwar il-kontroll ta’ dawn l-annimali.

(e)

L-istaff għandu jkollu aċċess għal faċilitajiet adegwati ta’ iġjene personali bħal tojlets, kmamar fejn ibiddlu u sinkijiet, jekk ikun meħtieġ, għall-prevenzjoni ta’ riskji ta’ kontaminazzjoni.

(f)

Għandhom ikunu stabbiliti u jkunu dokumentati proċeduri ta’ ħasil għal partijiet kollha tal-bini. Għandhom ikunu pprovduti tagħmir adatt u aġenti ta’ ħasil għat-tindif.

(g)

Il-kontroll tal-iġjene għandu jinkludi spezzjonijiet regolari tal-ambjent u tat-tagħmir. Skedi u riżultati ta’ spezzjonijiet għandhom ikunu dokumentati u miżmuma għal mill-anqas sentejn.

2.

L-operatur ta’ impjant ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni għandu jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa dwar il-wasla ta’ prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati biex ma jħallix ikun hemm, jew jillimita kemm jista’ jkun fil-prattika, riskji diretti għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali.

3.

L-annimali ma għandux ikollhom aċċess għall-impjanti, għal prodotti sekondarji tal-annimali u għal prodotti derivati li jkunu qed jistennew l-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni, jew aċċess għall-irmied li jkun hemm wara l-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-annimali.

4.

Jekk l-impjant ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni jkun jinsab f’azjenda tal-bhejjem:

(a)

għandu jkun hemm separazzjoni fiżika sħiħa bejn it-tagħmir tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni u l-bhejjem u l-għalf u l-marqad, bi lqugħ jekk ikun meħtieġ;

(b)

it-tagħmir għandu jintuża kollu kemm hu għat-tħaddim tal-inċineratur u ma għandux jintuża bnadi oħra fl-azjenda jew, alternattivament, għandu jitnaddaf u jkun iddiżinfettat qabel użu bħal dan;

(c)

il-personal li jaħdmu fl-impjant għandhom jibdlu ħwejjiġhom ta’ barra u ż-żraben tagħhom qabel ma jittrattaw bhejjem jew imissu għalf għal bhejjem.

5.

Il-ħażna ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati li jkunu qed jistennew l-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni u tal-irmied għandhom ikunu mgħottija, identifikati b’mod korrett u, jekk ikun jixraq, f’kontenituri li ma jnixxux.

6.

Prodotti sekondarji tal-annimali li ma jkunux inħarqu għalkollox għandhom jerġgħu jinħarqu jew jintremew b’mezzi oħra, minbarra f’rimi f’miżbla awtorizzata, skont l-Artikoli 12, 13 u 14, skont kif japplika, tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Taqsima 2

Kondizzjonijiet ta’ tħaddim

Impjanti ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni għandhom ikunu ddisinjati, mgħammra, mibnija u mħaddma b’mod li l-gass li joħroġ mill-proċess jinħareġ b’mod kontrollat u omoġenju, ukoll jekk f’kondizzjonijiet l-aktar sfavorevoli, f’temperatura ta’ 850 °C għal mill-anqas 2 sekondi, jew f’temperatura ta’ 1 100 °C għal 0,2 sekondi, imkejla qrib il-ħajt ta’ ġewwa jew f’punt rappreżentattiv ieħor tal-kamra fejn issir l-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni, kif awtorizzat mill-awtorità kompetenti.

Taqsima 3

Residwi ta’ inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni

1.

Residwi ta’ inċinerazzjoni u koinċinerazzjoni għandhom jitnaqqsu fl-għadd tagħhom u f’kemm jagħmlu ħsara. Residwi bħal dawn għandhom ikunu rkuprati, fejn jixraq, direttament fl-impjant jew barra minnu skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, jew jintremew f’miżbla awtorizzata.

2.

It-trasport u l-ħżin temporanju ta’ residwi niexfa, inkluż trab, għandhom isiru b’mod li ma jitħallix ikun hemm tixrid fl-ambjent, bħal f’kontenituri magħluqin.

Taqsima 4

Kejl tat-temperatura u ta’ parametri oħra

1.

Għandhom jintużaw tekniki biex isir monitoraġġ tal-parametri u l-kondizzjonijiet rilevanti għall-proċess ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni.

2.

L-approvazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti, jew il-kondizzjonijiet mehmużin magħha, għandhom jiffissaw ir-rekwiżiti tal-kejl tat-temperatura.

3.

Il-mod kif jitħaddem kull tagħmir awtomatizzat ta’ monitoraġġ għandu jkun suġġett għal kontroll u għal test annwali ta’ sorveljanza.

4.

Riżultati ta’ kejl tat-temperatura għandhom ikunu rreġistrati u ppreżentati b’mod xieraq biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-tħaddim permessi stabbiliti f’dan ir-Regolament skont il-proċeduri li għandhom ikunu deċiżi minn dik l-awtorità.

Taqsima 5

Tħaddim mhux normali

Fil-każ ta’ qtugħ, jew ta’ kondizzjonijiet ta’ tħaddim anormali ta’ impjant ta’ inċinerazzjoni jew ta’ impjant ta’ koinċinerazzjoni, l-operatur għandu jnaqqas jew jagħlaq l-operazzjonijiet malajr daqs kemm ikun prattikabbli sakemm ikunu jistgħu jerġgħu jinbdew operazzjonijiet normali.

KAPITOLU II

IMPJANTI TA’ INĊINERAZZJONI U TA’ KOINĊINERAZZJONI TA’ KAPAĊITÀ BAXXA

Taqsima 1

Kondizzjonijiet speċifiċi ta’ tħaddim

Impjant ta’ inċinerazzjoni jew ta’ koinċinerazzjoni li jittratta biss prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati b’kapaċità ta’ aktar minn 50 kg fis-siegħa (impjanti ta’ kapaċità għolja) u li ma jeħtiġilhomx permess biex jitħaddmu skont id-Direttiva 2000/76/KE għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-impjanti għandhom ikunu mgħammra għal kull linja b’mill-anqas berner awżiljarju wieħed. Dan il-berner għandu jinxtegħel awtomatikament meta t-temperatura tal-gassijiet tal-kombustjoni wara l-aħħar injezzjoni ta’ arja ta’ kombustjoni tinżel taħt it-850 °C jew il-1 100 °C, skont il-każ. Huwa għandu jintuża wkoll matul it-tħaddim tal-impjant meta jitqabbad u meta jintefa biex ikun żgurat li t-temperatura ta’ 850 °C jew ta’ 1 100 °C, skont il-każ, tinżamm il-ħin kollu matul dan it-tħaddim kollu u sakemm ikun għad hemm materjal mhux maħruq fil-kamra fejn issir l-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni.

(b)

Meta prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati jiddaħħlu fil-kamra fejn l-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni ssir bi proċess kontinwu, l-impjant għandu jitħaddem b’sistema awtomatika biex ma jitħallewx jidħlu prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati fil-bidu tal-proċess, sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ 850 °C jew ta’ 1 100 °C, skont il-każ, u kull meta t-temperatura ma tinżammx.

(c)

L-operatur għandu jħaddem l-impjant ta’ inċinerazzjoni b’mod li jinkiseb livell ta’ inċinerazzjoni biex il-kontenut ta’ karbonju organiku totali tal-gagazza u l-irmied tal-qiegħ ikun anqas minn 3 % jew li t-telf tagħhom malli jitqabbdu ikun anqas minn 5 % tal-piż tal-materjal niexef. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jintużaw tekniki adatti ta’ trattament minn qabel.

Taqsima 2

Skarigi tal-ilma

1.

Siti ta’ impjanti ta’ kapaċità għolja, inklużi żoni assoċjati ta’ ħżin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, għandhom ikunu ddisinjati b’mod li ma jitħallewx joħorġu mingħajr awtorizzazzjoni jew aċċidentalment sustanzi ta’ tniġġis għal ġol-ħamrija, ilma tal-wiċċ u ilma ta’ taħt l-art.

2.

Għandha tkun ipprovduta kapaċità ta’ ħżin għal ilma tax-xita mniġġes li joskula mis-sit tal-impjant jew għal ilma mniġġes li jkun hemm minn tixrid jew minn operazzjonijiet ta’ tifi ta’ nar.

L-operatur għandu jiżgura, jekk ikun meħtieġ, li ilma tax-xita bħal dan kif ukoll ilma bħal dan ikunu jistgħu jiġu eżaminati u ttrattati qabel ma jkunu skarigati, meta jkun meħtieġ.

KAPITOLU III

IMPJANTI TA’ INĊINERAZZJONI U TA’ KOINĊINERAZZJONI TA’ KAPAĊITÀ BAXXA

Impjanti ta’ inċinerazzjoni u ta’ koinċinerazzjoni li jittrattaw biss prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati b’kapaċità massima ta’ anqas minn 50 kg ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fis-siegħa jew għal kull lott (impjanti ta’ kapaċità baxxa) u li ma jeħtiġux ikollhom permess biex jitħaddmu skont id-Direttiva 2000/76/KE, għandhom:

(a)

jintużaw biss għar-rimi ta’

(i)

annimali domestiċi mejtin imsemmija fl-Artikolu 8(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; jew

(ii)

materjali tal-Kategorija 1 imsemmijin fl-Artikolu 8 (b), (e) u (f), materjali tal-Kategorija 2 imsemmijin fl-Artikolu 9 jew materjali tal-Kategorija 3 imsemmijin fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament; jew

(b)

ikunu mgħammra b’berner awżiljarju meta materjali tal-Kategorija 1 imsemmijin fl-Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jiddaħħlu fl-impjant ta’ kapaċità baxxa;

(c)

joperaw b’mod li l-prodotti sekondarji tal-annimali jitnaqqsu għalkollox fi rmied.


ANNESS IV

PROĊESSAR

KAPITOLU I

REKWIŻITI GĦAL IMPJANTI TA' PROĊESSAR U GĦAL ĊERTI IMPJANTI U STABBILIMENTI OĦRA

Taqsima 1

Kondizzjonijiet ġenerali

1.

Impjanti ta’ proċessar għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin, għal proċessar bi sterilizzazzjoni bi pressjoni jew skont il-metodi ta’ proċessar fl-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:

(a)

Impjanti ta’ proċessar ma għandhomx ikunu fl-istess sit bħal ta’ biċċeriji jew stabbilimenti oħra li jkunu approvati jew reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew ir-Regolament (KE) Nru 853/2004, sakemm ir-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali li jiġu mill-proċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, li joriġinaw minn biċċeriji jew stabbilimenti oħra bħal dawn, ma jittaffewx billi jitħarsu mill-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-impjant tal-proċessar għandu jkun fiżikament separat mill-biċċerija jew minn stabbiliment ieħor, skont il-każ, billi l-impjant tal-proċessar ikun f'binja li tkun separata għalkollox mill-biċċerija jew minn stabbiliment ieħor;

(ii)

dan li ġej għandu jkun installat u jopera fl-impjant ta’ proċessar:

sistema ta’ ċineg tal-ġarr li tgħaqqad lill-impjant tal-proċessar mal-biċċerija jew ma’ stabbiliment ieħor u li ma tkunx tista' tinqabeż,

daħliet separati, postijiet ta’ wasla, tagħmir u postijiet ta’ ħruġ kemm għall-impjant tal-proċessar kif ukoll għall-biċċerija jew stabbiliment;

(iii)

għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ riskji permezz tal-ħidma tal-istaff li jkun impjegat fl-impjant tal-proċessar u fil-biċċerija jew stabbiliment ieħor;

(iv)

persuni mhux awtorizzati u annimali ma għandux ikollhom aċċess għall-impjant ta’ pproċessar.

B'deroga mill-punti minn (i) sa (iv), fil-każ ta’ impjanti ta’ proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza li jkun hemm kondizzjonijiet oħra minflok dawk stabbiliti f'dawk il-punti, bl-għan li jittaffew ir-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali, inklużi r-riskji li jiġu mill-proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3, li joriġina minn stabbilimenti barra minn siti approvati jew reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, dwar l-użu magħmul minn din id-deroga mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

(b)

L-impjant ta’ proċessar għandu jkollu settur nadif u settur mhux nadif, separati b'mod adegwat. Is-settur mhux nadif għandu jkollu post kopert biex jirċievi prodotti sekondarji tal-annimali u għandu jinbena b'tali mod li jkun faċli biex jitnaddaf u jkun iddiżinfettat. Il-paviment għandu jitqiegħed b'tali mod li likwidi jiskolaw faċilment minnu;

(c)

L-impjant ta’ proċessar għandu jkollu faċilitajiet adegwati, inklużi tojlits, kmamar fejn wieħed ibiddel u sinkijiet għall-istaff;

(d)

L-impjant ta’ proċessar għandu jkollu kapaċità suffiċjenti ta’ produzzjoni ta’ ilma sħun u fwar għall-proċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali;

(e)

Is-settur mhux nadif għandu jkollu, jekk ikun il-każ, tagħmir li jnaqqas id-daqs ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u tagħmir li jgħabbi l-prodotti sekondarji mgħaffġin ta’ annimali fl-unità tal-proċessar;

(f)

Fejn ikun meħtieġ trattament bis-sħana, l-istallazzjonijiet kollha għandhom ikunu mgħammra:

(i)

b'tagħmir ta’ kejl biex titqies it-temperatura mal-ħin u, jekk ikun japplika għall-metodu ta’ proċessar użat, bi pressjoni f'punti kritiċi;

(ii)

b'mezzi ta’ reġistrazzjoni biex ikunu rreġistrati kontinwament ir-riżultati ta’ dan il-kejl b'mod li jibqgħu aċċessibbli għal fini ta’ verifiki u kontrolli uffiċjali;

(iii)

b'sistema ta’ sigurtà adegwata biex ma jitħalliex li ma jkunx hemm sħana biżżejjed;

(g)

Biex ma jitħalliex ikun hemm kontaminazzjoni mill-ġdid tal-prodott derivat meta jiddaħħlu prodotti sekondarji tal-annimali, għandu jkun hemm separazzjoni ċara bejn in-naħa tal-impjant fejn materjal li jkun dieħel għall-proċessar jinħatt u l-inħawi mħollija għall-proċessar ta’ dak il-prodott u għall-ħażna tal-prodott derivat.

2.

L-impjant ta pproċessar għandu jkollu faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar tal-kontenituri jew reċipjenti li fihom jitqiegħdu prodotti sekondarji tal-annimali, u l-mezzi tat-trasport, minbarra bastimenti, li fihom ikunu ttrasportati.

3.

Għandhom ikunu pprovduti faċilitajiet adegwati għad-diżinfettar ta’ roti ta’ vetturi u tal-partijiet l-oħra tal-vettura, kif ikun jixraq, mal-ħruġ mis-settur mhux nadif tal-impjant ta’ proċessar.

4.

L-impjanti kollha ta’ proċessar għandu jkollhom sistema ta’ rimi ta’ drenaġġ li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kompetenti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

5.

L-impjant ta’ proċessar għandu jkollu l-laboratorju tiegħu stess jew għandu juża s-servizzi ta’ laboratorju barrani. Il-laboratorju għandu jkun mgħammar biex jagħmel analiżi meħtieġa u jkun approvat mill-awtorità kompetenti abbażi ta’ valutazzjoni tal-kapaċità tal-laboratorju li jagħmel dawk l-analiżi; għandu jkun akkreditat skont standards rikonoxxuti internazzjonalment jew ikun suġġett għal kontrolli regolari mill-awtorità kompetenti, biex tkun ivvalutata l-kapaċità tal-laboratorju li jagħmel dawk l-analiżijiet.

6.

Jekk abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-volum ta’ prodotti ttrattati jkun jeħtieġlu l-preżenza regolari jew permanenti tal-awtorità kompetenti, l-impjanti ta’ proċessar għandu jkollhom kamra li tissakkar mgħammra b'mod adegwat għall-użu esklussiv tas-servizz ta’ spezzjoni.

Taqsima 2

Trattament ta’ ilma mormi

1.

Impjanti ta’ proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 1 u bini ieħor fejn jitqiegħed materjal ta’ riskju speċifiku, biċċeriji u impjanti ta’ proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 2 għandu jkollhom proċess ta’ trattament minn qabel għaż-żamma u l-ġbir ta’ materjal ta’ annimali bħala l-ewwel pass fit-trattament ta’ ilma mormi.

It-tagħmir użat fil-proċess ta’ trattament minn qabel għandu jikkonsisti minn serpentini jew gradilji bi ftuħ b'por ta’ filtru jew malja ta’ mhux aktar minn 6 mm fid-daqs fin-naħa TA'isfel tal-proċess fejn ikun hemm l-iżbokk, jew minn sistemi ekwivalenti li jiżguraw li l-frak solidu fl-ilma mormi li jgħaddi minnhom ma jkunux aktar minn 6 mm.

2.

Ilma mormi mill-bini msemmi fil-punt 1 għandu jgħaddi minn proċess ta’ trattament minn qabel li għandu jiżgura li l-ilma mormi kollu jkun iffiltrat permezz tal-proċess qabel ma jiskula mill-bini. Ma għandu jsir l-ebda tifrik, trattib jew xi proċessar ieħor jew applikazzjoni ta’ pressjoni li jistgħu jħaffu l-passaġġ ta’ materjal solidu ta’ annimali permezz ta’ proċess ta’ trattament minn qabel.

3.

Il-materjal kollu ta’ annimali miżmum fil-proċess ta’ trattament minn qabel f'bini msemmi fil-punt 1 għandu jinġabar u jinġarr bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2, skont il-każ, u għandu jintrema skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

4.

Ilma mormi li jkun għadda mill-proċess ta’ trattament minn qabel f'bini msemmi fil-punt 1 u ilma mormi minn bini ieħor li fih ikunu mmaniġġati jew ipproċessati prodotti sekondarji tal-annimali għandu jkun ittrattat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr restrizzjonijiet, skont dan ir-Regolament.

5.

Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4, l-awtorità kompetenti tista' tobbliga lill-operaturi li jittrattaw ilma mormi li joriġina fis-settur mhux nadif ta’ impjanti ta’ proċessar u f'impjanti jew stabbilimenti li jagħmlu operazzjonijiet intermedji b'materjal tal-Kategorija 1 jew b'materjal tal-Kategorija 2, jew jaħżnu materjal tal-Kategoija 1 jew tal-Kategorija 2, skont kondizzjonijiet li jiżguraw li riskji minn patoġeni jittaffew.

6.

Bla ħsara għall-punti minn 1 sa 5, ir-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, inklużi demm u ħalib, jew prodotti derivati minn ilma mormi jnixxi għandu jkun ipprojbit.

Madankollu, materjal tal-Kategorija 3 li jkun magħmul minn ħama miċ-ċentrifuga jew mis-separatur li jibqa' żejjed jista' jintrema fin-nixxiegħa ta’ ilma mormi, bil-kondizzjoni li jkun sarlu wieħed mit-trattamenti għall-ħama miċ-ċentrifuga jew mis-separatur stabbiliti fil-Parti III tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X ta’ dan ir-Regolament.

Taqsima 3

Rekwiżiti speċifiċi għall-proċessar ta’ materjali tal-Kategorija 1 u l-Kategorija 2

It-taqsim ta’ impjanti ta’ proċessar ta’ materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 għandu jiżgura li materjal tal-Kategorija 1 ikun mifrud għalkollox minn materjal tal-Kategorija 2 mill-wasla tal-materja prima sakemm il-prodott derivat li jirriżulta joħroġ, sakemm ma tkunx ipproċessata taħlita ta’ materjal tal-Kategorija 1 u ta’ materjal tal-Kategorija 2 bħala materjal tal-Kategorija 1.

Taqsima 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-proċessar ta’ materjali tal-Kategorija 3

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw flimkien mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fit-Taqsima 1:

1.

Impjanti ta’ proċessar ta’ materjali tal-Kategorija 3 ma għandhomx ikunu fl-istess sit bħal impjanti ta’ proċessar ta’ materjali tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2, sakemm ma jkunux f'bini kompletament separat.

2.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ipproċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3 f'sit fejn isir maniġġar jew proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2, jekk ikun hemm il-prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni minn sustanzi oħra minħabba:

(a)

it-taqsim tal-bini, partikularment l-arranġamenti għall-wasla, u bil-mod kif materja prima tkun maniġġata aktar tard;

(b)

it-taqsim tat-tagħmir użat u l-mod kif jitħaddem għall-proċessar, inklużi t-taqsim u t-tħaddim ta’ linji separati ta’ proċessar jew ta’ proċeduri ta’ tindif li jeskludu t-tixrid ta’ riskji li jista' jkun hemm għas-saħħa pubblika u tal-annimali; u

(c)

it-taqsim u l-maniġġar taż-żoni għall-ħżin temporanju tal-prodotti finali.

3.

Impjanti ta’ proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3 għandu jkollhom lesta installazzjoni biex ikun ivverifkat jekk ikunx hemm korpi barranin, bħal materjal ta’ ppakkjar jew bċejjeċ ta’ metall, fil-prodotti sekondarji tal-annimali jew fi prodotti derivati, jekk ikunu materjali ta’ proċessar maħsuba biex jintużaw bħala għalf. Korpi barranin bħal dawn għandhom jitneħħew qabel jew wara l-proċessar.

KAPITOLU II

REKWIŻITI TA' IĠJENE U PROĊESSAR

Taqsima 1

Rekwiżiti ta’ iġjene ġenerali

Barra minn dawn ir-rekwiżiti ta’ iġjene ġenerali pprovduti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, impjanti ta’ proċessar għandu jkollhom stabbilitprogramm dokumentat ta’ kontroll ta’ annimali li jimpestaw għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti għal protezzjoni kontra annimali li jimpestaw, bħall-insetti, l-annimali gerriema u l-għasafar, imsemmijin fl-Artikolu 25(1)(c) ta’ dak ir-Regolament.

Taqsima 2

Rekwiżiti ta’ proċessar ġenerali

1.

Għandhom jintużaw gejġijiet/rekorders kalibrati b'mod eżatt għall-monitoraġġ kontinwu tal-kondizzjonijiet tal-proċessar. Għandhom jinżammu rekords li juru d-data tal-kalibrazzjoni ta’ gejġijiet/rekorders.

2.

Materjal li jista' ma jkunx ingħata t-trattament speċifikat bis-sħana, bħal materjal li joħroġ fil-bidu jew li joħroġ minn kukers li jqattru, għandu jkun riċirkulat permezz tat-trattament bis-sħana jew jinġabar u jkun ipproċessat mill-ġdid jew mormi skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Taqsima 3

Metodi ta’ proċessar għal materjal tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2

Sakemm l-awtorità kompetenti ma tesiġix li tkun applikata l-isterilizzazzjoni bi pressjoni (metodu 1), il-materjal tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 għandu jkun ipproċessat skont metodi ta’ proċessar 2, 3, 4 jew 5 kif imsemmi fil-Kapitolu III.

Taqsima 4

Proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3

1.

Il-punti kritiċi ta’ kontroll li jiddeterminaw kemm għandhom ikunu t-trattamenti bis-sħana applikati fil-proċessar għandhom jinkludu għal kull metodu ta’ proċessar kif speċifikat fil-Kapitolu III:

(a)

id-daqs tal-partikuli tal-materja prima;

(b)

it-temperatura milħuqa fil-proċess tat-trattament bis-sħana;

(c)

il-pressjoni, jekk tkun applikata għall-materja prima;

(d)

it-tul taż-żmien tal-proċess tat-trattament bis-sħana jew ir-rata tal-għalf għal sistema kontinwa. Standards minimi ta’ proċessar għandhom ikunu speċifikati għal kull punt ta’ kontroll kritiku applikabbli.

2.

Fil-każ ta’ trattamenti kimiċi li jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti bħala metodu ta’ proċessar 7 skont il-punt G tal-Kapitolu III, il-punti kritiċi ta’ kontroll li jiddeterminaw kemm għandhom ikunu t-trattamenti kimiċi applikati għandhom jinkludu l-aġġustament ta’ pH miksub.

3.

Għandhom jinżammu rekords għal mill-anqas sentejn biex jintwera li l-valuri minimi tal-proċess għal kull punt kritiku ta’ kontroll ikunu qed jiġu applikati.

4.

Materjal tal-Kategorija 3 għandu jkun ipproċessat skont kwalunkwe mill-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar 7, jew, fil-każ ta’ materjal li joriġina minn annimali akkwatiċi, skont kwalunkwe mill-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 7, kif imsemmi fil-Kapitolu III.

KAPITOLU III

METODI STANDARD TA' PROĊESSAR

A.   Metodu ta’ proċessar 1 (sterilizzazzjoni bi pressjoni)

Tnaqqis

1.

Jekk id-daqs tal-partikula tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu se jiġu pproċessati jkun ta’ aktar minn 50 millimetru, id-daqs tal-prodotti sekondarji tal-annimali għandu jitnaqqas bl-użu tat-tagħmir adattat, b'tali mod li d-daqs tal-partikula wara t-tnaqqis ma jkunx ta’ aktar minn 50 millimetru. L-effikaċja tat-tagħmir għandha tkun spezzjonata kuljum u l-kondizzjoni tagħha ddokumentata. Jekk spezzjonijiet jiżvelaw l-eżistenza ta’ partikuli li jkunu akbar minn 50 millimetru, il-proċess għandu jitwaqqaf u għandhom isiru tiswijiet qabel ma jerġa' jinbeda l-proċess.

Il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni

2.

Il-prodotti sekondarji tal-annimali b'partikula ta’ daqs ta’ mhux aktar minn 50 millimetru għandu jissaħħan f'tempertaura fil-qalba tiegħu ta’ aktar minn 133 °C għal mill-anqas 20 minuta bla waqfien bi pressjoni (assoluta) ta’ mill-anqas 3 bars. Il-pressjoni għandha tkun prodotta bit-tneħħija tal-arja kollha fil-kamra tal-isterilizzazzjoni u bil-bdil tal-arja bi fwar (“fwar saturat”); it-trattament bis-sħana għandu jkun applikat bħala l-uniku proċess jew bħala proċess ta’ qabel jew ta’ wara l-fażi ta’ sterilizzazzjoni.

3.

L-ipproċessar għandu jsir b'sistemi ta’ lottijiet jew kontinwi.

B.   Metodu ta’ proċessar 2

Tnaqqis

1.

Jekk id-daqs tal-partikula tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu se jiġu pproċessati jkun ta’ aktar minn 150 millimetru, id-daqs tal-prodotti sekondarji tal-annimali għandu jitnaqqas bl-użu tat-tagħmir adattat, b'tali mod li d-daqs tal-partikula wara t-tnaqqis ma jkunx ta’ aktar minn 150 millimetru. L-effikaċja tat-tagħmir għandha tkun spezzjonata kuljum u l-kondizzjoni tagħha ddokumentata. Jekk spezzjonijiet jiżvelaw l-eżistenza ta’ partikuli li jkunu akbar minn 150 millimetru, il-proċess għandu jitwaqqaf u għandhom isiru tiswijiet qabel ma jerġa' jinbeda l-proċess.

Il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni

2.

Wara t-tnaqqis il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jissaħħnu b'mod li jiżgura li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 100 °C għal mill-anqas 125 minuta, li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 110 °C għal mill-anqas 120 minuta u li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 120 °C għal mill-anqas 50-il minuta.

It-temperaturi fil-qalba jistgħu jintlaħqu waħda wara l-oħra jew b'taħlita koinċidentali tal-perjodi ta’ żmien indikati.

3.

L-ipproċessar għandu jsir b'sistema ta’ lottijiet.

C.   Metodu ta’ proċessar 3

Tnaqqis

1.

Jekk id-daqs tal-partikula tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu se jiġu pproċessati jkun ta’ aktar minn 30 millimetru, id-daqs tal-prodotti sekondarji tal-annimali għandu jitnaqqas bl-użu tat-tagħmir adattat, b'tali mod li d-daqs tal-partikula wara t-tnaqqis ma jkunx ta’ aktar minn 30 millimetru. L-effikaċja tat-tagħmir għandha tkun spezzjonata kuljum u l-kondizzjoni tagħha ddokumentata. Jekk spezzjonijiet jiżvelaw l-eżistenza ta’ partikuli li jkunu akbar minn 30 millimetru, il-proċess għandu jitwaqqaf u għandhom isiru tiswijiet qabel ma jerġa' jinbeda l-proċess.

Il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni

2.

Wara t-tnaqqis il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jissaħħnu b'mod li jiżgura li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 100 °C għal mill-anqas 95 minuta, li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 110 °C għal mill-anqas 55 minuta u li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 120 °C għal mill-anqas 13-il minuta.

It-temperaturi fil-qalba jistgħu jintlaħqu waħda wara l-oħra jew b'taħlita koinċidentali tal-perjodi ta’ żmien indikati.

3.

L-ipproċessar għandu jsir b'sistemi ta’ lottijiet jew kontinwi.

D.   Metodu ta’ proċessar 4

Tnaqqis

1.

Jekk id-daqs tal-partikula tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu se jiġu pproċessati jkun ta’ aktar minn 30 millimetru, id-daqs tal-prodotti sekondarji tal-annimali għandu jitnaqqas bl-użu tat-tagħmir adattat, b'tali mod li d-daqs tal-partikula wara t-tnaqqis ma jkunx ta’ aktar minn 30 millimetru. L-effikaċja tat-tagħmir għandha tkun spezzjonata kuljum u l-kondizzjoni tagħha ddokumentata. Jekk spezzjonijiet jiżvelaw l-eżistenza ta’ partikuli li jkunu akbar minn 30 millimetru, il-proċess għandu jitwaqqaf u għandhom isiru tiswijiet qabel ma jerġa' jinbeda l-proċess.

Il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni

2.

Wara t-tnaqqis il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jitqiegħdu f'kontenitur b'xaħam miżjud u jissaħħnu b'mod li jiżgura li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 100 °C għal mill-anqas 16-il minuta, li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 110 °C għal mill-anqas 13-il minuta, li tintlaħaq temperatura ogħla minn 120 °C għal mill-anqas tmien minuti u li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 130 °C għal mill-anqas tliet minuti.

It-temperaturi fil-qalba jistgħu jintlaħqu waħda wara l-oħra jew b'taħlita koinċidentali tal-perjodi ta’ żmien indikati.

3.

L-ipproċessar għandu jsir b'sistemi ta’ lottijiet jew kontinwi.

E.   Metodu ta’ proċessar 5

Tnaqqis

1.

Jekk id-daqs tal-partikula tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu se jiġu pproċessati jkun ta’ aktar minn 20 millimetru, id-daqs tal-prodotti sekondarji tal-annimali għandu jitnaqqas bl-użu tat-tagħmir adattat, b'tali mod li d-daqs tal-partikula wara t-tnaqqis ma jkunx ta’ aktar minn 20 millimetru. L-effikaċja tat-tagħmir għandha tkun spezzjonata kuljum u l-kondizzjoni tagħha ddokumentata. Jekk spezzjonijiet jiżvelaw l-eżistenza ta’ partikuli li jkunu akbar minn 20 millimetru, il-proċess għandu jitwaqqaf u għandhom isiru tiswijiet qabel ma jerġa' jinbeda l-proċess.

Il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni

2.

Wara t-tnaqqis il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jissaħħnu sakemm jikkoagulaw u mbagħad jiġu ppressati biex jitneħħa x-xaħam u l-ilma mill-materjal bil-proteina. Il-materjal bil-proteina għandu mbagħad jissaħħan b'mod li jiżgura li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 80 °C għal mill-anqas 120 minuta u li tintlaħaq temperatura fil-qalba ogħla minn 100 °C għal mill-anqas 60 minuta.

It-temperaturi fil-qalba jistgħu jintlaħqu waħda wara l-oħra jew b'taħlita koinċidentali tal-perjodi ta’ żmien indikati.

3.

L-ipproċessar għandu jsir b'sistemi ta’ lottijiet jew kontinwi.

F.   Metodu ta’ proċessar 6 (għal prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategorija 3 li joriġinaw minn annimali akkwatiċi jew minn invertebrati akkwatiċi biss)

Tnaqqis

1.

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għal daqs tal-partikola li ma tkunx ikbar minn:

(a)

50 mm, f'każ ta’ trattament bis-sħana skont il-punt 2(a); jew

(b)

30 mm, f'każ trattament bis-sħana skont il-punt 2(b).

Huma għandhom imbagħad jitħalltu b'aċidu formiku biex jitnaqqas u jinżamm pH għal 4.0 jew anqas. It-taħlita għandha tinħażen għal mill-anqas 24 siegħa sakemm isir aktar trattament.

Il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni

2.

Wara t-tnaqqis it-taħlita għandha tissaħħan għal:

(a)

temperatura fil-qalba ta’ mill-anqas 90 °C għal mill-anqas 60 minuta; jew

(b)

temperatura fil-qalba ta’ mill-anqas 70 °C għal mill-anqas 60 minuta.

Meta tintuża sistema ta’ fluss kontinwu, l-iżvilupp tal-prodott fl-apparat li jibdel is-sħana għandu jkun ikkontrollat permezz ta’ kmandi mekkaniċi li jillimitaw l-ispostament tiegħu b'tali mod li fi tmiem l-operazzjoni tat-trattament bis-sħana l-prodott ikun għadda minn ċiklu li jkun suffiċjenti kemm għal dak li huwa ħin kif ukoll temperatura.

3.

L-ipproċessar għandu jsir b'sistemi ta’ lottijiet jew kontinwi.

G.   Metodu ta’ proċessar 7

1.

Kull metodu ta’ proċessar ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fejn ikun intwera dan li ġej mill-operatur lil dik l-awtorità:

(a)

l-identifikazzjoni ta’ perikli rilevanti fil-materjal tal-bidu, minħabba l-oriġini tal-materjal, u tar-riskji potenzjali minħabba l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-Istat Membru jew l-erja jew żona fejn il-metodu jkollu jintuża;

(b)

il-kapaċità tal-metodu ta’ proċessar li jnaqqas dawk il-perikli għal livell li ma jġibx riskji sinifikanti għas-saħħa pubblika u tal-annimali;

(c)

it-teħid ta’ kampjuni tal-prodott aħħari kuljum tul perjodu ta’ 30 jum ta’ produzzjoni b'konformità mal-istandards mikrobijoloġiċi li ġejjin:

(i)

Kampjuni ta’ materjal meħudin direttament wara t-trattament:

Clostridium perfringens nieqes f'1 g tal-prodotti

(ii)

Kampjuni ta’ materjal meħudin matul jew waqt il-ħruġ tal-materjal mill-ħażna:

 

Salmonella: nieqsa f'25 g: n=5, c=0, m=0, M=0

 

Enterobacteriacae: n=5, c=2; m=10; M=300 f'1 g

fejn:

n

=

l-għadd ta’ kampjuni għall-ittestjar,

m

=

il-valur limitu tal-għadd ta’ batterji; ir-riżultat jitqies sodisfaċenti jekk l-għadd ta’ batterji fil-kampjuni kollha ma jaqbizx m;

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji; ir-riżultat jitqies mhux sodisfaċenti jekk l-għadd ta’ batterji f'kampjun wieħed jew aktar ikun M jew iżjed; u

c

=

l-għadd ta’ kampjuni li l-għadd ta’ batterji tagħhom jista' jkun bejn m u M, bil-kampjuni jkunu għadhom jitqiesu aċċettabbli jekk l-għadd ta’ batterji tal-kampjuni l-oħra jkun m jew anqas.

2.

Dettalji tal-punti kritiċi ta’ kontroll li skonthom kull impjant ta’ proċessar ikun konformi b'mod sodisfaċenti mal-istandards mikrobijoloġiċi, għandhom ikunu rreġistrati u miżmuma biex l-operatur u l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw it-tħaddim tal-impjant ta’ proċessar. L-informazzjoni li għandha tkun irreġistrata u mmonitorjata għandha tinkludi d-daqs tal-partikuli, u, skont il-każ, it-temperatura kritika, il-ħin assolut, il-profil tal-pressjoni, ir-rata ta’ għalf tal-materja prima u r-rata tar-riċiklaġġ tax-xaħam.

3.

B'deroga mill-punt 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-użu ta’ metodi ta’ proċessar li jkunu ġew approvati qabel id-data tad-dħul tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont il-Kapitolu III tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

4.

L-awtorità kompetenti għandha tissospendi temporanjament jew permanentement l-applikazzjoni ta’ metodi ta’ proċessar msemmijin fil-punti 1 u 3, jekk ikollha prova li xi waħda miċ-ċirkustanzi speċifikati fil-punt 1(a) jew (b) tkun inbidlet sostanzjalment.

5.

L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor meta jitlobha dwar l-informazzjoni li jkollha skont il-punti 1 u 2 b'rabta ma’ metodu ta’ proċessar awtorizzat.

KAPITOLU IV

METODI ALTERNATTIVI TA' PROĊESSAR

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Materjali li joħorġu mill-proċessar ta’ materjali tal-Kategoriji 1 u 2, ħlief bijodiżil maħdum skont il-punt D tat-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, għandhom ikunu mmarkati b'mod permanenti skont ir-rekwiżiti għall-immarkar ta’ ċerti prodotti derivati stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Anness VIII.

2.

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tara li r-riżultati ta’ kontrolli uffiċjali jkunu jistgħu jinkisbu mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor meta jitlobhom, fejn metodu alternattiv jintuża għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru, biex titħaffef l-introduzzjoni tal-metodu alternattiv il-ġdid.

Taqsima 2

Standards ta’ proċessar

A.   Proċess ta’ idroliżi ta’ alkalin

1.   Materjal tal-bidu

Għal dan il-proċess, jistgħu jintużaw prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji kollha.

2.   Metodu ta’ proċessar

L-idroliżi ta’ alkalin għandha ssir skont l-istandards ta’ proċessar li ġejjin:

(a)

Jew għandha tintuża taħlita ta’ idrossidu tas-sodju (NaOH) jew ta’ idrossidu tal-potassju (KOH) (jew taħlita tagħhom) f'ammont li jiżgura ekwivalenza ta’ massa tas-sustanza approssimattiva għall-piż, it-tip u l-kompożizzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali li jkollhom ikunu ddiġeriti.

Fil-każ ta’ ħafna xaħam fi prodotti sekondarji tal-annimali li jinnewtralizza l-bażi, il-bażi miżjuda għandha tkun aġġustata biex tinkiseb l-ekwivalenza tal-massa tas-sustanza msemmija.

(b)

Prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jitqiegħdu f'kontenitur b'liega tal-azzar. Għandu jiżdied l-ammont imkejjel ta’ alkali jew f'għamla solida jew bħala taħlita kif imsemmi fil-punt (a).

(c)

Il-kontenitur għandu jingħalaq u l-prodotti sekondarji tal-annimali u t-taħlita għandhom jissaħħnu f'temperatura fil-qalba ta’ mill-anqas 150 °C u bi pressjoni (assoluta) ta’ mill-anqas 4 bars għal mill-anqas:

(i)

tliet sigħat mingħajr waqfien;

(ii)

sitt sigħat mingħajr waqfien f'każ ta’ trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali msemmi fl-Artikolu 8(a)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Madankollu, jistgħu jkunu pproċessati skont il-punt 2(c)(i) ta’ din it-Taqsima materjali ġejjin minn materjali tal-Kategorija 1 li jkunu magħmulin minn annimali maqtulin fil-kuntest tal-miżuri ta’ qerda ta’ TSE li jkunu aktarx annimali li jixtarru li ma jkunx jeħtiġilhom ittestjar għat-TSE, jew annimali li jixtarru li jkunu ġew ittestjati b'riżultat negattiv skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; jew

(iii)

siegħa mingħajr waqfien fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali magħmulin minn materjal tal-ħut jew tat-tjur.

(d)

Il-proċess għandu jsir b'sistema ta’ lottijiet u l-materjal fil-kontenitur għandu jitħawwad b'mod kostanti biex jitħaffef il-proċess ta’ diġestjoni sakemm it-tessuti jinħallu u l-għadam u s-snien jirtabu; u

(e)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom ikunu ttrattati b'mod li r-rekwiżiti dwar ħin, temperatura u pressjoni jitħarsu fl-istess waqt.

B.   Proċess ta’ idroliżi ta’ temperatura għolja bi pressjoni għolja

1.   Materjal tal-bidu

Għal dan il-proċess, jistgħu jintużaw materjali tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3.

2.   Metodu ta’ proċessar

Idroliżi ta’ pressjoni għolja u ta’ temperatura għolja għandha ssir skont l-istandards ta’ proċessar li ġejjin:

(a)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jissaħħnu f'temperatura fil-qalba ta’ mill-anqas 180 °C għal mill-anqas 40 minuta mingħajr waqfien bi pressjoni (assoluta) ta’ mill-anqas 12-il bar, imsaħħnin b'applikazzjoni ta’ fwar indirett fir-reattur bijolitiku;

(b)

Il-proċess għandu jsir f'lott u l-materjal fil-kontenitur għandu jitħallat b'mod kostanti; u

(c)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom ikunu ttrattati b'mod li r-rekwiżiti ta’ ħin, temperatura u pressjoni jinkisbu fl-istess waqt.

