EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0036

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/36/UE tal- 1 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/45/KE dwar regoli u standards ta’ sigurtà [sikurezza] għal vapuri tal-passiġġieri (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 162, 29.6.2010, p. 1–135 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 014 P. 144 - 278

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/36/oj

29.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/1


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/36/UE

tal-1 ta’ Ġunju 2010

li temenda d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/45/KE dwar regoli u standards ta’ sigurtà [sikurezza] għal vapuri tal-passiġġieri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/45/KE tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar regoli u standards ta’ sigurtà [sikurezza] għal vapuri tal-passiġġieri (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 10, tagħha,

Billi

(1)

Id-Direttiva 2009/45/KE kkodifikat u fformulat mill-ġdid id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta’ Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (2) u l-emendi sostantivi sussegwenti tagħha fl-interessi taċ-ċarezza,

(2)

Għall-għan tad-Direttiva 2009/45/KE, il-konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1974 (il-Konvenzjoni SOLAS) u kodiċijiet u riżoluzzjonijiet internazzjonali oħra, għar-regoli u l-istandards tas-sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri, kienu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Saru xi tibdiliet għal strumenti rilevanti internazzjonali, bħall-konvenzjonijiet, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO), mill-aħħar emenda sostantiva tad-Direttiva 98/18/KE mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/75/KE (3).

(4)

Għandhom jiġu kkunsidrati dawn l-istrumenti internazzjonali ġodda fl-Artikoli rilevanti u fl-Annessi għad-Direttiva 2009/45/KE.

(5)

Id-Direttiva 2009/45/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti [Sikuri] stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2009/45/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

‘Il-Kodiċi għall-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja’ tfisser ‘il-Kodiċi Internazzjonali għas-Sikurezza ta’ Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja’ li tinsab fir-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC 36 (63) tal-20 ta’ Mejju 1994, jew il-Kodiċi Internazzjonali għas-Sikurezza ta’ Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja, 2000 (Kodiċi HSC tal-2000), fir-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC.97(73) ta’ Diċembru 2000, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom;”

2.

L-Artikolu 2(g)(ii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(ii)

il-veloċità massima tagħhom, kif iddefinita fir-Regolament 1.4.30 tal-1994 tal-Kodiċi ta’ Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja u r-Regolament 1.4.37 tal-Kodiċi ta’ Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-2000, hija inqas minn 20 knots;”

3.

L-Artikolu 3(2)(a) (iii) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(iii)

vapuri li nbnew b’materjal ieħor li mhux azzar jew l-ekwivalenti u li mhumiex koperti bl-istandards li jikkonċernaw Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja (Riżoluzzjoni MSC 36 (63) jew MSC.97 (73)) jew Inġenji tal-Baħar Sostnuti b’mod dinamiku (Riżoluzzjoni A.373 (X));”.

4.

L-Artikolu 4(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Għall-inġenji tal-baħar tal-passiġġieri b’veloċità għolja għandhom japplikaw il-kategoriji definiti fil-Kapitolu 1 (1.4.10) u (1.4.11) tal-Kodiċi tal-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-1994 jew il-Kapitolu 1 (1.4.12) u (1.4.13) tal-Kodiċi tal-Inġenji tal-Baħar b’Veloċità Għolja tal-2000.”

5.

L-Artikolu 6(1)(c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

Għal tagħmir ta’ navigazzjoni fuq vapur, għandhom japplikaw, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti 17, 18, 19, 20 u 21, il-Kapitolu V, tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, fil-verżjoni aġġornata tagħha. Tagħmir ta’ navigazzjoni fuq vapur, kif elenkat fl-Anness A(1) għad-Direttiva 96/98/KE u li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar, għandu jitqies li huwa f’konformità mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament 18.1, il-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974.”

6.

L-Artikolu 6(4)(a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

inġenji tal-baħar tal-passiġġieri b’veloċità għolja li nbnew jew li kienu soġġetti għal tiswijiet, alterazzjonijiet jew modifikazzjonijiet ta’ karattru estensiv, fl-1 ta’ Jannar 1996 jew wara dik id-data, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament X/2 u X/3 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, għajr jekk

mhux aktar tard minn Ġunju 1998, il-karina tagħhom kienet tqiegħdet jew kienu fi stadju simili ta’ bini, u

il-konsenja u l-ikkumissjonar seħħew mhux aktar tard minn Diċembru tal-1998, u

jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tas-Sikurezza għall-Inġenji tal-Baħar Sostnuti b’mod Dinamiku (il-Kodiċi DSC) fir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.373(X), kif emendata bir-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC 37(63);”

7.

L-Artikolu 12(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Għandhom jiġu segwiti l-proċeduri u l-linji gwida rilevanti għal servejs għaċ-Ċertifikat tas-Sikurezza fuq Vapuri tal-Passiġġieri speċifikati fir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.997(25) kif ġew emendati, ‘Survey guidelines under the harmonized system of survey and certification, 2007’ (Linji gwida għat-twettiq ta’ servejs skont is-sistema armonizzata ta’ twettiq ta’ servejs u ċertifikazzjoni), jew proċeduri maħsuba biex jilħqu l-istess għan.”

8.

L-Annessi I sa V tad-Direttiva 2009/45/KE għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jimxu ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 190, 30.7.2003, p. 6.

(4)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.


ANNESS

ANNESS I

IR-REKWIŻITI TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI ĠODDA U EŻISTENTI LI JWETTQU VJAĠĠI DOMESTIĊI

Werrej

KAPITOLU I —   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU II-1 —   KOSTRUZZJONI — SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ, MAKKINARJU U INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

PARTI A —   ĠENERALI

1.

