EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0638

2011/638/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Settembru 2011 dwar il-punti ta’ referenza biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani kwoti mingħajr ħlas ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 252, 28.9.2011, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 030 P. 52 - 53

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/638/oj

28.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Settembru 2011

dwar il-punti ta’ referenza biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani kwoti mingħajr ħlas ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/638/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3e(3)(e) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa neċessarju li jiġu adottati punti ta’ referenza li għandhom jintużaw biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani kwoti mingħajr ħlas fil-perjodu ta’ kummerċ mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012, imsemmija fl-Artikolu 3c(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u fil-perjodu ta’ kummerċ mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020, imsemmija fl-Artikolu 13(1) flimkien mal-Artikolu 3c(2) ta’ dik id-Direttiva.

(2)

L-allokazzjonijiet skont dawk il-punti ta’ referenza għandhom jiġu ffissati sal-2020 minbarra meta l-atti adottati skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE jkunu jirrikjedu modifikazzjonijiet ta’ konsegwenza.

(3)

Wara l-inkorporazzjoni fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekomomika Ewropea (ŻEE) tad-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (2) permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2011 tal-1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE (3), il-punti ta’ referenza għandhom jiġu applikati fiż-ZEE.

(4)

Huwa għaldaqstant meħtieġ li l-punti ta’ referenza jkunu abbażi tal-għadd ta’ kwoti taż-ŻEE mingħajr ħlas iffissati mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 93/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 li jemenda l-Anness XX (l-Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE (4).

(5)

Il-punti ta’ referenza għandhom jiġu kkalkulati billi jiġi diviż l-għadd ta’ kwoti applikabbli fiż-ŻEE għall-perjodu ta’ kummerċ mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 u dak applikabbli għall-perjodu ta’ kummerċ mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020 bit-total taċ-ċifri fid-dejta ta’ tunnellata kilometru inkluż fl-applikazzjonijiet mressqa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3e(2) tad-Direttiva 2003/87/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-punt ta’ referenza li għandu jintuża biex jiġu allokati l-kwoti mingħajr ħlas lill-operaturi tal-ajruplani skont l-Artikolu 3e(1) ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012 għandu jkun ta’ 0,000679695907431681 kwota għal kull tunnellata kilometru.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-punt ta’ referenza li għandu jintuża biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani l-kwoti mingħajr ħlas skont l-Artikolu 3e(1) ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun ta’ 0,000642186914222035 kwota għal kull tunnellata kilometru.

Artikolu 2

Il-kalkoli relatati ma’ għadd ta’ kwoti li għandu jiġu allokat skont il-punti ta’ referenza stabbiliti fl-Artikolu 1 għandhom jitqarrbu lejn l-eqreb kwota.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 93, 7.4.2011, p. 35.

(4)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Top