C.   Proċess ta’ bijogass ta’ idroliżi bi pressjoni għolja

1.   Materjal tal-bidu

Għal dan il-proċess, jistgħu jintużaw prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji kollha.

2.   Metodu ta’ proċessar

Il-proċess ta’ bijogass ta’ idroliżi bi pressjoni għolja għandu jsir skont l-istandards ta’ proċessar li ġejjin:

(a)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom ikunu l-ewwel ipproċessati billi jintuża l-metodu ta’ proċessar 1 (sterilizzazzjoni bi pressjoni) kif stabbilit fil-Kapitolu III f'impjant ta’ proċessar approvat;

(b)

Wara li jsir il-proċess imsemmi fil-punt (a), il-materjali li jkun tneħħilhom ix-xaħam għandhom ikunu ttrattati f'temperatura ta’ mill-anqas 220 °C għal mill-anqas 20 minuta bi pressjoni (assoluta) ta’ mill-anqas 25 bar, jissaħħnu f'żewġ proċeduri waħda wara l-oħra, l-ewwel b'injezzjoni diretta ta’ fwar, u t-tieni b'mod indirett f'apparat li jibdel is-sħana koassjali;

(c)

Il-proċess għandu jsir b'sistema ta’ lottijiet jew kontinwa u l-materjal jitħawwad b'mod kostanti;

(d)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom ikunu ttrattati b'mod li r-rekwiżiti ta’ ħin, temperatura u pressjoni jinkisbu fl-istess waqt;

(e)

Il-materjal li jiirriżulta għandu mbagħad jitħawwad bl-ilma u jkun iffermentat b'mod anerobiku (trasformazzjoni ta’ bijogass) f'reattur tal-bijogass;

(f)

Fil-każ ta’ materjal tal-bidu tal-Kategorija 1, il-proċess kollu għandu jsir fl-istess sit u b'sistema magħluqa u l-bijogass prodott matul il-proċess għandu jinħaraq malajr fl-istess impjant f'minimu ta’ 900 °C u wara jitkessaħ minnufih (“temprar”).

D.   Proċess ta’ produzzjoni tal-bijodiżil

1.   Materjal tal-bidu

Għal dan il-proċess tisTA' tintuża frazzjoni ta’ xaħam ġej minn prodotti sekondarji tal-annimali tal-materjali kollha tal-Kategoriji kollha.

2.   Metodu ta’ proċessar

Il-produzzjoni tal-bijodiżil għandha ssir skont l-istandards ta’ proċessar li ġejjin:

(a)

Jekk ma jintużawx żejt tal-ħuta jew xaħam midjub li jkunu nħadmu skont it-Taqsimiet VIII jew XII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, rispettivament, għandha tkun ipproċessata l-ewwel il-frazzjoni ta’ xaħam tal-prodotti sekondarji tal-annimali billi jintuża:

(i)

fil-każ ta’ materjali tal-Kategorija 1 jew 2, il-metodu ta’ proċessar 1 (sterilizzazzjoni bi pressjoni) kif stabbilit fil-Kapitolu III; u

(ii)

fil-każ ta’ materjali tal-Kategorija 3, kull wieħed mill-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar 7 jew, fil-każ ta’ materjal ġej minn ħut, il-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 7 kif stabbilit fil-Kapitolu III;

(b)

Ix-xaħam ipproċessat għandu jkun imbagħad ipproċessat aktar permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

(i)

proċess li bih ix-xaħam ipproċessat għandu jkun isseparat mill-proteina u, fil-każ ta’ xaħam li joriġina minn annimali li jixtarru, impuritajiet li ma jinħallux ta'aktar minn 0,15 % fil-piż għandhom jitneħħew, u x-xaħam ipproċessat għandu sussegwentement jintbagħat għall-esterifikazzjoni u t-transesterifikazzjoni.

Madankollu, l-esterfikazzjoni mhix meħtieġa għal xaħam ipproċessat ġej minn materjal tal-Kategorija 3. F'esterifikazzjoni l-pH għandu jitnaqqas għal anqas minn 1 billi jiżdied l-aċidu sulforiku (H2SO4) jew aċidu ekwivalenti u t-taħlita għandha tissaħħan sa 72 °C għal mill-anqas sagħtejn li matulhom għandha titħawwad b'mod intensiv.

It-transesterifikazzjoni għandha ssir billi jiżdied il-pH għal madwar 14 b'idrossidu tal-potassju jew b'bażi ekwivalenti għal 35 °C sa 50 °C għal mill-anqas 15-il minuta. It-transesterfikazzjoni għandha ssir darbtejn skont il-kondizzjonijiet imfissra f'dan il-punt, bl-użu ta’ soluzzjoni b'bażi friska. Dan il-proċess għandu jkun segwit minn raffinar tal-prodotti li jinkludi distillazzjoni f'vakwu ta’ 150 °C, li jwassal għall-bijodiżil;

(ii)

proċess li juża parametri ta’ proċess ekwivalenti awtorizzati mill-awtorità kompetenti.

E.   Il-proċess ta’ Brookes ta’ bdil f'gass

1.   Materjal tal-bidu

Għal dan il-proċess jista' jintuża materjal tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3.

2.   Metodu ta’ proċessar

Il-proċess ta’ Brookes ta’ bdil f'gass għandu jsir skont l-istandards ta’ proċessar li ġejjin:

(a)

Il-kamra ta’ wara l-kombustjoni tissaħħan ftit billi jintuża gass naturali;

(b)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jitgħabbew għal gol-kamra primarja tal-kombustjoni bil-gass u għandu jingħalaq il-bieb. L-ewwel kamra ma għandux ikollha berners u minflok għandha tissaħħan bit-trasferiment tas-sħana minn waħda ogħla għal oħra iżjed baxxa (conduction) mill-kamra ta’ wara l-kombustjoni, li għandha tkun taħt il-kamra primarja. L-unika arja li titħalla tidħol fil-kamra primarja għandha tgħaddi minn tliet valvi ta’ dħul immuntati mal-bieb prinċipali biex isaħħu l-effiċjenza tal-proċess;

(c)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom isiru bil-fwar f'idrokarbonji kumplessi, u l-gassijiet li jirriżultaw għandhom jgħaddu mill-kamra primarja permezz ta’ ftuħ dejjaq fuq nett tal-ħajt ta’ wara għal ġoż-żoni tat-taħlit u t-tifrik, fejn għandhom jitkissru sa ma jisfaw elementi kostitwenti tagħhom stess. Fl-aħħar nett il-gassijiet għandhom jgħaddu għal ġol-kamra ta’ wara l-kombustjoni fejn għandhom jinħarqu fil-fjamma ta’ berner b'nar minn gass naturali fejn ikun hemm arja eċċessiva;

(d)

Kull unità tal-proċess għandu jkollha żewġ berners u żewġ fannijiet sekondarji tal-arja biex jieħdu post il-berner jew il-fann jekk dawn jieqfu. Il-kamra sekondarja għandha tkun ippjantata biex ikun hemm ħin minimu ta’ permanenza ta’ żewġ sekondi f'temperatura ta’ mill-anqas 950 °C bil-kondizzjonijiet kollha ta’ kombustjoni;

(e)

Malli joħorġu mill-kamra sekondarja l-gassijiet tal-egżost għandhom jgħaddu minn regolatur barometriku tal-arja fil-bażi taċ-ċumnija, li jkessaħhom u jraqqaqhom bl-arja tal-ambjent, waqt li tinżamm pressjoni kostanti fil-kamra primarja u fil-kamra sekondarja;

(f)

Il-proċess għandu jsir tul ċiklu ta’ 24 siegħa, li jinkludi t-tagħbija, l-ipproċessar, it-tkessiħ u t-tneħħija tal-irmied. Fi tmiem iċ-ċiklu l-irmied li jkun għad fadal għandu jitneħħa mill-kamra primarja b'sistema ta’ estrazzjoni bil-vakum u jitqiegħed fi xkejjer li jingħalqu u jiġu ssiġillati qabel ma jkunu ttrasportati;

(g)

Il-bdil f'gass ta’ materjal, minbarra prodotti sekondarji tal-annimali, ma għandux jitħalla jsir.

F.   Il-kombustjoni tax-xaħam tal-annimali fil-proċess ta’ bojler termali

1.   Materjal tal-bidu

Għal dan il-proċess tista' tintuża frazzjoni ta’ xaħam ġej minn prodotti sekondarji tal-annimali tal-materjali kollha tal-Kategoriji kollha.

2.   Metodu ta’ proċessar

Il-kombustjoni ta’ xaħam tal-annimali f'bojler termali għandha ssir skont l-istandards ta’ proċessar li ġejjin:

(a)

Jekk ma jintużawx żejt tal-ħuta jew xaħam midjub li jkunu nħadmu skont it-Taqsimiet VIII jew XII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 rispettivament, il-frazzjoni ta’ xaħam minn prodotti sekondarji tal-annimali għandha l-ewel tkun ipproċessata billi jintużaw:

(i)

fil-każ ta’ frazzjoni ta’ xaħam ta’ materjali tal-Kategoriji 1 u 2 li tkun maħsuba li tinħaraq f'impjant ieħor,

għall-frazzjoni ta’ xaħam mill-proċessar ta’ annimali li jixtarru li jkunu ġew eżaminati b'riżultat negattiv skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, u mill-proċessar ta’ annimali, minbarra annimali li jixtarru li jkun jeħtiġilhom eżami għat-TSE, kwalunkwe wieħed mill-metodi minn 1 sa 5 ta’ proċessar, kif stabbilit fil-Kapitolu III ta’ dan l-Anness.

għall-frazzjoni ta’ xaħam mill-proċessar ta’ annimali oħra li jixtarru, il-metodu ta’ proċessar 1, kif imsemmi fil-Kapitolu III; u

(ii)

fil-każ ta’ materjali tal-Kategoriji 1 u 2 maħsuba għall-kombustjoni fl-istess impjant, u fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 3, kwalunkwe wieħed mill-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar 7; fil-każ li l-materjali jkunu ġejjin minn ħut, il-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 7 ta’ proċessar, kif stabbiliti fil-Kapitolu III;

(b)

Il-frazzjoni ta’ xaħam għandha tiġi separata mill-proteina, u fil-każ ta’ xaħam li joriġina minn annimali li jixtarru li jkun maħsub li jinħaraq f'impjant ieħor, għandhom jitneħħew l-impuritajiet li ma jinħallux li jkunu aktar minn 0,15 % fil-piż;

(c)

Wara l-proċess imsemmi fil-punti (a) u (b), ix-xaħam għandu jkun:

(i)

ivvaporizzat f'bojler li jagħmel il-fwar u maħruq f'temperatura ta’ mill-anqas 1 100 °C għal mill-anqas 0,2 ta’ sekonda; jew

(ii)

ipproċessat bl-użu ta’ parametri ta’ proċess ekwivalenti awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

(d)

Il-kombustjoni ta’ materjali li joriġinaw minn annimali, minbarra xaħam tal-annimali, ma għandhiex tkun permessa;

(e)

Il-kombustjoni tax-xaħam ġej minn materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 għandha ssir fl-istess impjant fejn ix-xaħam jiddewweb, bl-għan li tintuża l-enerġija ġġenerata għall-proċessi ta’ tidwib. Madanakollu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza li dak ix-xaħam jittieħed f'impjanti oħrajn għall-kombustjoni bil-kondizzjoni li:

(i)

l-impjant tad-destinazzjoni jkun awtorizzat għall-kombustjoni;

(ii)

il-proċessar ta’ ikel u għalf f'impjant approvat fl-istess bini jsir taħt kondizzjonijiet stretti ta’ separazzjoni;

(f)

Il-kombustjoni għandha ssir skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-ħarsien tal-ambjent, partikularment b'referenza għall-istandards ta’ dik il-leġiżlazzjoni dwar l-aħjar tekniki disponibbli għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’ emissjonijiet.

G.   Proċess ta’ produzzjoni tal-bijofjuwil termomekkaniku

1.   Materjal tal-bidu

Għal dan il-proċess, jistgħu jintużaw demel u l-kontenut tal-kanal tad-diġestjoni u materjal tal-Kategorija 3.

2.   Metodu ta’ proċessar

Il-produzzjoni tal-bijofjuwil termomekkaniku għandha ssir skont l-istandards ta’ proċessar li ġejjin:

(a)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jitqiegħdu f'konverter u wara jkunu ttrattati f'temperatura ta’ 80 °C għal perjodu ta’ tmien sigħat. Tul dan il-perjodu, il-materjal għandu jitnaqqas kontinwament fid-daqs bl-użu ta’ tagħmir mekkaniku xieraq li jobrox.

(b)

Il-materjal għandu mbagħad ikun ittrattat f'temperatura ta’ 100 °C għal mill-anqas sagħtejn.

(c)

Id-daqs tal-partikula tal-materjal li jirriżulta ma għandux ikun akbar minn 20 millimetru;

(d)

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom ikunu ttrattati b'mod li r-rekwiżiti ta’ ħin, temperatura u pressjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) jinkisbu fl-istess waqt;

(e)

Matul it-trattament bis-sħana tal-materjal, ilma evaporat għandu jinġibed kontinwament mill-ispazju tal-arja fuq il-bijofjuwil u għandu jgħaddi minn kondenser tal-azzar li ma jissaddadx. L-ilma kkondensat għandu jinżamm f'temperatura ta’ mill-anqas 70 °C għal mill-anqas siegħa qabel ma jitneħħa bħala ilma mormi;

(f)

Wara t-trattament bis-sħana tal-materjal, il-bijofjuwil li jirriżulta mill-konverter għandu mbagħad jinħareġ u jittieħed awtomatikament minn trasportatur kompletament mgħotti u marbut ma’ oħrajn għall-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni fl-istess sit;

(g)

Il-proċess għandu jsir permezz ta’ lottijiet.

Taqsima 3

Rimi u użu ta’ prodotti derivati

1.

Prodotti derivati mill-proċessar ta':

(a)

materjal tal-Kategorija 1 għandhom:

(i)

jintremew skont l-Artikolu 12(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(ii)

jintremew bi rdim f'miżbla awtorizzata;

(iii)

jinbidlu f'bijogass, bil-kondizzjoni li r-residwi tad-diġestjoni jintremew skont il-punti (i) jew (ii); jew

(iv)

ikunu pproċessati aktar f'derivattivi mix-xaħam għal użijiet minbarra dawk ta’ tagħlif.

(b)

Materjal tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3 għandu:

(i)

jintrema skont il-punt 1(a)(i) jew (ii), bi proċessar minn qabel jew mingħajr proċessar skont l-Artikolu 12 (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(ii)

ikun ipproċessat aktar f'derivattivi mix-xaħam għal użijiet minbarra dawk ta’ għalf;

(iii)

jintuża bħala fertilizzant organiku jew bħala materjal li jtejjeb il-ħamrija; jew

(iv)

isir kompost jew jinbidel f'bijogass.

2.

Materjali li jirriżultaw minn proċessar skont:

(a)

il-proċess ta’ idroliżi ta’ alkalin definit fil-punt A tat-Taqsima 2 jistgħu jinbidlu f'impjant tal-bijogass u wara jinħarqu minnufih f'temperatura minima ta’ 900 °C, u wara jitkessħu b'mod rapidu (“temprar”); fejn materjal imsemmi fl-Artikolu 8(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jkun intuża bħala materjal tal-bidu, il-bdil f'bijogass għandu jsir fl-istess sit bħal tal-ipproċessar u f'sistema magħluqa;

(b)

il-proċess ta’ produzzjoni tal-bijodiżil, jista':

(i)

fil-każ tal-bijodiżil u ta’ residwi mid-distillazzjoni tal-bijodiżil, jintuża bħala fjuwil mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament (punt ta’ tmiem);

(ii)

fil-każ ta’ sulfat tal-potassju, jintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti derivati għal applikazzjoni fl-art;

(iii)

fil-każ tal-gliċerina:

ġej minn materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 li jkun ġie pproċessat skont il-metodu ta’ proċessar 1 kif stabbilit fil-Kapitolu III, mibdul f'bijogass;

ġej minn materjal tal-Kategorija 3, użat għal tagħlif.

3.

Kull skart li jkun hemm mill-proċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali skont din it-Taqsima, bħal ħama, kontenuti ta’ filtri, rmied u residwi ta’ diġestjoni għandhom jintremew skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u skont dan ir-Regolament.


ANNESS V

TRASFORMAZZJONI TA’ PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI U TA’ PRODOTTI DERIVATI F’BIJOGASS, F’KOMPOST

KAPITOLU I

REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL IMPJANTI

Taqsima 1

Impjanti tal-bijogass

1.

Impjant tal-bijogass għandu jkun mgħammar b’unità ta’ pasturizzazzjoni/iġjene, li ma tkunx tista’ tinqabeż fir-rigward tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati li jaslu b’partikuli ta’ daqs massimu ta’ 12-il mm qabel ma jidħlu fl-unità, bi:

(a)

installazzjonijiet li jaraw li t-temperatura ta’ 70 °C tintlaħaq matul ħin ta’ siegħa;

(b)

mezzi ta’ reġistrazzjoni biex ikunu rreġistrati kontinwament ir-riżultati tal-kejl tal-monitoraġġ imsemmijin fil-punt (a); u

(c)

sistema adegwata għall-prevenzjoni ta’ tisħin li ma jkunx suffiċjenti.

2.

B’deroga mill-punt 1, unità ta’ pasturizzazzjoni/iġjene ma għandhiex tkun obbligatorja għal impjanti tal-bijogass li jittrasformaw biss:

(a)

materjal tal-Kategorija 2 li jkun ġie pproċessat skont il-metodu ta’ proċessar 1 kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(b)

Materjal tal-Kategorija 3 li jkun ġie pproċessat skont kwalunkwe mill-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar 7, jew fil-każ ta’ materjal li joriġina minn annimali akkwatiċi, kwalunkwe mill-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(c)

Materjal tal-Kategorija 3 li jkun għadda minn proċess ta’ pasturizzazzjoni/iġjene f’impjant ieħor approvat;

(d)

prodotti sekondarji tal-annimali li jistgħu jintużaw bħala materja prima mingħajr proċessar skont l-Artikolu 13(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u skont dan ir-Regolament;

(e)

prodotti sekondarji tal-annimali li kienu suġġetti għall-proċess tal-idroliżi bl-alkalina stabbilit fil-punt A tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV;

(f)

il-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin, jekk ikunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti:

(i)

il-prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 10(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jkunu għaddew minn proċessar kif definit fl-Artikolu 2(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 fiż-żmien meta kienu maħsuba għal finijiet minbarra ta’ konsum mill-bniedem;

(ii)

il-prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 10(g) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; jew

(iii)

prodotti sekondarji tal-annimali li jinbidlu f’bijogass, fejn ir-residwi ta’ diġestjoni wara jsiru kompost jew ikunu pproċessati jew jintremew skont dan ir-Regolament.

3.

Jekk l-impjant tal-bijogass ikun jinsab f’bini jew maġenb bini fejn jinżammu annimali għat-trobbija u l-impjant tal-bijogass ma jkunx juża biss demel, ħalib jew kolostru ġejjin minn dawk l-annimali, l-impjant għandu jkun f’distanza lil hinn mill-post fejn ikunu qed jinżammu annimali bħal dawk.

Dik id-distanza għandha tkun stabbilita b’mod li jkun żgurat li ma jkunx hemm riskju mhux aċċettabbli li xi marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali tinxtered mill-impjant tal-gass.

Fil-każijiet kollha, għandu jkun hemm separazzjoni fiżika sħiħa bejn dak l-impjant tal-bijogass u l-annimali u l-għalf u l-marqad tagħhom, bi lqugħ fejn ikun meħtieġ.

4.

Kull impjant tal-bijogass għandu jkollu l-laboratorju tiegħu stess jew għandu jagħmel użu minn laboratorju barrani. Il-laboratorju għandu jkun mgħammar b’mod li jkunu jistgħu jsiru fih analiżi meħtieġa u għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti, u jkun akkreditat skont standards rikonoxxuti internazzjonalment jew ikun suġġett għal kontrolli regolari mill-awtorità kompetenti.

Taqsima 2

Impjanti tal-kompost

1.

Impjant tal-kompost għandu jkun mgħammar b’reattur tal-kompost magħluq jew b’żona magħluqa, li ma jkunux jistgħu jinqabżu mill-prodotti sekondarji tal-annimali jew minn prodotti derivati li jiddaħħlu fl-impjant, u għandu jkun mgħammar b’dan li ġej:

(a)

installazzjonijiet għall-monitoraġġ tat-temperatura mal-ħin;

(b)

tagħmir ta’ reġistrazzjoni biex ikunu rreġistrati, skont il-każ, kontinwament, ir-riżultati tal-kejl tal-monitoraġġ imsemmijin fil-punt (a);

(c)

sistema adegwata ta’ sigurtà għall-prevenzjoni ta’ tisħin mhux suffiċjenti.

2.

B’deroga mill-punt 1, jista’ jitħalla jkun hemm tipi oħra ta’ sistemi ta’ kif isir il-kompost bil-kondizzjoni li dawn:

(a)

jitmexxew b’mod li l-materjal kollu fis-sistema jilħaq il-parametri meħtieġa tal-ħin u tat-temperatura, inkluż, fejn jixraq, monitoraġġ kontinwu tal-parametri; jew

(b)

jittrasformaw biss materjali msemmijin fil-punt 2 tat-Taqsima 1; u

(c)

iħarsu r-rekwiżiti l-oħra rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament.

3.

Jekk l-impjant fejn isir il-kompost ikun jinsab f’bini jew maġenb bini fejn jinżammu annimali għat-trobbija u l-impjant tal-kompost ma jkunx juża biss demel, ħalib jew kolostru li jiġu minn dawk l-annimali, l-impjant għandu jkun f’distanza lil hinn mill-post fejn ikunu qed jinżammu annimali bħal dawk.

Dik id-distanza għandha tkun stabbilita b’mod li jkun żgurat li ma jkunx hemm riskju mhux aċċettabbli li xi marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali tinxtered mill-impjant fejn isir il-kompost.

Fil-każijiet kollha, għandu jkun hemm separazzjoni fiżika sħiħa bejn dak l-impjant fejn isir il-kompost u l-annimali u l-għalf u l-marqad tagħhom, bi lqugħ fejn ikun meħtieġ.

4.

Kull impjant fejn isir il-kompost għandu jkollu l-laboratorju tiegħu stess jew għandu jagħmel użu minn laboratorju barrani. Il-laboratorju għandu jkun mgħammar b’mod li jkunu jistgħu jsiru fih analiżi meħtieġa u għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti, u jkun akkreditat skont standards rikonoxxuti internazzjonalment jew ikun suġġett għal kontrolli regolari mill-awtorità kompetenti.

KAPITOLU II

REKWIŻITI TA’ IĠJENE APPLIKABBLI GĦAL IMPJANTI TAL-BIJOGASS U TAL-KOMPOST

1.

Prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jinbidlu malajr kemm jista’ jkun wara li jaslu fl-impjant tal-bijogass u tal-kompost. Għandhom jinħażnu sewwa sakemm ikunu ttrattati.

2.

Kontejners, reċipjenti u vetturi użati għat-trasport ta’ materjal mhux ittrattat għandhom jitnaddfu u jkunu ddiżinfettati f’post indikat.

Dak il-post għandu jkun qiegħed jew jkun indikat b’mod li ma jħallix li jkun hemm riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ prodotti ttrattati.

3.

Għandhom jittieħdu b’mod sistematiku miżuri preventivi kontra l-għasafar, l-annimali gerriema, l-insetti jew annimali qerrieda oħra.

Għal dak l-għan għandu jintuża programm dokumentat ta’ kontroll ta’ annimali li jimpestaw.

4.

Proċeduri ta’ tindif għandhom ikunu ddokumentati u stabbiliti għall-partijiet kollha tal-bini. Għandhom ikunu pprovduti tagħmir adatt u aġenti ta’ ħasil għat-tindif.

5.

Il-kontroll tal-iġjene għandu jinkludi spezzjonijiet regolari tal-ambjent u tat-tagħmir. Skedi ta’ spezzjonijiet u riżultati għandhom ikunu ddokumentati.

6.

L-installazzjonijiet u t-tagħmir għandhom jinżammu f’kondizzjoni tajba, u tagħmir ta’ kejl għandu jkun ikkalibrat f’intervalli regolari.

7.

Residwi ta’ diġestjoni u kompost għandhom ikunu mmaniġġati u għandhom jinħażnu fl-impjant tal-bijogass jew tal-kompost b’mod li ma jippermettix il-kontaminazzjoni mill-ġdid.

KAPITOLU III

PARAMETRI TA’ TRASFORMAZZJONI

Taqsima 1

Parametri standard ta’ trasformazzjoni

1.

Materjal tal-Kategorija 3 li jintuża bħala materja prima f’impjant tal-bijogass mgħammar b’unità ta’ pasturizzazzjoni/iġjene għandu jintbagħat skont ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

id-daqs massimu tal-partikuli qabel ma jidħol fl-unità: 12 mm;

(b)

it-temperatura minima tal-materjal kollu fl-unità: 70 °C; u

(c)

iż-żmien minimu fl-unità mingħajr waqfien: 60 minuta

Madankollu, ħalib tal-Kategorija 3, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru jistgħu jintużaw mingħajr pasturizzazzjoni/iġjenizzazzjoni bħala materja prima f’impjant tal-bijogass, jekk l-awtorità kompetenti ma tqishomx li jkunu ta’ riskju li tinxtered xi marda serja li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali.

Ir-rekwiżiti minimi stabbilit fil-punti (b) u (c) ta’ dan il-punt għandhom japplikaw ukoll għal materjal tal-Kategorija 2 li jiddaħħal f’impjant tal-bijogass mingħajr proċessar minn qabel skont l-Artikolu 13(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.

Materjal tal-Kategorija 3 li jintuża bħala materja prima f’impjant tal-kompost għandu jintbagħat skont ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

id-daqs massimu tal-partikuli qabel ma dan jidħol fir-reattur fejn isir il-kompost: 12 mm;

(b)

it-temperatura minima tal-materjal kollu fir-reattur: 70 °C; u

(c)

ħin minimu mingħajr waqfien: 60 minuta

Ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-punti (b) u (c) ta’ dan il-punt għandhom japplikaw ukoll għal materjal tal-Kategorija 2 li jsir kompost mingħajr proċessar minn qabel skont l-Artikolu 13(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Taqsima 2

Parametri alternattivi ta’ trasformazzjoni għal impjanti tal-bijogass u tal-kompost

1.

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ parametri minbarra l-parametri stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I u minbarra l-parametri standard ta’ trasformazzjoni, bil-kondizzjoni li l-applikant għal użu bħal dan juri li parametri bħal dawn jiżguraw tnaqqis adegwat ta’ riskji bijoloġiċi. Din il-prova għandha tinkludi validazzjoni, li għandha ssir skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Identifikazzjoni u analiżi ta’ perikli li jista’ jkun hemm, inkluż l-impatt tal-materjal li jidħol, abbażi ta’ deskrizzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet u tal-parametri tat-trasformazzjoni;

(b)

Valutazzjoni tar-riskju, li tevalwa kif il-kondizzjonijiet speċifiċi tat-trasformazzjoni msemmijin fil-punt (a) jinkisbu fil-prattika f’sitwazzjonijiet normali u atipiċi;

(c)

Validazzjoni tal-proċess maħsub billi jitkejjel it-tnaqqis fil-livell ta’ vijabbiltà/tinġis:

(i)

f’organiżmi indikaturi endoġeni waqt il-proċess, fejn l-indikatur ikun:

konsistentement preżenti fil-materja prima f’għadd kbir,

mhux anqas reżistenti għas-sħana fir-rigward ta’ aspetti ta’ dannu kbir tal-proċess ta’ trasformazzjoni, iżda wkoll mhux aktar reżistenti b’mod sinifikanti mill-patoġeni li għalihom ikun qed jintuża biex jissorveljahom,

relattivament faċli biex tikkwantifikah u biex tidentifikah u tikkonfermah; jew

(ii)

f’organiżmu jew f’virus għall-esperimenti li jkunu kkaratterizzati sewwa, waqt espożizzjoni, mdaħħla f’korp adatt għall-esperimenti fil-materjal tal-bidu.

(d)

Il-validazzjoni tal-proċess maħsub imsemmi fil-punt (c) għandha turi li l-proċess jikseb it-tnaqqis ġenerali li ġej tar-riskju:

(i)

għal proċessi kimiċi u termali bi:

tnaqqis ta’ 5 log10 ta’ Enterococcus faecalis jew Salmonella Senftenberg (775W, H2S negattiv),

tnaqqis ta’ titre ta’ tinġis ta’ virus reżistenti għas-sħana bħall-parovirus b’mill-anqas 3 log10, kull meta jkun identifikat bħala periklu rilevanti; u

(ii)

fir-rigward ta’ proċessi kimiċi wkoll bi:

tnaqqis ta’ parassiti reżistenti bħall-bajd ta’ Ascaris sp. b’mill-anqas 99,9 % (3 log10) ta’ stadji vijabbli;

(e)

Tfassil ta’ programm sħiħ ta’ kontroll, inklużi proċeduri għall-monitoraġġ tat-tħaddim tal-proċess imsemmi fil-punt (c);

(f)

Miżuri li jiżguraw il-monitoraġġ u s-superviżjoni kontinwi tal-parametri rilevanti tal-proċess stabbiliti fil-programm ta’ kontroll meta l-impjant ikun qed jitħaddem.

Dettalji dwar il-parametri rilevanti tal-proċess użati f’impjant tal-bijogass jew tal-kompost, kif ukoll dwar punti kritiċi oħra ta’ kontroll li għandhom ikunu rreġistrati u miżmuma biex is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant tagħhom u l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw it-tħaddim tal-impjant.

Ir-rekords għandhom ikunu disponibbli mill-operatur għall-awtorità kompetenti jekk titlobhom. Informazzjoni b’rabta ma’ proċess awtorizzat skont dan il-punt għandha tkun tista tinkiseb mill-Kummissjoni jekk titlobha.

2.

B’deroga mill-punt 1, sakemm ikunu adottati regoli kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ rekwiżiti speċifiċi, minbarra dawk stabbiliti f’dan il-Kapitolu, bil-kondizzjoni li dawn jiggarantixxu effett ekwivalenti fir-rigward tat-tnaqqis ta’ patoġeni għal:

(a)

skart mill-kejtering użat bħala l-uniku prodott sekondarju tal-annimali f’impjant tal-bijogass jew tal-kompost; u

(b)

taħlitiet ta’ skart mill-kejtering bil-materjali li ġejjin:

(i)

demel;

(ii)

kontenut tal-kanal tad-diġestjoni separat mill-kanal tad-diġestjoni;

(iii)

ħalib

(iv)

prodotti b’bażi tal-ħalib;

(v)

prodotti derivati mill-ħalib;

(vi)

kolostru

(vii)

prodotti tal-kolostru;

(viii)

bajd;

(ix)

prodotti tal-bajd;

(x)

prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 10(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jkunu ġew ipproċessati kif definit fl-Artikolu 2(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

3.

Fejn il-materjali msemmijin fil-punt 2(b) jew prodotti derivati msemmijin fl-Artikolu 10(g) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ikunu l-uniku materjal tal-bidu li joriġina mill-annimali li jkun qed jiġi ttrattat f’impjant tal-bijogass jew f’impjant tal-kompost, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ rekwiżiti speċifiċi minbarra dawk speċifikati f’dan il-Kapitolu bil-kondizzjoni li hija:

(a)

ma tqisx li dawk il-materjali jippreżentaw riskju ta’ tixrid ta’ xi marda serja li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali;

(b)

tqis li r-residwi ta’ diġestjoni jew il-kompost ikunu materjal mhux ipproċessat, u tobbliga lill-operaturi biex jimmaniġġawhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u skont dan ir-Regolament.

4.

L-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq residwi ta’ diġestjoni u kompost, li jkunu nħadmu skont parametri li jkunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti

(a)

skont il-punt 1;

(b)

skont il-punti 2 u 3, fl-Istat Membru biss fejn dawk il-parametri jkunu ġew awtorizzati.

Taqsima 3

Standards għal residwi ta’ diġestjoni u kompost

1.

(a)

Kampjuni rappreżentattivi tar-residwi ta’ diġestjoni jew tal-kompost meħudin matul jew minnufih wara t-trasformazzjoni fl-impjant tal-bijogass jew tal-kompost fl-impjant fejn isir il-kompost biex isir monitoraġġ tal-proċess, għandhom ikunu konformi mal-istandards li ġejjin:

 

Escherichia coli: n = 5, c = 1, m = 1 000, M = 5 000 f’1 g;

jew

 

Enterococaceae: n = 5, c = 1, m = 1 000, M = 5 000 f’1 g;

u

(b)

Kampjuni rappreżentattivi tar-residwi ta’ diġestjoni jew tal-kompost meħudin matul jew waqt il-ħruġ tagħhom mill-ħażna għandhom ikunu konformi mal-istandards li ġejjin:

Salmonella: nieqsa f’25 g: n = 5; c = 0; m = 0; M = 0

Fejn fil-każ tal-punt (a) jew (b):

n

=

l-għadd ta’ kampjuni għall-ittestjar,

m

=

il-valur limitu tal-għadd ta’ batterji; ir-riżultat jitqies sodisfaċenti jekk l-għadd ta’ batterji fil-kampjuni kollha ma jaqbizx m;

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji; ir-riżultat jitqies mhux sodisfaċenti jekk l-għadd ta’ batterji f’kampjun wieħed jew aktar ikun M jew iżjed; u

c

=

l-għadd ta’ kampjuni li l-ammont ta’ batterji fihom jista’ jkun bejn m u M, u l-kampjun jibqa’ jitqies aċċettabbli jekk l-għadd ta’ batterji fil-kampjuni l-oħra jkun m jew anqas.

2.

Residwi ta’ diġestjoni jew ta’ kompost li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima għandhom jintbagħtu mill-ġdid għal trasformazzjoni jew biex isiru kompost, u fil-każ ta’ Salmonella jekk tkun immaniġġata jew mormija skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti.


ANNESS VI

REGOLI SPEĊJALI DWAR RIĊERKA, GĦALF U ĠBIR U RIMI

KAPITOLU I

REGOLI SPEĊJALI DWAR KAMPJUNI GĦAL RIĊERKA U GĦANIJIET OĦRA

Taqsima 1

Kampjuni ta’ riċerka u dijanjożi

1.

L-operaturi għandhom jiżguraw li konsenji ta’ kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi jkollhom magħhom dokument kummerċjali li għandu jispeċifika:

(a)

id-deskrizzjoni tal-materjal u l-ispeċijiet tal-annimali tal-oriġini;

(b)

il-kategorija tal-materjal;

(c)

il-kwantità tal-materjal;

(d)

il-post ta’ oriġini u l-post minn fejn jintbagħat il-materjal;

(e)

l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur;

(f)

l-isem u l-indirizz tad-destinatarju u/jew ta’ min ikun se jużahom.

2.

Min juża u jimmaniġġa kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevita t-tixrid ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali waqt l-immaniġġar tal-materjal taħt il-kontroll tagħhom, partikularment permezz tal-applikazzjoni ta’ prattika tajba fil-laboratorju.

3.

Kwalunkwe użu sussegwenti ta’ kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi għal finijiet minbarra dawk imsemmijin fil-punt 38 tal-Anness I għandu jkun ipprojbit.

4.

Sakemm ma jinżammux għal skopijiet ta’ referenza, kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi u kwalunkwe prodott ġej mill-użu ta’ dawk il-kampjuni għandhom jintremew:

(a)

bħala skart bl-inċinerazzjoni jew bil-koinċinerazzjoni;

(b)

f’każ tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew ta’ prodotti derivati msemmijin fl-Artikolu 8 (a) (iv), l-Artikolu 8(c) u (d) u l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li huma parti minn kulturi ta’ ċelloli, kittijiet tal-laboratorju jew kampjuni tal-laboratorju, permezz ta’ trattament f’kondizzjonijiet li għall-anqas ikunu ekwivalenti għall-metodu validat għal awtoklavi tal-istim (1) u wara jintremew bħala skart jew ilma mormi skont leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;

(c)

bi sterilizzazzjoni bi pressjoni u wara rimi jew użu skont l-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

5.

Dawk li jużaw u jimmaniġġaw kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi għandhom iżommu reġistru ta’ konsenji ta’ kampjuni bħal dawn.

Ir-reġistru għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 u d-data u l-metodu ta’ rimi tal-kampjuni u ta’ kull prodott derivat.

6.

B’deroga mill-punti 1, 4 u 5, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta l-maniġġar u r-rimi ta’ kampjuni ta’ riċerka u ta’ dijanjożi għal finijiet edukattivi b’kondizzjonijiet oħra li jiżguraw li ma jkunx hemm riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika jew tal-annimali.

Taqsima 2

Kampjuni tal-kummerċ u oġġetti għall-wiri

1.

Kampjuni tal-kummerċ u oġġetti għall-wiri jistgħu jinġarru, jintużaw u jintremew skont il-punti minn 1 sa 4 u 6 tat-Taqsima 1.

2.

Sakemm il-kampjuni tal-kummerċ ma jinżammux għal finijiet ta’ referenza, huma għandhom, wara li jitlestew l-istudji u l-analiżi partikulari:

(a)

jintbagħtu lura lill-Istat Membru ta’ oriġini;

(b)

jintbagħtu lil Stat Membru ieħor jew lil pajjiż terz, jekk dak id-dispaċċ ikun ġie awtorizzat minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ta’ destinazzjoni; jew

(c)

jintremew jew jintużaw skont l-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

3.

Wara li jintemm il-wiri jew l-attività artistika, oġġetti għall-wiri għandhom jerġgħu jintbagħtu lura lill-Istat Membru ta’ oriġini, jintbagħtu jew jintremew skont il-punt 2.

KAPITOLU II

REGOLI SPEĊJALI DWAR IT-TAGĦLIF

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali

Materjali tal-Kategoriji 2 u 3 kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistgħu jingħalfu lill-annimali msemmijin fil-paragrafu (1)(a), (d), (f), (g) u (h) ta’ dak l-Artikolu bla ħsara għall-konformità ma’ mill-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin, flimkien ma’ kwalunkwe kondizzjoni oħra stabbilita mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 18(1) ta’ dak ir-Regolament:

1.

Il-prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jinġarru għal dawk li jużawhom jew għal ċentri ta’ ġbir skont it-Taqsimiet 1 u 3 tal-Kapitolu I tal-Anness VIII.

2.

Ċentri ta’ ġbir għandhom ikunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti, bil-kondizzjoni li:

(a)

ikunu konformi mar-rekwiżiti għal impjanti li jagħmlu l-operazzjonijiet intermedji stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness IX; u

(b)

ikollhom faċilitajiet adegwati għall-qerda ta’ materjal mhux użat, jew jibagħtuh f’impjant ta’ proċessar approvat jew f’impjant approvat ta’ inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni skont dan ir-Regolament.

3.

Stati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ impjant ta’ proċessar għal materjal tal-Kategorija 2 bħala ċentru ta’ ġbir.

4.

L-operaturi ta’ ċentri ta’ ġbir li jissupplixxu materjal, minbarra prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn annimali akkwatiċi u minn invertebrati akkwatiċi, lil min jużahom finalment għandhom jiżguraw li l-materjal isirlu wieħed mit-trattamenti li ġejjin:

(a)

titbiddillu n-natura tiegħu b’taħlita ta’ aġent kolorant; it-taħlita għandha tkun ta’ dik il-qawwa li l-kulur fuq il-materjal imtabba’ jkun jidher b’mod ċar u ma jmurx meta l-materjali kkuluriti jkunu suġġetti għall-iffriżar jew għat-tkessiħ, u l-wiċċ kollu tal-bċejjeċ kollha tal-materjal għandhom ikunu tgħattew b’taħlita bħal dik jew billi l-materjal jitgħaddas fit-taħlita jew jingħata sprej biha jew li t-taħlita tkun applikata xort’oħra;

(b)

ikun sterilizzat bit-tgħolija jew bil-fwar taħt pressjoni sakemm kull parti tal-materjal tissajjar kompletament; jew

(c)

isirlu kull maniġġar jew trattament ieħor awtorizzat mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-operatur.

Taqsima 2

Għalf għal ċerti speċijiet fi stazzjonijiet ta’ tagħlif

1.

