Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011L0094

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat- 28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan

OJ L 314, 29.11.2011, p. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 020 P. 256 - 259

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/94/oj

29.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/31


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/94/UE

tat-28 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE jistabbilixxi l-mudell li abbażi tiegħu l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-liċenzji nazzjonali tas-sewqan. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, ir-referenza għall-Komunità fil-liċenzja tas-sewqan għandha tinbidel b’referenza għall-Unjoni Ewropea. Il-mudell għandu wkoll jiġi aġġornat biex jirrifletti l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE, il-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan għandu jindika l-kategorija tal-vetturi li d-detentur huwa intitolat li jsuq.

(3)

Huwa neċessarju li l-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan jiġi aġġornat fid-dawl tal-kategoriji l-ġodda tal-vetturi introdotti bid-Direttiva 2006/126/KE. B’mod partikolari, ġew introdotti l-liċenzji tas-sewqan għall-kategorija AM (mopeds) u l-kategorija A2 (muturi) u dawn ser ikunu applikabbli mid-19 ta’ Jannar 2013. Għaldaqstant, il-mudell tal-Unjoni Ewropea għal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi aġġustat.

(4)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/126/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

L-Istati Membri huma inkorraġġiti biex ifasslu għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom infushom li, safejn ikun possibbli, għandhom juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ transpożizzjoni, u li dawn it-tabelli jsiru pubbliċi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE ġie emendat kif muri fl-Anness.

Artikolu 2

Transpożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Jannar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.


ANNESS

L-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE hu emendat kif ġej:

1.

It-titolu huwa sostitwit b’li ġej:

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN

2.

Fil-punt (1), il-kliem “mudell tal-Komunità tal-liċenzja tas-sewqan” qed jiġu sostitwiti bil-kliem “mudell tal-Unjoni Ewropea tal-liċenzja tas-sewqan”.

3.

Fil-punt (3), il-punt (c) hu sostitwit b’li ġej:

“(c)

il-marka distintiva tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, stampata fin-negattiv f’rettangolu ikħal u mdawwar b’ċirku ta’ tnax-il stilla safra; il-marki distintivi għandhom ikunu kif ġejjin:

B: Il-Belġju

BG: Il-Bulgarija

CZ: Ir-Repubblika Ċeka

DK: Id-Danimarka

D: Il-Ġermanja

EST: L-Estonja

GR: Il-Greċja

E: Spanja

F: Franza

IRL: L-Irlanda

I: L-Italja

CY: Ċipru

LV: Il-Latvja

LT: Il-Litwanja

L: Il-Lussemburgu

H: L-Ungerija

M: Malta

NL: Il-Pajjiżi l-Baxxi

A: L-Awstrija

PL: Il-Polonja

P: Il-Portugall

RO: Ir-Rumanija

SLO: Is-Slovenja

SK: Is-Slovakkja

FIN: Il-Finlandja

S: L-Isvezja

UK: Ir-Renju Unit”.

4.

Fil-punt (3), li jikkonċerna l-pagna 1 tal-liċenzja tas-sewqan, il-punt (e) qed jiġi sostitwit b’ dan li ġej:

“(e)

il-kliem ‘Mudell tal-Unjoni Ewropea’ fil-lingwa(i) tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja u l-kliem ‘Liċenzja tas-Sewqan’ fil-lingwi l-oħra tal-Unjoni Ewropea, stampati bir-roża biex jiffurmaw l-isfond tal-liċenzja:

 

Свидетелство за управление на МПС

 

Permiso de Conducción

 

Řidičský průkaz

 

Kørekort

 

Führerschein

 

Juhiluba

 

Άδεια Οδήγησης

 

Liċenzja tas-Sewqan

 

Ajokortti Permis de conduire

 

Ceadúas Tiomána

 

Patente di guida

 

Vadītāja apliecība

 

Vairuotojo pažymėjimas

 

Vezetői engedély

 

Liċenzja tas-Sewqan

 

Rijbewijs

 

Prawo Jazdy

 

Carta de Condução

 

Permis de conducere

 

Vodičský preukaz

 

Vozniško dovoljenje

 

Körkort;

 

Körkort;”

5.

Fil-punt (3), li jikkonċerna l-pagna 2 tal-liċenzja tas-sewqan:

Il-punti (a)10 u (a)11 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“10.

id-data tal-ewwel ħruġ għal kull kategorija (din id-data għandha tiġi ripetuta fuq il-liċenzja l-ġdida fil-każ ta’ bidliet jew skambji sussegwenti); kull parti tad-data għandha tinkiteb b’żewġ ċifri u fis-sekwenza li ġejja: jum.xahar.sena (JJ.XX.SS);

11.

data tal-iskadenza għal kull kategorija kull parti tad-data għandha tinkiteb b’żewġ ċifri u fis-sekwenza li ġejja: jum.xahar.sena (JJ.XX.SS);”

Fil-punt (a)(12), l-ewwel inċiż, il-kliem “kodiċi armonizzati tal-Komunità” qed jiġu sostitwiti bil-kliem “kodiċi armonizzati tal-Unjoni Ewropea”.

Fil-punt (a)(12), il-kodiċi 95 qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“95.

Sewwieq li hu d-detentur ta’ CPC li jissodisfa l-obbligu ta’ kompetenza professjonali msemmi fid-Direttiva 2003/59/KE sa … (pereżempju.: 95(01.01.12))”

Il-punt (b) qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

spjegazzjoni tal-punti numerati li ġejjin li jidhru fil-paġni 1 u 2 tal-liċenzja: 1, 2, 3, 4(a), 4(b), 4(c), 5, 10, 11 u 12;

Jekk Stat Membru jkun jixtieq li jdaħħal l-entrati b’lingwa nazzjonali li ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Il-Bulgaru, iċ-Ċek, i-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Griek, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Isvediż, dan għandu jifformola verżjoni bilingwa tal-liċenzja billi juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness;”

Fil-punt (c), il-kliem “mudell tal-liċenzji tal-Komunità’ qed jiġu sostitwiti bil-kliem ‘mudell tal-Unjoni Ewropea tal-liċenzji tas-sewqan”.

6.

Fil-punt 4, qed jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

L-informazzjoni miġbura fuq quddiem u fuq in-naħa ta’ wara tal-karta għandha tkun tinqara sew, u għall-punti 9 sa 12 fuq in-naħa ta’ wara għandu jintuża karattru li jkollu għoli minimu ta’ 5 punti.”

7.

Il-mudell tal-Komunità tal-liċenzji tas-sewqan huwa sostitwit b’dan li ġej:

MUDELL TAL-UNJONI EWROPEA TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN

Paġna 1

Image

Paġna 2

Image

8.

Il-kampjun tal-mudell tal-liċenzja jiġi mħassar.


Top