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 18(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għat-tagħlif tal-ispeċijiet fil-periklu u protetti li ġejjin fi stazzjonijiet ta’ tagħlif bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-materjal għandu jingħalef lil:

(i)

waħda mill-ispeċijiet li ġejjin ta’ għasafar nekrofaċi fl-Istati Membri li ġejjin:

Stat Membru

Speċijiet ta’apos; annimali

Il-Bulgarija

avultun tal-ħrief (Gypaetus barbatus)

avultun qassis (Aegypius monachus)

avultun Eġizzjan (Neophron percnopterus)

avultun grifun (Gyps fulvus)

ajkla rjali (Aquila chrysaetos)

ajkla imperjali (Aquila heliaca)

ajkla ta’ apos; denbha abjad (Haliaeetus albicilla)

astun iswed (Milvus migrans)

astun aħmar (Milvus milvus)

Il-Greċja

avultun tal-ħrief (Gypaetus barbatus)

avultun qassis (Aegypius monachus)

avultun Eġizzjan (Neophron percnopterus)

avultun grifun (Gyps fulvus)

ajkla rjali (Aquila chrysaetos)

ajkla imperjali (Aquila heliaca)

ajkla ta’ apos; denbha abjad (Haliaeetus albicilla)

astun iswed (Milvus migrans)

Spanja

avultun tal-ħrief (Gypaetus barbatus)

avultun qassis (Aegypius monachus)

avultun Eġizzjan (Neophron percnopterus)

avultun grifun (Gyps fulvus)

ajkla rjali (Aquila chrysaetos)

ajkla imperjali Spanjola (Aquila adalberti)

astun iswed (Milvus migrans)

astun aħmar (Milvus milvus)

Franza

avultun tal-ħrief (Gypaetus barbatus)

avultun qassis (Aegypius monachus)

avultun Eġizzjan (Neophron percnopterus)

avultun grifun (Gyps fulvus)

ajkla rjali (Aquila chrysaetos)

ajkla ta’ apos; denbha abjad (Haliaeetus albicilla)

astun iswed (Milvus migrans)

astun aħmar (Milvus milvus)

L-Italja

avultun tal-ħrief (Gypaetus barbatus)

avultun qassis (Aegypius monachus)

avultun Eġizzjan (Neophron percnopterus)

avultun grifun (Gyps fulvus)

ajkla rjali (Aquila chrysaetos)

astun iswed (Milvus migrans)

astun aħmar (Milvus milvus)

Ċipru

avultun qassis (Aegypius monachus)

avultun grifun (Gyps fulvus)

Il-Portugall

avultun qassis (Aegypius monachus)

avultun Eġizzjan (Neophron percnopterus)

avultun grifun (Gyps fulvus)

ajkla rjali (Aquila chrysaetos)

Is-Slovakkja

ajkla rjali (Aquila chrysaetos)

ajkla imperjali (Aquila heliaca)

ajkla ta’ apos; denbha abjad (Haliaeetus albicilla)

astun iswed (Milvus migrans)

astun aħmar (Milvus milvus)

(ii)

lil waħda mill-ispeċijiet tal-ordni Karnivoru li huma elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE, f’żoni speċjali ta’ konservazzjoni li kienu stabbiliti b’dik id-Direttiva; jew

(iii)

lil waħda mill-ispeċijiet tal-ordnijiet ta’ għasafar tal-ħatfa (Falconiformes jew Strigiformes), li huma elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE, f’żoni speċjali ta’ protezzjoni li kienu stabbiliti b’dik id-Direttiva;

(b)

L-awtorità kompetenti tkun tat awtorizzazzjoni lill-operatur responsabbli għall-istazzjon tat-tagħlif.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjonijiet bħal dawn bil-kondizzjoni li

(i)

l-għalf ma jintużax bħala mod alternattiv ta’ rimi ta’ materjali b’riskju speċifikat jew ir-rimi ta’ stokk li jkun qed jonqos ta’ annimali li jixtarru li jkollu materjali bħal dawk li jġibu riskju ta’ TSE;

(ii)

ikun hemm sistema adatta ta’ sorveljanza għat-TSE kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 999/2001, li tkun tinvolvi ttestjar regolari fil-laboratorju ta’ kampjuni għat-TSE;

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura l-koordinazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra responsabbli għas-superviżjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni;

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta, abbażi ta’ valutazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tal-ispeċijiet konċernati u tal-abitat tagħhom, li l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ikun se jitjieb;

(e)

L-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti għandha:

(i)

tirreferi għall-ispeċi attwalment konċernata u ssemmieha;

(ii)

tiddeskrivi fid-dettall fejn ikun jinsab l-istazzjon tat-tagħlif fiż-żona ġeografika fejn għandu jsir it-tagħlif; u

(iii)

tkun sospiża minnufih f’każ:

ta’ rabta suspettata jew konfermata mat-tixrid ta’ TSE sakemm ir-riskju jkun jista’ jiġi eskluż;

ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ kull regola msemmija f’dan ir-Regolament.

(f)

L-operatur responsabbli għat-tagħlif għandu:

(i)

iżomm żona apposta għat-tagħlif li tkun magħluqa u li l-aċċess għaliha jkun limitat għall-annimali tal-ispeċi li għandha tkun ikkonservata, jekk ikun jixraq permezz ta’ rixtelli jew b’mezzi oħra li jkunu jaqblu max-xejriet naturali tat-tagħlif għal dawk l-ispeċijiet;

(ii)

jiżgura li l-korpi eliġibbli ta’ annimali bovini u mill-anqas 4 % ta’ korpi eliġibbli ta’ annimali bovini jew kaprini li jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tagħlif ikunu eżaminati qabel ma jsir dak l-użu b’riżultat negattiv, fil-programm ta’ monitoraġġ ta’ TSE esegwit skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u, jekk ikun japplika, skont Deċiżjoni adottata abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) ta’ dak ir-Regolament; u

(iii)

iżomm rekords mill-anqas tal-għadd, in-natura, il-piż stmat u l-oriġini tal-karkassi tal-annimali użati bħala għalf, id-data tat-tagħlif, il-post fejn ikun sar it-tagħlif u, jekk ikun japplika, ir-riżultati tat-testijiet tat-TSE.

2.

Meta Stat Membru japplika lill-Kummissjoni biex ikun inkluż fil-lista li tinsab fil-punt 1(a), huwa għandu jissottometti:

(a)

ġustifikazzjoni dettaljata għall-estensjoni tal-lista biex ikunu inklużi ċerti speċijiet ta’ għasafar nekrofaċi f’dak l-Istat Membru, inkluża spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex ikun meħtieġ li għasafar bħal dawn jingħalfu b’materjal tal-Kategorija 1 minflok b’materjal tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3;

(b)

spjegazzjoni tal-miżuri li jkollhom jittieħdu biex tkun żgurata l-konformità mal-punt 1.

Taqsima 3

Tagħlif ta’ annimali salvaġġi barra minn stazzjonijiet ta’ tagħlif

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 1 li jkun magħmul mill-iġsma sħaħ jew partijiet ta’ annimali mejta li jkollhom materjali speċifikati ta’ riskju barra minn stazzjonijiet ta’ tagħlif, jekk ikun meħtieġ mingħajr ġbir minn qabel ta’ annimali mejta, għat-tagħlif ta’ annimali salvaġġi msemmijin fil-punt 1(a) tat-Taqsima 2 bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.

L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta, abbażi ta’ valutazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika tal-ispeċijiet konċernati u tal-abitat tagħhom, li l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ikun se jitjieb;

2.

L-awtorità kompetenti għandha tidentifika fl-awtorizzazzjoni, azjendi u mrieħel f’żona ta’ tagħlif definita ġeografikament bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Iż-żona tat-tagħlif ma għandhiex testendi għal żoni fejn ikun hemm trobbija intensiva ta’ annimali mrobbijin fi rziezet;

(b)

Annimali mrobbija f’ażjendi jew mrieħel fiż-żona tat-tagħlif għandhom ikunu taħt sorveljanza regolari ta’ uffiċjal veterinarju fir-rigward tal-prevalenza ta’ TSE u ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali;

(c)

It-tagħlif għandu jkun sospiż minnufih fil-każ:

(i)

ta' rabta suspettata jew konfermata mat-tixrid ta’ TSE f’azjenda jew f’merħla, sakemm ir-riskju jkun jista’ jiġi eskluż;

(ii)

li jkun issuspettat jew ikkonfermat li tkun faqqgħet marda serja li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali f’azjenda jew f’merħla, sakemm ir-riskju jkun jista’ jiġi eskluż; jew

(iii)

nuqqas ta’ konformità ma kull regola msemmija f’dan ir-Regolament;

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika, fl-awtorizzazzjoni:

(i)

miżuri xierqa għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni ta’ TS u ta’ mard li jgħaddi mill-annimali mejta lill-bnedmin jew lil annimali oħra, bħal miżuri mmirati fuq ix-xejriet ta’ tagħlif tal-ispeċijiet li għandhom ikunu kkonservati, fuq restrizzjonijiet staġjonali ta’ tagħlif, restrizzjonijiet ta’ moviment ta’ annimali mrobbijin fi rziezet u miżuri oħra maħsuba biex ikun hemm kontroll ta’ riskji li jista’ jkun hemm ta’ tixrid ta’ xi marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali, bħal miżuri relatati ma’ speċijiet li jkun hemm fiż-żona tat-tagħlif li fl-għalf tagħhom ma jintużawx prodotti sekondarji tal-annimali;

(ii)

ir-responsabbiltajiet ta’ persuni jew entitajiet fiż-żona tat-tagħlif li jkunu qed jgħinu fit-tagħlif jew ikunu responsabbli għall-annimali mrobbijin fi rziezet, b’rabta mal-miżuri msemmijin fil-punt (i);

(iii)

il-kondizzjonijiet għall-impożizzjoni tal-penalitajiet imsemmijin fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li japplikaw għal ksur ta’ miżuri msemmijin fil-punt (i) mill-persuni jew entitajiet imsemmijin fil-punt (ii) ta’ dan il-punt (d);

(e)

Fejn it-tagħlif isir mingħajr il-ġbir minn qabel tal-annimali mejta, għandha ssir stima ta’ x’aktarx tkun ir-rata ta’ mwiet ta’ annimali mrobbijin fi rziezet fiż-żona tat-tagħlif u ta’ x’aktarx ikunu l-ħtiġijiet tat-tagħlif tal-annimali salvaġġi, bħala bażi għall-valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ tixrid ta’ mard.

Taqsima 4

Tagħlif ta’ annimali taż-żu b’materjal tal-Kategorija 1

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 1 li jkun magħmul mill-iġsma sħaħ jew partijiet ta’ annimali mejta li jkollhom materjali speċifikati ta’ riskju u l-użu ta’ materjal ġej minn annimali taż-żu, għat-tagħlif ta’ annimali taż-żu bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tkun tat awtorizzazzjoni lill-operatur responsabbli għat-tagħlif. L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjonijiet bħal dawn bil-kondizzjoni li

(i)

l-għalf ma jintużax bħala mod alternattiv ta’ rimi ta’ materjali b’riskju speċifikat jew rimi ta’ stokk li jkun qed jonqos ta’ annimali li jixtarru li jkollu xi materjali bħal dak li jġib riskju ta’ TSE;

(ii)

meta jintuża materjal tal-Kategorija 1 li jkun magħmul minn iġsma sħaħ jew partijiet ta’ annimali mejta li jkollhom materjal ta’ riskju speċifikat, li joriġinaw minn annimali bovini, ikun hemm sistema ta’ sorveljanza adatta għat-TSE kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 li tkun tinvolvi ttestjar regolari fil-laboratorju ta’ kampjuni għal TSEs;

(b)

L-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti għandha tkun sospiża minnufih fil-każ:

(i)

ta’ rabta suspettata jew konfermata to tixrid ta’ TSEs sakemm ir-riskju jkun jista’ jiġi eskluż; jew

(ii)

nuqqas ta’ konformità ma kull regola msemmija f’dan ir-Regolament;

(c)

L-operatur responsabbli għat-tagħlif għandu:

(i)

jaħżen il-materjal li jkun se jintuża bħala għalf u jagħti l-għalf f’żona magħluqa u b’sisien biex jiżgura li ebda annimal karnivoru minbarra l-annimali taż-żu li għalihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni ma jkollu aċċess għall-materjal tal-għalf;

(ii)

jiżgura li annimali li jixtarru maħsuba biex jintużaw bħala għalf ikunu inklużi fil-programm ta’ monitoraġġ għal TSE esegwit skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u, fejn japplika, skont Deċiżjoni adottata abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) ta’ dak ir-Regolament;

(iii)

iżomm rekords mill-anqas tal-għadd, in-natura, l-istima tal-piż u l-oriġini tal-iġsma tal-annimali użati għat-tagħlif, ir-riżultati tat-testijiet ta’ TSE u d-data tat-tagħlif.

KAPITOLU III

REGOLI SPEĊJALI DWAR ĠBIR U RIMI

Taqsima 1

Regoli speċjali dwar rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali

1.

Jekk l-awtorità kompetenti tawtorizza r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fuq il-post skont l-Artikolu 19(1)(a), (b), (c) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, rimi bħal dan jista’ jsir:

(a)

bil-ħruq jew dfin fil-bini minn fejn il-prodotti sekondarji tal-annimali joriġinaw;

(b)

f’miżbla awtorizzata; jew

(c)

bil-ħruq jew dfin f’sit b’riskju mill-anqas għall-annimali u għas-saħħa pubblika u għall-ambjent, bil-kondizzjoni li s-sit ikun jinsab f’medda ta’ distanza suffiċjenti biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tikkontrolla l-prevenzjoni tar-riskju għall-annimali u għas-saħħa pubblika u għall-ambjent.

2.

Il-ħruq ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fis-siti msemmijin fl-Artikolu 19(1)(b), (c) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jsir b’mod li jiżgura li jkunu nħarqu:

(a)

fuq pira mibnija sewwa u l-prodotti sekondarji tal-annimali jsiru rmied;

(b)

mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem;

(c)

mingħajr ma jintużaw proċessi jew metodi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent, partikularment meta jistgħu jirriżultaw f'riskji għall-ilma, l-arja, il-ħamrija u għal impjanti u annimali jew minħabba ħsejjes jew irwejjaħ;

(d)

taħt kondizzjonijiet li jiżguraw li l-irmied kollu li jirriżulta jintrema permezz ta’ dfin f’miżbla awtorizzata.

3.

Id-dfin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fis-siti memmija fl-Artikolu 19(1)(a), (b), (c) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jsir biex ikun żgurat li jindifnu:

(a)

b’mod li annimali karnivori u omnivori ma jkunx jista’ jkollhom aċċess għalihom;

(b)

f’miżbla awtorizzata jew f’sit ieħor mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u billi jintużaw proċessi jew metodi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, partikularment meta jistgħu jirriżultaw f'riskji għall-ilma, l-arja, il-ħamrija u għal impjanti u annimali, jew minħabba ħsejjes jew irwejjaħ.

4.

Fil-każ ta’ rimi skont l-Artikolu 19(1)(a), (b), (c) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-moviment tal-prodotti sekondarji tal-annimali mill-post ta’ oriġini għall-post tar-rimi għandu jsir fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu ttrasportati b’mod fiż-żgur f’kontenituri jew f’vetturi li ma jnixxux;

(b)

it-tagħbija u l-ħatt tal-prodotti sekondarji tal-annimali jkollhom is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, jekk ikun jixraq;

(c)

ir-roti tal-vetturi jkunu ddiżinfettati mat-tluq mis-sit ta’ oriġini;

(d)

kontenituri u vetturi użati għat-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għandhom jitnaddfu sewwa ħafna u jkunu ddiżinfettati wara l-ħatt tal-prodotti sekondarji tal-annimali; u

(e)

tkun ipprovduta skorta adegwata għall-vetturi, ittestjar għal tnixxija u kopertura doppja, skont il-każ.

Taqsima 2

Ħruq u dfin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fi nħawi mbiegħda

Il-perċentwal massimu kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 ma għandux jeċċedi dan li ġej:

(a)

10 % tal-għadd tal-annimali bovini tal-Istat Membru konċernat;

(b)

25 % tal-għadd tal-annimali ovini jew kaprini tal-Istat Membru konċernat;

(c)

10 % tal-għadd tal-annimali ħnieżer tal-Istat Membru konċernat; u

(d)

perċentwali tal-popolazzjoni ta’ speċijiet oħra li jkun stabbilit mill-awtorità kompetenti, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji possibbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali li jinqalgħu mir-rimi ta’ annimali ta’ dawk l-ispeċijiet bi ħruq u dfin fuq il-post.

Taqsima 3

Il-ħruq u d-dfin ta’ naħal u prodotti sekondarji tal-apikultura

Fil-każ tan-naħal u l-prodotti sekondarji tal-apikultura, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza r-rimi bil-ħruq jew bid-dfin fuq il-post, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, bil-kondizzjoni li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat li l-ħruq jew id-dfin ma jkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-annimali jew tal-bnedmin jew tal-ambjent.

KAPITOLU IV

RIMI B’MEZZI OĦRA

B’deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ġbir, it-trasport u r-rimi ta’ materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10(f) ta’ dak ir-Regolament b’mezzi oħra minbarra ħruq jew dfin fuq il-post bil-kondizzjoni li:

(a)

il-materjali ma jaqbżux volum ta’ 20 kg kull ġimgħa mill-istabbiliment jew mill-impjant fejn il-materjali jinġabru, irrispettivament mill-ispeċijiet ta’ oriġini tal-materjali;

(b)

il-materjali jinġabru, jinġarru u jintremew b’mezzi li ma jħallux it-tixrid ta’ riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali;

(c)

l-awtorità kompetenti tagħmel il-verfiki regolari, inklużi verifiki tar-rekords miżmumin minn operaturi, fl-istabbilimenti jew fl-impjanti fejn il-materjali jinġabru, biex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-volum imsemmi fil-punt (a) għal massimu ta’ 50 kg fil-ġimgħa, bil-kondizzjoni li jippreżentaw ġustifikazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimal msemmi fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jispeċifika n-natura tal-attivitajiet li għalihom il-volum ikollu jiżdied, l-ispeċi ta’ oriġini tal-prodotti sekondarji tal-annimali konċernati, u spjegazzjoni tar-raġunijiet għalfejn ikun meħtieġ li jiżdied il-volum, fid-dawl tas-sistema adegwata għall-immaniġġar u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ prodotti derivati fit-territorju tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament.


(1)  CEN TC/102 – Sterilizzaturi għall-finijiet mediċi - EN 285:2006 + A2:2009 - Sterilizzazzjoni – Sterilizzaturi bl-Istim – Sterilizzaturi Kbar, referenza ppubblikata fil-ĠU C 293, 2.12.2009, p. 39.


ANNESS VII

FORMAT STANDARD GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL METODI ALTERNATTIVI

KAPITOLU I

Reġim tal-lingwi

1.

L-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' metodu alternattiv għall-użu jew ir-rimi ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew ta' prodotti dderivati kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (applikazzjonijiet) għandhom jintbagħtu b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea msemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 tal-1958.

2.

Il-partijiet interessati li jibagħtu dawn l-applikazzjonijiet b'lingwa li ma tkunx l-Ingliż għandhom jivvalidaw it-traduzzjoni uffiċjali tal-applikazzjoni tagħhom, li għandha tipprovdi l-EFSA, qabel il-valutazzjoni.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jibda biss malli l-Parti interessata tkun ivvalidat it-traduzzjoni uffiċjali tal-applikazzjoni.

KAPITOLU II

Kontenut tal-applikazzjonijiet

1.

L-applikazzjonijiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa li tikkonċerna l-punti li ġejjin, biex l-EFSA tkun tista' tivvaluta s-sikurezza tal-metodu alternattiv propost minnhom:

(a)

il-kategoriji ta' prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu maħsubin li jintbagħtu għall-metodu alternattiv, b'referenza għall-kategoriji msemmijin fl-Artikoli 8,9, u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b)

l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-materjali ta' riskju skont il-prinċipji li ġejjin:

Il-materjali ta' riskju sinifikanti għandhom ikunu identifikati separatament. Għal kull materjal, għandha tkun ivvalutata l-probabbiltà tal-espożizzjoni tal-bnedmin u tal-annimali f'kondizzjonijiet operattivi normali u ta' emerġenza/anormali. F'każ ta' espożizzjoni sinifikanti, għandu jkun ivvalutat ir-riskju potenzjali;

(c)

it-tnaqqis tar-riskju ta' aġenti skont il-prinċipji li ġejjin:

 

It-tnaqqis tar-riskju għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali li jista' jinkiseb bil-proċess għandu jkun stmat abbażi ta' kejl dirett.

 

Fejn ma jkunx jista' jinkiseb kejl dirett, jistgħu jintużaw ukoll l-immudellar jew l-estrapolazzjoni minn proċessi oħra. Biex jintwera tnaqqis effettiv tar-riskju, il-periklu identifikat (bħas-Salmonella) għandu jkun ikkwantifikat kemm fir-rigward tal-materjal (nej) qabel l-ipproċessar kif ukoll fir-rigward tal-materjal wara l-proċessar. Għall-fini ta' dan il-Kapitolu materjal prodott jikkomprendi kull prodott aħħari li jirriżulta mill-proċess u prodotti sekondarji dderivati minnu.

 

L-istimi għandu jkollhom magħhom l-evidenza. Dan jinkludi – għal kejl – informazzjoni dwar il-metodoloġija użata (is-sensittività u l-affidabbiltà tal-metodi użati), in-natura tal-kampjuni li jkunu ġew analizzati u evidenza li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi (kampjuni reali rilevanti, l-għadd ta' testijiet imwettqa).

 

Jekk jintużaw sostituti għall-kejl ta' proteina prionika, għandha tingħata spjegazzjoni dwar ir-rilevanza tagħhom. Għandha tkun ipprovduta evalwazzjoni tal-validità mal-inċertezzi involuti;

(d)

it-trażżin tar-riskju skont il-prinċipji li ġejjin:

 

Il-probabbiltà tal-effikaċja tal-miżuri tekniċi użati biex ikun żgurat li r-riskji jitrażżnu għandha tkun analizzata.

 

Din l-analiżi għandha tirrifletti kondizzjonijiet operattivi normali u anormali/ta' emerġenza, inkluż il-falliment tal-proċess.

 

Il-proċeduri ta' monitoraġġ u sorveljanza li juru t-trażżin għandhom ikunu speċifikati.

 

Jekk it-trażżin ma jkunx jista' jinkiseb b'mod sħiħ, tkun meħtieġa valutazzjoni ta' kull riskju potenzjali;

(e)

l-identifikazzjoni ta' proċessi interdipendenti skont il-prinċipji li ġejjin:

 

Għandhom ikunu evalwati l-impatti indiretti possibbli li jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità għat-tnaqqis tar-riskju ta' proċess partikulari.

 

Jistgħu jseħħu impatti indiretti mit-trasport, il-ħżin u r-rimi b'mod sigur ta' prodotti finali li jirriżultaw mill-proċess jew ta' prodotti sekondarji dderivati minnu;

(f)

l-użu finali maħsub tal-prodotti finali u tal-prodotti sekondarji skont il-prinċipji li ġejjin:

 

L-użu finali maħsub ta' prodotti finali u ta' prodotti sekondarji ta' proċess għandu jkun speċifikat.

 

Ir-riskji li x'aktarx ikunu involuti għandhom ikunu kkalkulati skont il-punt (c), li jistgħu jinqalgħu għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali.

2.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu flimkien ma' evidenza dokumentarja, partikularment b'dijagramma ta' programmazzjoni li turi kif jaħdem il-proċess, l-evidenza indikata fil-punt 1(c), kif ukoll evidenza oħra bil-għan li tkun issustanzjata l-ispjegazzjoni mogħtija fil-qafas stabbilit fil-punt 1.

3.

L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu indirizz ta' kuntatt għall-Parti interessata, li għandu jinkludi l-isem u l-indirizz sħiħ, in-numri tat-telefown u/jew tal-faks u/jew l-indirizz tal-posta elettronika ta' persuna ta' kuntatt li tkun responsabbli bħala l-Parti interessata jew f'isimha.


ANNESS VIII

ĠBIR, TRASPORT U TRAĊĊABBILTÀ

KAPITOLU I

ĠBIR U TRASPORT

Taqsima 1

Vetturi u kontenituri

1.

Mill-punt tal-bidu fil-katina tal-manifattura msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti dderivati għandhom jinġabru u jkunu ttrasporati f’imballaġġ ġdid issiġillat, jew f’kontenituri mgħottijin li ma jnixxux, jew f’vetturi.

2.

Il-vetturi u l-kontenituri li jerġgħu jintużaw, u l-oġġetti kollha ta’ tagħmir u apparat li jerġgħu jintużaw li jiġu f’kuntatt ma’ prodotti sekondarji mill-annimali jew ma’ prodotti dderivati, minbarra l-prodotti dderivati li jitqiegħdu fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 u li jinħażnu u jinġarru skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, għandhom jinżammu f’kondizzjoni nadifa.

B’mod partikulari, jekk ma jintużawx għall-ġarr ta’ prodotti sekondarji partikulari mill-annimali jew ta’ prodotti dderivati b’mod li tkun evitata l-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor bejn prodott u ieħor, huma għandhom:

(a)

ikunu ndaf u nexfin qabel l-użu; u

(b)

jitnaddfu, jinħaslu u/jew jiġu ddiżinfettati wara kull użu kemm ikun meħtieġ biex tkun evitata l-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor bejn prodott u ieħor.

3.

Il-kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw, kemm ikun hemm bżonn biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor, għandhom jintużaw għall-ġarr ta’ prodott sekondarju partikulari jew ta’ prodott idderivat,tal-annimali.

Iżda l-kontenituri li jerġgħu jintużaw jistgħu jintużaw, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat użu bħal dan:

(a)

għall-ġarr ta’ prodotti sekondarji differenti mill-annimali jew ta’ prodotti dderivati bil-kondizzjoni li jitnaddfu u jkunu ddiżinfettati bejn l-użijiet differenti b’mod li ma jippermettix il-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor;

(b)

għall-ġarr ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew ta’ prodotti dderivati msemmijin fl-Artikolu 10(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, wara li jkunu ntużaw għall-ġarr ta’ prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f'kondizzjonijiet li ma jippermettux il-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor.

4.

Il-materjal tal-ippakkjar għandu jintrema jew jinqered permezz tal-inċinerazzjoni jew b’mezzi oħra konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Taqsima 2

Kondizzjonijiet ta’ temperatura

1.

It-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali maħsubin għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ għalf jew ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi għandu jsir f’temperatura adatta, fir-rigward ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu ġejjin mil-laħam u mill-prodotti tal-laħam li jkunu maħsubin għal użu ieħor, u mhux għall-konsum mill-bniedem, f’massimu ta’ 7 °C, sakemm ma jintużawx għat-tagħlif skont il-Kapitolu I tal-Anness II, biex ikun evitat kull riskju għas-saħħa tal-annimali u għas-saħħa pubblika.

2.

Materjal tal-Kategorija 3 mhux ipproċessat li hu maħsub għall-produzzjoni ta’ għalf jew ta’ ikel għall-annimali domestiċi għandu jinħażen u jinġarr imkessaħ, iffrizat jew f’sajlo, jekk:

(a)

ikun ipproċessat fi żmien 24 siegħa wara l-ġbir jew wara li jintemm il-ħżin f’għamla mkessħa jew iffriżata, jekk it-trasport sussegwenti jsir b’mezzi ta’ trasport li fihom tinżamm it-temperatura tal-ħażna;

(b)

fil-każ tal-ħalib, il-prodotti b’bażi ta’ ħalib jew prodotti dderivati mill-ħalib li ma jkunux ġew suġġetti għal xi wieħed mit-trattamenti msemmijin fil-Parti I tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X, dawn jinġarru mkessħin u f’kontenituri iżolati, jekk ir-riskji ma jkunux jistgħu jittaffew b’miżuri oħra, minħabba l-karatteristiċi tal-materjal.

3.

Id-disinn ta’ vetturi użati għat-trasportazzjoni refriġerata għandu jiżgura ż-żamma ta’ temperatura xierqa tul it-trasportazzjoni kollha, u jippermetti li jsir monitoraġġ tat-temperatura.

Taqsima 3

Deroga għall-ġbir u t-trasportazzjoni ta’ materjal tal-Kategorija 3 li jinkludi l-ħalib, prodotti bbażati fuq il-ħalib u prodotti dderivati mill-ħalib

It-Taqsima 1 ma għandhiex tapplika għall-ġbir u l-ġarr ta’ materjal tal-Kategorija 3, li jinkludi l-ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti dderivati mill-ħalib, minn operaturi ta’ stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib li jkunu ġew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li jirċievu lura prodotti li jkunu kkonsenjaw u li jintbagħtulhom lura, partikularment mingħand il-konsumaturi tagħhom.

Taqsima 4

Deroga għall-ġbir u l-ġarr ta’ demel

B’deroga mit-Taqsima 1, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta l-ġbir u l-ġarr ta’ demel li jinġarr bejn żewġ punti li jkunu jinsabu fl-istess razzett jew bejn bdiewa u dawk li jużawh fl-istess Stat Membru taħt kondizzjonijiet oħra li jipprevedu l-prevenzjoni ta’ riskji inaċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali.

KAPITOLU II

IDENTIFIKAZZJONI

1.

Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li:

(a)

il-konsenji ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti dderivati jkunu identifikabbli u dawn jinżammu separati u identifikabbli matul il-ġbir minn fejn joriġinaw prodotti sekondarji mill-annimalikif ukoll matul il-ġarr;

(b)

sustanza ta’ mmarkar għall-identifikazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew ta’ prodotti dderivati ta’ kategorija speċifika tintuża biss għall-kategorija li għaliha l-użu tas-sustanza jkun meħtieġ skont dan ir-Regolament, jew kif ikun stabbilit jew stipulat skont il-punt 4;

(c)

il-konsenji ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti dderivati jintbagħtu minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor fl-imballaġġ, fil-kontenituri jew f'vetturi li jkunu kkodifikati b’kulur b’mod prominenti u, għall-anqas matul il-perjodu tat-trasport, b’mod li ma jitħassarx, biex tintwera l-informazzjoni kif stipulat f’dan ir-Regolament, fuq il-wiċċ jew fuq il-Parti tal-wiċċ tal-imballaġġ, tal-kontenitur jew tal-vettura, jew fuq tikketta jew simbolu, assenjati għalihom kif ġej:

(i)

fil-każ tal-materjali tal-Kategorija 1, bl-użu tal-kulur iswed;

(ii)

fil-każ tal-materjali tal-Kategorija 2 (minbarra demel u kontenut tas-sistema diġestiva), bl-użu tal-kulur isfar;

(iii)

fil-każ ta’ materjali tal-Kategorija 3, bil-kulur aħdar b’kontenut għoli ta’ blu biex ikun żgurat li jkun distint mill-kuluri l-oħra;

(iv)

fil-każ ta’ konsenji importati, il-kulur imsemmi għall-materjal rispettiv skont il-punti (i), (ii) u (iii), sa minn meta l-konsenja tkun għaddiet mill-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul fl-Unjoni.

2.

Matul il-ġarr u l-ħżin, tikketta mwaħħla mal-imballaġġ, mal-kontenitur jew mal-vettura għandha:

(a)

tindika b’mod ċar il-kategorija tal-prodotti sekondarji mill-annimali jew tal-prodotti dderivati; u

(b)

iġġib il-kliem li ġej b’mod viżibbli u leġġibbli fuq l-imballaġġ, il-kontenitur jew il-vettura, skont il-każ:

(i)

fil-każ tal-materjal tal-Kategorij 3, “mhux għall-konsum mill-bniedem”,

(ii)

fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 2 (minbarra demel u kontenut tas-sistema diġestiva) u ta’ prodotti dderivati minn materjal tal-Kategorija 2, “mhux għall-konsum mill-annimali”; madankollu, meta l-materjal tal-Kategorija 2 ikun maħsub għat-tmigħ tal-annimali msemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 skont il-kondizzjonijiet stipulati jew stabbiliti skont dak l-Artikolu, it-tikketta minflok għandha tindika “għat-tmigħ lil …” mimlija bl-isem tal-ispeċi speċifika ta’ dawk l-annimali li għat-tmigħ tagħhom huwa intiż il-materjal;

(iii)

fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 1 u prodotti dderivati minn materjal tal-Kategorija 1 fejn ikunu maħsubin għal

rimi, “għar-rimi biss”;

il-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, “għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi biss”;

il-manifattura ta’ prodott idderivat imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, “għall-manifattura ta’ prodotti dderivati biss. Mhux għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimal jew għal applikazzjoni fuq l-art”;

(iv)

fil-każ tal-ħalib, il-prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti dderivati mill-ħalib, il-kolostru, u l-prodotti tal-kolostru, “mhux għall-konsum mill-bniedem”;

(v)

fil-każ ta’ ġelatina maħduma minn materjal tal-Kategorija 3, “ġelatina tajba għall-konsum mill-annimali”;

(vi)

fil-każ ta’ kollaġini maħduma minn materjal tal-Kategorija 3, “kollaġini tajba għall-konsum mill-annimali”;

(vii)

fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi, “bħala ikel għall-annimali domestiċi biss”;

(viii)

fil-każ ta’ ħut u prodotti dderivati mill-ħut maħsuba bħala għalf għall-ħut, u ttrattati u ppakkjati qabel id-distribuzzjoni, l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment ta’ oriġini li jimmanifattura l-għalf, immarkat b’mod ċar u leġibbli, u

fil-każ ta’ ħut mitħun minn ħut salvaġġ għat-tagħlif tal-ħut imrobbi, iġġib il-kliem “fih ħut mitħun magħmul minn ħut salvaġġ biss – jista’ jintuża bħala għalf għal ħut imrobbi ta’ kull speċi”;

fil-każ ta’ ħut mitħun minn ħut imrobbi, iġġib il-kliem “fih il-ħut mitħun minn ħut imrobbi tal-ispeċi […] biss – jista’ jintuża biss għat-tagħlif ta’ speċijiet oħra ta’ ħut”;

fil-każ ta’ ħut mitħun minn ħut salvaġġ u minn ħut imrobbi, iġġib il-kliem “fih il-ħut mitħun minn ħut salvaġġ u ħut imrobbi tal-ispeċi […] – jista’ jintuża biss bħala għat-tagħlif ta’ ħut imrobbi ta’ speċijiet oħra”;

(ix)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm ta’ ekwidi għall-finijiet minbarra l-użu fl-għalf, “demm u prodotti tad-demm ta’ ekwidi. Mhux għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali”;

(x)

fil-każ ta’ qrun, qwieqeb u materjali oħra għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija msemmijin fit-Taqsima 12 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV, “mhux għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali”;

(xi)

fil-każ ta’ fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija “fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija/m'għandhomx isiru ebda mergħa ta’ annimali tal-irziezet jew użu ta’ għelejjel bħala ħxejjex matul mill-anqas 21 jum wara l-applikazzjoni”;

(xii)

fil-każ ta’ materjal użat bħala għalf skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness VI, l-isem u l-indirizz taċ-ċentru tal-ġbir, u l-indikazzjoni “mhux għall-konsum mill-bniedem”;

(xiii)

fil-każ ta’ demel u kontenut tas-sistema diġestiva, “demel”;

(xiv)

fil-każ ta’ prodotti intermedji, fuq barra tal-imballaġġ, il-kliem “għall-prodotti mediċinali/prodotti mediċinali veterinarji/apparat mediku/apparati mediċi attivi impjantabbli/apparati mediċi dijanjostiċi in vitro/reaġenti tal-laboratorju biss”;

(xv)

fil-każ ta’ kampjuni ta’ riċerka u dijanjożi, il-kliem “għal finijiet ta’ riċerka u dijanjożi”, minflok il-kliem tat-tikketta stabbilit fil-punt (a);

(xvi)

fil-każ ta’ kampjuni tal-kummerċ, the words “kampjun tal-kummerċ mhux għall-konsum mill-bniedem”, minflok il-kliem tat-tikketta stabbilit fil-punt (a);

(xvii)

fil-każ ta’ oġġetti għall-wiri, il-kliem “oġġett għall-wiri mhux għall-konsum mill-bniedem”, minflok il-kliem tat-tikketta stabbilit fil-punt (a).

(c)

Iżda t-tikketta msemmija fil-punt (b)(xi) ma tkunx meħtieġa għall-fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija:

(i)

f’pakketti lesti għall-bejgħ ta’ mhux aktar minn 50 kg fil-piż għall-użu mill-konsumatur finali; jew

(ii)

f’boroż kbar ta’ mhux aktar minn 1 000 kg fil-piż, bil-kondizzjoni li:

jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jintużaw il-fertilizzant organiku jew il-materjal li jtejjeb il-ħamrija,

ikun indikat fuq il-boroż li huma ma jkunux maħsubin għall-użu fuq art li l-annimali tal-irziezet ikollhom aċċess għaliha.

3.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu s-sistemi jew jistipulaw ir-regoli dwar kodiċi għall-għarfien bil-kuluri, tal-imballaġġ, tal-kontenituri jew tal-vetturi użati għat-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti dderivati li joriġinaw fit-territorju tagħhom u jibqgħu hemm, bil-kondizzjoni li dawn is-sistemi jew regoli ma joħolqux konfużjoni mal-kodiċi ta’ kuluri msemmija fil-punt 1(c).

4.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu s-sistemi jew jistipulaw ir-regoli għall-immarkar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw fit-territorju tagħhom u jibqgħu hemm bil-kondizzjoni li dawk is-sistemi jew regoli ma jkunux f’kunflitt mar-rekwiżiti ta’ mmarkar stabbiliti għal prodotti dderivati fil-Kapitolu V ta’ dan l-Anness.

5.

B’deroga mill-punti 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi jew ir-regoli msemmijin f’dawk il-punti għal prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw fit-territorju tagħhom iżda li ma jkunux maħsuba li jibqgħu hemm jekk l-Istat Membru jew il-pajjiż terz tad-destinazzjoni jkun ikkomunika l-qbil tiegħu.

6.

Iżda:

(a)

il-punti 1 u 2 ta’ dan il-Kapitolu ma għandhomx japplikaw għall-identifikazzjoni ta’ materjal tal-Kategorija 3 li jikkomprendi ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti dderivati mill-ħalib, minn operaturi ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li jkunu ġew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, fejn ikunu qed jirċievu lura prodotti li huma stess ikunu kkonsenjaw qabel u li jintbagħtulhom lura, partikularment mingħand il-konsumaturi tagħhom;

(b)

l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta l-identifikazzjoni ta’ demel li jinġarr bejn żewġ punti li jkunu jinsabu fl-istess razzett jew bejn irżiezet u bejn dawk li jużawh li jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru permezz ta’ mezzi oħra, b’deroga mill-punti 1 u 2;

(c)

għalf kompost kif iddefinit fl-Artikolu 3(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 li jkun inħadem minn prodotti sekondarji mill-annimali jew minn prodotti dderivati u li jkun ippakkjat u mqiegħed fis-suq bħala għalf skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 ma jkollux għalfejn ikun identifikat skont il-punt 1 u ma jkollux għalfejn titwaħħallu tikketta skont il-punt 2.

KAPITOLU III

DOKUMENTI KUMMERĊJALI U ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA

1.

Matul il-ġarr, ma’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti dderivati għandu jinżamm dokument kummerċjali skont il-mudell stabbilit f’dan il-Kapitolu, jew, meta jkun meħtieġ b’dan ir-Regolament, ċertifikat tas-saħħa.

Iżda dan id-dokument jew ċertifikat ma jkunx meħtieġ, bil-kondizzjoni li:

(a)

il-prodotti dderivati minn materjal tal-Kategorija 3 u fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija jkunu pprovduti fl-istess Stat Membru minn bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin, minbarra l-operaturi ta’ negozji;

(b)

il-ħalib, il-prodotti b’bażi tal-ħalib u l-prodotti dderivati mill-ħalib li jkunu materjali tal-Kategorija 3 jinġabru u jintbagħtu lura lil operaturi ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib, li jkunu ġew approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jekk dawn l-operaturi jkunu qed jirċievu prodotti, partikularment mingħand il-konsumaturi tagħhom, li jkunu kkonsenjaw huma stess qabel; u

(c)

l-għalf kompost kif iddefinit fl-Artikolu 3(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 li jkun inħadem minn prodotti sekondarji mill-annimali jew minn prodotti dderivati, jitqiegħed fis-suq ippakkjat u b’tikketta mwaħħla fuqu skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009.

2.

Iridu jsiru mill-inqas tliet kopji tad-dokument kummerċjali (waħda oriġinali u żewġ kopji). L-oriġinal għandu jinżamm mal-konsenja sad-destinazzjoni finali tagħha. Din għandha tinżamm mir-riċevitur. Il-produttur għandu jżomm waħda mill-kopji u t-trasportatur iżomm l-oħra.

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li prova tal-wasla tal-konsenji tiġi pprovduta mis-Sistema TRACES jew mir-raba’ kopja tad-dokument kummerċjali li jintbagħat lura mir-riċevitur lill-produttur.

3.

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu u jkunu ffirmati mill-awtorità kompetenti.

4.

Dokument kummerċjali skont il-mudell stabbilit fil-punt 6 għandu jinżamm mal-prodotti sekondarji mill-annimali u ma’ prodotti dderivati mill-punt bidu nett fil-katina tal-manifattura msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, matul il-ġarr fl-Unjoni.

Iżda b'żieda għall-awtorizzazzjoni, li tintbagħat informazzjoni permezz ta’ sistema alternattiva, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti dderivati li jinġarru fit-territorju tagħha jkollhom miżmumin magħhom:

(a)

dokument kummerċjali differenti, fuq il-karta jew f’għamla elettronika, bil-kondizzjoni li dan id-dokument kummerċjali jkollu l-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tan-Noti fil-punt 6 ta’ dan il-Kapitolu;

(b)

dokument kummerċjali li juri l-kwantità tal-materjal bil-piż jew fil-volum tal-materjal jew fl-għadd ta’ pakketti.

5.

Rekords u dokumenti kummerċjali jew ċertifikati tas-saħħa relatati għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn biex ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti.

6.

Il-mudell tad-dokument kummerċjali

Noti

(a)

Id-dokumenti kummerċjali għandhom isiru skont it-taqsim tal-mudell li jidher f’dan il-Kapitolu.

Għandu jkollhom, fl-ordni numerat li jidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li jkunu meħtieġa għall-ġarr ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti dderivati.

(b)

Għandu jinkiteb b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ oriġini u tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, skont il-każ.

Iżda jista’ jinkiteb ukoll b’lingwi oħra uffiċjali tal-Unjoni, jekk ikollu miegħu traduzzjoni uffiċjali jew jekk ikun hemm ftehim minn qabel mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(c)

L-oriġinal ta’ kull dokument kummerċjali għandu jikkonsisti minn folja karta waħda stampata miż-żewġ naħat, jew, fejn ikun meħtieġ aktar test, għandu jkun magħmul b'sura li l-folji kollha meħtieġa juru biċ-ċar li jagħmlu Parti minn dokument sħiħ integrat u indiviżibbli.

(d)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-konsenja, mad-dokument kummerċjali jkunu mehmużin folji ta’ karta addizzjonali, dawn il-folji ta’ karta għandhom jitqiesu wkoll bħala li jagħmlu Parti mid-dokument oriġinali bl-applikazzjoni tal-firma tal-persuna responsabbli għall-konsenja, fuq kull waħda mill-paġni.

(e)

Meta d-dokument kummerċjali, inklużi l-folji ta’ karta addizzjonali msemmijin fil-punt (d), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata – (numru tal-paġna) ta’ (għadd totali ta’ paġni) – fil-qiegħ tal-paġna u fuq nett tal-paġna għandha ġġib in-numru tal-kodiċi tad-dokument li jkun ġie ddenominat mill-persuna responsabbli.

(f)

L-oriġinal tad-dokument kummerċjali għandu jimtela u jkun iffirmat mill-persuna responsabbli.

Id-dokument kummerċjali għandu jispeċifika:

(i)

id-data li fiha l-materjal ittieħed mill-post;

(ii)

id-deskrizzjoni tal-materjal, inklużi:

l-identifikazzjoni tal-materjal skont waħda mill-kategoriji msemmijin fl-Artikoli 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,

l-ispeċijiet tal-annimali u r-referenza speċifika għall-punt applikabbli fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għal materjal tal-Kategorija 3 u prodotti dderivati minnu li jkunu maħsubin għal tagħlif u,

fejn japplika, in-numru tal-lametta tal-widna tal-annimal;

(iii)

il-kwantità ta’ materjal, fil-volum, fil-piż jew fl-għadd ta’ pakketti;

(iv)

il-post ta’ oriġini tal-materjal, minn fejn intbagħat il-materjal;

(v)

l-isem u l-indirizz tat-trasportatur tal-materjal;

(vi)

l-isem u l-indirizz tar-riċevitur u, fejn japplika, in-numru ta’ approvazzjoni jew reġistrazzjoni tiegħu, li jkun inħareġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 jew (KE) Nru 183/2005, skont kif ikun japplika;

(vii)

jekk ikun xieraq, in-numru ta’ approvazzjoni jew reġistrazzjoni tal-istabbiliment jew l-impjant ta’ oriġini, li jkun inħareġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 jew (KE) Nru 183/2005, skont kif ikun japplika, u n-natura u l-metodi tat-trattament.

(g)

Il-kulur tal-firma tal-persuna responsabbli għandu jkun differenti minn dak tal-ittimbrar.

(h)

In-numru ta’ referenza tad-dokument u n-numru ta’ referenza lokali għandhom jinħarġu darba biss għall-istess konsenja.

Dokument kummerċjali

Għat-trasportazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti dderivati mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU IV

REKORDS

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.

Ir-rekords kif imsemmijin fl-Artikolu 22 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti dderivati, minbarra għalf kompost kif iddefinit fl-Artikolu 3(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, li jkunu ġew immanifatturati minn prodotti sekondarji mill-annimali jew minn prodotti dderivati u li jitqiegħdu fis-suq skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, għandu jkollhom:

(a)

deskrizzjoni ta’:

(i)

l-ispeċijiet tal-annimali għal materjal tal-Kategorija 3 u prodotti dderivati minnu, maħsubin għat-tagħlif u, fejn, fil-każ ta’ karkassi u rjus sħaħ, in-numru tal-lametta tal-widna;

(ii)

il-kwantità tal-materjal;

(b)

fil-każ ta’ rekords miżmumin minn kull persuna li tikkonsenja prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti dderivati, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

id-data li fiha l-materjal ittieħed mill-post;

(ii)

l-isem u l-indirizz tat-trasportatur u tar-riċevitur u, jekk ikun japplika, In-numru tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tagħhom;

(c)

fil-każ ta’ rekords miżmumin minn kull persuna li tittrasporta l-prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti dderivati, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

id-data li fiha l-materjal ittieħed mill-post;

(ii)

il-post ta’ oriġini tal-materjal, minn fejn intbagħat il-materjal;

(iii)

l-isem u l-indirizz tar-riċevitur u, jekk ikun japplika, in-numru tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tiegħu;

(d)

fil-każ ta’ rekords miżmumin minn kull persuna li tirċievi l-prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti dderivati, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

id-data tal-wasla tal-materjal;

(ii)

il-post ta’ oriġini tal-materjal, minn fejn intbagħat il-materjal;

(iii)

l-isem u l-indirizz tat-trasportatur.

2.

B’deroga mill-punt 1 ta’ din it-Taqsima, l-operaturi jistgħu ma jżommux l-informazzjoni msemmija fil-punt 1(a) u fil-punti (b)(i), (c)(i) u (iii) u d(ii) u (iii) separatament, jekk iżommu kopja tad-dokument kummerċjali stabbilit fil-Kapitolu III għal kull konsenja u jaraw li din l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb flimkien mal-informazzjoni l-oħra meħtieġa skont il-punt 1 ta’ din it-Taqsima.

3.

OL-operaturi ta’ impjanti tal-inċinerazzjoni u impjanti ta’ koinċinerazzjoni għandhom iżommu r-rekords tal-kwantitajiet u tal-Kategorija tal-prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti dderivati incinerati jew koinċinerati, skont il-każ, u d-data li fiha dawn l-operazzjonijiet ikunu saru

Taqsima 2

Rekwiżiti addizzjonali f’każ ta’ użu għal finijiet speċjali ta’ tagħlif

Flimkien mar-rekords meħtieġa skont it-Taqsima 1, l-operaturi għandhom iżommu r-rekords li ġejjin b’rabta ma’ materjal rilevanti jekk il-prodotti sekondarji mill-annimali jintużaw għal finijiet speċjali ta’ tagħlif skont il-Kapitolu II tal-Anness VI:

1.

fil-każ tal-utenti aħħarija, il-kwantità użata, l-annimali li lilhom ikun maħsub li jingħata bħala għalf u d-data tal-użu;

2.

fil-każ ta’ ċentri ta’ ġbir:

(i)

il-kwantità mmaniġġata jew ittrattata skont il-punt 4 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness VI;

(ii)

l-isem u l-indirizz ta’ kull min finalment juża l-materjal;

(iii)

il-post fejn jittieħed il-materjal għall-użu;

(iv)

il-kwantità mibgħuta; u

(v)

id-data li fiha l-materjal ikun intbagħat.

Taqsima 3

Rekwiżiti f’każ ta’ ċerti annimali tal-pil

L-operatur tar-razzett imsemmi fil-Kapitolu I tal-Anness IIV għandu jżomm rekords mill-anqas ta’:

(a)

l-għadd ta’ pil u karkassi ta’ annimali mitmugħa b’materjali li joriġinaw mill-ispeċi tagħhom stess; u

(b)

kull konsenja biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-materjal.

Taqsima 4

Rekwiżiti għall-applikazzjoni fuq l-art ta’ ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija

Il-persuna responsabbli għall-art li fiha jkunu applikati fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija, minbarra l-materjali msemmijin fit-tieni paragrafu tal-Kapitolu II tal-Anness IV, u li għaliha jkollhom aċċess annimali mrobbijin fi rziezet jew li minnha jinqatgħu ħxejjex għat-tagħlif ta’ annimali mrobbijin fl-irziezet, għandha żżomm rekords ta’ dan li ġej għal mill-anqas sentejn:

1.

il-kwantitajiet tal-fertilizzanti organiċi u tal-materjali li jtejbu l-ħamrija li ġew applikati;

2.

id-data ta’ meta ġew applikati l-fertilizzanti organiċi u tal-materjali li jtejbu l-ħamrija, u l-postijiet fejn saret din l-applikazzjoni;

3.

id-dati, wara l-applikazzjoni tal-fertilizzant organiku jew tal-materjal li jtejjeb il-ħamrija, li fihom tħallew bhejjem jirgħu fuq l-art jew li fihom l-art inħasdet għal ħxejjex għat-tagħlif.

Taqsima 5

Rekwiżiti għall-prodotti sekondarji mill-annimali dderivati minn annimali akkwatiċi u għat-tagħlif tal-ħut

Impjanti ta’ proċessar li jipproduċu l-ħut mitħun jew għalf ieħor li joriġina minn annimali akkwatiċi għandhom iżommu r-rekords ta’ li ġej:

(a)

il-kwantitajiet maħdumin kuljum;

(b)

l-ispeċi ta’ oriġini, inkluża indikazzjoni ta’ jekk l-annimali akkwatiċi nqabdux minn barra jew trabbewx fl-akkwakultura;

(c)

fil-każ tal-ħut mitħun minn ħut imrobbi li hu intiż għat-tmigħ lil ħut imrobbi ta’ speċi oħra, l-isem xjentifiku tal-ispeċi tal-oriġini.

Taqsima 6

Rekwiżiti għall-ħruq u d-dfin ta’ prodotti sekondarji mill-annimali

Fil-każ ta’ ħruq jew dfin ta’ prodotti sekondarji mill-annimali kif stipulat fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-persuna responsabbli mill-ħruq jew mid-dfin għandha żżomm rekords ta’ li ġej:

(a)

il-kwantitajiet, il-kategoriji u l-ispeċi tal-prodotti sekondarji mill-annimali maħruqin jew midfunin;

(b)

id-data u l-post tal-ħruq jew tad-dfin.

Taqsima 7

Rekwiżiti għall-fotoġelatina

L-operaturi ta’ fabbriki tal-fotografija approvati msemmijin fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV għandhom iżommu rekords bid-dettalji ta’ xiri u użijiet ta’ fotoġelatina, kif ukoll tar-rimi ta’ residwi u materjal żejjed.

KAPITOLU V

IMMARKAR TA’ ĊERTI PRODOTTI DDERIVATI

1.

Fl-impjanti tal-ipproċessar għall-ipproċessar ta’ materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2, il-prodotti dderivati għandhom ikunu mmarkati b’mod permanenti bi gliċeroltriħeptanoat (GTH) b’mod li:

(a)

jiżdied il-GTH mal-prodotti dderivati li qabel ikun sarilhom trattament bis-sħana li jtejjeb l-iġjene f’temperatura fil-qalba ta’ mill-anqas 80 °C u wara jitħarsu minn kontaminazzjoni mill-ġdid;

(b)

il-prodotti dderivati kollha jkollhom b’mod omoġenju fis-sustanza kollha tagħhom konċentrazzjoni minima ta’ 250 mg GTH għal kull kg xaħam.

2.

L-operaturi ta’ impjanti ta’ proċessar imsemmijin fil-punt 1 għandu jkollhom taħdem sistema ta’ monitoraġġ u ta’ reġistrazzjoni ta’ parametri adatti biex juru lill-awtorità kompetenti li tkun inkisbet il-konċentrazzjoni minima omoġenja ta’ GTH.

Din is-sistema ta’ monitoraġġ u reġistrazzjoni għandha tinkludi li jkun stabbilit il-kontenut ta’ GTH intatt bħala trigliċerid f’estratt imnaddaf ta’ 40-70 ta’ etere ta’ żejt mhux raffinat ta’ GTH minn kampjuni meħuda f’intervalli regolari.

3.

L-immarkar b’GTH ma jkunx meħtieġ għal:

(a)

prodotti derivati likwidi maħsubin li jsiru bijogass jew għal impjanti li jagħmlu l-kompost;

(b)

prodotti dderivati użati bħala għalf għall-annimali tal-pil skont il-Kapitolu II tal-Anness II;

(c)

il-bijodiżil prodott skont il-punt D tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV;

(d)

prodotti dderivati miksubin skont l-Artikolu 12(a)(ii) u (b)(ii) u l-Artikolu 13(a)(ii) u (b)(ii) u l-Artikolu 16(e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, fejn dawn il-prodotti:

(i)

jitħarrku mill-impjant tal-ipproċessar b’sistema ta’ ċineg tal-ġarr magħluqa li ma tkunx tista’ tinqabeż, u bil-kondizzjoni li din is-sistema tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti, għal:

inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni diretta immedjata,

użu immedjat skont metodu approvat għall-prodotti sekondarji mill-annimali tal-Kategoriji 1 u 2 skont il-Kapitolu IV tal-Anness IV, jew jew

(ii)

ikunu maħsuba għal finijiet ta’ riċerka jew għal finijiet speċifiċi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li jkunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti.


ANNESS IX

REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL ĊERTI STABBILIMENTI U IMPJANTI APPROVATI U REĠISTRATI

KAPITOLU I

MANIFATTURA TA’ IKEL GĦALL-ANNIMALI DOMESTIĊI

Stabbilimenti jew impjanti li jimmanifatturaw l-ikel għall-annimali domestiċi kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jkollhom faċilitajiet adegwati għal:

(a)

ħżin u trattament f’sikurezza sħiħa ta’ materjal li jidħol; u

(b)

ir-rimi tal-fdal ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li ma jkunux intużaw wara l-produzzjoni tal-prodotti skont dan ir-Regolament, jew li dan il-materjal ikollu jintbagħat f’impjant ta’ inċinerazzjoni, f’impjant ta’ koinċinerazzjoni, f’impjant tal-ipproċessar jew, fil-każ ta’ materjal tal-Kategorija 3, f’impjant tal-bijogass jew tal-kompost skont l-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u skont dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

MANIĠĠAR TA’ PRODOTTI SEKONDARJI MILL-ANNIMALI WARA LI JINĠABRU

Ir-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-ħażna ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u għall-operazzjonijiet li ġejjin li jinvolvu l-maniġġar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali wara li jinġabru, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1)(h) ta’ dak ir-Regolament:

(a)

għażla;

(b)

qtugħ;

(c)

tkessiħ;

(d)

iffriżar;

(e)

tmelliħ jew proċessi oħra ta’ priżervazzjoni;

(f)

tneħħija tal-ġlud;

(g)

tneħħija ta’ materjal ta’ riskju speċifiku;

(h)

operazzjonijiet li jinvolvu l-maniġġar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li jsiru b’konformità mal-obbligi skont il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni, bħal mhuma eżami post-mortem jew it-teħid ta’ kampjuni;

(i)

trattament ta’ iġjene/pasturizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji mill-annimali maħsubin biex jinbidlu f’bijogass jew f’kompost, qabel dan il-bdil jew qabel ma jsiru kompost fi stabbiliment jew f’impjant ieħor skont l-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(j)

tgħarbil.

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali

1.

Il-bini u l-faċilitajiet fejn isiru l-operazzjonijiet intermedji għandhom jissodisfaw għall-anqas ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Għandhom ikunu separati b’mod adegwat mit-toroq li minnhom tista’ tinfirex il-kontaminazzjoni u minn bini ieħor bħal biċċeriji. It-taqsim ta’ impjanti għandu jiżgura s-separazzjoni totali ta’ materjal tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 minn materjal tal-Kategorija 3 rispettivament, mill-wasla tiegħu sakemm jinħareġ, jekk ma jkunx f’bini separat għalkollox.

(b)

L-impjant għandu jkollu spazju mgħotti biex jirċievi u jibgħat il-prodotti sekondarji mill-annimali, jekk dawn ma jkunux qed jinħarġu minn installazzjonijiet li ma jippermettux it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali, bħal minn tubi magħluqin għal prodotti sekondarji likwidi mill-annimali.

(c)

L-impjant għandu jinbena b’mod li jkun faċli li jitnaddaf u li jkun iddiżinfettat. L-art għandu jkollha pendil li jħaffef l-iskular tal-likwidi.

(d)

L-impjant għandu jkollu faċilitajiet adegwati għall-istaff, inklużi tojlets, kmamar fejn wieħed ibiddel, sinkijiet u, jekk ikun hemm bżonn, spazju għal uffiċini għad-dispożizzjoni tal-istaff li jkun qed jesegwixxi l-kontrolli uffiċjali.

(e)

L-impjant għandu jkollu arranġamenti xierqa għall-protezzjoni kontra annimali li jimpestaw, bħal insetti, annimali gerriema u għasafar.

(f)

Fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, l-impjanti għandu jkollhom faċilitajiet xierqa ta’ ħażna f’temperatura kontrollata li jkunu jistgħu, b’mod suffiċjenti, iżommu l-prodotti sekondarji mill-annimali f’temperaturi adatti, u jkunu mfasslin b’mod li jħallu jsir il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni ta’ dawk it-temperaturi.

2.

L-impjant għandu jkun mgħammar b’faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar tal-kontenituri jew ir-reċipjenti li fihom jitqiegħdu l-prodotti sekondarji mill-annimali, u tal-vetturi, minbarra bastimenti, li fihom jinġarru. Għandhom ikunu disponibbli faċilitajiet adegwati għad-diżinfettar tar-roti tal-vetturi.

Taqsima 2

Rekwiżiti ta’ iġjene

1.

L-għażla ta’ prodotti sekondarji mill-annimali għandha ssir b’mod li jkun evitat kull riskju ta’ tixrid ta’ mard tal-annimali.

2.

F’kull ħin matul il-ħżin, il-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom ikunu mmaniġġati u maħżuna separatament minn prodotti oħra u b’mod li ma jippermetti ebda tixrid ta’ patoġeni.

3.

Il-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jinħażnu sewwa, inkluż taħt kondizzjonijiet adatti ta’ temperatura, sakemm jerġgħu jintbagħtu.

Taqsima 3

Standards ta’ proċessar għall-iġjenizzazzjoni/pasturizzazzjoni

Il-proċess ta’ iġjenizzazzjoni/pasturizzazzjoni kif imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu tal-bidu ta’ dan il-Kapitolu għandu jsir skont l-istandards ta’ proċessar imsemmijin fil-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness V jew skont parametri alternattivi ta’ trasformazzjoni li jkunu ġew awtorizzati skont il-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tal-istess Anness.

KAPITOLU III

REKWIŻITI GĦAL ĦŻIN TA’ PRODOTTI DDERIVATI

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali

Il-bini u l-faċilitajiet li fihom jinħażnu l-prodotti dderivati għandhom jissodisfaw mill-anqas ir-rekwiżiti li ġejjin:

1.

Il-bini u l-faċilitajiet li fihom jinħażnu l-prodotti dderivati minn materjal tal-Kategorija 3 ma għandhomx ikunu fl-istess sit tal-bini li fih jinħażnu l-prodotti dderivati minn materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2, sakemm il-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor ma jiġix evitat bit-taqsim u l-ġestjoni tal-bini, bħalma huwa permezz ta’ ħżin f’binjiet separati.

2.

L-impjant għandu:

(a)

ikollu spazju mgħotti biex jirċievi u jibgħat il-prodottid derivati, sakemm il-prodotti ma jkunux:

(i)

qed jinħarġu minn installazzjonijiet li ma jippermettux it-tixrid ta’ riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali, bħal minn tubi magħluqin għal prodotti likwidi; jew

(ii)

qed jaslu f’imballaġġ, bħal f’boroż kbar, jew f’kontenituri jew b’mezzi ta’ trasport mgħottijin u li ma jnixxux;

(b)

jinbena b’tali mod li jkun faċli biex jitnaddaf u biex ikun iddiżinfettat. L-art għandu jkollha pendil li jħaffef l-iskular tal-likwidi;

(c)

ikollu faċilitajiet adegwati għall-istaff, inklużi tojlets, kmamar fejn wieħed ibiddel u sinkijiet;

(d)

ikollu arranġamenti xierqa għall-protezzjoni kontra insetti jew annimali li jimpestaw, bħal ma huma insetti, annimali gerriema u għasafar.

3.

L-impjant għandu jkollu faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar tal-kontenituri jew ir-reċipjenti li fihom jitqiegħdu l-prodotti dderivati, u tal-vetturi, minbarra bastimenti, li fihom jinġarru.

4.

Il-prodotti dderivati għandhom jinħażnu sewwa sakemm jerġgħu jinħarġu.

Taqsima 2

Rekwiżiti speċifiċi għal ħżin ta’ ċertu ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti dderivati mill-ħalib

1.

Il-ħżin tal-prodotti msemmijin fil-Parti II tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X għandu jsir f’temperatura adatta biex ikun evitat kull riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, fi stabbilimenti jew f’impjanti apposta ta’ ħżin approvati jew reġistrati jew f’żona apposta u separata ta’ ħżin fi stabbilimenti jew f’impjanti ta’ ħżin approvati jew reġistrati.

2.

Kampjuni tal-prodotti finali meħudin matul il-ħżin jew waqt li jkunu qed jinħarġu mill-ħażna, għandhom għall-anqas jissodisfaw l-istandards mikrobijoloġiċi stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness X.

KAPITOLU IV

OPERATURI REĠISTRATI

1.

L-operaturi ta’ impjanti jew stabbilimenti reġistrati, jew operaturi oħra reġistrati għandhom jimmaniġġaw il-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti dderivati skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-postijiet għandhom jinbnew b’mod li jkunu jistgħu jitnaddfu u jkunu diżinfettati b’mod effikaċi, skont il-każ;

(b)

il-postijiet għandu jkollhom arranġamenti xierqa għall-protezzjoni kontra annimali li jimpestaw, bħal insetti, annimali gerriema jew għasafar;

(c)

l-istallazzjonijiet u t-tagħmir għandhom jinżammu f’kondizzjoni iġjenika, fejn ikun meħtieġ;

(d)

il-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti dderivati għandhom jinħażnu f’kondizzjonijiet li ma jippermettux il-kontaminazzjoni.

2.

L-operaturi għandhom iżommu rekords f’għamla li tkun aċċessibbli għall-awtorità kompetenti.

3.

L-operaturi reġistrati li jġorru l-prodotti sekondarji mill-annimali jew il-prodotti dderivati, minbarra bejn il-postijiet tal-istess operatur, għandu b’mod partikulari:

(a)

ikollhom informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom dwar l-identifikazzjoni tal-vetturi tagħhom, li tippermetti l-verifika tal-użu tal-vetturi għall-ġarr ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew ta’ prodotti derivati;

(b)

inadddfu u jiddiżinfettaw il-vetturi tagħhom, kif jixraq;

(c)

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ma jħallux li jkun hemm xi kontaminazzjoni u tixrid ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali.


ANNESS X

MATERJALI TA’ GĦALF

KAPITOLU I

REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-IPPROĊESSAR U T-TQEGĦID FIS-SUQ

L-istandards mikrobijoloġiċi għal prodotti dderivati

L-istandards mikrobijoloġiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-prodotti dderivati:

Il-kampjuni tal-prodotti finali meħudin matul jew waqt il-ħruġ mill-ħażna fl-impjant tal-ipproċessar għandhom ikunu konformi mal-livelli stabbiliti li ġejjin:

 

Salmonella: nieqsa f’25 g: n = 5, c = 0, m = 0, M = 0

 

Enterobacteriacae: n = 5, ċ = 2, m = 10, M = 300 f’1 g

fejn:

n

=

l-għadd ta’ kampjuni għall-ittestjar,

m

=

il-valur limitu tal-għadd ta’ batterji; ir-riżultat jitqies sodisfaċenti jekk l-għadd ta’ batterji fil-kampjuni kollha ma jaqbizx m;

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta’ batterji; ir-riżultat jitqies mhux sodisfaċenti jekk l-għadd ta’ batterji f’kampjun wieħed jew aktar ikun M jew iżjed; u

c

=

l-għadd ta’ kampjuni li l-ammont ta’ batterji fihom jista’ jkun bejn m u M, u l-kampjun jibqa’ jitqies aċċettabbli jekk l-għadd ta’ batterji fil-kampjuni l-oħra jkun m jew anqas.

Iżda l-istandards mikrobijoloġiċi stabbiliti f’dan il-Kapitolu ma għandhomx japplikaw għal xaħmijiet imdewba u għal żejt tal-ħuta mill-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji mill-animali, meta l-proteina pproċessata tal-annimali, li tinkiseb matul l-istess proċessar, tkun suġġetta għal teħid ta’ kampjuni biex tkun żgurata l-konformiità ma’ dawk l-istandards.

KAPITOLU II

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-PROTEINA PPROĊESSATA TAL-ANNIMALI U PRODOTTI OĦRA DDERIVATI

Taqsima 1

Rekwiżiti speċifiċi għall-proteina pproċessata tal-annimali

A.   Materja prima

Il-prodotti sekondarji mill-annimali biss li jkunu tal-materjal tal-Kategorija 3 jew prodotti li jkunu ġejjin minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, minbarra l-materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10 (n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali.

B.   Standards ta’ proċessar

1.

Il-proteina tal-annimali ta’ oriġini mammifera pproċessata għandha tkun tqiegħdet għall-metodu ta’ proċessar 1 (sterilizzazzjoni bi pressjoni) kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV.

Iżda,

(a)

id-demm tal-ħnieżer jew frazzjonijiet ta’ demm tal-ħnieżer għall-produzzjoni ta’ demm niexef mitħun setgħu tqiegħdu minflok għal kull metodu ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew għall-metodu ta’ proċessar 7 kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV, bil-kondizzjoni li fil-każ tal-metodu 7 ta’ proċessar ikun ġie applikat trattament bis-sħana mas-sustanza tiegħu kollha f’temperatura ta’ 80 °C;

(b)

il-proteina pproċessata tal-annimali ta’ oriġini mammifera

(i)

setgħet tqiegħdet għal kull metodu ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew għall-metodu ta’ proċessar 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV, bil-kondizzjoni li wara tintrema jew tintuża bħala fjuwil għall-kombustjoni;

(ii)

fejn tkun maħsuba esklussivament għal użu fl-ikel għall-annimali domestiċi, hija tkun setgħet tqiegħdet għal kull metodu ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew għall-metodu ta’ proċessar 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV, bil-kondizzjoni li

tinġarr f’kontenituri apposta li ma jintużawx għat-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali jew ta’ għalf għall-annimali tal-irziezet, u

tkun ikkonsenjata direttament minn impjant ta’ proċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3 għall-impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi jew għal impjant approvat ta’ ħżin, minn fejn tkun ikkonsenjata direttament għal impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi.

2.

Il-proteina tal-annimali mhux mammiferi, bl-eċċezzjoni tal-ħut mitħun, għandha tkun tqiegħdet għal kull metodu ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew għall-metodu ta’ proċessar 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV.

3.

Il-ħut mitħun għandu jkun tqiegħed għal:

(a)

kull metodu ta’ proċessar stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV; jew

(b)

metodu ieħor li jiżgura li l-prodott ikun konformi mal-istandards mikrobijoloġiċi għal prodotti dderivati stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan l-Anness.

C.   Ħżin

1.

Il-proteina pproċessata tal-annimali għandha tkun ippakkjata u maħżuna f’boroż ġodda jew sterilizzati jew maħżuna kif imiss f’laned li jesgħu ħafna jew barrakki għall-ħażna.

Għandhom jittieħdu miżuri suffiċjenti biex il-kondensazzjoni fil-laned, fit-trasportaturi jew fl-elevejters tkun mill-inqas.

2.

Il-prodotti fit-trasportaturi, fl-elevejters u fil-laned għandhom jitħarsu minn kontaminazzjoni aċċidentali.

3.

It-tagħmir għall-immaniġġar tal-proteina pproċessata tal-annimali għandu jinżamm f’kondizzjoni nadifa u niexfa u għandu jkollu punti ta’ spezzjoni xierqa biex it-tagħmir ikun jista’ jiġi eżaminat għall-indafa.

Il-faċilitajiet kollha tal-ħżin għandhom jitbattlu u jitnaddfu regolarment, kemm ikun meħtieġ biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni.

4.

Il-proteina pproċessata tal-annimali għandha tinżamm niexfa.

Ma għandhomx jitħallew tnixxija u kondensazzjoni fiż-żona tal-ħażna.

Taqsima 2

Rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti tad-demm

A.   Materja prima

Id-demm biss imsemmi fl-Artikolu 10(a) u fl-Artikolu 10(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jista’ jintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm.

B.   Standards ta’ proċessar

Il-prodotti tad-demm għandhom ikunu tqiegħdu għal:

(a)

kull metodu ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV; jew

(b)

metodu ieħor li jiżgura li l-prodott tad-demm ikun konformi mall-istandards mikrobijoloġiċi għall-prodotti dderivati stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan l-Anness.

Taqsima 3

Rekwiżiti speċifiċi għal xaħmijiet imdewba, żejt tal-ħuta u derivati mix-xaħam minn materjal tal-Kategorija 3

A.   Materja prima

1.   Xaħmijiet imdewba

Jista’ jintuża biss il-materjal tal-Kategorija 3, minbarra dawk il-materjali tal-Kategorija 3 imsemmijin fl-Artikolu 10(i), (j), (n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għall-produzzjoni ta’ xaħam imdewweb.

2.   Żejt tal-ħuta

Materjal tal-Kategorija 3 biss imsemmi fl-Artikolu 10 (i) u (j) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u materjal tal-Kategorija 3 ta’ oriġini ta’ annimali akkwatiċi msemmi fl-Artikolu 10(e) u (f) ta’ dak ir-Regolament jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ żejt tal-ħuta.

B.   Standards ta’ proċessar

Sakemm iż-żejt tal-ħuta jew ix-xaħmijiet imdewba ma jkunux inħadmu skont it-Taqsimiet VIII jew XII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, rispettivament, ix-xaħmijiet imdewba għandhom jinħadmu billi jintuża kull metodu ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar 7, u żjut tal-ħut jistgħu jinħadmu:

(a)

billi jintużaw il-metodi minn 1 sa 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV; jew

(b)

skont metodu ieħor li jiżgura li l-prodott ikun konformi mal-istandards mikrobijoloġiċi għal prodotti dderivati stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan l-Anness.

Xaħmijiet imdewba ġejjin minn annimali li jixtarru għandhom jissaffew b’mod li l-livell massimu tal-impuritajiet kollha li ma jinħallux li jifdal ma jaqbiżx 0,15 % fil-piż.

Derivattivi mix-xaħam minn xaħmijiet imdewba tal-Kategorija 3 jew minn żejt tal-ħuta għandhom jinħadmu skont wieħed mill-metodi ta’ proċessar imsemmijin fil-Kapitolu III tal-Anness IV.

C.   Rekwiżiti ta’ iġjene

Fejn ix-xaħam imdewwweb jew iż-żejt tal-ħuta jkunu ppakkjati, dawn għandhom ikunu ppakkjati f’kontenituri ġodda jew f’kontenituri li jkunu tnaddfu u ġew ddiżinfettati, jekk ikun meħtieġ, għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni, u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ma jkunx hemm kontaminazzjoni mill-ġdid.

Fejn ikun maħsub li jsir trasport bil-kwantità ta’ dawk il-prodotti, il-pajp, il-pompi u t-tankijiet tal-kwantità u kull kontenitur ieħor li jġorr bil-kwantità jew tanker tat-triq li jġorr bil-kwantità użati għat-trasport tal-prodotti mill-impjant tal-manifattura direttament għal fuq il-bastiment jew għal ġo tankijiet fuq il-moll jew direttament għal impjanti għandhom ikunu nodfa qabel ma jintużaw.

Taqsima 4

Rekwiżiti speċifiċi għall-ħalib, kolostru u ċerti prodotti oħra ġejjin mill-ħalib jew mill-kolostru

Parti I

Rekwiżiti ġenerali

A.   Materja prima

Il-ħalib imsemmi fl-Artikolu 10 (e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 biss, minbarra x-xaħam miċ-ċentrifuga jew mis-separatur, u l-ħalib imsemmi fl-Artikolu 10(f) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-ħalib, għall-prodotti b’bażi tal-ħalib u għall-prodotti derivati mill-ħalib.

Il-kolostru jista’ jintuża biss bil-kondizzjoni li joriġina minn annimali ħajjin li ma kinux urew xi sinjali ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali permezz tal-kolostru.

B.   Standards ta’ proċessar

1.

Il-ħalib għandu jkun suġġett għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin:

1.1.

sterilizzazzjoni f’valur ta’ F0 (*) ta’ tlieta jew aktar;

1.2.

UHT (**) flimkien ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

trattament fiżiku sussegwenti, bi:

(i)

proċess ta’ tnixxif, flimkien ma’ tisħin addizzjonali sa 72 °C jew aktar fil-każ tal-ħalib maħsub għall-konsum; jew

(ii)

it-tnaqqis ta’ pH taħt is-6 għal minimu ta’ siegħa (1 h);

(b)

il-kondizzjoni li l-ħalib, il-prodott b’bażi ta’ ħalib jew il-prodott idderivat mill-ħalib ikunu nħadmu mill-anqas 21 jum qabel it-trasport bil-baħar u li matul dak il-perjodu ma jkun instab ebda każ tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer fl-Istat Membru ta’ oriġini;

1.3.

HTST (***) applikat darbtejn;

1.4.

HTST flimkien ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

trattament fiżiku sussegwenti, bi:

(i)

proċess ta’ tnixxif, flimkien ma’ tisħin addizzjonali sa 72 °C jew aktar fil-każ tal-ħalib maħsub għall-konsum; jew

(ii)

it-tnaqqis ta’ pH taħt is-6,0 għal minimu ta’ siegħa;

(b)

il-kondizzjoni li l-ħalib, il-prodotti b’bażi ta’ ħalib u l-prodotti dderivati mill-ħalib ikunu nħadmu mill-anqas 21 jum qabel it-trasport bil-baħar u li matul dak il-perjodu ma jkun instab ebda każ tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer fl-Istat Membru ta’ oriġini.

2.

Il-prodotti b’bażi ta’ ħalib u l-prodotti dderivati mill-ħalib għandhom ikunu jew suġġetti għal mill-anqas wieħed mit-trattamenti msemmijin fil-punt 1 jew ikunu nħadmu minn ħalib ittrattat skont il-punt 1.

3.

Ix-xorrox li hu maħsub biex jintema’ lil annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u tad-dwiefer u maħdum minn ħalib ittrattat skont il-punt 1 għandu:

(a)

jew jinġabar mill-inqas 16-il siegħa wara li jkun għaqad il-ħalib, u l-pH tiegħu għandu jkun irreġistrat bħala anqas minn 6,0 qabel ma jkun ittrasportat għal azjendi ta’ annimali; jew

(b)

ikun inħadem mill-anqas 21 jum qabel it-trasport bil-baħar u li matul dak il-perjodu ma jkun instab ebda każ tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer fl-Istat Membru ta’ oriġini.

4.

Flimkien mar-rekwiżiti fil-punti 1, 2 u 3, ħalib, prodotti b’bażi ta’ ħalib u l-prodotti dderivati mill-ħalib għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

4.1.

wara li jitlesta l-ipproċessar, tkun ittieħdet kull prekawzjoni biex ma titħalliex ikun hemm kontaminazzjoni tal-prodotti;

4.2.

il-prodott aħħari għandha titwaħħallu tikketta biex ikun indikat li fih materjal tal-Kategorija 3 u li mhuwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem, u li ġie:

(a)

ippakkjat f’kontenituri ġodda; jew

(b)

ittrasportat bi kwantità f’kontenituri jew b’mezzi oħra ta’ trasport li qabel ma ntużaw tnaddfu sewwa ħafna u ġew diżinfettati.

5.

Il-ħalib nej għandu jinħadem f’kondizzjonijiet li joffru garanziji xierqa fir-rigward tas-saħħa tal-annimali.

6.

Il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru għandhom:

6.1.

jinkisbu minn annimali bovini miżmumin f’azjenda li l-imrieħel kollha bovini tagħha jkunu magħrufa bħala ħielsa uffiċjalment mit-tuberkulożi, ħielsa uffiċjalment mill-bruċellożi u ħielsa uffiċjalment mil-lewkożi enzootika bovina kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2)(d), (f) u (j) tad-Direttiva 64/432/KEE;

6.2.

ikunu nħadmu mill-anqas 21 jum qabel it-trasport bil-baħar u matul dak il-perjodu ma jkun instab ebda każ tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer fl-Istat Membru ta’ oriġini;

6.3.

ikunu għaddew minn trattament wieħed ta’ HTST (***);

6.4.

ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4 ta’ din il-Parti.

Parti II

Deroga għat-tqegħid fis-suq ta’ ħalib ipproċessat konformi ma’ standards nazzjonali

1.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2 u 3 għandhom ta’ din il-Parti għandhom japplikaw għall-proċessar, użu u ħżin tal-ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib li jkunu ta’ materjal tal-Kategorija 3, kif imsemmi fl-Artikolu 10 (e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, minbarra xaħam ċentrifuga jew separatur, u ħalib imsemmi fl-Artikolu 10 (f) u (h) ta’ dak ir-Regolament, li ma kinux ipproċessati skont il-Parti I ta’ din it-Taqsima.

2.

L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza lil stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib, approvati jew reġistrati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, biex jipprovdu ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib għall-finijiet imsemmijin fil-punt 3 ta’ din il-Parti, bil-kondizzjoni li l-istabbiliment ikkonċernat jiżgura t-traċċabbiltà tal-prodotti.

3.

Il-ħalib, il-prodotti b’bażi ta’ ħalib u l-prodotti dderivati mill-ħalib jistgħu jkunu pprovduti u jintużaw bħala materjal ta’ għalf:

(a)

fl-Istat Membru kkonċernat u f’żoni transkonfinali fejn l-Istati Membri kkonċernati jkollhom ftehim reċiproku dwar dan, fil-każ ta’ prodotti dderivati, inkluż ilma ragħwi, li jkunu ġew f’kuntatt ma’ ħalib nej u/jew ħalib pasturizzat skont ir-rekwiżiti ta’ trattament bis-sħana stabbiliti fil-punt II.1(a) jew (b) tal-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jekk dawn il-prodotti dderivati jkunu ġew suġġetti għal wieħed mit-trattamenti li ġejjin:

(i)

UHT;

(ii)

l-isterilizzazzjoni li biha jintlaħaq valur Fc daqs jew aktar minn 3 jew li tkun saret f’temperatura ta’ mill-anqas 115 °C għal 15-il minuta jew taħlita ekwivalenti ta’ temperatura u ħin;

(iii)

il-pasturizzazzjoni jew l-isterilizzazzjoni, minbarra dawk imsemmija fil-punt (ii), segwiti minn:

fil-każ ta’ trab tal-ħalib jew prodotti b’bażi ta’ trab tal-ħalib jew prodotti dderivati mill-ħalib, proċess ta’ tnixxif;

fil-każ ta’ prodott tal-ħalib aċidifikat, proċess li bih il-pH jitnaqqas u jinżamm mill-anqas għal siegħa f’livell taħt is-6;

(b)

fl-Istat Membru kkonċernat,

(i)

fil-każ ta’ prodotti dderivati, inkluż l-ilma ragħwi, li jkunu ġew f’kuntatt ma’ ħalib li jkun ġie ppasturizzat skont ir-rekwiżiti ta’ trattament bis-sħana stabbiliti fil-punt II.1(a) tal-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, u xorrox maħdum minn prodotti mhux ittrattati bis-sħana b’bażi tal-ħalib, li jkun inġabar mill-anqas 16-il siegħa wara li l-ħalib ikun tbaqqat, u fejn il-pH ikollu jkun irreġistrat bħala < 6,0 qabel ma jintagħat ix-xorrox biex jintuża għat-tagħlif, bil-kondizzjoni li dawn jintbagħtu għand għadd limitat ta’ azjendi awtorizzati tal-annimali, stabbiliti abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju fil-każ tal-aħjar jew l-għar sitwazzjoni, imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat bi tħejjija għall-pjanijiet ta’ kontinġenza għal mard epizootiku, partikularment għall-marda tal-ilsien u tad-dwiefer;

(ii)

fil-każ ta’ prodotti nejjin, inkluż l-ilma ragħwi, li jkunu ġew f’kuntatt ma’ ħalib nej, u materjali oħra li għalihom ma jistax ikun żgurat it-trattament imsemmi fil-punt (a) u fil-punt (b)(i), bil-kondizzjoni li jintbagħtu għand għadd limitat ta’ azjendi awtorizzati tal-annimali, stabbiliti abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju fil-każ tal-aħjar jew l-għar sitwazzjoni, imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat bi tħejjija għall-pjanijiet ta’ kontinġenza għal mard epizootiku, partikularment il-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, u bil-kondizzjoni li l-annimali li jkun hemm fl-azjendi awtorizzati tal-annimali jkunu jistgħu jittieħdu

jew direttament f’biċċerija li tkun tinsab fl-istess Stat Membru, jew

f’azjenda oħra fl-istess Stat Membru, li għaliha l-awtorità kompetenti tiggarantixxi li l-annimali suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u tad-dwiefer ikunu jistgħu jħallu l-azjenda biss direttament għal biċċerija li tkun tinsab fl-istess Stat Membru, jew, jekk l-annimali jkunu ntbagħtu f’azjenda li ma tagħlifx bil-prodotti msemmijin f’dan il-punt (ii), wara li jkun għadda perjodu ta’ 21 jum minn meta l-anninali jkunu waqfu jidħlu fl-azjenda.

4.

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-provvista ta’ kolostru li ma jkunx konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt B.6 tal-Parti I minn bidwi għal ieħor fl-istess Stat Membru għal finijiet ta’ għalf, f’kondizzjonijiet li ma jħallux li jinxterdu r-riskji għas-saħħa.

Parti III

Rekwiżiti speċjali għal xaħam taċ-ċentrifuga jew tas-separatur li jibqa’ żejjed

Materjal tal-Kategorija 3 li hu xaħam taċ-ċentrifuga jew tas-separatur għandu jkun suġġett għal trattament bis-sħana ta’ mill-anqas 70 °C għal 60 minuta jew ta’ mill-anqas 80 °C għal 30 minuta, qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala għalf għall-annimali mrobbijin fl-irziezet.

Taqsima 5

Rekwiżiti speċifiċi għall-ġelatina u proteina idrolizzata

A.   Materja prima

Il-prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu tal-materjal tal-Kategorija 3 biss jew prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, minbarra l-materjali msemmijin fl-Artikolu 10 (m), (n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-proteina idrolizzata.

B.   Standards ta’ pproċessar tal-ġelatina

1.

Jekk il-ġelatina ma tkunx inħadmet skont it-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, hija għandha tinħadem bi proċess li jiżgura li materjal tal-Kategorija 3 jkun suġġett għal trattament bl-aċidu jew bl-alkali, segwit bi tlaħliħa waħda jew aktar.

Il-pH għandu jkun aġġustat wara. Il-ġelatina għandha tiġi estratta billi tkun applikata s-sħana darba jew għadd ta’ drabi wara xulxin, segwita b’tisfija bil-filtrazzjoni u l-isterilizzazzjoni.

2.

Wara li tkun suġġetta għall-proċessi msemmijin fil-punt 1, il-ġelatina jista’ jsirilha proċess ta’ tnixxif u, skont il-każ, proċess ta’ tifrik jew tirqiq.

3.

L-użu ta’ preservattivi, minbarra d-dijossidu tal-kubrit u l-perossidu tal-idroġenu, għandhom ikunu pprojbiti.

C.   Rekwiżiti oħra għall-ġelatina

Il-ġelatina għandha titgeżwer, tkun ippakkjata, tinħażen u tinġarr f’kondizzjonijiet sodisfaċenti ta’ iġjene.

B’mod partikolari:

(a)

għandu jkun hemm kamra jew post apposta għall-ħżin ta’ materjali ta’ tgeżwir u ppakkjar;

(b)

it-tgeżwir u l-ippakkjar għandhom isiru f’kamra jew f’post maħsub għal dak l-għan.

D.   Standards ta’ proċessar għall-proteina idrolizzata

Il-proteina idrolizzata għandha tinħadem billi jintuża poċess ta’ produzzjoni li jinvolvi miżuri xierqa biex il-kontaminazzjoni tkun mill-anqas. Il-proteina idrolizzata meħuda minn annimali li jixtarru għandu jkollha piż molekulari ta’ anqas minn 10 000 Dalton.

Flimkien mar-rekwiżiti tal-ewwel paragrafu, il-proteini idrolizzati ġejjin kollha jew parzjalment mill-ġlud ta’ annimali li jixtarru għandhom isiru f’impjant ta’ proċessar magħmul apposta għall-produzzjoni tal-proteina idrolizzata, billi jintuża proċess li jinvolvi t-tħejjija ta’ materja prima tal-Kategorija 3 bl-ilma mielaħ, bil-ġir u b’ħasil intensiv segwit minn espożizzjoni tal-materjal għal:

(a)

pH ta’ aktar minn 11 għal aktar minn tliet sigħat f’temperatura ta’ aktar minn 80 °Ċ u wara għal trattament bis-sħana f’temperatura ta’ aktar minn 140 °Ċ għal 30 minuta f’aktar minn 3,6 bar; jew

(b)

pH ta’ minn 1 sa 2, segwita b’pH ta’ aktar minn 11, segwit minn trattament bis-sħana ta’ 140 °C għal 30 minuta fi 3 bar.

Taqsima 6

Rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat tad-dikalċju

A.   Materja prima

Il-prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu tal-materjal tal-Kategorija 3 biss jew prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, minbarra l-materjali msemmijin fl-Artikolu 10 (m), (n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-fosfat tad-dikalċju.

B.   Standards ta’ proċessar

1.

Il-fosfat tad-dikalċju għandu jinħadem permezz ta’ proċess li jikkomprendi t-tliet stadji li ġejjin:

(a)

l-ewwel, irid ikun żgurat li l-għadam kollu li jkun tal-materjal tal-Kategorija 3 jitfarrak irqiq u jitneħħielu x-xaħam permezz ta’ ilma jaħraq u jkun ittrattat b’aċidu idrokloriku mraqqaq (f’konċentrazzjoni minima ta’ 4 % u pH ta’ anqas minn 1,5 tul perjodu ta’ mill-anqas jumejn;

(b)

it-tieni, wara li tkun saret il-parti tal-proċess imsemmija fil-punt (a), jiġi applikat trattament bil-ġir tal-likur fosforiku li jkun inkiseb, li jirriżulta f’sediment ta’ fosfat tad-dikalċju f’pH 4 sa 7;

(c)

fl-aħħar nett, s-sediment ta’ fosfat tad-dikalċju jitnixxef bl-arja f’temperatura li tibda minn ta’ 65 °C sa 325 °C u f’temperatura fl-aħħar ta’ bejn 30 °C u 65 °C.

2.

Fejn il-fosfat tad-dikalċju jkun ġej minn għadam bla xaħam, huwa għandu jinġieb mill-għadam imsemmi fl-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Taqsima 7

Rekwiżiti speċifiċi għall-fosfat tat-trikalċju

A.   Materja prima

Il-prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu tal-materjal tal-Kategorija 3 biss jew prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, minbarra l-materjali msemmijin fl-Artikolu 10 (m), (n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-fosfat tat-trikalċju.

B.   Standards ta’ proċessar

Il-fosfat tat-trikalċju għandu jsir permezz ta’ proċess li jiżgura:

(a)

li l-għadam kollu li jkun tal-materjal tal-Kategorija 3 jitfarrak irqiq u jitneħħa x-xaħam permezz ta’ fluss ta’ kontrokurrent ta’ ilma jaħraq (il-bċejjeċ tal-għadam għandhom ikunu iżgħar minn 14 mm);

(b)

sajran kontinwu bil-fwar f’145 °C għal 30 minuta b’4 bars,

(c)

separazzjoni tal-likwidu tal-proteini mill-idrossijapatite (fosfat tat-trikalċju) permezz ta’ ċentrifugazzjoni;

(d)

granulazzjoni tal-fosfat tat-trikalċju wara t-tnixxif f’bażi li minn solida ssir fluwida at 200 °C.]

Taqsima 8

Rekwiżiti speċifiċi għall-kollaġini

A.   Materja prima

Il-prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu tal-materjal tal-Kategorija 3 biss jew il-prodotti dderivati minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimal, minbarra l-materjali msemmijin fl-Artikolu 10 (m), (n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-kollaġini.

B.   Standards ta’ proċessar

1.

Jekk il-kollaġini tkun inħadmet skont ir-rekwiżiti għall-kollaġini stabbiliti fit-Taqsima XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandha ssir bi proċess li jiżgura li l-materjal mhux ipproċessat tal-Kategorija 3 jkun suġġett għal trattament li jinvolvi l-ħasil, l-aġġustament tal-pH bl-użu ta’ aċidu jew alkali segwit b’taħliħa waħda jew aktar, b’filtrazzjoni u b’estrużjoni.

Wara t-trattament il-kollaġini tista’ tgħaddi minn proċess ta’ tnixxif.

2.

L-użu ta’ preservattivi, minbarra dawk permessi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandu jkun ipprojbit.

C.   Rekwiżiti oħra

Il-kollaġini għandha titgeżwer, tiġi ppakkjata, tinħażen u tinġarr f’kundizjonijiet sodisfaċenti ta’ iġjene. B’mod partikolari:

(a)

għandu jkun hemm kamra jew post apposta għall-ħżin ta’ materjali ta’ tgeżwir u ppakkjar;

(b)

it-tgeżwir u l-ippakkjar għandhom isiru f’kamra jew f’post maħsub għal dak l-għan.

Taqsima 9

Rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti tal-bajd

A.   Materja prima

Il-prodotti sekondarji mill-annimali msemmijin fl-Artikolu 10(e) u (f) u l-Artikolu 10(k)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 biss, jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bajd.

B.   Standards ta’ proċessar

Il-prodotti tal-bajd iridu jkunu:

(a)

tqiegħdu għal xi wieħed mill-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew għall-metodu ta’ proċessar 7 stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(b)

tqiegħdu għal metodu u parametri oħra li jiżguraw li l-prodotti jkunu konformi mal-istandards mikrobijoloġiċi għall-prodotti dderivati stabbiliti fil-Kapitolu I; jew

(c)

trattati skont ir-rekwiżiti għall-bajd u prodotti tal-bajd stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III tat-Taqsima X tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Taqsima 10

Rekwiżiti speċifiċi għal ċertu materjal tal-Kategorija 3

Materjal tal-Kategorija 3 li jinkludi prodotti ta’ oriġini mill-annimali, jew oġġetti tal-ikel li jkollhom prodotti ta’ oriġini mill-annimali, li ma jkunux baqgħu intiżi għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ difetti fil-manifattura jew fl-ippakkjar jew minħabba difetti oħra li ma joħolqux riskji għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, imsemmi fl-Artikolu 10(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jista’ jitqiegħed fis-suq bħala għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet, bil-kondizzjoni li:

(a)

il-materjal mhuwiex magħmul minn, u ma jkunx ġie f’kuntatt ma’ materjal ta’ oriġini mill-annimali li ma jkunx għadda mill-proċessar:

(i)

skont dan ir-Regolament;

(ii)

kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(b)

ikunu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-materjal.

KAPITOLU III

REKWIŻITI GĦAL ĊERTU GĦALF TAL-ĦUT U LIXKIET GĦAS-SAJD

1.

Il-prodotti sekondarji mill-ħut jew mill-invertebrati akkwatiċi u l-prodotti dderivati minnhom li jkunu maħsuba bħala għalf għall-ħut imrobbi jew għal speċijiet oħra tal-akkwakoltura għandhom:

(a)

ikunu maniġġati u pproċessati b’mod separat minn materjal li ma jkunx awtorizzat għal dak il-għan;

(b)

joriġinaw

(i)

minn ħut salvaġġ jew minn annimali akkwatiċi oħra, ħlief minn mammali tal-baħar, maqbudin għal finijiet kummerċjali, jew minn prodotti sekondarji mill-ħut salvaġġ li joriġinaw minn impjanti li jimmanifatturaw il-prodotti tal-ħut għall-konsum mill-bniedem; jew

(ii)

minn ħut imrobbi, bil-kondizzjoni li jintema’ lil ħut imrobbi ta’ speċijiet oħra; u

(c)

ikunu pproċessati f’impjant tal-proċessar skont metodu li jiżgura prodott mikrobijoloġikament sikur, inkluż fir-rigward ta’ patoġeni tal-ħut.

2.

L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi l-kondizzjonijiet, bil-għan li ma jitħallewx li jkun hemm riskji mhux aċċettabbli ta’ tixrid ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali, għall-użu ta’ annimali akkwatiċi u ta’ invertebrati akkwatiċi u terrestri:

(a)

bħala għalf għall-ħut imrobbi jew għal invertebrati akkwatiċi, meta l-prodotti sekondarji mill-annimali ma jkunux ġew ipproċessat skont il-punt 1(c);

(b)

bħala lixka għas-sajd, inkluża lixka għall-invertebrati akkwatiċi.


(*)  F0 huwa l-effett mortali kkalkulat fuq spori batterjoloġiċi. Valur F0 ta’ 3,00 jfisser li l-iksaħ punt fil-prodott ikun issaħħan biżżejjed biex jilħaq l-istess effett mortali bħal ta’ 121 °C (250 °F) fi tliet minuti b’tisħin u tkessiħ istantanji.

(**)  UHT = [Ultra High Temperature] Trattament f’Temperatura Ultra Għolja ta’ 132 °C għal mill-anqas sekonda waħda.

(***)  HTST = [High Temperature Short Time pasteurisation] Pasturizzazzjoni f’Temperatura Għolja għal Ħin Qasir ta’ 72 °C għal mill-anqas 15-il sekonda jew effett ekwivalenti għall-pasturizzazzjoni li tħalli reazzjoni negattiva għal test bil-fosfatiku.


ANNESS XI

FERTILIZZANTI ORGANIĊI U PRODOTTI LI JTEJBU L-ĦAMRIJA

KAPITOLU I

REKWIŻITI GĦAD-DEMEL MHUX IPPROĊESSAT, GĦAD-DEMEL IPPROĊESSAT U GHALL-PRODOTTI DDERIVATI MID-DEMEL IPPROĊESSAT

Taqsima 1

Demel mhux ipproċessat

1.

Il-kummerċ tad-demel mhux ipproċessat ta' speċijiet minbarra t-tjur jew l-ekwidi bejn l-Istati Membri għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin, flimkien mal-kunsens tal-Istat Membru destinatarju kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:

(a)

Il-kummerċ tad-demel mhux ipproċessat ta' speċijiet minbarra t-tjur jew l-ekwidi għandu jkun ipprojbit, ħlief għad-demel:

(i)

minn żona li ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet minħabba xi mard serju li jittieħed; u

(ii)

maħsub għall-applikazzjoni, bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti, f'art li tkun tagħmel parti minn azjenda waħda li tkun tinsab fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera ta' żewġ Stati Membri.

(b)

Iżda l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju tista', wara li tkun qieset l-oriġini tad-demel, id-destinazzjoni tiegħu u konsiderazzjonijiet ta' saħħa, tagħti awtorizzazzjoni speċifika għad-dħul fit-territorju tiegħu ta':

(i)

demel maħsub għal:

proċessar f'impjant għall-manifattura ta' prodotti dderivati li jkunu maħsubin biex jintużaw barra mill-katina tal-għalf, jew

trasformazzjoni f'bijogass jew f'kompost skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u l-Anness V ta' dan ir-Regolament bil-għan li jkunu mmanifatturati l-prodotti msemmijin fit-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu.

F'dawn il-każijiet l-awtorità kompetenti għandha tqis l-oriġini tad-demel meta tawtorizza d-dħul ta' dawn l-impjanti; jew

(ii)

demel maħsub biex ikun applikat fl-art f'azjenda, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tkun ikkomunikat il-qbil tagħha għal dan il-kummerċ.

(c)

fil-każijiet msemmijin fil-punt (b), attestazzjoni dwar is-saħħa skont il-mudell stabbilit fil-punt 3 għandha tiżdied mad-dokument kummerċjali li jinżamm mal-konsenja tad-demel.

2.

Il-kummerċ tad-demel tat-tjur mhux ipproċessat bejn l-Istati Membri għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin, flimkien mal-kunsens tal-Istat Membru destinatarju, kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:

(a)

id-demel għandu joriġina minn żona li ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet minħabba l-marda ta' Newcastle jew l-influwenza avjarja;

(b)

flimkien ma' dan, id-demel mhux ipproċessat minn qatgħat ta' tjur imlaqqmin kontra l-marda ta' Newcastle ma għandux jintbagħat f'reġjun li jkun ingħata l-istatus ta' nuqqas ta' tilqim għall-marda ta' Newcastle skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2009/158/KE; u

(c)

attestazzjoni tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fil-punt 3 għandha tiżdied mad-dokument kummerċjali li jinżamm mal-konsenja tad-demel.

3.

Attestazzjoni tas-saħħa mudell għandha tiżdied mad-dokument kummerċjali

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

4.

Id-demel mhux ipproċessat tal-ekwidi jista' jsir kummerċ tiegħu bejn l-Istati Membri, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru ta' destinazzjoni jkun ta l-kunsens tiegħu għall-kummerċ kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u bil-kondizzjoni li d-demel ma jkunx joriġina minn azjenda suġġetta għal restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali minħabba l-glanders, l-istomatite vesikulari, l-antraċe jew l-idrofobija skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2009/156/KE.

5.

Skont l-Artikolu 48(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tista' tesiġi li operaturi li jibagħtu d-demel mhux ipproċessat minn Stat Membru ieħor:

(a)

jibagħtu aktar informazzjoni b'rabta ma' konsenja prevista, bħal indikazzjonijiet ġeografiċi preċiżi dwar il-post fejn id-demel ikollu jinħatt; u

(b)

li jaħżnu d-demel qabel l-applikazzjoni fl-art.

6.

L-awtorità kompetenti tista' tawtorizza li jintbagħat id-demel ittrasportat bejn żewġ punti li jkunu jinsabu fl-istess razzett suġġett għal kondizzjonijiet ta' kontroll ta' riskji li jista' jkun hemm għas-saħħa, bħal obbligi għall-operaturi konċernati li jżommu rekords xierqa.

Taqsima 2

Gwanu tal-friefet il-lejl, demel ipproċessat u prodotti dderivati minn demel ipproċessat

It-tqegħid fis-suq ta' demel ipproċessat, prodotti derivati minn demel ipproċessat u minn gwanu tal-friefet il-lejl għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin, flimkien mal-kunsens tal-Istat Membru ta' destinazzjoni msemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009:

(a)

Huma għandhom jiġu minn impjant għal prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf jew minn impjant tal-bijogass jew tal-kompost jew minn impjant għall-manifattura ta' fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija.

(b)

Huma għandhom ikunu ġew suġġetti għal proċess ta' trattament bis-sħana ta' mill-anqas 70 °C għal mill-anqas 60 minuta u għandhom ikunu ġew suġġetti għal tnaqqis ta' batterji li jifformaw l-ispori u ta' formazzjoni ta' tossina, fejn dawn ikunu identifikati bħala periklu rilevanti.

(c)

Iżda l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-użu ta' parametri oħra ta' proċessi standardizzati flok dawk imsemmijin fil-punt (b), bil-kondizzjoni li min japplika juri li parametri bħal dawn jiżguraw li jitnaqqsu r-riskji bijoloġiċi.

Dak il-wiri għandu jinkludi validazzjoni, li għandha ssir kif ġej:

(i)

Identifikazzjoni u l-analiżi tal-perikli possibbli, inkluż l-impatt tal-materjal użat, ibbażati fuq definizzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet ta' pproċessar, u fuq valutazzjoni tar-riskju li tevalwa kif jinkisbu fil-prattika l-kondizzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar f'sitwazzjonijiet normali u atipiċi.

(ii)

Validazzjoni tal-proċess previst

(ii-1)

billi jitkejjel it-tnaqqis tal-vijabbiltà/l-infettività ta' organiżmi indikaturi endoġeni waqt il-proċess, fejn l-indikatur ikun:

konsistentement preżenti fil-materja prima f'għadd kbir,

mhux anqas reżistenti għall-aspetti letali tal-proċess ta' trattament, iżda wkoll mhux aktar reżistenti b'mod sinifikanti mill-patoġeni li għalihom ikun qed jintuża biex ikun ta' monitoraġġ,

relattivament faċli li jkun ikkwantifikat u relattivament faċli li jkun identifikat u kkonfermat; jew

(ii-2)

billi jitkejjel it-tnaqqis tal-vijabbiltà/l-infettività, matul l-espożizzjoni, ta' organiżmu jew virus ta' ttestjar karatterizzat sewwa u mdaħħal f'korp ta' ttestjar adatt fil-materjal tal-bidu.

(iii)

Il-validazzjoni msemmija fil-punt (ii) għandha turi li l-proċess jikseb b'mod ġenerali t-tnaqqis tar-riskju kif ġej:

għal proċessi termali u kimiċi bi tnaqqis ta' Enterococcus faecalis b'mill-anqas 5 log10 u bi tnaqqis ta' titre tal-infettività ta' virus reżistenti għas-sħana bħal parvovirus, fejn dawn ikunu identifikati bħala ta' periklu rilevanti, b'mill-anqas 3 log10,

għal proċessi kimiċi wkoll bi tnaqqis ta' parassiti reżistenti bħall-bajd ta' ascaris sp. b'mill-anqas 99,9 % (3 log10) ta' stadji vijabbli.

(iv)

Tfassil ta' programm ta' kontroll komplut li jinkludi proċeduri għall-monitoraġġ tal-proċess.

(v)

Miżuri li jiżguraw il-monitoraġġ u s-superviżjoni kontinwi tal-parametri rilevanti tal-proċess stabbiliti fil-programm ta' kontroll meta l-impjant ikun qed jitħaddem.

Dettalji dwar il-parametri rilevanti tal-proċess użati f'impjant, kif ukoll punti kritiċi oħra ta' kontroll għandhom ikunu rreġistrati u miżmuma biex is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant tagħhom u l-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu monitoraġġ tat-tħaddim tal-impjant. Informazzjoni relatata ma' proċess awtorizzat f'dan il-punt għandha tkun tista' tinkiseb mill-Kummissjoni meta din titlobha;

(d)

Kampjuni rappreżentattivi tad-demel meħuda matul jew eżatt wara l-ipproċessar fl-impjant għall-monitoraġġ tal-proċess għandhom ikunu konformi mal-istandards li ġejjin:

 

Escherichia coli: n = 5, c = 5, m= 0, M= 1 000 f'1 g;

jew

 

Enterococaceae: n = 5, c = 5, m = 0, M= 1 000 f'1 g;

u

 

Kampjuni rappreżentattivi tad-demel meħudin matul jew waqt il-ħruġ mill-ħżin fl-impjant tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-bijogass jew tal-kompost għandhom ikunu konformi mal-istandards li ġejjin:

Salmonella: nieqsa f'25 g: n = 5; c = 0; m = 0; M = 0

fejn:

n

=

l-għadd ta' kampjuni għall-ittestjar,

m

=

il-valur limitu tal-għadd ta' batterji; ir-riżultat jitqies sodisfaċenti jekk l-għadd ta' batterji fil-kampjuni kollha ma jaqbizx m;

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji; ir-riżultat jitqies mhux sodisfaċenti jekk l-għadd ta' batterji f'kampjun wieħed jew aktar ikun M jew iżjed; u

c

=

l-għadd ta' kampjuni li l-ammont ta' batterji fihom jista' jkun bejn m u M, u l-kampjun jibqa' jitqies aċċettabbli jekk l-għadd ta' batterji fil-kampjuni l-oħra jkun m jew anqas.

Demel ipproċessat jew prodotti tad-demel ipproċessat li ma jkunux konformi mal-istandards f'dan il-punt għandhom jitiqesu bħala mhux ipproċessati;

(e)

Huma għandhom jinħażnu b'tali mod li ladarba jkunu pproċessati, il-kontaminazzjoni jew l-infezzjoni sekondarja u l-umidità jkunu mill-anqas. Għalhekk għandhom jinħażnu:

(i)

f'sajlos issiġillati sewwa u iżolati jew f'barrakki tal-ħżin mibnijin tajjeb; jew

(ii)

f'pakketti ssiġillati sewwa, bħal boroż tal-plastik jew “boroż kbar”.

KAPITOLU II

REKWIŻITI GĦAL ĊERTI FERTILIZZANTI ORGANIĊI U MATERJALI LI JTEJBU L-ĦAMRIJA

Taqsima 1

Kondizzjonijiet għall-produzzjoni

1.

Fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija, minbarra demel, kontenut tal-kanal tad-diġestjoni, kompost, ħalib, prodotti b'bażi tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib, kolostru, prodotti tal-kolostru u residwi ta' diġestjoni mit-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali jew ta' prodotti derivati f'bijogass, għandhom jinħadmu:

(a)

bl-applikazzjoni tal-metodu ta' pproċessar 1 (sterilizzazzjoni bil-pressjoni), meta jintuża materjal tal-Kategorija 2 bħala materjal tal-bidu;

(b)

bl-użu ta' proteina pproċessata tal-annimali li tkun inħadmet minn materjal tal-Kategorija 3 skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X, jew ta' materjali li jkunu ġew suġġetti għal trattament ieħor, fejn materjali bħal dawn ikunu jistgħu jintużaw għal fertilizzanti organiċi u għal materjali li jtejbu l-ħamrija skont dan ir-Regolament; jew

(c)

bl-applikazzjoni ta' kull metodu ta' pproċessar minn 1 sa 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV, meta jintuża materjal tal-Kategorija 3 bħala materjal tal-bidu li ma jintużax għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali.

2.

Fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija li jkunu magħmulin jew li jkunu nħadmu minn laħam mitħun u l-għadam ġej minn materjal tal-Kategorija 2 jew mill-proteina pproċessata tal-annimali, għandhom jitħalltu, fi stabbiliment jew f'impjant reġistrati, ma' proporzjon minimu suffiċjenti ta' komponent li jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-prodott għandu jiġi applikat lill-art, biex ikun eskluż l-użu sussegwenti tat-taħlita bħala għalf.

3.

L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-komponent imsemmi fil-punt 2 skont dan li ġej:

(a)

il-komponent għandu jkun magħmul minn ġir, demel, awrina, kompost jew residwi tad-diġestjoni mit-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali f'bijogass jew sustanzi oħra, bħal fertilizzanti minerali, li ma jintużawx f'għalf għall-annimali u li jeskludu l-użu sussegwenti tat-taħlita bħala għalf skont prattika agrikola tajba;

(b)

il-komponent għandu jkun stabbilit abbażi ta' valutazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-klima u tal-ħamrija għall-użu tat-taħlita bħala fertilizzant, fuq indikazzjonijiet li l-komponent jirrendi t-taħlita għall-annimali mingħajr palat jew tkun xort'oħra effikaċi biex ma tħallix li jsir użu ħażin mit-taħlita bħala għalf u skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn ikun japplika, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, għall-ħarsien tal-ambjent fir-rigward tal-ħarsien tal-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art.

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel lista tal-komponenti awtorizzati li jistgħu jinkisbu mill-Kummissjoni u minn Stati Membri oħra meta jitolbuhom.

4.

Iżda r-rekwiżiti msemmijin fil-punt 2 ma għandhomx japplikaw:

(a)

għal fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija li jkunu f'pakketti lesti għall-bejgħ li ma jkunux jiżnu aktar minn 50 kg għall-konsumatur aħħari; jew

(b)

għal fertilizzanti u materjali li jtejbu l-ħamrija f'boroż kbar ta' mhux aktar minn 1 000 kg fil-piż, li fuq il-pakketti tagħhom ikun indikat li l-fertilizzanti organiċi mhumiex maħsubin għal art li annimali mrobbijin fi rziezet ikollhom aċċess għaliha, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fertilizzant organiku jew il-materjal g]at-titjib tal-ħamrija jkollhom ikunu applikati fl-art, tkun awtorizzat l-użu ta' boroż kbar bħal dawk abbażi ta' valutazzjoni dwar il-probabbiltà li potenzjalment il-materjali jintu\aw minflok f'irżiezet li jżommu l-annimali jew f'art li annimali mrobbijin fi rziezet ikollhom aċċess għaliha.

5.

Produtturi ta' fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija għandhom jiżguraw li ssir dekontaminazzjoni tal-patoġeni qabel ma dawn jitqiegħdu fis-suq, skont:

il-Kapitolu I tal-Anness X, fil-każ ta' proteina pproċessata tal-annimali jew ta' prodotti derivati minn materjal tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3;

it-Taqsima 3 tal-Kapitolu III tal-Anness V fil-każ ta' kompost u residwi tad-diġestjoni mit-trasformazzjoni f'bijogass ta' prodotti sekondarji tal-annimali jew ta' prodotti derivati.

Taqsima 2

Ħżin u trasport

Wara l-ipproċessar jew it-trasformazzjoni, il-fertilizzanti organiċi u l-materjali li jtejbu l-ħamrija għandhom jinħażnu sewwa u jiġu ttrasportati:

(a)

fi kwantitajiet, f'kondizzjonijiet adatti li ma jħallux li jkun hemm kontaminazzjoni;

(b)

ippakkjati jew imqiegħda f'boroż kbar, fil-każ ta' fertilizzanti organiċi jew ta' materjali li jtejbu l-ħamrija maħsubin biex jinbiegħu lill-utenti finali; jew

(c)

fil-każ ta' ħżin f'razzett, fi spażju adegwat ta' ħżin li ebda annimal imrobbi fir-razzett ma jkollu aċċess għalih.


ANNESS XII

PRODOTTI INTERMEDJI

Skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni u t-tranżitu fl-Unjoni ta’ prodotti intermedji:

1.

L-importazzjoni u t-tranżitu ta’ prodotti intermedji għandhom ikunu awtorizzati, bil-kondizzjoni li:

(a)

ikunu dderivati mill-materjali li ġejjin:

(i)

materjal tal-Kategorija 3, minbarra materjali msemmijin fl-Artikolu 10 (c), (n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(ii)

prodotti ġġenerati mill-annimali msemmijin fl-Artikolu 10 (i), (l) u (m) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; jew

(iii)

taħlitiet tal-materjali msemmijin fil-punti (i) u (ii);

(b)

fil-każ ta’ prodotti intermedji maħsubin għall-produzzjoni tat-tagħmir mediku, tagħmir mediku dijanjostiku in vitro u reaġenti tal-laboratorju, ikunu dderivati minn:

(i)

materjali li jissodisfaw il-kriterji msemmijin fil-punt (a), ħlief dawk li jistgħu jkunu oriġinaw minn annimali li jkunu tqiegħdu għal trattament illegali kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 96/22/KE jew fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/23/KE;

(ii)

materjal tal-Kategorija 2 msemmi fl-Artikolu 9 (f) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; jew

(iii)

taħlitiet tal-materjali msemmijin fil-punti (i) u (ii);

(c)

fil-każ ta’ prodotti intermedji maħsubin għall-produzzjoni tat-tagħmir mediku attiv impjantabbli, prodotti mediċinali u prodotti mediċinali veterinarji, ikunu ġejjin mill-materjali msemmijin fil-punt (b), fejn l-awtorità kompetenti tqis li l-użu ta’ materjali bħal dawn ikun ġustifikat għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-annimali;

(d)

jiġu minn pajjiż terz elenkat bħala membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE) fil-bullettin tal-OIE;

(e)

jiġu minn stabbiliment jew impjant reġistrat jew approvat mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz imsemmi fil-punt (d), skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2;

(f)

kull konsenja jkollha magħha dikjarazzjoni tal-importatur skont id-dikjarazzjoni mudell stabbilita fil-Kapitolu 20 tal-Anness XV, li għandha tkun mill-anqas f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih għandha ssir l-ispezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tal-Istat Membru tad-destinazzjoni; dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ lingwi oħra u jitolbu traduzzjonijiet uffiċjali għal dikjarazzjonijiet f’lingwi oħra bħal dawn;

(g)

fil-każ ta’ materjali msemmijin fil-punt (b), l-importatur juri lill-awtorità kompetenti li l-materjali:

(i)

ma jġibux magħhom xi riskju ta’ tixrid ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali; jew

(ii)

jinġarru f’kondizzjonijiet li ma jħallux it-tixrid ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali.

2.

Stabbiliment jew impjant jista’ jkun irreġistrat jew approvat mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz, kif imsemmi fil-punt 1(e), bil-kondizzjoni li:

(a)

l-operatur jew is-sid tal-impjant jew ir-rappreżentant tiegħu:

(i)

juri li l-impjant ikollu faċilitajiet adegwati għat-trasformazzjoni tal-materjali msemmijin fil-punt 1(a), (b) jew (c), skont il-każ, biex ikun żgurat li jittlestew id-disinn, it-trasformazzjoni u l-istadji ta’ manifattura neċessarji;

(ii)

jistabbilixxi u jimplimenta metodi ta’ monitoraġġ u verifika tal-punti kritiċi ta’ kontroll abbażi tal-proċess użat;

(iii)

iżomm rekord tal-informazzjoni miksuba skont il-punt (ii) għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn biex tintbagħat lill-awtorità kompetenti;

(iv)

jgħarraf lill-awtorità kompetenti jekk xi informazzjoni li jkun hemm tikxef l-eżistenza ta’ riskju serju għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tagħmel, f’intervalli regolari, spezzjonijiet tal-istabbiliment jew tal-impjant u tagħmel superviżjoni tal-impjant skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-frekwenza tal-ispezzjonijiet u s-superviżjoni għandha tiddependi mid-daqs tal-impjant, it-tip ta’ prodotti mmanifatturati, il-valutazzjoni tar-riskju u l-garanziji offruti, abbażi ta’ sistema ta’ verifiki li tkun ġiet stabbilita skont il-prinċipji tal-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP);

(ii)

jekk l-ispezzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti tikxef li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jkunux qed jitħarsu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni xierqa;

(iii)

l-awtorità kompetenti għandha tagħmel lista ta’ stabbilimenti jew impjanti approvati jew reġistrati skont dan l-Anness, u għandha tassenja numru uffiċjali lil kull impjant, li jidentifika l-istabbiliment jew l-impjant fir-rigward tan-natura tal-attivitajiet tiegħu; dik il-lista u l-emendi li jkun hemm wara għandhom jintbagħtu lill-Istat Membru fejn ikollha ssir l-ispezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera u lill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

3.

Il-prodotti intermedji importati fl-Unjoni għandhom ikunu eżaminati fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/78/KE u ttrasportati direttament mill-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera jew lil:

(a)

stabbiliment jew impjant reġistrat għall-produzzjoni tal-prodotti derivati msemmijin fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, fejn il-prodotti intermedji għandhom imbagħad jitħalltu aktar, jintużaw għall-kisi, jintgħaqdu, ikunu ppakkjati jew jitwaħħlulhom it-tikketti qabel ma jitqiegħdu fis-suq jew għal servizzi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-prodott derivat;

(b)

stabbiliment jew impjant li jkun ġie approvat għall-ħżin ta’ prodotti sekondarji tal-annimali skont l-Artikolu 24(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, minn fejn ikollhom jintbagħtu biss lil stabbiliment jew impjant imsemmi f’(a) ta’ dan il-punt għall-użijiet imsemmijin f’(a).

4.

Prodotti intermedji fi tranżitu mill-Unjoni għandhom jinġarru skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE.

5.

Il-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera konċernata għandu jgħarraf lill-awtorità responsabbli mill-istabbiliment jew mill-impjant fil-post tad-destinazzjoni dwar il-konsenja permezz tas-sistema TRACES.

6.

L-operatur jew is-sid tal-istabbiliment jew tal-impjant ta’ destinazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jżomm rekords skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u għandu jagħti lill-awtorità kompetenti meta titlobhomlu d-dettalji meħtieġa dwar bejgħ, xiri, użijiet, stokkijiet u rimi tal-prodotti intermedji żejda għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.

7.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura, skont id-Direttiva 97/78/KE, li l-konsenji ta’ prodotti intermedji jintbagħtu mill-Istat Membru fejn ikollha ssir l-ispezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera lill-impjant ta’ destinazzjoni, kif imsemmi fil-punt 3 jew, fil-każ ta’ tranżitu, fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ ħruġ.

8.

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel verifiki dokumentati f’intervalli regolari għall-fini ta’ rikonċiljazzjoni, min-naħa l-waħda, tal-kwantitajiet ta’ prodotti intermedji importati u, min-naħa l-oħra, tal-kwantitajiet imqiegħdin fl-istokk, użati, mibgħutin jew mormijin, biex tivverifika l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

9.

Għal konsenji ta’ prodotti intermedji fi tranżitu, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ dħul u ta’ ħruġ rispettivament għandhom jikkooperaw kif ikun meħtieġ biex ikun żgurat li jsiru verifiki effikaċi u biex tkun żgurata t-traċċabbiltà ta’ konsenji bħal dawn.


ANNESS XIII

IKEL GĦALL-ANNIMALI DOMESTIĊI U ĊERTI PRODOTTI OĦRA DERIVATI

KAPITOLU I

Rekwiżiti ġenerali

Impjanti u stabbilimenti tal-ikel għall-annimali domestiċi jew impjanti li jipprodu'u prodotti derivati msemmijin f'dan l-Anness għandu jkollhom faċilitajiet adegwati għal:

(a)

ħżin u trattament ta' materjal li jidħol f'kondizzjonijiet li ma jħallux jidħlu riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali;

(b)

rimi ta' prodotti sekondarji tal-annimali mhux użati u ta' prodotti derivati li jifdal wara l-produzzjoni, jekk il-materjal mhux użat ma jintbagħatx għall-ipproċessar jew għar-rimi lil stabbiliment jew lil impjant ieħor, skont dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

Rekwiżiti speċifiċi għal ikel għall-annimali domestiċi, inklużi affarijiet tat-tgerrim mill-klieb

1.   Ikel nej għall-annimali domestiċi

Operaturi jistgħu jimmanifatturaw biss ikel nej għall-annimali domestiċi minn materjal tal-Kategorija 3 msemmi fl-Artikolu 10(a) u fl-Artikolu 10(b)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Ikel nej għall-annimali domestiċi għandu jkun ippakkjat f'pakketti li ma jħallu jkun hemm ebda tnixxija.

Għandhom jittieħdu miżuri effikaċi biex ikun żgurat li l-prodott ma jkunx espost għall-kontaminazzjoni tul il-katina tal-produzzjoni u sal-punt tal-bejgħ.

2.   Materja prima għal ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi u għal affarijiet tat-tgerrim mill-klieb

Operaturi jistgħu jimmanifatturaw ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi u affarijiet tat-tgerrim mill-klieb biss minn:

(a)

materjal tal-Kategorija 3, minbarra materjal imsemmi fl-Artikolu 10(n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u

(b)

fil-każ ta' ikel għall-annimali domestiċi importat jew għal ikel għall-annimali domestiċi magħmul minn materjali importati, minn materjal tal-Kategorija 1 li jkun jikkomprendi prodotti sekondarji tal-annimali ġejjin minn annimali li jkunu tqiegħdu għal trattament illegali kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 96/22/KE jew fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/23/KE.

3.   Ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi

(a)

Ikel għall-annimali domestiċi fil-laned għandu jkun suġġett għal trattament bis-sħana sa valur Fc minimu ta' 3.

(b)

Ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi minbarra dak fil-laned għandu jkun:

(i)

suġġett għal trattament bis-sħana ta' mill-anqas 90 °C fis-sustanza kollha tal-prodott aħħari;

(ii)

suġġett għal trattament bis-sħana ta' mill-anqas 90 °C tal-ingredjenti li joriġinaw mill-annimali; jew

(iii)

jinħadem fir-rigward ta' materjali ta' għalf li joriġinaw mill-annimali bl-użu esklussiv:

ta' prodotti sekondarji tal-annimali jew ta' prodotti derivati minn laħam jew minn minn prodotti tal-laħam li jkunu ġew suġġetti għal trattament bis-sħana ta' mill-anqas 90 °C fis-sustanza kollha tagħhom;

tal-prodotti derivati li ġejjin li jkunu nħadmu skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament: ħalib u prodotti b'bażi tal-ħalib, ġelatina, proteina idrolizzata, prodotti tal-bajd, kollaġini, prodotti tad-demm imsemmijin fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness X, proteina pproċessata tal-annimali, inklużi ħut mitħun, xaħam imdewweb, żjut tal-ħut, fosfat tad-dikalċju, fosfat tat-trikalċju jew interjuri għat-taħwir;

(iv)

jekk awtorizzat mill-awtorità kompetenti, ikun suġġett għal trattament bħal tnixxif jew fermentazzjoni, li jiżgura li l-ikel għall-annimali domestiċi ma jġibx riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali;

(v)

fil-każ ta' prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 10(l) u (m) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u fil-każ ta' prodotti sekondarji tal-annimali ġġenerati minn annimali akkwatiċi, invertebrati akkwatiċi u terrestri, u jekk ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti, ikun suġġett għal trattament li jiżgura li l-ikel għall-annimali domestiċi ma jġibx riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali.

Wara l-produzzjoni, għandha tittieħed kull prekawzjoni biex ikun żgurat dan l-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi ma jkunx espost għall-kontaminazzjoni.

L-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi għandu jitqiegħed f'ippakkjar ġdid.

4.   Affarijiet tat-tgerrim mill-klieb għandhom ikunu suġġetti għal trattament li jkun suffiċjenti biex jeqred organiżmi patoġeniċi, inkluża s-salmonella.

Wara dak it-trattament, għandha tittieħed kull prekawzjoni biex ikun żgurat li dawn l-affarijiet tat-tgerrim mill-klieb ma jkunux esposti għall-kontaminazzjoni.

L-affarijiet tat-tgerrim mill-klieb għandhom jitqiegħdu f'ippakkjar ġdid.

5.   Kampjuni każwali għandhom jittieħdu minn affarijiet tat-tgerrim mill-klieb u minn ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi, minbarra ikel għall-annimali domestiċi fil-landa u minbarra ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi bħal dak li jkun ġie ttrattat skont il-punt 3(b)(v), matul il-produzzjoni u/jew matul il-ħżin (qabel id-dispaċċ) biex tkun ivverifikata l-konformità mal-istandards li ġejjin:

 

Salmonella: nieqsa f'25 g, n = 5, c = 0, m = 0, M = 0.

 

Enterobacteriacae: n = 5, ċ = 2, m = 10, M = 300 f'1 g

Fejn:

n

=

l-għadd ta' kampjuni għall-ittestjar,

m

=

il-valur limitu tal-għadd ta' batterji; ir-riżultat għandu jitqies sodisfaċenti jekk l-għadd ta' batterji fil-kampjuni kollha ma jaqbiżx m;

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji; ir-riżultat għandu jitqies mhux sodisfaċenti jekk l-għadd ta' batterji f'kampjun wieħed jew aktar ikun M jew iżjed; u

c

=

l-għadd ta' kampjuni li l-għadd ta' batterji fihom jista' jkun bejn m u M, il-kampjun għandu jibqa' jitqies aċċettabbli jekk l-għadd ta' batterji fil-kampjuni l-oħra jkun m jew anqas.

6.   Kampjuni każwali għandhom jittieħdu minn ikel nej għall-annimali domestiċi matul il-produzzjoni u/jew matul il-ħżin (qabel id-dispaċċ) biex tkun ivverifikata l-konformità mal-istandards li ġejjin:

 

Salmonella: nieqsa f'25 g, n = 5, c = 0, m = 0, M = 0.

 

Enterobacteriacae: n = 5, c = 2, m = 10, M = 5 000 f'1 g

Fejn:

n

=

l-għadd ta' kampjuni għall-ittestjar,

m

=

il-valur limitu tal-għadd ta' batterji; ir-riżultat għandu jitqies sodisfaċenti jekk l-għadd ta' batterji fil-kampjuni kollha ma jaqbiżx m;

M

=

il-valur massimu tal-għadd ta' batterji; ir-riżultat għandu jitqies mhux sodisfaċenti jekk l-għadd ta' batterji f'kampjun wieħed jew aktar ikun M jew iżjed; u

c

=

l-għadd ta' kampjuni li l-għadd ta' batterji fihom jista' jkun bejn m u M, il-kampjun għandu jibqa' jitqies aċċettabbli jekk l-għadd ta' batterji fil-kampjuni l-oħra jkun m jew anqas.

7.   Punt ta' tmiem għal ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi u għal affarijiet tat-tgerrim mill-klieb

Dawn li ġejjin jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament:

(a)

ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi

(i)

li jkun ġie mmanifatturat u ppakkjat fl-Unjoni skont il-punt 3 u li jkun ġie ttestjat skont il-punt 5; jew

(ii)

li jkun ġie suġġett għal verifiki veterinarji skont id-Direttiva 97/78/KE f'post ta' spezzjoni fil-fruntiera.

(b)

affarijiet tat-tgerrim mill-klieb

(i)

li jkunu ġew immanifatturati u ppakkjati fl-Unjoni skont il-punt 4 u li jkunu ġew ittestjat skont il-punt 5; jew

(ii)

li jkunu ġew suġġetti għal verifiki veterinarji skont id-Direttiva 97/78/KE f'post ta' spezzjoni fil-fruntiera.

KAPITOLU III

Rekwiżiti speċifiċi għall-interjuri għat-taħwir għall-manifattura ta' ikel għall-annimali domestiċi

1.

Operaturi jistgħu jużaw biss prodotti sekondarji tal-annimali li jistgħu jintużaw bħala materja prima għal ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi u affarijiet tat-tgerrim mill-klieb skont il-punt 2 tal-Kapitolu II għall-produzzjoni ta' prodotti derivati likwidi u deidratati użati biex itejbu l-kwalità tal-palat ta' ikel għall-annimali domestiċi.

2.

L-interjuri għat-taħwir għandhom ikunu tqiegħdu għal metodu u parametri ta' trattament, li jiżguraw li l-prodott ikun konformi mal-istandards mikrobijoloġiċi stabbiliti fil-punt 5 tal-Kapitolu II ta' dan l-Anness. Wara t-trattament, għandha tittieħed kull prekwazzoni biex ikun żgurat li l-prodott ma jkunx espost għal kontaminazzjoni.

3.

Il-prodott finalii għandu jkun:

(a)

ippakkjat f'pakketti ġodda jew sterilizzati; jew

(b)

ikun ittrasportat fi kwantitajiet f'kontenituri jew b'mezzi oħra ta' trasport li jkunu tnaddfu sewwa u ddiżinfettati.

KAPITOLU IV

Rekwiżiti speċifiċi għal demm u prodotti tad-demm ta' ekwidi

It-tqegħid fis-suq ta' demm u prodotti tad-demm ta' ekwidi għal finijiet minbarra ta' għalf għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.

Demm jista' jitqiegħed fis-suq għal finijiet bħal dawk bil-kondizzjoni li jkun inġabar:

(a)

minn ekwidi li:

(i)

waqt spezzjoni fid-data tal-ġbir tad-demm ma wrewx sinjali kliniċi ta' xi waħda mill-mardiet li għandhom ikunu nnotifikati b'mod obbligatorju, elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/156/KE, u tal-influwenza ekwina, piroplasmożi ekwina, rinopnewmonitis ekwina u artrite virali ekwina, elenkati fil-punt 4 tal-Artikolu 1.2.3. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, l-edizzjoni tal-2010;

(ii)

ikunu nżammu għal perjodu ta' mill-anqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tad-demm u matulha f'azjendi b'superviżjoni veterinarja li ma kinux suġġetti għal ordni ta' projbizzjoni skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2009/156/KE jew għal restrizzjonijiet skont l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva;

(iii)

għall-perjodi stabbiliti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2009/156/KE ma ġewx f'kuntatt ma' ekwidi minn azjendi li kienu suġġetti għal ordni ta' projbizzjoni għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali skont dak l-Artikolu; u għal perodu ta' mill-anqas 40 jum qabel il-ġbir tad-demm u matulha ma ġewx f'kuntatt ma' ekwidi minn Stat Membru jew minn pajjiż terz mhux meqjusin ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva;

(b)

b'superviżjoni veterinarja:

(i)

f'biċċeriji reġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004; jew

(ii)

f'faċilitajiet approvati, li jkunu ngħataw numru ta' approvazzjoni veterinarja mill-awtorità kompetenti biex jiġbru demm ta' ekwidi għall-produzzjoni ta' prodotti tad-demm għal finijiet minbarra dawk ta' għalf.

2.

Prodotti tad-demm jistgħu jitqiegħdu fis-suq għal finijiet bħal dawn bil-kondizzjoni li:

(a)

ikunu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex tkun evitata l-kontaminazzjoni tal-prodotti tad-demm minn aġenti patoġeniċi matul il-produzzjoni, l-immaniġġar u l-ippakkjar;

(b)

il-prodotti tad-demm ikunu nħadmu minn demm li:

(i)

jew jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1(a); jew

(ii)

ikun ġie suġġett għal mill-anqas wieħed minn dawn it-trattamenti li ġejjin, segwit minn verifika għall-effikaċja, biex patoġeni kawżattivi possibbli jisfaw inattivi għall-marda Afrikana taż-żwiemel, l-enċefalomjelite ekwina ta' kull tip, inkluża l-enċefalomjelite ekwina tal-Veneżwela, l-anemija ekwina infettiva, l-istomatite vesikulari u l-glanders (Burkholderia mallei):

trattament bis-sħana f'temperatura ta' 65 °C għal mill-anqas tliet sigħat;

irradjazzjoni ta' 25 kGy b'raġġi gamma;

bidla f'pH għal pH 5 għal sagħtejn;

trattament bis-sħana ta' mill-inqas 80 °C fis-sustanza kollha tiegħu.

3.

Demm u prodotti tad-demm ta' ekwidi għandhom ikunu ppakkjati f'kontenituri ssiġillati u impermeabbli li, fil-każ ta' demm ta' ekwidi, ikollhom in-numru tal-approvazzjoni tal-biċċerija jew tal-istabbiliment tal-ġbir imsemmija fil-punt 1(b).

KAPITOLU V

Rekwiżiti speċifiċi għal ġlud ta' ungulati u għal prodotti derivati minnhom

A.   Stabbilimenti u impjanti

L-awtorità kompetenti tista' tawtorizza impjanti li jimmaniġġaw ġlud, inklużi ġlud ittrattati bil-ġir, biex jissupplixu fdalijiet tal-qtugħ u laqx ta' dawn il-ġlud għall-produzzjoni tal-ġelatina għall-konsum mill-annimali, ta' fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija, bil-kondizzjoni li:

(a)

l-impjant ikollu kmamar għall-ħażna b'art iebsa u ħitan lixxi li jkunu faċli jitnaddfu u jkunu ddiżinfettati u, fejn ikun jixraq, ikun ipprovdut b'faċilitajiet ta' refriġerazzjoni;

(b)

il-kmamar tal-ħażna jinżammu fi stat sodisfaċenti ta' ndafa u f'kondizzjoni tajba, biex ma jkunux kawża ta' kontaminazzjoni għall-materja prima;

(c)

jekk il-materja prima li ma tkunx konformi ma' dan il-Kapitolu tinħażen u/jew tkun ipproċessata f'dan il-bini, għandha tinzamm separata mill-materja prima li tkun konformi ma' dan il-Kapitolu tul il-perjodu kollu minn meta titwassal, tinħażen, tkun ipproċessata u tinħareġ;

(d)

fil-każ ta' fdalijiet tal-qtugħ u laqx li ġejjin minn ġlud ittrattati bil-ġir, il-fdalijiet tal-qtugħ u l-laqx jintbagħtu għal trattament li jiżgura li ma jkunx baqa' riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali qabel ma jintużaw għall-produzzjoni ta':

(i)

ġelatina għall-konsum mill-annimali; jew

(ii)

fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija.

B.   Tqegħid fis-suq ta' prodotti sekondarji tal-annimali u ta' prodotti derivati

1.

Ġlud mhux ittrattati jistgħu jitqiegħdu fis-suq suġġetti għall-kondizzjonijiet tas-saħħa applikabbli għal laħam frisk skont id-Direttiva 2002/99/KE.

2.

Ġlud ittrattati jistgħu jitqiegħdu fis-suq, bil-kondizzjoni li:

(a)

ma jkunux ġew f'kuntatt ma' prodotti oħra ta' annimali jew ma' annimali ħajjin li jippreżentaw riskju ta' tixrid ta' marda serja li tittieħed; u

(b)

id-dokument kummerċjali stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness VIII jkollu dikjarazzjoni li tindika li jkunu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex tkun evitata l-kontaminazzjoni minn aġenti patoġeniċi.

C.   Punt ta' tmiem għall-ġlud

1.

Ġlud ta' ungulati li abbażi tad-deċiżjoni ta' operatur ikunu maħsubin għal finijiet minbarra ta' konsum mill-bniedem, u li jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal materja prima għall-ġelatina jew il-kollaġini maħsuba biex jintużaw fl-ikel, jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament.

2.

Il-ġlud ittrattati li ġejjin jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament:

(a)

ġlud li jkun sarilhom il-proċess sħiħ ta' ikkunzar;

(b)

ġlud ibbanjati f'aċidu tal-kromju;

(c)

“ġlud għadhom bil-pil imnaddfin bl-aċidu”

(d)

ġlud ittrattati bil-ġir (ittrattati bil-ġir u fis-salmura f'pH ta' 12 sa 13 għal mill-anqas tmien sigħat).

3.

B'deroga mill-punt C.2, l-awtorità kompetenti tista' tesiġi li l-konsenji ta' ġlud ittrattati msemmijin fil-punt 2(c) u (d) ikollhom magħhom dokument kummerċjali skont il-mudell stabbilit fil-punt 6 tal-Kapitolu III tal-Anness VIII, meta jittieħdu fi stabbilimenti jew f'impjanti li jipproduċu ikel għall-annimali domestiċi, fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija jew li jittrasformaw dawk il-materjali f'bijogass.

KAPITOLU VI

Rekwiżiti speċifiċi għal trofej tal-kaċċa u għal tħejjijiet oħra ta' annimali

A.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu huma bla ħsara għall-miżuri għall-ħarsien tal-fawna salvaġġa adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 338/97.

B.   Użu ta' sorsi sikuri

Trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra ta' annimali, fejn għat-tħejjija, il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu tqiegħdu għal trattament jew ikunu ppreżentati fi stat li ma jġibx xi riskji għas-saħħa, jistgħu jitqiegħdu fis-suq, bil-kondizzjoni li joriġinaw minn:

(a)

speċijiet minbarra ungulati, għasafar u annimali tal-klassi bijoloġika Insecta jew Arachnida; u

(b)

annimali li joriġinaw f'żona li ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet minħabba li jkun hemm mard serju li jittieħed li annimali tal-ispeċijiet ikkonċernati jkunu suxxettibbli għalih.

C.   Trattament sikur

1.

Trofej tal-kaċċa jew tħejjijiet oħra ta' annimali, fejn għat-tħejjija, il-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu tqiegħdu għal trattament jew ikunu ppreżentati fi stat li ma jġibx xi riskji għas-saħħa, jistgħu jitqiegħdu fis-suq, bil-kondizzjoni li:

(a)

joriġinaw minn ungulati jew minn għasafar li jkun sarihom trattament sħiħ ta' bbalzmar li jiżgura l-preservazzjoni tagħhom f'temperaturi ambjentali;

(b)

ikunu ungulati jew għasafar immuntati jew partijiet ta' annimali bħal dawn immuntati;

(c)

kienu suġġetti għal tħejjija anatomika bħal l-plastinazzjoni; jew

(d)

ikunu annimali tal-klassi bijoloġika Insecta jew Arachnida li jkunu ġew suġġetti għal trattament bħal tnixxif għall-prevenzjoni ta' xi tixrid ta' mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali.

2.

Trofej tal-kaċċa jew tħejjijiet oħra, minbarra dawk imsemmijin fil-punti B u C.1, li jiġu minn annimali li joriġinaw f'żona suġġetta għal restrizzjonijiet minħabba li jkun hemm mard serju li jittieħed li annimali tal-ispeċijiet konċernati jkunu suxxettibbli għalih, jistgħu jitqiegħdu fis-suq, bil-kundizzjoni li:

(a)

fil-każ ta' trofej tal-kaċċa jew tħejjijiet oħra ta' għadam, qrun, qwieqeb, dwiefer, qrun imsaġġra jew snien biss,

(i)

dawn ikunu tgħarrqu f'ilma jagħli għal żmien biżżejjed biex ikun żgurat li titneħħa kull ħaġa oħra ħlief għadam, qrun, qwieqeb, dwiefer, qrun imsaġġra jew snien;

(ii)

kienu ddiżinfettati bi prodott awtorizzat mill-awtorità kompetenti, partikularment bil-perossidu tal-idroġenu għal partijiet magħmulin minn għadam;

(iii)

kienu ppakkjati, minnufih wara trattament, mingħajr ma ġew f'kuntatt ma' prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali li x'aktarx setgħu jikkontaminawhom, f'pakkett trasparenti u magħluq għal kull trofew jew tħejjija, biex tkun evitata kull kontaminazzjoni li seta' jkun hemm wara; u

(iv)

ikollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jiċċertifika li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i), (ii) u (iii) jkunu tħarsu;

(b)

f'każ ta' trofej tal-kaċċa jew tħejjijiet oħra magħmulin biss minn ġlud,

(i)

kienu

tnixxfu,

tmellħu fin-niexef jew f'ilma mielaħ għal perjodu ta' mill-anqas 14-il jum qabel id-data tad-dispaċċ, jew

ssuġġettati għal proċess ta' preservazzjoni minbarra dak tal-ikkunzar;

(ii)

kienu ppakkjati, minnufih wara trattament, mingħajr ma ġew f'kuntatt ma' prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali li x'aktarx setgħu jikkontaminawhom, f'pakkett trasparenti u magħluq għal kull trofew jew tħejjija, biex tkun evitata kull kontaminazzjoni li seta' jkun hemm wara; u

(iii)

ikollhom magħhom dokument kummerċjali jew ċertifikat tas-saħħa li jiċċertifika li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'(i) u (iii) kienu tħarsu.

KAPITOLU VII

Rekwiżiti speċifiċi għal suf, xagħar, lanżit tal-ħnieżer, rix, partijiet ta' rix u l-ewwel rix (down)

A.   Materja prima

1.

Suf mhux ittrattat, xagħar mhux ittrattat, lanżit tal-ħnieżer mhux ittrattat u rix mhux ittrattat, partijiet ta' rix u l-ewwel rix (down) għandhom ikunu ta' materjali tal-kategorija 3 msemmi fl-Artikolu 10(b) (iii), (iv) u (v) u fl-Artikolu 10(h) u (n) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Għandhom ikunu magħluqa fiż-żgur f'ippakkjar u nexfin.

Iżda fil-każ ta' rix mhux ittrattat, partijiet ta' rix u l-ewwel rix (down) mibgħuta direttament mill-biċċerija lill-impjant ta' proċessar, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti deroga mir-rekwiżit li l-materjali ttrasportati fit-territorju tagħha jitnixxfu, bil-kondizzjoni li:

(a)

jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun evitat it-tixrid possibli tal-mard;

(b)

it-trasport isir f'kontenituri u/jew f'vetturi waterproof li għandhom jitnaddfu u jkunu ddiżinfettati minnufih wara kull darba li jintużaw.

2.

Il-movimenti ta' lanżit tal-ħnieżer minn reġjuni li fihom id-deni Afrikan tal-ħnieżer jkun endemiku għandhom ikunu pprojbiti ħlief għal lanżit tal-ħnieżer li:

(a)

ikun tgħalla, mogħti l-kulur jew ibbliċjat; jew

(b)

ikun għadda minn xi għamla oħra ta' trattament li jkun ċert li joqtol l-aġenti patoġeniċi, bil-kondizzjoni li tintbagħat prova ta' dan fl-għamla ta' ċertifikat mill-veterinarju responsabbli għall-post ta' oriġini. Il-ħasil fil-fabbrika jista' ma jitqiesx bħala għamla ta' trattament għall-għanijiet ta' din id-dispożizzjoni.

3.

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 1 ma għandhomx japplikaw għal rix dekorattiv jew rix:

(a)

li jinġarru minn vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom; jew

(b)

fl-għamla ta' konsenji mibgħuta lil individwi privati għal għanijiet mhux industrijali.

B.   Punt ta' tmiem għal suf u xagħar

Suf u xagħar maħsulin fil-fabbrika, u suf u xagħar li jkunu ġew ittrattati b'metodu ieħor li jiżgura li ma jifdalx riskji mhux aċċettabbli, jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament.

Stati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' suf u xagħar mux ittrattati minn irżiezet jew minn stabbilimenti jew impjanti li jkunu ġew irreġistrati skont l-Artikolu 23 (i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew approvati skont l-Artikolu 24 (1)(i) tal-istess Regolament fit-territorju tagħhom mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament, jekk ikunu sodisfatti li ma jinqalgħux riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika u tal-annimali mis-suf u mix-xagħar.

C.   Punt ta' tmiem għal rix u l-ewwel rix (down)

Rix, partijiet ta' rix u l-ewwel rix (down) li jkunu nħaslu fil-fabbrika u ttrattati bi fwar jaħraq ta' 100o C għal mill-anqas 30 minuta jistgħu jitqiegħdu fis-suq mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament.

KAPITOLU VIII

Rekwiżiti speċifiċi għall-pil

Punt ta' tmiem

Pil li jkun tnixxef f'temperatura ambjentali ta' 18 °C għal jumejn f'umdità ta' 55 % jista' jitqiegħed fis-suq mingħajr restrizzjonijiet skont dan ir-Regolament.

KAPITOLU IX

Rekwiżiti speċifiċi għal prodotti sekondarji tal-apikultura

Prodotti sekondarji tal-apikultura maħsubina esklussivament għal użu fl-apikultura:

1.

ma għandhomx ikunu ġejjin minn żona li tkun suġġetta għal ordni ta' projbizzjoni għax ikun hemm:

(a)

batterji tal-larvi tan-naħal (Paenibacillus larvae larvae) tal-Amerika, ħlief fejn l-awtorità kompetenti tkun evalwat ir-riskju bħala negliġibbli, tkun ħarġet awtorizzazzjoni speċifika biex jintużaw biss f'dak l-Istat Membru, u tkun ħadet il-miżuri l-oħra kollha meħtieġa biex tiżgura li dik il-marda ma tinxteridx;

(b)

akarjożi (Acarapis woodi (Rennie)), ħlief fejn iż-żona ta' destinazzjoni tkun kisbet garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 92/65/KEE;

(c)

il-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs (Aethina tumida); jew

(d)

l-araknidi Tropilaelaps (Tropilaelaps spp); u

2.

għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 8(a) tad-Direttiva 92/65/KEE.

KAPITOLU X

Rekwiżiti speċifiċi għal xaħmijiet imdewba minn materjali tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 għal għanijiet oleokimiċi

1.

Xaħmijiet imdewba ġejjin minn materjal tal-Kategorija 1 jew minn materjal tal-Kategorija 2 li jkunu maħsuba għall-finijiet oleokimiċi għandhom jinħadmu billi jintużaw kwalunkwe mill-metodi ta' proċessar minn 1 sa 5 kif stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness V.

2.

Xaħmijiet imdewba ġejjin minn annimali li jixtarru għandhom jissaffew b'mod li l-livell massimu tal-impuritajiet kollha li ma jinħallux li jifdal ma jaqbiżx 0,15 % fil-piż.

KAPITOLU XI

Rekwiżiti speċifiċi għal derivattivi mix-xaħam

1.

Il-proċessi li ġejjin jistgħu jintużaw biex bihom isiru derivattivi minn xaħmijiet imdewba ġejjin minn materjal tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2:

(a)

transesterifikazzjoni jew idrolisi f'mill-anqas 200 °C, bi pressjoni korrispondenti adatta, għal 20 minuta (gliċerol, aċidi xaħmin u esteri);

(b)

saponifikazzjoni b'NaOH 12M (gliċerol u sapun):

(i)

bi proċess b'lottijiet f'temperatura ta' 95 °C għal tliet siegħat; jew

(ii)

bi proċess kontinwu ta' 140 °C 2 bars (2 000 hPa) għal tmien minuti; jew

(c)

idroġenizzazzjoni f'160 °C ta' 12-il bar (12 000 hPa) għal 20 minuta.

2.

Derivattivi mix-xaħam magħmul skont dan il-Kapitolu jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss:

(a)

biex jintużaw minbarra bħala għalf, kożmetiċi u prodotti mediċinali;

(b)

barra minn dan, fil-każ ta' derivattivi mix-xaħam minn materjal tal-Kategorija 1, biex jintużaw minbarra f'fertilizzanti organiċi u f'materjali li jtejbu l-ħamrija.

KAPITOLU XII

Rekwiżiti speċifiċi għal qrun u prodotti ta' qrun, eskluż qrun mitħun, u qwieqeb u prodotti ta' qwieqeb, eskluż qwieqeb mitħuna, maħsuba għall-produzzjoni ta' fertilizzanti organiċi jew ta' materjali li jtejbu l-ħamrija

It-tqegħid fis-suq ta' qrun u prodotti ta' qrun, eskluż qrun mitħun, u qwieqeb u prodotti ta' qwieqeb, eskluż qwieqeb mitħuna, maħsuba għall-produzzjoni ta' fertilizzanti organiċi jew ta' materjali li jtejbu l-ħamrija, għandu jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn għandhom joriġinaw minn annimali li:

(i)

ikunu nqatlu f'biċċerija, wara li jkunu għaddew minn spezzjoni ante-mortem u nstabu, b'riżultat ta' spezzjoni bħal dik, tajbin għall-qatla għall-konsum mill-bniedem skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jew

(ii)

ma kinux urew sinjali kliniċi ta' xi mard li jittieħed permezz tal-prodott mill-bnedmin jew annimali;

(b)

dawn għandhom ikunu għaddew minn trattament bis-sħana għal siegħa f'temperatura fil-qalba ta' mill-anqas 80 °C;

(c)

il-qrun għandhom jitneħħew mingħajr ma tinfetaħ il-kavità kranjali;

(d)

f'kull stadju tal-ipproċessar, ħżin jew trasport, għandha tittieħed kull prekawzjoni biex tkun evitata l-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor;

(e)

għandhom jitqiegħdu f'ippakkjar ġdid jew f'kontenituri ġodda; jew ittrasportati f'vetturi jew f'kontejners li jġorru bil-kwantità li jkunu ġew iddiżinfettati qabel it-tagħbija bl-użu ta' prodott approvat mill-awtorità kompetenti;

(f)

l-ippakkjar jew il-kontenituri għandhom:

(i)

jindikaw it-tip ta' prodott (bħal qrun, prodotti tal-qrun, qwieqeb jew prodotti tal-qwieqeb);

(ii)

ikunu mmarkati bl-isem u l-indirizz tal-istabbiliment jew tal-impjant approvat jew reġistrat ta' destinazzjoni.


ANNESS XIV

IMPORTAZZJONI, ESPORTAZZJONI U TRANŻITU

KAPITOLU I

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPORTAZZJONI GĦALL-UNJONI U GĦAT-TRANŻITU MINNHA TA’ MATERJAL TAL-KATEGORIJA 3 U TA’ PRODOTTI DERIVATI GĦAL UŻIJIET FIL-KATINA TAL-GĦALF MINBARRA BĦALA IKEL GĦALL-ANNIMALI DOMESTIĊI JEW BĦALA GĦALF GĦALL-ANNIMALI TAL-PIL

Taqsima 1

Kif imsemmi fl-Artikolu 41(1)(a) u fl-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal konsenji importati ta’ materjal tal-Kategorija 3 u ta’ prodotti derivati minnu għal użijiet fil-katina tal-għalf minbarra bħala ikel għall-annimali domestiċi jew bħala għalf għall-annimali tal-pil u għal konsenji ta’ materjali bħal dawn u għal prodotti fi tranżitu:

(a)

għandhom jikkonsistu jew ikunu nħadmu minn, skont il-każ, materjal tal-Kategorija 3 msemmi fil-kolonna “materja prima” tat-Tabella 1;

(b)

għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu stabbiliti fil-kolonna “kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu” tat-Tabella 1;

(c)

għandhom jiġu minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz ieħor elenkat fil-kolonna “Lista ta’ pajjiżi terzi” tat-Tabella 1; u

(d)

għandu jkollhom magħhom matul it-trasport sal-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-verifiki veterinarji ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-kolonna “ċertifikati/dokumenti mudell” tat-Tabella 1; jew

(e)

għandhom ikunu ppreżentati fil-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-verifiki veterinarji flimkien ma’ dokument li jkun jaqbel mal-mudell imsemmi fil-kolonna “ċertifikati/dokumenti mudell” tat-Tabella 1.

Tabella 1

Nru

Prodott

Materja prima (referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009)

Kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu

Listi ta’ pajjiżi terzi

Ċertifikati/dokumenti mudell

1

Proteina pproċessata tal-annimali

Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (a), (b), (d), (e), (f), (h), (i), (j), (k), (l) u (m).

(a)

Il-proteina pproċessata tal-annimali kellha tkun prodotta skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X; u

(b)

Il-proteina pproċessata tal-annimali għandha tkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitlu.

(a)

Fil-każ ta’ proteini pproċessati tal-annimali eskluż ħut mitħun:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(b)

Fil-każ ta’ ħut mitħun:

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

Anness XV, Kapitolu 1.

2

Prodotti tad-demm għal materjal ta’ għalf

Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (a) u (b)(i).

Il-prodotti tad-demm kellhom jiġu prodotti skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti tad-demm ta’ ungulati:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, li minnhom ikunu awtorizzati l-importazzjonijiet tal-kategoriji kollha ta’ laħam frisk tal-ispeċijiet rispettivi.

(b)

Fil-każ ta’ prodotti tad-demm ta’ speċijiet oħra:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

Anness XV, Kapitolu 4(B).

3

Xaħmijiet imdewba u żejt tal-ħuta

(a)

Fil-każ ta’ xaħmijiet imdewba, eskluż żejt tal-ħuta: Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (i), (j) u (k).

(b)

Fil-każ ta’ żejt tal-ħuta: Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (e), (f), (i) u (h).

(a)

Ix-xaħam imdewweb u ż-żejt tal-ħuta kellhom jinħadmu skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness X; u

(b)

Ix-xaħam imdewweb għandu jkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fit-Taqsima 3 ta’ dan il-Kapitolu.

(a)

Fil-każ ta’ xaħmijiet imdewba, eskluż żejt tal-ħuta:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(b)

Fil-każ ta’ żejt tal-ħuta:

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(a)

Fil-każ ta’ xaħmijiet imdewba, eskluż żejt tal-ħuta:

Anness XV, Kapitolu 10 (A).

(b)

Fil-każ ta’ żejt tal-ħuta:

Anness XV, Kapitolu 9.

4

Ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib, kolostru, prodotti tal-kolostru

(a)

Ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib:

Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (e), (f) u (h).

(b)

Kolostru, prodotti tal-kolostru

Materjali tal-Kategorija 3 minn annimali ħajjin li ma wrew ebda sinjal ta’ mard li jittieħed mill-kolostri mill-bnedmin jew mill-annimali.

Il-ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu.

(a)

Fil-każ tal-ħalib u prodotti b’bażi tal-ħalib:

Pajjiżi terzi awtorizzati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(b)

Fil-każ tal-kolostru, prodotti tal-kolostru:

Pajjiżi terzi elenkati bħala awtorizzati fil-kolonna “A” tar-l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010.

(a)

Fil-każ tal-ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib:

Anness XV, Il-Kapitolu 2(A)

(b)

Fil-każ tal-kolostru, prodotti tal-kolostru:

Anness XV, Kapitolu 2(B).

5

Ġelatina u proteina idrolizzata

Il-materjali tal-Kateogrija 3 imsemmija fl-Artikolu 10(a), (b), (e), (f), (g), (i) u (j), Ġelatina u proteina idrolizzata Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10 (d), (h) u (k).

Il-ġelatina u proteina idrolizzata li kellha tkun prodotta skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

(a)

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(KR) Il-Korea t'Isfel

(MY) Il-Malasja

(PK) Il-Pakistan

(TW) It-Tajwan.

(b)

(a)

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(a)

Fil-każ ta’ ġelatina u proteini idrolizzati mill-ħut:

Anness XV, Kapitolu 11.

(b)

Fil-każ tal-ġelatina:

Anness XV, Kapitolu 12.

6

Fosfat tad-dikalċju

Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (i), (j) u (k).

Il-fosfat tad-dikalċju kellu jkun prodott skont it-Taqsima 6 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(KR) Il-Korea t'Isfel

 

(MY) Il-Malasja

 

(PK) Il-Pakistan

 

(TW) It-Tajwan.

Anness XV, Kapitolu 12.

7

Fosfat tat-trikalċju

Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (i) u (k).

Il-fosfat tat-trikalċju kellu jkun prodott skont it-Taqsima 7 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(KR) Il-Korea t'Isfel

 

(MY) Il-Malasja

 

(PK) Il-Pakistan

 

(TW) It-Tajwan.

Anness XV, Kapitolu 12.

8

Kollaġini

Il-materjali tal-Kateogrija 3 imsemmija fl-Artikolu 10(a), (b), (e), (f), (g), (i) u (j).

Il-kollaġini kellha tkun prodotta skont it-Taqsima 8 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(KR) Il-Korea t'Isfel

 

(MY) Il-Malasja

 

(PK) Il-Pakistan

 

(TW) It-Tajwan.

Anness XV, Kapitolu 11.

9

Prodotti tal-bajd

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (e), (f) u (k)(ii).

Il-prodotti tal-bajd kellhom jinħadmu skont it-Taqsima 9 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur, bajd u prodotti tal-bajd, li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

Anness XV, Kapitolu 15.

Taqsima 2

Importazzjoni ta’ proteina pproċessata ta’ annimali

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali:

1.

Qabel ma l-konsenji jinħarġu għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti għandha tieħu kampjuni tal-proteina pproċessata tal-annimali minn konsenji importati fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ġenerali tal-Kapitolu I tal-Anness X.

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tieħu kampjun ta’ kull konsenja ta’ prodotti li jkunu nġarru fi kwantitajiet;

(b)

tieħu kampjuni każwali ta’ konsenji ta’ prodotti ppakkjati fl-impjant tal-manifattura ta’ oriġini.

2.

B’deroga mill-punt 1, meta sitt testijiet konsekuttivi fuq konsenji bil-kwantità li joriġinaw f’pajjiż terz partikulari jirriżultaw negattivi, l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tista’ tieħu kampjuni każwali ta’ konsenji bil-kwantità li jsiru wara minn dak il-pajjiż terz.

Jekk wieħed minn dawk il-kampjuni jirriżulta pożittiv, l-awtorità kompetenti li tieħu l-kampjuni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ oriġini biex din tkun tista’ tieħu miżuri xierqa biex tirrimedja s-sitwazzjoni.

L-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta’ oriġini għandha ġġib dawn il-miżuri għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti li tkun qed tieħu l-kampjuni.

Fil-każ ta’ riżultat pożittiv ieħor mill-istess sors, l-awtorità kompetenti tal-post tal-ispezzjoni fil-fruntiera għandha tieħu kampjuni ta’ kull konsenja mill-istess sors sakemm sitt testijiet konsekuttivi jerġgħu jirriżultaw negattivi.

3.

Awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekord għal mill-anqas tliet snin tar-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni li jkun sar tal-konsenji kollha li jkun itteħdilhom kampjun.

4.

Fejn ikun hemm prova li konsenja importata għall-Unjoni tkun pożittiva għas-salmonella jew fejn ma tissodisfax l-istandards mikrobijoloġiċi għal enterobacteriacae stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness X, hija għandha jew:

(a)

tkun ittrattata skont il-proċedura stabbiliti bl-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 97/78/KE; jew

(b)

tkun ipproċessata mill-ġdid f’impjant ta’ proċessar jew titneħħielha l-kontaminazzjoni bi trattament awtorizzat mill-awtorità kompetenti. Il-konsenja ma għandhiex titħalla tinħareġ sakemm tkun ġiet ittrattata, ittestjata għas-salmonella jew għal enterobacteriacae, kif meħtieġ, mill-awtorità kompetenti skont il-Kapitolu I tal-Anness X, u jinkiseb riżultat negattiv.

Taqsima 3

Importazzjoni ta’ xaħmijiet imdewba

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ xaħmijiet imdewba:

Xaħam imdewweb għandu:

(a)

ikun kollu jew parzjalment ġej minn materja prima tal-ħnieżer u ġej minn pajjiż terz jew minn parti tat-territorju ta’ pajjiż terz ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-24 xahar ta’ qabel, u ħieles mid-deni klassiku tal-ħnieżer u mid-deni Afrikan tal-ħnieżer għat-12-il xahar ta’ qabel;

(b)

ikun kollu jew parzjalment ġej minn materja prima ta’ tjur u ġej minn pajjiż terz jew minn parti tat-territorju ta’ pajjiż terz ħieles mill-marda ta’ Newcastle u mill-influwenza avjarja għas-sitt xhur ta’ qabel;

(c)

ikun kollu jew parzjalment ġej minn materja prima ta’ annimali li jixtarru u ġej minn pajjiż terz jew minn parti tat-territorju ta’ pajjiż terz ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-24 xahar ta’ qabel u ħieles mill-pesta bovina għat-12-il xahar ta’ qabel; jew

(d)

fejn tkun faqqgħet waħda mill-mardiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) matul il-perjodu rilevanti msemmi f’dawk il-punti, ikun ġie suġġett għal wieħed mit-tratamenti bis-sħana li ġejjin:

(i)

mill-anqas ta’ 70 °C għal mill-anqas 30 minuti. jew

(ii)

mill-anqas ta’ 90 °C għal mill-anqas 15-il minuta.

Dettalji tal-punti kritiċi ta’ kontroll għandhom ikunu rreġistrati minn operaturi u miżmuma biex is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti, ikunu jistgħu jagħmlu monitoraġġ ta’ kif jitħaddem l-impjant; u l-informazzjoni reġistrata għandha tinkludi d-daqs tal-partikola, it-temperatura kritika u, skont il-każ, il-ħin assolut, il-profil tal-pressjoni, ir-rata ta’ alimentazzjoni tal-materja prima u r-rata tar-riċiklaġġ tax-xaħam.

Taqsima 4

Importazzjoni ta’ ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru

A.

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti derivati mill-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru:

1.

Ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib għandhom:

(a)

ikunu għall-anqas ingħatalhom wieħed mit-trattamenti msemmijin fil-punti 1.1, 1.2, 1.3 u fil-punt (a) tal-punt B.1.4 tal-Parti I tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X;

(b)

ikunu konformi mal-punti B.2 u B.4, u, fil-każ ta’ xorrox, mal-punt B.3 tal-Parti I tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X.

2.

B’deroga mill-punt B.1.4 tal-Parti I tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X, ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib jistgħu jkunu importati minn pajjiżi terzi hekk awtorizzati fil-kolonna “A” tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010, bil-kondizzjoni li l-ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib jew prodotti derivati mill-ħalib ikunu ngħataw trattament wieħed ta’ HTST u:

(a)

ma jkunux intbagħtu bil-baħar qabel ma jkun għadda perjodu ta’ mill-anqas 21 jum wara l-produzzjoni, u matul dak il-perjodu ma jkunx seħħ każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż terz ta’ esportazzjoni; jew

(b)

ikunu ppreżentati għad-dħul f’post ta’ spezzjoni fil-fruntiera mill-anqas 21 jum wara l-produzzjoni u matul dak il-perjodu ma jkunx seħħ każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż terz ta’ esportazzjoni.

B.

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni tal-kolostru u prodotti tal-kolostru:

1.

Il-materjali għandhom ikunu ngħataw trattament wieħed ta’ HTST u:

(a)

ma jkunux intbagħtu bil-baħar qabel ma jkun għadda perjodu ta’ mill-anqas 21 jum wara l-produzzjoni, u matul dak il-perjodu ma jkunx seħħ każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż terz ta’ esportazzjoni; jew

(b)

ikunu ppreżentati għad-dħul f’post ta’ spezzjoni fil-fruntiera mill-anqas 21 jum wara l-produzzjoni u matul dak il-perjodu ma jkunx seħħ każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-pajjiż terz ta’ esportazzjoni.

2.

Il-materjali għandhom ikunu ġejjin minn annimali bovini suġġetti għal spezzjonijiet veterinarji regolari biex ikun żgurat li jkunu ġejjin minn azjendi li fihom l-imrieħel bovini kollha jkunu:

(a)

jew rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi skont id-definizzjoni tal-Artikolu 2(2)(d) u (f) tad-Direttiva 64/432/KEE, jew mhux ristretti, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż terz li minnu jkun oriġina l-kolostru, rigward il-qerda sħiħa tat-tuberkulożi u l-bruċellożi; u

(b)

jew rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa minn lewkożi enzootika bovina kif iddefinita fl-Artikolu 2(2)(j) tad-Direttiva 64/432/KEE jew ikunu inklużi f’sistema uffiċjali għall-kontroll tal-lewkożi enzootika bovina u li ma kienx hemm evidenza, bħala riżultat ta’ ttestjar kliniku fil-laboratorju, ta’ din il-marda fil-merħla matul is-sentejn ta’ qabel.

3.

Wara li jitlesta l-proċessar, għandha tkun ittieħdet kull prekawzjoni biex ma titħalliex ikun hemm kontaminazzjoni tal-kolostru jew ta’ prodotti tal-kolostru.

4.

Il-prodott aħħari għandha titwaħħallu tikketta biex ikun indikat li jkollu materjal tal-Kategorija 3 u li ma jkunx maħsub għall-konsum mill-bniedem, u għandu jkun ġie:

(a)

ippakkjat f’kontenituri ġodda; jew

(b)

ittrasportat fi kwantitajiet f'kontejners jew f’mezzi oħra ta’ trasport li qabel ma ntużaw tnaddfu sewwa u kienu ddiżinfettati.

KAPITOLU II

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPORTAZZJONI LEJN L-UNJONI U T-TRANŻITU MINNHA TA’ PRODOTTI SEKONDARJI TAL-ANNIMALI U PRODOTTI DERIVATI GĦAL UŻIJIET BARRA MILL-KATINA TAL-GĦALF GĦALL-ANNIMALI MROBBIJIN FI RZIEZET MINBARRA L-ANNIMALI TAL-PIL

Taqsima 1

Rekwiżiti speċifiċi

Kif imsemmi fl-Artikolu 41(1)(a) u (2)(c) u fl-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ir-rekwiżiti speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għal konsenji importati ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u għal prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet u għal konsenji ta’ prodotti bħal dawn fi tranżitu:

(a)

għandhom jikkonsistu jew ikunu magħmulin minn prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fil-kolonna “materja prima” tat-Tabella 2;

(b)

għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu stabbiliti fil-kolonna “kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu” tat-Tabella 2;

(c)

għandhom jiġu minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz ieħor elenkat fil-kolonna “Lista ta’ pajjiżi terzi” tat-Tabella 2; u

(d)

għandu jkollhom magħhom matul it-trasport sal-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-verifiki veterinarji ċ-ċertifikat tas-saħħajew dokument ieħor, skont il-ħtieġa, msemmi fil-kolonna “ċertifikati/dokumenti mudell” tat-Tabella 2; jew

(e)

għandhom ikunu ppreżentati fil-punt tad-dħul fl-Unjoni fejn isiru l-verifiki veterinarji flimkien ma’ dokument li jkun jaqbel mal-mudell imsemmi fil-kolonna “ċertifikati/dokumenti mudell” tat-Tabella 2.

Tabella 2

Nru

Prodott

Materja prima (referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009)

Kondizzjonijiet ta’ importazzjoni u tranżitu

Listi ta’ pajjiżi terzi

Ċertifikati/dokumenti mudell

1

Demel ipproċessat, prodotti derivati minn demel ipproċessat u minn gwanu tal-friefet il-lejl

Il-materjal tal-Kategorija 2 imsemmi fl-Artikolu 9, (a).

Id-demel ipproċessat, il-prodotti derivati minn demel ipproċessat u mill-gwanu tal-friefet il-lejl għandhom ikunu ġew prodotti skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tal-Anness XI.

Pajjiżi terzi elenkati fi:

(a)

Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010;

(b)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE; jew

(c)

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

Anness XV, Kapitolu 17.

2

Prodotti tad-demm, esklużi dawk ta’ ekwidi, għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet

Il-materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 8, (c) u (d), u materjal tal-Kategorija 3 imsemmi fl-Artikolu 10, punti (a), (b), (d) u (h).

Il-prodotti tad-demm għandhom ikunu ġew prodotti skont it-Taqsima 2.

Il-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm mhux ittrattat ta’ ungulati:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li minnhom ikunu awtorizzati importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ kull speċi ta’ ungulati domestiċi u għall-perjodu biss indikat fil-kolonna 7 u 8 ta’ dik il-Parti.

Il-Ġappun.

(b)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm mhux ittrattat ta’ tjur u speċijiet oħra ta’ għasafar:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

Il-Ġappun.

(c)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm mhux ittrattat ta’ annimali oħra:

Pajjiżi terzi elenkati jew fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, jew fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

Il-Ġappun.

(d)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm ittrattat ta’ kull speċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, jew fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009.

Il-Ġappun.

(a)

Il-Ġappun.

Anness XV, Kapitolu 4 (C).

(b)

Fil-każ ta’ prodotti tad-demm ittrattat:

Anness XV, Kapitolu 4 (D).

3

Demm u prodotti tad-demm ta’ ekwidi

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (a), (b), u (d) u (h).

Id-demm u l-prodotti tad-demm għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 3.

Il-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ demm li jkun inġabar skont il-punt 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness XIII jew fejn prodotti tad-demm ikunu nħadmu skont il-punt 2(b)(i) ta’ dak il-Kapitolu:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, li minnhom titħalla ssir l-importazzjoni ta’ ekwidi għat-tgħammir u produzzjoni.

(b)

(b) fil-każ ta’ prodotti tad-demm li jkunu ġew ttrattati skont il-punt 2(b)(ii) tal-Kapitolu IV tal-Anness XIII:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam frisk tal-ekwidi domestiċi.

Anness XV, Kapitolu 4 (A).

4

Ġlud friski jew imkessħin ta’ ungulati

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (a) u (b)(iii).

Il-ġlud għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4, il-punti 1 u 4.

Il-ġlud jiġu minn pajjiż terz, jew, fil-każ ta’ arranġament abbażi ta’ reġjuni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, minn parti ta’ pajjiż terz ieħor elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, li minnha l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi.

Anness XV, Kapitolu 5 (A).

5

Ġlud ittrattati ta’ ungulati

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (a), punt (b)(i) u (iii) u (n).

Il-ġlud għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4, punti 2, 3 u 4.

(a)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati ta’ ungulati

Pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(b)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati ta’ annimali li jixtarru li jkunu maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea u li jkunu nżammu separati għal 21 jum jew li jkollhom jinġarru għal 21 jum mingħajr waqfien qabel l-importazzjoni:

Kull pajjiż terz.

(a)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati ta’ ungulati barra dawl li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4, punt 2:

Anness XV, Kapitolu 5(B).

(b)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati ta’ annimali li jixtarru u ekwidi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu fl-Unjoni Ewropea u li jkunu nżammu separati għal 21 jum jew li jkollhom jinġarru għal 21 jum mingħajr waqfien qabel l-importazzjoni:

Anness XV, Kapitolu 5(B). (b)

(c)

Fil-każ ta’ ġlud ittrattati ta’ ungulati li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4, punt 2:

Mhux meħtieġ ċertifikat.

6

Trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra ta’ annimali

Il-materjali tal-Kategorija 2 imsemmijin fl-Artikolu 9, punt (f), ġejjin minn annimali salvaġġi li ma jkunux suspettati li jkunu infettati b’marda li tittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali u materjal tal-Kategorija 3 msemmi fl-Artikolu 10, (a), (b)(i), (iii) u (v) u (n).

It-trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 5.

(a)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra msemmija fit-Taqsima 5, punt 2:

Kull pajjiż terz.

(b)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra msemmija fit-Taqsima 5, punt 3:

(i)

Trofej tal-kaċċa ta’ għasafar:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(GL) Il-Groenlandja

 

(TN) It-Tuniżija.

(ii)

Trofej tal-kaċċa ta’ ungulati:

Pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni relattivi għal laħam frisk ta’ ungulati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, inkluża kull restrizzjoni stabbilita fil-kolonna għal rimarki speċjali għal laħam frisk.

(a)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa msemmi fit-taqsima 5 punt 2:

Anness XV, Kapitolu 6 (A).

(b)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa msemmi fit-taqsima 5 punt 3:

Anness XV, Kapitolu 6(B).

(c)

Fil-każ ta’ trofej tal-kaċċa msemmi fit-taqsima 5 punt 1:

Mhux meħtieġ ċertifikat.

7

Lanżit tal-ħnieżer

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10, (b)(iv).

Il-lanżit tal-ħnieżer għandhom ikunu ġejjin minn annimali li joriġinaw, u nqatlu f’biċċerija, fil-pajjiż terz ta’ oriġini.

(a)

Fil-każ ta’ lanżit tal-ħnieżer mhux ittrattat:

Pajjiżi terzi, jew, fil-każ ta’ arranġament abbażi ta’ reġjuni, ir-reġjuni tagħhom, elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, li jkunu ħielsa mill-marda Afrikana tal-ħnieżer għat-12-il xahar qabel id-data ta’ importazzjoni.

(b)

Fil-każ ta’ lanżit ittrattat tal-ħanżir:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, li setgħu ma kinux ħielsa mill-marda Afrikana tal-ħnieżer għat-12-il xahar qabel id-data tal-importazzjoni.

(a)

Jekk ma jkun seħħ ebda każ tal-marda Afrikana tal-ħnieżer matul it-12-il xahar ta’ qabel:

Anness XV, Kapitolu 7 (A).

(b)

F’każ li jkun seħħ każ wieħed jew aktar tal-marda Afrikana tal-ħnieżer matul it-12-il xahar ta’ qabel:

Anness XV, Kapitolu 7(B).

8

Is-suf u x-xagħar mhux ittrattati

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10 (h) u (n).

Is-suf u x-xagħar mhux ittrattati għandhom

(a)

ikunu magħluqin sewwa f’ippakkjar u nexfin; u

(b)

jintbagħtu direttament lil impjant li jipproduċu prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf, jew lil impjant li jagħmel operazzjonijiet intermedji, b’kondizzjonijiet li ma jħallux it-tixrid ta’ aġenti patoġeniċi.

Kull pajjiż terz.

Għal importazzjonijiet ta’ suf u xagħar mhux ittrattati, ma jkunx meħtieġ ċertifikat tas-saħħa.

9

Rix ittrattat, partijiet ta’ rix u l-ewwel rix (down)

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10 (b)(v) u (h) u (n).

Ir-rix ittrattat jew partijiet ta’ rix għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6.

Kull pajjiż terz.

Għal importazzjonijiet ta’ rix, partijiet ta’ rix u l-ewwel rix (down) ittrattati, ma jkunx meħtieġ ċertifikat tas-saħħa.

10

Prodotti sekondarji tal-apikultura

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10 (e).

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-apikultura maħsubin għal użu fl-apikultura, minbarra xama’ tan-naħal fl-għamla ta’ xehda tal-għasel:

(i)

Il-prodotti sekondarji tal-apikultura jkunu ġew suġġetti għal temperatura ta’ -12 °C jew għal temperatura aktar baxxa għal mill-anqas 24 siegħa; jew

(ii)

Fil-każ ta’ xama’ tan-naħal, il-materjal jkun ġie pproċessat skont kwalunkwe mill-metodi ta’ proċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ proċessar 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV, u rraffinati qabel l-importazzjoni.

(b)

Fil-każ ta’ xama’ tan-naħal, minbarra xama’ tan-naħal fl-għamla ta’ xehda tal-għasel, għal finijiet minbarra ta’ tagħlif lil annimali mrobbija f’irziezet, ix-xama’ tan-naħal tkun ġiet irraffinata jew ipproċessata skont kwalunkwe mill-metodi ta’ pproċessar minn 1 sa 5 jew il-metodu ta’ pproċessar 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV qabel l-importazzjoni.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-apikultura maħsubin għal użu fl-apikultura:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi li ġejjin:

(CM) Il-Kamerun.

(b)

Fil-każ ta’ xama’ tan-naħal għal finijiet minbarra ta’ tagħlif lil annimali mrobbijin fi rziezet:

Kull pajjiż terz.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-apikultura maħsubin għal użu fl-apikultura:

Anness XV, Kapitolu 13.

(b)

Fil-każ ta’ xama’ tan-naħal għal finijiet minbarra ta’ tagħlif lil annimali mrobbijin fi rziezet:

Dokument kummerċjali li jikkonferma r-raffinar jew l-ipproċessar.

11

Għadam u prodotti tal-għadam (eskluż għadam mitħun), qrun u prodotti ta’ qrun (eskluż qrun mitħun) u qwieqeb u prodotti ta’ qwieqeb (eskluż qwieqeb mitħuna) għal użijiet minbarra bħala materjal ta’ għalf, fertilizzant organiku jew materjal li jtejjeb il-ħamrija

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10(a), (b)(i) u (iii) u (n).

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 7.

Kull pajjiż terz.

Il-prodotti għandu jkollhom magħhom:

(a)

Dokument kummerċjali kif stabbilit fit-Taqsima 7, punt 2; u

(b)

dikjarazzjoni tal-importatur skont l-Anness XV, Kapitolu 16 f’mill-anqas lingwa uffiċjali waħda tal-Istat Membru li minnu l-konsenja tidħol għall-ewwel darba fl-Unjoni u mill-anqas f’lingwa uffiċjali waħda tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

12

Ikel għall-annimali domestiċi, inklużi affarijiet tat-tgerrim mill-klieb

(a)

Fil-każ ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi u ta’ affarijiet tat-tgerrim mill-klieb:

Il-materjali msemmijin fl-Artikolu 35 (a)(i) u (ii).

(b)

Fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi:

Il-materjali msemmijin fl-Artikolu 35 (a)(iii).

L-ikel għall-annimali domestiċi u affarijiet tat-tgerrim mill-klieb għandhom ikunu ġew prodotti skont il-Kapitolu II tal-Anness XIII.

(a)

Fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jew fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn għadam bil-laħam biss ikun awtorizzat.

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(b)

Fil-każ ta’ affarijiet tat-tgerrim mill-klieb u ikel għall-annimali domestiċi minbarra ikel nej għall-annimali domestiċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(JP) Il-Ġappun

 

(EC) L-Ekwador

 

(LK) Is-Sri Lanka

 

(TW) It-Tajwan

(a)

Fil-każ ta’ ikel għall-annimali domestiċi fil-landa:

Anness XV, Kapitolu 3 (A).

(b)

Fil-każ ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi minbarra ikel għall-annimali domestiċi fil-landa:

Anness XV, Kapitolu 3(B).

(c)

Fil-każ ta’ affarijiet tat-tgerrim mill-klieb:

Anness XV, Kapitolu 3 (C).

(d)

Fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi:

Anness XV, Kapitolu 3 (D).

13

Interjuri għat-taħwir għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi

Il-materjali msemmijin fl-Artikolu 35 (a)

L-interjuri għat-taħwir għandhom ikunu ġew prodotti skont il-Kapitolu III tal-Anness XIII.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, li minnhom Stati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn għadam bil-laħam biss ikun awtorizzat.

Fil-każ ta’ interjuri għat-taħwir minn materjali ta’ ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

Anness XV, Kapitolu 3(E).

14

Prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi minbarra ikel nej għall-annimali domestiċi u ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf

(a)

Il-materjali tal-Kategorija 3 imsemmijin fl-Artikolu 10 minn (a) sa (k).

(b)

Fil-każ ta’ materjali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, materjali tal-Kategorija 1 msemmijin fl-Artikolu 8 (c).

(c)

Fil-każ ta’ pil għall-manifattura ta’ prodotti derivati, materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10 (n).

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 8.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi:

(i)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali ta’ annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini, inklużi annimali mrobbijin fi rziezet u annimali salvaġġi:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, li minnhom ikunu awtorizzati importazzjonijiet ta’ laħam frisk għall-konsum mill-bniedem.

(ii)

Materja prima ta’ tjur inklużi għasafar li ma jtirux:

Pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ tjur, li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(iii)

Materja prima ta’ ħut:

Pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(iv)

Materja prima ta’ mammali oħra salvaġġi terrestri u leporidae:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 jew fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(b)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura tal-farmaċewtiċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jew fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009, u l-pajjiżi terzi li ġejjin:

 

(JP) Il-Ġappun

 

(PH) Il-Filippini

 

(TW) It-Tajwan.

(c)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ prodotti għall-użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet, minbarra l-farmaċewtiċi:

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li minnhom ikunu awtorizzati importazzjonijiet ta’ laħam frisk tal-ispeċijiet rispettivi, fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 119/2009, jew, fil-każ ta’ materjali ta’ ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(a)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi:

Anness XV, Kapitolu 3(F).

(b)

Fil-każ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali għall-manifattura ta’ prodotti għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet:

Anness XV, Kapitolu 8.

15

Prodotti sekondarji tal-annimali għal użu bħala ikel nej għall-annimali domestiċi

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10 (a) u (b)(i) u (ii).

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 8.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, li minnhom Stati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn għadam bil-laħam biss ikun awtorizzat.

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

Anness XV, Kapitolu 3 (D).

16

Prodotti sekondarji tal-annimali għal użu f’għalf għall-annimali tal-pil

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10 (a), (b)(i) u (ii).

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 8.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, jew fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li minnhom Stati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn għadam bil-laħam biss ikun awtorizzat.

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

Anness XV, Kapitolu 3 (D).

17

Xaħmijiet imdewba għal ċerti finijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbija fi rziezet

(a)

Fil-każ ta’ materjali maħsubin għall-produzzjoni tal-bijodiżil:

Materjali tal-Kategorija 1, 2 u 3 msemmijin fl-Artikoli 8, 9 u 10.

(b)

Fil-każ ta’ materjali maħsubin għal fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija:

Il-materjali tal-Kategorija 2 msemmijin fl-Artikolu 9 (c) u (d) u (f)(i) u materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10, minbarra (c) u (p).

(c)

Fil-każ ta’ materjali maħsubin għal finijiet oħra:

Il-materjali tal-Kategorija 1 msemmijin fl-Artikolu 8 (b), (c) u (d), il-materjali tal-Kategorija 2 msemmijin fl-Artikolu 9 (c) u (d) u (f)(i) u materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10 minbarra (c) u (p).

Ix-xaħmijiet imdewba għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 9.

Pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u, fil-każ ta’ materjali ta’ ħut, pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

Anness XV, Kapitolu 10(B).

18

Derivattivi mix-xaħam

(a)

Fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għal annuimali mrobbijin fi rziezet:

Il-materjali tal-Kategorija 1 msemmijin fl-Artikolu 8 (c) u (d), il-materjali tal-Kategorija 2 msemmijin fl-Artikolu 9 (c) u (d) u (f)(i) u l-materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10, (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (i), (j) u (k).

(b)

Fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam għal użu bħala għalf jew għal użijiet barra mill-katina tal-għalf:

Materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10.

Id-derivattivi mix-xaħam għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 10.

Kull pajjiż terz.

(a)

Fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għal annuimali mrobbijin fi rziezet:

Anness XV, Kapitolu 14 (A).

(b)

Fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam għal użu bħala għalf jew għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet:

Anness XV, Kapitolu 14(B).

19

Ġelatina tal-fotografija

Il-materjali tal-Kategorija 1 msemmijin fl-Artikolu 8, (b) u l-materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10.

Il-fotoġelatina importata għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 11.

Il-fotoġelatina tista’ tkun importata biss minn stabbilimenti ta’ oriġini fl-Istati Uniti u fil-Ġappun li jkunu awtorizzati skont it-Taqsima 11.

Anness XV, Kapitolu 19.

20

Qrun u prodotti ta’ qrun, eskluż qrun mitħun, u qwieqeb u prodotti ta’ qwieqeb, eskluż qwieqeb mitħuna, għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti organiċi jew ta’ materjali li jtejbu l-ħamrija

Il-materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10 (a), (b), u (h) u (n).

Il-prodotti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 12.

Kull pajjiż terz.

Anness XV, Kapitolu 18.

Taqsima 2

Importazzjoni ta’ demm u prodotti tad-demm, esklużi dawk ta’ ekwidi, għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ demm u prodotti tad-demm, esklużi dawk ta’ ekwidi, għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet:

1.

Il-prodotti tad-demm għandhom joriġinaw minn impjant għall-produzzjoni ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet li jissodisfa l-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament jew mill-istabbiliment ta’ ġbir.

2.

Id-demm li minnu jsiru prodotti tad-demm għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet kellu jinġabar:

(a)

f’biċċeriji approvati skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(b)

f’biċċeriji approvati u ssorveljati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz; jew

(c)

minn annimali ħajjin f’faċilitajiet approvatii u ssorveljati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz.

3.1.

Fil-każ ta’ prodotti tad-demm għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet li jkunu ġejjin minn annimali tal-gruppi tassonomiċi Artiodactyla, Perissodactyla u Proboscidea, inklużi r-razez imħalltin tagħhom, dawn għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet jew tal-punt (a) jew (b):

(a)

il-prodotti għandu jkun ingħatalhom wieħed mit-trattamenti li ġejjin li jiggarantixxi li jkunu ħielsa minn patoġeni tal-mard imsemmi fil-punt (b):

(i)

trattament bis-sħana f’temperatura ta’ 65 °C għal mill-anqas tliet sigħat, segwit minn verifika għall-effikaċja;

(ii)

irradjazzjoni ta’ 25 kGy b’raġġi gamma, segwita minn verifika għall-effikaċja;

(iii)

trattament bis-sħana ta’ mill-anqas 80 °C mas-sustanza tagħhom kollha, segwit minn verifika għall-effikaċja;

(iv)

fil-każ ta’ annimali minbarra Suidae u Tayassuidae biss: bidla f’pH għal pH 5 għal sagħtejn, u wara verifika għall-effikaċja;

(b)

fil-każ ta’ prodotti ta’ demm li ma jkunux ttrattati skont il-punt (a), il-prodotti għandhom ikunu joriġinaw minn pajjiż jew reġjun terz:

(i)

fejn ma jkun ġie rreġistrat ebda każ ta’ pesta bovina, pesta ta’ annimali żgħar li jixtarru (peste des petits ruminants) u tad-deni “Rift Valley” għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar u li fihom ma jkunx ingħata tilqim kontra dawk il-mardiet għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar;

(ii)

fejn ma jkun ġie rreġistrat ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar u

li fih ma jkunx ingħata tilqim kontra din il-marda għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar, jew

li fih ikunu qed isiru u jkunu kkontrollati uffiċjalment programmi ta’ tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer f'annimali domestiċi li jixtarru għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar; f’dan il-każ, wara l-verifiki veterinarji msemmija fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, il-prodotti għandhom jinġarru direttament għall-istabbiliment jew għall-impjant reġistrat ta’ destinazzjoni, u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha, inkluż rimi sikur ta’ skart u materjal mhux użat jew żejjed, biex ikunu evitati riskji ta’ tixrid ta’ mard fl-annimali u l-bnedmin.

3.2.

Flimkien mal-punt (b)(i) u (ii) tal-punt 3.1, fil-każ ta’ annimali minbarra Suidae u Tayassuidae, ikun hemm konformità ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-pajjiż jew reġjun terz ta’ oriġini ebda każ tal-istomatite vesikulari u l-bluetongue (inkluża l-preżenza ta’ annimali seropożittivi) ma jkun ġie rreġistrat għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar, u ma jkunx ingħata tilqim kontra dawk il-mardiet għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar fl-ispeċijiet suxxettibbli;

(b)

wara l-verifki veterinarji msemmija fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, il-prodotti għandhom jinġarru direttament għall-impjant ta’ destinazzjoni, u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha, inkluż rimi sikur ta’ skart u materjal mhux użat jew żejjed biex ikunu evitati riskji ta’ tixrid ta’ mard fl-annimali u l-bnedmin.

3.3.

Flimkien mal-punt (b)(i) u (ii) tal-punt 3.1, fil-każ ta’ Suidae u Tayassuidae, fil-pajjiż jew reġjun terz ta’ oriġini ebda każ ta’ marda vesikulari tal-ħnieżer, deni klassiku tal-ħnieżer u deni Afrikan tal-ħnieżer ma jkun ġie rreġistrat għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar, ma jkunx ingħata tilqim kontra dan il-mard għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar u jkun hemm konformità ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-pajjiż jew reġjun ta’ oriġini ma jkun ġie rreġistrat ebda każ tal-istomatite vesikulari (inkluża l-preżenza ta’ annimali seropożittivi) għal perjodu ta’ 12-il xahar u ma jkunx ingħata tilqim kontra din il-marda għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar fl-ispeċijiet suxxettibbli;

(b)

wara l-verifiki veterinarji msemmija fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, il-prodotti għandhom jinġarru direttament għall-istabbiliment jew għall-impjant ta’ destinazzjoni u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha, inkluż rimi sikur ta’ skart u materjal mhux użat jew żejjed, biex ikunu evitati riskji ta’ tixrid ta’ mard fl-annimali u l-bnedmin.

4.

Fil-każ ta’ prodotti tad-demm għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali domestiċi mrobbijin fi rziezet li jkunu ġejjin minn tjur u speċijiet oħra ta’ għasafar, huma għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjn tal-punt (a) jew (b):

(a)

il-prodotti għandu jkun ingħatalhom wieħed mit-trattamenti li ġejjin li jiggarantixxi li jkunu ħielsa minn patoġeni tal-mard imsemmi fil-punt (b):

(i)

trattament bis-sħana f’temperatura ta’ 65 °C għal mill-anqas tliet sigħat, segwit minn verifika għall-effikaċja;

(ii)

irradjazzjoni ta’ 25 kGy b’raġġi gamma, segwita minn verifika għall-effikaċja;

(iii)

trattament bis-sħana ta’ mill-anqas 70 °C mas-sustanza tagħhom kollha, segwit minn verifika għall-effikaċja;

(b)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm li ma jkunux ttrattati skont il-punt (a), il-prodotti għandhom ikunu joriġinaw minn pajjiż jew reġjun terz:

(i)

li jkun ħieles mill-marda ta’ Newcastle u mill-influwenza patoġenika ħafna tal-għasafar kif elenkata fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, Edizzjoni tal-2010;

(ii)

li matul l-aħħar 12-il xahar ma jkunux taw tilqim kontra l-influwenza avjarja;

(iii)

fejn it-tjur jew speċijiet oħra tal-għasafar li minnhom il-prodotti jkunu ġejjin, ma jkunux tlaqqmu kontra l-marda ta’ Newcastle b’vaċċini mħejjija minn varjant prinċipali tal-marda ta’ Newcastle li juri patoġeniċità ogħla minn ta’ varjanti tal-virus lentoġeniku.

Taqsima 3

Importazzjoni ta’ demm u prodotti tad-demm ta’ ekwidi

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ demm u prodotti tad-demm ta’ ekwidi:

1.

Id-demm ghandu jkun konforrmi mall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1(a) tal-Kapitolu IV tal-Anness XIII u għandu jinġabar b’superviżjoni veterinarja jew:

(a)

f’biċċeriji

(i)

approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004; jew

(ii)

approvati u b’superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz; jew

(b)

f’faċilitajiet approvati u mogħtijin numru ta’ approvazzjoni veterinarja mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz biex jiġbru demm ta’ ekwidi għall-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm għal finijiet minbarra dawk għal tagħlif

2.

Il-prodotti tad-demm għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness XIII.

Flimkien ma’ dan, il-prodotti tad-demm msemmijin fil-punt 2(b)(i) tal-Kapitolu IV tal-Anness XIII għandhom jinħadmu minn demm miġbur minn ekwidi li jkunu nżammu għal perjodu ta’ mill-anqas tliet xhur, jew mit-twelid jekk ikollhom anqas minn tliet xhur, qabel id-data ta’ ġbir, f’azjendi b’superviżjoni veterinarja fil-pajjiż terz ta’ ġbir li matul dak il-perjodu, u matul il-perjodu ta’ ġbir ta’ demm kienu ħielsa minn:

(a)

il-marda Afrikana taż-żwiemel skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/156/KE;

(b)

mill-enċefalomjelite tal-ekwini tal-Venezwela għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn;

(c)

il-glanders:

(i)

għal perjodu ta’ tliet snin; jew

(ii)

għal perjodu ta’ sitt xhur fejn l-annimali ma kinux urew sinjali kliniċi tal-glanders (Burkholderia mallei) matul l-ispezzjoni post-mortem fil-biċċerija msemmija fil-punt 1(a), inkluż eżami bir-reqqa ta’ membrani mukużi meħudin mit-trakea, il-larinġi, il-kavitajiet nażali u s-sinużijiet u r-ramifikazzjonijiet tagħhom, wara l-qsim tar-ras fil-pjan medjan u l-qtugħ tas-septrum nażali;

(d)

fil-każ ta’ prodotti tad-demm minbarra s-serum, l-istomatite vesikulari għal perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur.

3.

Prodotti tad-demm għandhom jiġu minn stabbiliment jew impjant li jkun ġie approvat jew reġistrat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz.

4.

Demm u prodotti tad-demm għandhom ikunu ppakkjati u għandha titwaħħlilhom tikketta skont il-punt 3 tal-Kapitolu IV tal-Anness XIII.

Taqsima 4

Importazzjoni ta’ ġlud ta’ ungulati

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ ġlud ta’ ungulati:

1.

Ġlud friski jew imkessħin jistgħu jkunu importati jekk:

(a)

jiġu minn pajjiż terz imsemmi fil-kolonna li tapplika fir-ringiela 4 tat-Tabella 2 stabbilita fit-Taqsima 1 li, kif jixraq lill-ispeċijiet konċernati:

(i)

għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar qabel id-dispaċċ, kien ħieles mill-mard kollu li ġej:

id-deni klassiku tal-ħnieżer,

id-deni Afrikan tal-ħnieżer, u

il-pesta bovina; u

(ii)

kien ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar mid-data tad-dispaċċ u fejn, għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar qabel id-data tad-dispaċċ, ma jkun ingħata ebda tilqim kontra dik il-marda;

(b)

inkisbu minn:

(i)

annimali li jkunu baqgħu fit-territorju tal-pajjiż terz ta’ oriġini għal mill-anqas tliet xhur qabel ma nqatlu jew mit-twelid fil-każ ta’ annimali li jkollhom anqas minn tliet xhur;

(ii)

fil-każ ta’ ġlud ta’ biungulati, annimali li jiġu minn azjendi li fihom ma tkunx faqqgħet il-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-30 jum ta’ qabel, u li madwarhom sa radju ta’ 10 km ma kienx hemm każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal 30 jum;

(iii)

fil-każ ta’ ġlud ta’ ħnieżer, annimali li jiġu minn azjendi li fihom ma jkunux faqqgħu l-marda vesikulari tal-ħnieżer fit-30 jum ta’ qabel, jew id-deni klassiku jew Afrikan tal-ħnieżer fl-40 jum ta’ qabel, u li madwarhom sa radju ta’ 10 km ma kienx hemm każ ta’ dawn il-mardiet għal 30 jum; jew

(iv)

annimali li jkunu għaddew mill-ispezzjoni tas-saħħa ante-mortem fil-biċċerija matul l-24 siegħa qabel ma nqatlu li ma kienu wrew l-ebda evidenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-pesta bovina, id-deni klassiku tal-ħnieżer, id-deni Afrikan tal-ħnieżer jew il-marda vesikulari tal-ħnieżer; u

(c)

ikunu tteħdulhom il-prekawzjonijiet kollha biex tkun evitata l-kontaminazzjoni mill-ġdid minn aġenti patoġeniċi.

2.

Ġlud ittrattati msemmijin fil-punt C.2 tal-Kapitolu V tal-Anness XIII jistgħu jkunu importati mingħajr ebda restrizzjoni.

3.

Ġlud oħra ttrattati jistgħu jkunu importati jekk:

(a)

joriġinaw minn:

(i)

pajjiż terz jew, fil-każ ta’ arranġament abbażi ta’ reġjuni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, minn parti ta’ pajjiż terz ieħor, li jidhru fil-lista li tinsab fil-punt (a) tal-kolonna “Lista ta’ pajjiżi terzi” fir-ringiela 5 tat-Tabella 2 stabbilita fit-Taqsima 1 li minnhom ikunu awtorizzati importazzjonijiet ta’ laħam frisk tal-ispeċi li tkun taqbel u jkunu ġew ittrattati kif imsemmi fil-punt 28 (a), (b) u (c) tal-Anness I;

(ii)

pajjiż terz li jidher fil-lista li tinsab fil-punt (a) tal-kolonna li tapplika fir-ringiela 5 tat-Tabella 2 stabbilita fit-Taqsima 1 u jkunu ġew ittrattati kif imsemmi fil-punt 28 (c) jew (d) tal-Anness I; jew

(iii)

ekwidi jew minn annimali li jixtarru minn pajjiż terz li jidher fil-lista li tinsab fil-punt (b) tal-kolonna “Lista ta’ pajjiżi terzi” fir-ringiela 5 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1, u jkunu ġew ittrattati kif imsemmi fil-punt 28 (a), (b) u (c) tal-Anness I u wara trattament ikunu nżammu separati għal perjodu ta’ mill-anqas 21 jum; u

(b)

fil-każ ta’ ġlud immellħa ttrasportati bil-baħar, ikunu ġew ittrattati kif imsemmi fil-punt 28(b) jew (c) tal-Anness I u jkunu nżammu separati wara trattament matul it-trasport għal perjodu ta’ mill-anqas 14-il jum fil-każ tat-trattament msemmi fil-punt 28(b) jew sebat ijiem fil-każ tat-trattament imsemmi fil-punt 28(c) qabel l-importazzjoni, u ċ-ċertifikat tas-saħħa li jkun mal-konsenja jafferma trattament bħal dak u kemm ikun dam it-trasport.

4.

Ġlud friski, imkessħin jew ittrattati ta’ ungulati għandhom ikunu importati f’kontejners, f’vetturi tat-triq, f’vaguni ta’ ferrovija jew f’balal issiġillati fir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu.

Taqsima 5

Importazzjoni ta’ trofej tal-kaċċa u tħejjijiet oħra ta’ annimali

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ trofej tal-kaċċa u għal tħejjijiet oħra ta’ annimali:

1.

Trofej tal-kaċċa jew tħejjijiet oħra ta’ annimali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti B u C.1 tal-Kapitolu VI tal-Anness XIII jistgħu jkunu importati mingħajr restrizzjonijiet.

2.

Trofej tal-kaċċa ttrattati jew tħejjijiet oħra ta’ għasafar u ungulati, li jkunu jikkonistu biss minn biss għadam, qrun, qwieqeb, dwiefer, qran imsaġġra, snien, u ġlud minn pajjiżi terzi jistgħu jkunu importati jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-punt C.1(a) u l-punt C.2(a), minn (i) sa (iii) u (b)(i) u (ii) tal-Kapitolu VI tal-Anness XIII.

Madankollu, fil-każ ta’ ġlud immellħa fin-niexef jew f’ilma mielaħ li jkunu ttrasportati fuq bastiment, il-ġlud ma jkunx jeħtiġilhom jitmellħu 14-il jum qabel id-dispaċċ, sakemm ikunu mmellħa għal 14-il jum qabel l-importazzjoni.

3.

Trofej tal-kaċċa jew tħejjijiet oħra ta’ għasafar u ungulati li jikkonsistu minn partijiet anatomiċi sħaħ, li ma jkunux ġew ittrattati b’ebda mod, jistgħu jkunu importati jekk:

(a)

ikunu ġejjin minn annimali li joriġinaw f’żona mhux suġġetta għal restrizzjonijiet minħabba l-preżenza ta’ mard serju li jittieħed li annimali tal-ispeċijiet ikkonċernati jkunu suxxettibbli għalih;

(b)

ikunu ġew ippakkjati mingħajr ma jkunu ġew f’kuntatt ma’ prodotti oħra li joriġinaw minn annimali li x’aktarx iniġġsuhom, f’pakkett trasparenti u magħluq għal kull trofew biex tkun evitata kull kontaminazzjoni sussegwenti.

Taqsima 6

Importazzjoni ta’ rix ittrattat, partijiet ta’ rix u l-ewwel rix (down)

Rix ittrattat u partijiet ta’ rix u l-ewwel rix (down) jistgħu jkunu importati:

(a)

jekk ikunu rix dekorattiv ittrattat, rix ittrattat li jinġarr minn vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom, jew konsenji ta’ rix ittrattat jew tal-ewwel rix (down) mibgħutin lil individwi privati għal finijiet mhux industrijali; jew

(b)

jekk ikollhom magħhom dokument kummerċjali li jgħid li r-rix u partijiet ta’ rix jew l-ewwel rix (down) ikunu ġew ittrattati b’kurrent ta’ fwar jew b’metodu ieħor li jiżgura li ma jibqa’ l-ebda riskju mhux aċċettabbli u jingħalqu sewwa f’ippakkjar u jkunu nexfin; u

(c)

jekk id-dokument kummerċjali ma jgħidx li jkunu nħaslu fil-fabbrika u ttrattati bi fwar jaħraq ta’ 100 °C għal mill-anqas 30 minuta, jintbagħtu fi stabbiliment jew f’impjant reġistrat għal trattament bħal dan.

Taqsima 7

Importazzjoni ta’ għadam u prodotti mill-għadam (eskluż għadam mitħuna), qrun u prodotti mill-qrun (eskluż qrun mitħuna) u qwieqeb u prodotti mill-qwieqeb (eskluż qwieqeb mitħuna) maħsuba għal użu ieħor għajr bħala materjal tal-għalf, fertilizzanti organiċi jew materjali li jtejbu l-ħamrija

1.

Għadam u prodotti mill-għadam (eskluż għadam mitħuna), qrun u prodotti mill-qrun (eskluż qrun mitħuna) u qwieqeb u prodotti mill-qwieqeb (eskluż qwieqeb mitħuna) jistgħu jkunu importati biex minnhom jinħadmu prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf jekk:

(a)

il-prodotti jkunu tnixxfu qabel l-esportazzjoni għall-Unjoni u ma jkunux imkessħa jew iffriżati;

(b)

il-prodotti jinġarru biss bl-art u bil-baħar mill-pajjiż terz ta’ oriġini tagħhom direttament għal post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal dħul fl-Unjoni u ma jkunux ittrasbordati bil-baħar fl-ebda port jew post barra mill-Unjoni;

(c)

wara l-verifiki tad-dokumenti msemmijin fid-Direttiva 97/78/KE, il-prodotti jinġarru direttament għall-istabbiliment jew l-impjant reġistrat ta’ destinazzjoni.

2.

Kull konsenja għandu jkollha magħha dokument kummerċjali ttimbrat mill-awtorità kompetenti li tagħmel superviżjoni tal-istabbiliment ta’ oriġini, inkluża l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-pajjiż terz ta’ oriġini;

(b)

l-isem tal-istabbiliment jew tal-impjant tal-produzzjoni;

(c)

in-natura tal-prodott (għadam imnixxef/prodott mill-għadam imnixxef/qrun imnixxfin/prodotti mill-qrun imnixxfin/qwieqeb imnixxfin/prodotti mill-qwieqeb imnixxfin), u

(d)

il-konferma tal-fatt li l-prodott kien:

(i)

ġej minn annimali b’saħħithom maqtula f’biċċerija;

(ii)

mnixxef għal perjodu ta’ 42 jum f’temperatura medja ta’ mill-anqas 20 °C;

(iii)

msaħħan għal siegħa f’mill-anqas 80 °C sal-qalba qabel tnixxef;

(iv)

magħmul irmied għal siegħa f’mill-anqas 800 °C sal-qalba qabel tnixxef;

(v)

mgħoddi minn proċess ta’ aċidifikazzjoni b’mod li nżamm pH anqas minn 6 sal-qalba għal mill-anqas siegħa qabel tnixxef, u

l-ebda stadju ma hu maħsub li jintuza f’ikel, f’materjal ta’ għalf, f’fertilizzanti organiċi jew f’materjali li jtejbu l-ħamrija.

3.

Meta jintbagħat lill-Unjoni, il-materjal għandu jingħalaq f’konjners jew f’vetturi ssiġillati jew ittrasportat fi kwantitajiet fuq bastiment.

Jekk jinġarr f’kontejners, il-kontejners, u fil-każijiet kollha d-dokumenti li jkollu miegħu, għandu jkollhom l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment jew tal-impjant reġistrat ta’ destinazzjoni.

4.

Wara l-verifiki veterinarji msemmija fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, il-materjal għandu jkun ittrasportat direttament lejn l-istabbiliment jew l-impjant reġistrat ta’ destinazzjoni

Taqsima 8

Importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali għall-manifattura ta’ għalf għall-annimali tal-pil, ikel għall-annimali domestiċi, minbarra ikel nej għall-annimali domestiċi, u prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet

Prodotti sekondarji mill-annimali maħsubin għall-manifattura ta’ għalf għall-annimali tal-pil, ikel għall-annimali domestiċi, minbarra ikel nej għall-annimali domestiċi, u prodotti derivati għal użijiet barra mill-katina tal-għalf għall-annimali mrobbijin fi rziezet jistgħu jkunu importati bil-kondizzjoni li:

1.

il-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu ġew iffriżati fl-impjant ta’ oriġini jew ikunu ġew ippreservati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b’mod li ma jitħalliex ikun hemm taħsir bejn id-dispaċċ u l-konsenja lill-istabbiliment jew lill-impjant ta’ destinazzjoni;

2.

il-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu tteħdulhom il-prekawzjonijiet kollha biex tkun evitata l-kontaminazzjoni minn aġenti patoġeniċi;

3.

il-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu tqiegħdu f’ippakkjar ġdid li ma jħalli jkun hemm ebda tnixxija jew f’ippakkjar li jkun tnaddaf u ddiżinfettat qabel ma ntuża;

4.

wara l-verifiki veterinarji kif imsemmi fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, il-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu ttrasportati direttament jew għal:

(a)

impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi jew għal stabbiliment jew impjant reġistrat ta’ destinazzjoni, li jkun ipprovda garanzija li l-prodotti sekondarji mill-annimali se jintużaw biss biex jinħadmu l-prodotti li għalihom ikun reġistrat jew approvat, skont il-każ, kif speċifikat mill-awtorità kompetenti jekk ikun meħtieġ, u li ma mhux se joħorġu mill-istabbiliment jew l-impjant mhux ittrattati ħlief għal rimi dirett;

(b)

stabbiliment jew impjant li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 24 (1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(c)

min jużahom u jkun reġistrat jew għand ċentru ta’ ġbir, li jkun ipprovda garanzija li l-prodotti sekondarji mill-annimali se jintużaw biss għal skopijiet permessi, kif speċifikat mill-awtorità kompetenti jekk ikun meħtieġ; jew

(d)

stabbiliment jew impjant li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u

5.1.

fil-każ ta’ materja prima għall-produzzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi kif imsemmi fl-Artikolu 35(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, il-materja prima għandha:

(a)

tkun immarkata fil-pajjiż terz qabel ma tidħol fl-Unjoni b’salib ta’ faħam tal-kannol likwifikat jew b’karbonju attivat, fuq kull naħa ta’ barra ta’ kull blokka ffriżata, jew, meta l-materja prima tkun ittrasportata fuq paliti li ma jkunux maqsumin f’konsenji separati matul it-trasport għal impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi ta’ destinazzjoni, fuq kull naħa ta’ barra ta’ kull palit, b’mod li l-immarkar ikun ikopri mill-anqas 70 % tat-tul dijagonali tan-naħa tal-blokka ffriżata u jkun mill-anqas 10 cm wiesgħa;

(b)

fil-każ ta’ materjal li ma jkunx iffriżat, tkun immarkata fil-pajjiż terz qabel ma tidħol fl-Unjoni billi tingħata kisja sprej b’faħam tal-kannol likwifikat jew billi jkun applikat trab tal-faħam tal-kannol b’mod li l-faħam tal-kannol ikun jidher ċar fuq il-materjal;

(c)

tinġarr direttament:

(i)

għall-impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi ta’ destinazzjoni skont il-punt 4(a); jew

(ii)

għal stabbiliment jew impjant ta’ destinazzjoni li jkun ġie approvat skont l-Artikolu 24(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, skont il-punt 4(b) ta’ din it-Taqsima u minn hemm tittieħed direttament għall-impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi msemmi f’punt (i), bil-kondizzjoni li l-impjant ta’ destinazzjoni:

jittratta biss materjal kopert b'dan il-punt 5.1, jew

jittratta biss materjal maħsub għal impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi skont il-punt (i); u

(d)

tintmess biex jitneħħa l-immarkar imsemmi fil-punti (a) u (b) fl-impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi ta’ destinazzjoni biss u minnufih biss qabel ma jintuża l-materjal għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, skont il-kondizzjonijiet applikabbli għall-annimali domestiċi magħmulin minn materjal tal-Kategorija 3 stabbilit fil-Kapitolu II tal-Anness XIII;

5.2.

fil-każ ta’ konsenji magħmulin minn materja prima li tkun ġiet ittrattata kif imsemmi fil-punt 5.1 hawn fuq, u ta’ materja prima oħra mhux ittrattata, kull materja prima fil-konsenja għandha tkun ġiet immarkata kif stabbilit fil-punt 5.1(a) u (b) hawn fuq;

5.3.

l-immarkar imsemmi fil-punt 5.1 (a) u (b) u fil-punt 5.2 jibqa jidher mid-dispaċċ sal-konsenja fl-impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi ta’ destinazzjoni;

6.

Fl-impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi ta’ destinazzjoni, materja prima għall-produzzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi msemmija fl-Artikolu 35(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għandha tinħażen qabel il-produzzjoni, tintuża u tintrema f’ kondizzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti, li jippermettu li jsiru kontrolli uffiċjali dwar l-ammonti ta’ materjali li jkunu waslu, li ntużaw għall-produzzjoni u li ntremew, skont il-każ.

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza lill-operatur tal-impjant tal-ikel għall-annimali domestiċi jaħżen materjali bħal dawn flimkien ma’ materjal tal-Kategorija 3.

Taqsima 9

Importazzjonijiet ta’ xaħmijiet imdewba għal ċerti għanijiet barra mill-katina tal-għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet

Xaħmijiet imdewba li ma jkunux maħsubin għall-produzzjoni ta’ għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet, il-manifattura ta’ kosmetiċi, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku, jistgħu jkunu importati bil-kondizzjoni li:

(a)

ikunu ġejjin minn:

(i)

fil-każ ta’ materjali maħsubin għall-produzzjoni tal-bijodiżil, prodotti sekondarji mill-annimali msemmijin fl-Artikoli 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(ii)

fil-każ ta’ materjali maħsubin għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u ta’ materjali li jtejbu l-ħamrija, materjali tal-Kategorija 2 imsemmijin fil-punti (c) u (d) u (f)(i) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jew materjali tal-Kategorija 3, għajr għal materjali msemmijin fil-punti (c) u (p) tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(iii)

fil-każ ta’ materjali oħra, materjali tal-Kategorija 1 imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, materjali tal-Kategorija 2 imsemmijin fil-punti (c), (d) u (f)(i) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew materjali tal-Kategorija 3, għajr għal materjali msemmijin fil-punti (c) u (p) tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b)

ikunu ġew ipproċessati bil-metodu ta’ proċessar 1 (sterilizzazzjoni bi pressjoni) jew skont wieħed mill-metodi l-oħra ta’ proċessar imsemmijin fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(c)

fil-każ ta’ xaħam ta’ annimali li jixtarru, ikunu tneħħew impuritajiet li ma jinħallux ta’ aktar minn 0,15 % fil-piż;

(d)

ikunu ġew immarkati qabel il-ġarr bil-baħar għall-Unjoni biex tinkiseb il-konċentrazzjoni minima ta’ GTH kif imsemmi fil-punt 1(b) tal-Kapitolu V tal-Anness VIII;

(e)

wara l-verifiki veterinarji msemmijin fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, ix-xaħmijiet imdewba jinġarru direttament għall-istabbiliment jew għall-impjant reġistrat ta’ destinazzjoni, f’kondizzjonijiet li ma jħallux ikun hemm kontaminazzjoni; u

(f)

ikollhom tikketti, fuq l-ippakkjar jew fuq il-kontenitur li jindikaw “MHUX GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM JEW MILL-ANNIMALI”.

Taqsima 10

Importazzjoni ta’ derivattivi mix-xaħam

1.

Derivattivi mix-xaħam jistgħu jkunu importati jekk iċ-ċertifikat tas-saħħa li jkun mal-konsenja jiċċertifika:

(a)

jekk id-derivattivi mix-xaħam jiġux minn materjali tal-Kategorija 1, 2 jew 3;

(b)

fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam magħmulin minn materjal tal-Kategorija 2, li l-prodotti:

(i)

ikunu nħadmu bl-użu ta’ metodu li għall-anqas jissodisfa l-istandards ta’ wieħed mill-proċessi msemmijin fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII; u

(ii)

jintużaw biss f’fertilizzant organiku jew f’materjali li jtejbu l-ħamrija jew f’mod ieħor barra mill-katina tal-għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet, minbarra f’kosmetiċi, f’farmaċewtiċi u f’tagħmir mediku;

(c)

fil-każ ta’ derivattivi mix-xaħam magħmulin minn materjal tal-Kategorija 1, li l-prodotti ma għandhomx jintużaw f’fertilizzanti organiċi u f’materjali li jtejbu l-ħamrija, f’kosmetiċi, f’farmaċewtiċi u f’tagħmir mediku; iżda jistgħu jintużaw għal għanijiet oħra barra mill-katina tal-għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet.

2.

Iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-punt 1 għandu jkun ippreżentat lill-awtorità kompetenti fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-ewwel punt ta’ dħul tal-oġġetti fl-Unjoni, u wara dan kopja tiegħu għandha tinżamm mal-konsenja sakemm din tasal fl-impjant ta’ destinazzjoni.

3.

Wara l-verifiki veterinarji msemmijin fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, id-derivattivi mix-xaħam għandhom jinġarru direttament għall-istabbiliment jew għall-impjant ta’ destinazzjoni.

Taqsima 11

Importazzjoni tal-fotoġelatina

1.

Ġelatina li tkun inħadmet minn materjal li jkollu kolonna vertebrali bovina li tkun tikkonsisti minn materjal tal-Kategorija 1 skont l-Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li tkun maħsuba għall-industrija tal-fotografija (fotoġelatina) tista’ tkun importata, bil-kondizzjoni li l-fotoġelatina:

(a)

tkun ġejja minn wieħed mill-impjanti ta’ oriġini indikati fit-Tabella 3;

(b)

tkun inħadmet skont il-punt 6;

(c)

tkun importata minn wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul fl-Unjoni indikati fit-Tabella 3; u

(d)

tkun maħsuba għall-produzzjoni f’fabbrika tal-fotografija indikata fit-Tabella 3.

Tabella 3

Importazzjoni tal-fotoġelatina

Pajjiż terz ta’ oriġini

Impjanti ta’ oriġini

Stat Membru ta’ destinazzjoni

Post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul fl-Unjoni

Fabbriki tal-fotografija approvati

Il-Ġappun

Nitta Gelatin Inc.,

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581-0024 Japan

Jellie Co. Ltd

7-1, Wakabayashi 2-Chome,

Wakabayashi-ku,

Sendai-City;

Miyagi,

982 Japan

NIPPI Inc. Gelatine Division

1 Yumizawa-Cho

Fujinomiya City Shizuoka

418-0073 Japan

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Rotterdam

FujifilmEurope, Oudenstaart 1,

5047 TK Tilburg,

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Nitta Gelatin Inc.,

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581-0024 Japan

Ir-Renju Unit

Liverpool

Felixstowe

Heathrow

Kodak Ltd.

Rjustone Drive,

Harrow, Middlesex,

HA4 4TY,

Ir-Renju Unit

Ir-Repubblika Ċeka

Hamburg

FOMA Bohemia, spol. SRO

Jana Krušinky

1604

501 04 Hradec Králove,

Ir-Repubblika Ċeka

L-Istati Uniti

Eastman Gelatine Corporation,

227 Washington Street,

Peabody,

MA, 01960 USA

Gelita North America,

2445 Port Neal Industrial Road

Sergeant Bluff,

Iowa, 51054 USA

Ir-Renju Unit

Liverpool

Felixstowe

Heathrow

Kodak Ltd.

Rjustone Drive,

Harrow, Middlesex,

HA4 4TY,

Ir-Renju Unit

Ir-Repubblika Ċeka

Hamburg

FOMA Bohemia, spol. SRO

Jana Krušinky

1604

501 04 Hradec Králove,

Ir-Repubblika Ċeka

2.

Malli l-fotoġelatina tkun daħlet fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, hija ma għandhiex tkun ikkummerċjalizzata bejn Stati Membri iżda għandha tintuża biss fil-fabbrika approvata tal-fotografija fl-istess Stat Membru ta’ destinazzjoni u unikament għal finijiet ta’ produzzjoni ta’ fotografija.

3.

Wara l-verifiki veterinarji msemmijin fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, il-fotoġelatina għandha tkun ittrasportata direttament għall-fabbrika approvata tal-fotografija ta’ destinazzjoni.

4.

It-trasport imsemmi fil-punt 3 għandu jsir f’vetturi jew f’kontejners li fihom il-fotoġelatina tkun separata fiżikament minn kull prodott maħsub għall-ikel jew għall-għalf.

5.

Fil-fabbrika approvata tal-fotografija ta’ destinazzjoni, l-operatur għandu jiżgura li kulma jibqa’ żejjed jew residwi tal-fotoġelatina u skart ieħor li jiġi minnha:

(a)

jinġarru f’kontenituri ssiġillati li ma jnixxux u bit-tikketta “għar-rimi biss” f’vetturi f’kondizzjonijiet sodisfaċenti ta’ iġjene;

(b)

jintremew skont l-Artikolu 12 (a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew ikunu esportati għall-pajjiż terz ta’ oriġini skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

6.

Il-fotoġelatina għandha tinħadem skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-fotoġelatina għandha tinħadem biss f’impjanti li fihom ma ssirx ġelatina għall-ikel jew għall-għalf li jkunu maħsubin jintbagħtu l-Unjoni Ewropea, u li jkunu approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat,

(b)

Il-fotoġelatina għandha ssir bi proċess li jiżgura li l-materja prima tkun ittrattata bil-metodu ta’ proċessar 1 (sterilizzazzjoni bi pressjoni) kif imsemmi fil-Kapitolu III tal-Anness IV jew tkun suġġetta għal trattament bl-aċidu jew bl-alkali għal perjodu ta’ mill-anqas jumejn, u maħsula bl-ilma, u:

(i)

wara trattament bl-aċidu, tkun ittrattata b’taħlita ta’ alkalin għal perjodu ta’ mill-anqas 20 jum; jew

(ii)

wara trattament bl-aċidu, tkun ittrattata b’taħlita ta’ aċidu għal perjodu ta’ minn 10 sa 12-il siegħa.

Il-pH għandu mbagħad ikun aġġustat u l-materjal jissaffa b’filtrazzjoni u sterilizzazzjoni ta’ 138 °C sa 140 °C għal 4 sekondi.

(c)

Wara li tkun suġġetta għall-proċess imsemmi fil-punt (b), il-fotoġelatina tista’ tgħaddi minn proċess ta’ tnixxif u, fejn ikun jixraq, minn proċess ta’ tifrik jew tirqiq.

(d)

Il-fotoġelatina għandha titgeżwer, titqiegħed f’ippakkjar ġdid, tinħażen u tinġarr f’kontenituri li ma jnixxux u b’tikketta fuqhom, f’vettura f’kondizzjonijiet sodisfaċenti ta’ iġjene.

Jekk jidher li jkun hemm tnixxija, il-vettura u l-kontenituri għandhom jitnaddfu sewwa u spezzjonati qabel ma jerġgħu jintużaw.

(e)

It-tgeżwir u l-ippakkjar li jkollhom il-fotoġelatina għandu jkollhom fuqhom il-kliem “fotoġelatina għall-industrija tal-fotografija biss”.

Taqsima 12

Importazzjoni ta’ qrun u prodotti mill-qrun, eskluż qrun mitħuna, u qwieqeb u prodotti mill-qwieqeb, eskluż qwieqeb mitħuna, maħsuba għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti organiċi jew għal materjali li jtejbu l-ħamrija

Qrun u prodotti mill-qrun, eskluż qrun mitħuna, u qwieqeb u prodotti mill-qwieqeb, eskluż qwieqeb mitħuna, maħsubin għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti organiċi jew għal materjali li jtejbu l-ħamrija, jistgħu jkunu importati, bil-kondizzjoni li:

1.

ikunu nħadmu skont il-Kapitolu XII tal-Anness XIII; u

2.

jittieħdu wara l-verifiki veterinarji msemmija fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, direttament għal stabbiliment jew impjant approvat jew reġistrat.

KAPITOLU III

REGOLI SPEĊJALI GĦAL ĊERTI KAMPJUNI

Taqsima 1

Kampjuni ta’ riċerka u dijanjożi

Sakemm ma jinżammux għal finijiet ta’ riċerka u ma jerġgħux jintbagħtu lill-pajjiż terz ta’ oriġini, kampjuni ta’ riċerka u dijanjożi u kull prodott derivat mill-użu ta’ dawk il-kampjuni għandhom jintremew:

(a)

bħala skart b’inċinerazzjoni;

(b)

bi sterilizzazzjoni bi pressa u wara jintremew jew jintużaw skont l-Artikoli minn 12 sa 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; jew

(c)

skont il-punt 4(b) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tal-Anness VI f’każ:

(i)

li l-kwantitajiet ma jkunux jaqbżu l-2 000 ml; u

(ii)

bil-kondizzjoni li l-kampjuni jew il-prodotti derivati jkunu nħadmu fi u ntbagħtu minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta’ pajjiżi terzi, li minnhom Stati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ annimali bovini domestiċi li huma elenkati fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

Taqsima 2

Kampjuni tal-kummerċ

1.

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ kampjuni tal-kummerċ, bil-kondizzjoni li:

(a)

joriġinaw minn

(i)

pajjiżi terzi msemmijin fil-kolonna “Lista ta’ pajjiżi terzi” fil-filliera 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II ta’ dan l-Anness;

(ii)

fil-każ ta’ kampjuni tal-kummerċ li jikkonsistu minn ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib, pajjiżi terzi awtorizzati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010;

(b)

ikollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fil-Kapitolu 8 tal-Anness XV; u

(c)

wara l-verifiki veterinarji msemmija fid-Direttiva 97/78/KE, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva, ikunu ttrasportati direttament għall-istabbiliment jew għall-impjant approvat jew reġistrat indikat fl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti.

2.

Sakemm il-kampjuni tal-kummerċ ma jinżammux għal finijiet ta’ referenza, dawn għandhom:

(a)

jintremew jew jintużaw skont l-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; jew

(b)

jintbagħtu lura lill-pajjiż terz ta’ oriġini.

3.

Jekk il-kampjuni tal-kummerċ jintużaw għall-ittestjar ta’ makkinarju, l-ittestjar għandu jsir:

(a)

b’tagħmir apposta; jew

(b)

b’tagħmir li jkun tnaddaf u ddiżinfettat qabel ma jkun użat għal finijiet minbarra dawk ta’ ittestjar.

Matul it-trasport għall-istabbiliment jew għall-impjant approvat jew reġistrat, il-kampjuni tal-kummerċ għandhom ikunu ppakkjati f’kontenituri li ma jnixxux.

Taqsima 3

Oġġetti għall-wiri

1.

L-importazzjoni u t-tranżitu ta’ oġġetti għall-wiri għandu jsir skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma jkunu joriġinaw minn pajjiżi terzi msemmija fil-kolonna “Lista ta’ pajjiżi terzi” fil-filliera 14 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II;

(b)

id-dħul tagħhom ikun ġie awtorizzat minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-oġġetti għall-wiri jkunu maħsuba li jintużaw;

(c)

wara l-verifiki veterinarji msemmijin fid-Direttiva 97/78/KE, oġġetti għall-wiri għandhom jintbagħtu direttament lil min ikun awtorizzat jużahom.

2.

Kull konsenja għandha titqiegħed f’ippakkjar li ma jħallix ikun hemm tnixxija u għandha jkollha magħha d-dokument kummerċjali li jispeċifika:

(a)

id-deskrizzjoni tal-materjal u l-ispeċijiet tal-annimali tal-oriġini;

(b)

il-kategorija tal-materjal;

(c)

il-kwantità tal-materjal;

(d)

il-post minn fejn ikun intbagħat il-materjal;

(e)

l-isem u l-indirizz tal-konsenjatur;

(f)

l-isem u l-indirizz tad-destinatarju; u

(g)

detttalji li jippermettu l-identifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ destinazzjoni.

3.

Wara l-wirja jew wara li l-attività artistika tkun intemmet, oġġetti għall-wiri għandhom:

(a)

jintbagħtu lura lill-pajjiż terz ta’ oriġini;

(b)

jintbagħtu lil Stat Membru ieħor jew lil pajjiż terz, jekk dak id-dispaċċ ikun ġie awtorizzat minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ta’ destinazzjoni; jew

(c)

jintremew skont l-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

KAPITOLU IV

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAL ĊERTI MOVIMENTI TA’ PRODOTTI SEKONDARJI MILL-ANNIMALI

Taqsima 1

Importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-Kategorija 1

Materjali msemmijin fl-Artikolu 26 għandhom ikunu importati skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.

Il-materjali għandhom ikunu importati b’tikketta mwaħħla mal-ippakkjar, kontenitur jew vettura li jindika/tindika “Ipprojbiti f’ikel, f’għalf, f’fertilizzanti, f’kosmetiċi, fi prodotti mediċinali u f’tagħmir mediku”.

2.

Il-materjali għandhom jitwasslu direttament fi stabbiliment jew f’impjant approvat jew reġistrat għall-manifattura ta’ prodotti derivati, minbarra l-prodotti msemmijin fil-punt 1.

3.

Materjali mhux użati jew żejda għandhom jintużaw jew jintremew skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Taqsima 2

Importazzjoni ta’ ċerti materjali għal għanijiet għajr għal tagħlif ta’ annimali terrestri mrobbijin fi rziezet

1.

L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-importazzjoni tal-materjali li ġejjin għal finijiet għajr għat-tagħlif ta’ annimali terrestrimrobbijin fi rziezet, ħlief għal tagħlif ta’ annimali tal-pil, bil-kondizzjoni li ma jkunx hemm riskji inaċċettabbli għat-tixrid ta’ mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali:

(a)

prodotti sekondarji mill-annimali minn annimali akkwatiċi u prodotti derivati minn annimali akkwatiċi;

(b)

invertebrati akkwatiċi u prodotti derivati minn invertebrati akkwatiċi;

(c)

invertebrati terrestri, inkluża kull għamla ta’ trasformazzjoni tagħhom, bħal larvi, u prodotti derivati minnhom;

(d)

prodotti mnisslin mill-annimali msemmijin fil-punti (a), (b) u (c), bħal bajd tal-ħut;

(e)

materjal tal-Kategorija 3 li jkun magħmul minn annimali u minn partijiet tagħhom tal-ordnijiet żooloġiċi Rodentia u Lagomorpha.

2.

Importazzjonijiet ta’ konsenji tal-materjali msemmijin fil-punt 1 għandhom isiru skont rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni sanitarja skont regoli nazzjonali.


ANNESS XV

ĊERTIFIKATI MUDELLI TAS-SAĦĦA

Iċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi u għat-tranżitu mill-Unjoni Ewropea tal-prodotti sekondarji mill-annimali u tal-prodotti derivati msemmijin fiċ-ċertifikati mudelli tas-saħħa rispettivi.

Noti

(a)

Ċertifikati veterinarji għandhom isiru mill-pajjiż terz esportatur, ibbażati fuq il-mudelli stabbiliti f’dan l-Anness, skont it-taqsim tal-mudell li jikkorrispondi mal-prodotti sekondarji mill-annimali u mal-prodotti derivati kkonċernati. Għandu jkollhom, fl-ordni nnumerat li jidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skont il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiz terz esportatur jew parti minnu.

(b)

Fejn iċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jkunu ingassati u inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal ta’ ċertifikazzjoni, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

(c)

Kull ċertifikat oriġinali għandu jkun magħmul minn folja waħda tal-karti, miż-żewġ naħat; jew, fejn ikun meħtieġ aktar test, għandu jkun f’dik il-forma li l-folji kollha tal-karta li jkunu meħtieġa jkunu parti minn ċertifikat sħiħ integrat u indivisibbli.

(d)

Huwa għandu jkun magħmul għall-anqas minn lingwa uffiċjali waħda tal-Istat Membru tal-UE li fih se ssir l-ispezzjoni fil-post fil-fruntiera, u għall-anqas minn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-UE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwi oħra, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-konsenja, jinthemżu aktar folji maċ-ċertifikat, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll li jagħmlu parti miċ-ċertifikat oriġinali bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika, f’kull waħda mill-folji.

(f)

Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmijin f’punt (e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru -(numru tal-paġna) minn (l-għadd totali tal-paġni) – fil-qiegħ tal-paġna, u għandu jkollu n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li kien imfassal mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġna.

(g)

Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jimtela u jkun iffirmat minn veterinarju uffiċjali. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur għandhom jiżguraw li jitħarsu l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 96/93/KE.

(h)

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola tapplika għal timbri minbarra dawk ibbuzzati fil-karta jew marka tal-ilma.

(i)

Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jkun mal-konsenja fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-UE.

(j)

Jekk jintużaw ċertifikati tas-saħħa għal konsenji fi tranżitu, għandha timtela l-kaxxa Nru I.5 (“Destinatarju”) taċ-ċertifikat tas-saħħa rilevanti, bl-isem u l-indirizz tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera li minnha tkun maħsuba li tinħareġ il-konsenja mill-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 1

Ċertifikat tas-saħħa

Għall-proteina pproċessata tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi taħlitiet u prodotti minbarra ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih proteina bħal din, biex tintbagħat l-Unjoni Ewropa jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 2(A)

Ċertifikat tas-saħħa

Għall-ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib u prodotti derivati mill-ħalib mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 2(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għall-kolostru u prodotti mill-kolostru minn annimali bovini mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha( (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 3(A)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal ikel fil-landa għall-annimali domestiċi maħsub biex jintbagħat l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 3(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal ikel għall-annimali domestiċi pproċessat minbarra ikel fil-landa maħsub biex jintbagħat l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 3(C)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal affarijiet għat-tgerrim mill-klieb maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 3(D)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal ikel nej għall-annimali domestiċi biex jinbiegħ b’mod dirett jew prodotti sekondarji mill-annimali biex jintemgħu lill-annimali tal-pil, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 3(E)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal interjuri għat-taħwir għal użu fil-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 3(F)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal prodotti sekondarji mill-annimali (3) għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 4(A)

Ċertifikat tas-saħħa

Għall-importazzjoni ta’ demm u prodotti mid-demm ta’ ekwidi biex jintużaw barra mill-katina tal-għalf, biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 4(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal prodotti mid-demm mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jistgħu jintużaw bħala materjal ta’ għalf, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 4(C)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal prodotti mid-demm mhux ittrattat, eskluż dak ta’ ekwidi, għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal finijiet barra mill-katina tal-għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 4(D)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal prodotti mid-demm ittrattat, eskluż dak ta’ ekwidi, għall-manifattura ta’ prodotti derivati għal finijiet barra mill-katina tal-għalf għal annimali mrobbijin fi rziezet, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 5(A)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal ġlud friski jew imkessħin ta’ ungulati, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 5(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal ġlud ittrattati ta’ ungulati, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 5(C)

Dikjarazzjoni uffiċjali

Għal ġlud ittrattati ta’ annimali li jixtarru u ta’ ekwidi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (1) u jkunu nżammu separati għal 21 jum jew li jkollhom jinġarru għal 21 jum mingħajr waqfien qabel l-importazzjoni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 6(A)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal trofej tal-kaċċa ttrattati u għal tħejjijiet oħra ta’ għasafar u ungulati, li jkunu biss għadam, qrun, qwieqeb, dwiefer, qrun imsaġġra, snien jew ġlud, biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 6(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal trofej tal-kaċċa jew tħejjijiet oħra ta’ għasafar u ungulati li jikkonsistu minn partijiet sħaħ li ma kinux ittrattati, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 7(A)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal lanżit tal-ħnieżer minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom li jkunu ħielsa mill-marda Afrikana tal-ħnieżer, maħsub biex jintbagħat lill-Komunità Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 7(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal lanżit tal-ħnieżer minn pajjiżi terzi jew minn r-reġjuni tagħhom li mhumiex ħielsa mill-marda Afrikana tal-ħnieżer, maħsub biex jintbagħat l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 8

Ċertifikat tas-saħħa

Għal prodotti sekondarji tal-annimali biex jintużaw għal finijiet barra mill-katina tal-għalf jew għal kampjuni tal-kummerċ (2), maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 9

Ċertifikat tas-saħħa

Għal żejt tal-ħuta mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem biex jintuża bħala materjal ta’ għalf jew għal finijiet barra mill-katina tal-għalf, maħsub biex jintbagħat l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 10(A)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal xaħmijiet imdewba mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw bħala materjal ta’ għalf, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 10(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal xaħmijiet imdewba mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw għal ċerti skopijiet barra mill-katina tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 11

Ċertifikat tas-saħħa

Għal ġelatina u kollaġini mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw bħala materjal ta’ għalf jew għal finijiet barra mill-katina tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 12

Ċertifikat tas-saħħa

Ġħal proteina idrolizzata, fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw bħala materjal ta’ għalf jew għal użijiet barra mill-katina tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 13

Ċertifikat tas-saħħa

Għal prodotti sekondarji tal-apikultura maħsubin esklussivament għall-użu fl-apikultura, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 14(A)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal derivattivi mix-xaħam mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw barra mill-katina tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 14(B)

Ċertifikat tas-saħħa

Għal derivattivi mix-xaħam mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem biex jintużaw bħala għalf jew barra mill-katina tal-għalf, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 15

Ċertifikat tas-saħħa

Għal prodotti tal-bajd mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jistgħu jintużaw bħala materjal ta’ għalf, maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 16

Dikjarazzjoni Mudell

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 17

Ċertifikat tas-saħħa

Għal demel ipproċessat, prodotti derivati minn demel ipproċessat u minn gwanu tal-friefet il-lejl maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 18

Ċertifikat tas-saħħa

Għal qrun u prodotti tal-qrun, eskluż qrun mitħun, u qwieqeb u prodotti tal-qwieqeb, eskluż għalf tal-qwieqeb, maħsubin għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti organiċi jew għal materjali li jtejbu l-ħamrija maħsubin biex jintbagħtu l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 19

Ċertifikat tas-saħħa

Għal ġelatina mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem biex tintuża fl-industrija tal-fotografija, maħsuba biex tintbagħat l-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU 20

Dikjarazzjoni Mudell

Dikjarazzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi u għal tranżitu mill-Unjoni Ewropea ta’ prodotti intermedji biex jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali, prodotti mediċinali veterinarji, tagħmir mediku, dijanjostika “in vitro” u reaġenti tal-laboratorju

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS XVI

KONTROLLI UFFIĊJALI

KAPITOLU I

KONTROLLI UFFIĊJALI F'IMPJANTI TAL-IPPROĊESSAR

Taqsima 1

Superviżjoni tal-produzzjoni

1.

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel superviżjoni ta’ impjanti tal-ipproċessar biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u ma’ dan ir-Regolament.

Hija għandha, b'mod partikulari:

(a)

tiċċekkja:

(i)

il-kondizzjonijiet ġenerali ta’ iġjene tal-bini, tat-tagħmir u tal-impjegati;

(ii)

l-effikaċja tal-kontrolli li jsiru mill-operatur tal-impjant stess tal-ipproċessar, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; dawn il-kontrolli għandhom jinkludu eżami tar-riżultati ta’ dawk il-kontrolli, u jekk ikun meħtieġ, it-teħid ta’ kampjuni;

(iii)

l-implimentazzjoni effettiva tal-proċedura miktuba permanenti abbażi tal-prinċipji HACCP skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; dawn il-kontrolli għandhom jinkludu eżami tar-riżultati ta’ din l-implimentazzjoni, u jekk ikun meħtieġ, it-teħid ta’ kampjuni;

(iv)

l-istandards tal-prodotti wara l-ipproċessar; l-analiżijiet u t-testijiet għandhom isiru skont metodi rikonoxxuti xjentifikament, l-aktar dawk stabbiliti f'leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, fejn metodi bħal dawn mhumiex stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, skont standards rikonoxxuti internazzjonalment jew, fin-nuqqas tagħhom, standards nazzjonali; u

(v)

il-kondizzjonijiet tal-ħżin;

(b)

tieħu kull kampjun meħtieġ għal testijiet fil-laboratorju; u

(c)

tagħmel kull verifika oħra li jidhrilha meħtieġa biex tiżgura l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u ma’ dan ir-Regolament.

2.

Biex tkun tista' twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha skont il-punt 1, l-awtorità kompetenti għandha dejjem ikollha aċċess ħieles għall-partijiet kollha tal-impjant tal-ipproċessar u għal rekords, dokumenti kummerċjali u ċertifikati tas-saħħa.

Taqsima 2

Proċeduri ta’ validazzjoni

1.

Qabel ma toħroġ approvazzjoni għal impjant tal-ipproċessar, kif ipprovdut fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-awtorità kompetenti għandha tara li tkun saret validazzjoni tal-impjant tal-ipproċessar mill-operatur skont il-proċeduri u l-indikaturi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-proċess permezz ta’ dijagramma tal-proċess;

(b)

identifikazzjoni tal-punti kritiċi ta’ kontroll (PKK) li tinkludi r-rata tal-proċess tal-materjali għas-sistemi kontinwi;

(c)

il-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-proċess preskritti minn dan ir-Regolament; u

(d)

il-ħarsien tar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

id-daqs tal-partikola għall-pressjoni tal-lottijiet u għal-proċessi kontinwi, iddefinit skont id-daqs tat-toqba tal-magna tal-ikkapuljat jew tal-ispazju tal-inkwina,

(ii)

it-temperatura, il-pressjoni, il-ħin tal-ipproċessar u, fil-każ ta’ sistemi ta’ pproċessar kontinwu, ir-rata tal-ipproċessar tal-materjal, kif speċifikat fil-punti 2 u 3.

2.

Fil-każ ta’ sistema ta’ pressjoni ta’ lottijiet:

(a)

it-temperatura għandha tkun immonitorjata b'termokoppja permanenti u għandha tkun ippjanata mal-ħin reali;

(b)

l-istadju tal-pressjoni għandu jkun immonitorjat b'gejġ tal-pressjoni permanenti; il-pressjoni għandha tkun ippjanata mal-ħin reali;

(c)

il-ħin tal-ipproċessar għandu jintwera permezz ta’ dijagrammi tal-ħin/it-temperatura u l-ħin/l-pressjoni.

Mill-anqas darba f'sena t-termokoppja u l-gejġ tal-pressjoni għandhom jiġu kkalibrati.

3.

Fil-każ ta’ sistema tal-pressjoni kontinwa:

(a)

it-temperatura u l-pressjoni għandhom ikunu mmonitorjati b'termokoppji, jew b'kanun ta’ temperatura infrared, u l-gejġijiet tal-pressjoni għandhom ikunu użati f'pożizzjonijiet definiti tul is-sistema tal-proċess b'mod li t-temperatura u l-pressjoni jkunu konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa fis-sistema kontinwa sħiħa jew f'taqsima minnha; it-temperatura u l-pressjoni għandhom ikunu ppjanati mal-ħin reali;

(b)

il-kejl tal-ħin minimu ta’ tranżitu fil-parti rilevanti kollha tas-sistema kontinwa fejn it-temperatura u l-pressjoni jkunu konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa, għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti, billi jintużaw markaturi li ma jitħassrux, bħad-dijossidu tal-manjeżju, jew metodu li joffri garanziji ekwivalenti.

Kejl eżatt u kontroll tar-rata tal-proċess tal-materjal huma essenzjali u għandhom jitkejlu matul it-test ta’ validazzjoni b'rabta ma’ PKK li jista' jkun immonitorjat b'mod kontinwu bħal:

(i)

revoluzzjonijiet tal-alimentazzjoni kull minuta (rev./min.);

(ii)

l-enerġija elettrika (amps f'vultaġġ partikulari);

(iii)

ir-rata ta’ evaporazzjoni/kondensazzjoni; jew

(iv)

l-għadd ta’ daqqiet tal-pompa kull unità ta’ ħin.

It-tagħmir kollu tal-kejl u l-monitoraġġ għandu jkun ikkalibrat mill-anqas darba f'sena.

4.

L-awtorità kompetenti għandha ttenni l-verifiki tal-proċeduri ta’ validazzjoni meta tqis li jkunu meħtieġa, u, f'kull każ, kull darba li ssir tibdila sinifikanti fil-proċess, bħal modifiki fil-makkinarju jew bdil ta’ materja prima.

KAPITOLU II

LISTI TA’ STABBILIMENTI, IMPJANTI U OPERATURI REĠISTRATI U APPROVATI

1.

Aċċess għall-listi ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi reġistrati u approvati

Biex tgħin lill-Istati Membri jagħmlu listi aġġornati ta’ stabbilimenti, impjanti u operaturi reġistrati u approvati li jkunu jistgħu jinkisbu minn Stati Membri oħra u mill-pubbliku, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li għandu jkollha links mal-websajts nazzjonali pprovduti minn kull Stat Membru, kif imsemmi fil-punt 2(a).

2.

Format tal-websajts nazzjonali

(a)

Kull Stat Membru għandu jagħti lill-Kummissjoni indirizz ta’ websajt nazzjonali waħda li jkollha l-lista prinċipali tal-istabbilimenti, tal-impjanti u tal-operaturi kollha reġistrati u approvati fit-territorju tiegħu (“lista prinċipali”).

(b)

Kull lista prinċipali għandha tkun magħmula minn folja waħda u għandha titlesta f'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni.

3.

It-tqassim, inklużi l-informazzjoni u l-kodiċijiet rilevanti, ta’ listi prinċipali għandu jkun skont l-speċifikazzjonijiet tekniċi li jkunu ppubblikati mill-Kummissjoni fil-websajt tagħha.

KAPITOLU III

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI

Taqsima 1

Kontrolli uffiċjali għall-immarkar ta’ prodotti derivati

L-awtorità kompetenti għandha twettaq verifika ta’ prestazzoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u reġistrazzjoni msemmija fil-punt 2 tal-Kapitolu V tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament biex tkun ċerta mill-konformità ma’ dan ir-Regolament u tista' titlob, fejn ikun meħtieġ, li jkunu ttestjati kampjuni addizzjonali skont il-metodu msemmi fit-tieni paragrafu tal-istess punt.

Taqsima 2

Kontrolli uffiċjali f'impjanti ta’ inċinerazzjoni ta’ kapaċità baxxa

L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona impjant ta’ inċinerazzjoni ta’ kapaċità baxxa għall-inċinerazzjoni ta’ materjali ta’ riskju speċifikat qabel l-approvazzjoni, u mill-anqas darba f'sena, biex tagħmel monitoraġġ tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u ma’ dan ir-Regolament.

Taqsima 3

Kontrolli uffiċjali fi nħawi mbiegħda

Fil-każ ta’ rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fi nħawi mbiegħda skont l-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel monitoraġġ regolari taż-żoni kkaratterizzati bħala mbiegħda biex tiżgura li dawk iż-żoni u l-operazzjonijiet ta’ rimi jkunu kkontrollati sewwa.

Taqsima 4

Kontrolli uffiċjali fi rziezet reġistrati għat-tagħlif ta’ annimali bil-pil

1.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkontrolla:

(a)

il-kompożizzjoni, l-ipproċessar u l-użu kif imiss tal-laħam u l-għadam mitħun jew prodotti oħra li jkunu ġew ipproċessati skont il-metodi ta’ pproċessar stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness V u li jkunu ġejjin minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali tal-istess speċi;

(b)

li l-annimali jintemgħu l-għalf imsemmi fil-punt (a), inkluż:

(i)

superviżjoni stretta tal-istat tas-saħħa ta’ dawk l-annimali; u

(ii)

sorveljanza xierqa ta’ TSE li tinvolvi teħid ta’ kampjuni u eżami tal-laboratorju b'mod regolari għat-TSE.

2.

Il-kampjuni msemmijin fil-punt 1(b)(ii) għandhom jinkludu kampjuni meħudin minn annimali li juru sintomi newroloġiċi u minn annimali tat-tgħammir li jkollhom aktar żmien.

Taqsima 5

Kontrolli uffiċjali għal ċentri ta’ ġbir

1.

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tinkludi ċentri ta’ ġbir fil-lista magħmula skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(b)

tassenja numru uffiċjali għal kull ċentru tal-ġbir; u

(c)

taġġorna l-lista taċ-ċentri tal-ġbir u tagħmilha disponibbli flimkien mal-lista mfassla skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

2.

L-awtorità kompetenti għandha teżegwixxi kontrolli uffiċjali f'ċentri tal-ġbir biex tivverifika l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Taqsima 6

Kontrolli uffiċjali għat-tagħlif ta’ għasafar nekrofaċi b'materjal tal-Kategorija 1

L-awtorità kompetenti għandha tagħmel superviżjoni tal-istat tas-saħħa tal-annimali mrobbijin fi rziezet fir-reġjun fejn jingħalfu għasafar nekrofaġi b'materjal tal-Kategorija 1, u għandha tagħmel sorveljanza xierqa għat-TSE li jinvolvi teħid regolari ta’ kampjuni u eżami tal-laboratorju b'mod regolari għat-TSE.

Dawk il-kampjuni għandhom jinkludu kampjuni meħudin minn annimali li juru sintomi newroloġiċi u minn annimali tat-tgħammir li jkollhom aktar żmien.

Taqsima 7

Kontrolli uffiċjali għall-applikazzjoni ta’ ċerti fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija

L-awtorità kompetenti għandha teżegwixxi kontrolli tul il-katina kollha tal-produzzjoni u tal-użu ta’ fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija suġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmijin fil-Kapitolu II tal-Anness II.

Dawk il-kontrolli għandhom jinkludu kontroll fuq it-taħlit ma’ komponent imsemmi fil-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XI, u verifiki tal-istokkijiet ta’ prodotti bħal dawn miżmumin fi rziezet, u tar-rekords miżmumin skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u dan ir-Regolament.

Taqsima 8

Kontrolli uffiċjali għal fabbriki tal-fotografija approvati

L-awtorità kompetenti għandha teżegwixxi verifiki ta’ dokumentazzjoni f'fabbriki tal-fotografija approvati msemmijin fit-Tabella 3 tal-punt 1 tat-Taqsima 11 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV dwar il-katina li twassal mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul għall-fabbriki tal-fotografija approvati għal fini ta’ rikonċiljażżjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti importati, użati u mormija.

Taqsima 9

Kontrolli uffiċjali għal ċerti xaħmijiet imdewba importati

L-awtorità kompetenti għandha teżegwixxi verifiki tad-dokumentazzjoni fi stabbilimenti jew f'impjanti reġistrati li jirċievu xaħmijiet imdewba li jkunu importati skont it-Taqsima 9 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV dwar il-katina li twassal mill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul għall-istabbiliment jew l-impjant reġistrati għal fini ta’ rikonċiljazzjoni tal-kwantitajiet ta’ prodotti importati, użati u mormija.

Taqsima 10

Format standard għall-applikazzjonijiet għal ċerti awtorizzazzjonijiet fil-kummerċ fl-Unjoni

L-operaturi għandhom jissottomettu applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni biex jintbagħtu prodotti sekondarji tal-annimali msemmijin fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 skont il-format li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top