Definizzjonijiet relatati mal-Parti B (R 2)

2.

Definizzjonijiet relatati mal-Partijiet C, D u E (R 3)

PARTI A-1 —   STRUTTURI TAL-VAPURI

1.

Installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos (R 3-5)

2.

Disinni tal-kostruzzjoni li jinżammu abbord u fuq l-art (R 3-7)

3.

Tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ (R 3-8)

PARTI B —   L-ISTABBILTÀ INTATTA, SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ F’KUNDIZZJONIJIET TA’ ĦSARA

PARTI B-1 —   VAPURI LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2009 JEW WARA - GĦAŻLA TAL-APPLIKAZZJONI TAR-RIŻOLUZZJONI MSC.216.(82)

PARTI B-2 —   VAPURI LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2009

1.

Riżoluzzjoni tal-istabbiltà intatta (A749 (18)

2.

Suddiviżjoni impermeabbli

3.

Tul li jista’ jegħreq (R 4)

4.

Tul permissibbli tal-kompartimenti (R 6)

5.

Il-permeabbiltà (R 5)

6.

Il-fattur tas-suddiviżjoni

7.

Rekwiżiti speċjali li għandhom x’jaqsmu mas-suddiviżjoni tal-vapuri(R 7)

8.

Stabbiltà f’kundizzjonijiet ta’ ħsara (R 8)

8-1.

L-istabbiltà tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f’kundizzjonijiet ta’ ħsara (R 8-1)

8-2.

Rekwiżiti speċjali għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jġorru 400 persuna jew aktar (R 8-2)

8-3.

Rekwiżiti speċjali għall-vapuri tal-passiġġieri, li mhumiex vapuri ro-ro tal-passiġġieri, li jġorru 400 persuna jew aktar

9.

Paratiji tal-ponta u tal-ispazju tal-makkinarju (R 10)

10.

Qigħan doppji (R 12)

11.

L-assenjar, l-immarkar u r-reġistrazzjoni ta’ linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni (R 13)

12.

Il-kostruzzjoni u l-ittestjar inizjali tal-paratiji impermeabbli, eċċ. (R 14)

13.

Fetħiet f’paratiji impermeabbli (R 15)

14.

Vapuri li jġorru vetturi tal-merkanzija u l-persunal li jakkumpanjawhom (R 16)

15.

Fetħiet fil-kisi tal-qoxra taħt il-linja tal-marġni (R 17)

16.

L-integrità tal-impermeabbiltà f’vapuri tal-passiġġieri ‘l fuq mil-linja tal-marġni (R 20)

17.

Għeluq tal-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija (R 20-1)

17-1.

Integrità tal-impermeabbiltà mill-gverta tar-ro-ro (gverta tal-paratija) għall-ispazji li jkunu taħt (R 20-2)

17-2.

Aċċess għall-gverti ro-ro (R 20-3)

17-3.

Għeluq tal-paratiji fuq il-gverta ro-ro (R 20-4)

18.

Informazzjoni dwar l-istabbiltà (R 22)

19.

Pjanijiet tal-kontroll tal-ħsarat(R 23)

20.

L-integrità tal-buq u s-superstruttura, il-prevenzjoni tal-ħsara u l-kontroll (R 23-2)

21.

L-immarkar, it-tħaddim perjodiku u l-ispezzjoni tal-bibien impermeabbli, eċċ. (R 24)

22.

Entraturi fir-reġistru (R 25)

23.

Pjattaformi u rampi jogħlew tal-karozzi

24.

Ilqugħ

PARTI C -   MAKKINARJU

1.

Ġenerali (R 26)

2.

Magni tal-kombustjoni interna (R 27)

3.

Arranġamenti tal-ippumpjar tas-sentina (R 21)

4.

Għadd u tip tal-pompi tas-sentina (R 21)

5.

Mezzi għall-moviment lura (R 28)

6.

Apparat li jagħti direzzjoni (R 29)

7.

Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat li jagħti direzzjoni elettriku u elettroidrawliku (R 30)

8.

Sistemi tal-ventilazzjoni fi spazji tal-makkinarju (R 35)

9.

Il-komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju (R 37)

10.

Allarm tal-inġiniera (R 38)

11.

Post ta’ installazzjonijiet tal-emerġenza (R 39)

12.

Kontrolli tal-makkinarju (R 31)

13.

Sistemi ta’ pajpijiet bil-fwar (R 33)

14.

Sistemi tal-pressjoni tal-arja (R 34)

15.

Protezzjoni kontra l-istorbju (R 36)

16.

Liftijiet

PARTI D -   STALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

1.

Ġenerali (R 40)

2.

Is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika u tad-dawl (R 41)

3.

Sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika (R 42)

4.

Dawl supplimentari tal-emerġenza għall-vapuri ro-ro (R 42-1)

5.

Prekawzjonijiet kontra xokkijiet, nirien u perikli oħra ta’ oriġini elettrika (R 45)

PARTI E -   REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦAL VAPURI LI NBNEW BI SPAZJI TAL-MAKKINARJU LI PERJODIKAMENT MA JKOLLHOMX NIES MAGĦHOM

Kunsiderazzjoni speċjali (R 54)

1.

Ġenerali (R 46)

2.

Prekawzjonijiet kontra n-nar (R 47)

3.

Protezzjoni kontra t-tgħarriq (R 48)

4.

Kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni (R 49)

5.

Komunikazzjoni (R 50)

6.

Sistemi tal-allarm (R 51)

7.

Sistemi tas-sikurezza (R 52)

8.

Rekwiżiti speċjali għall-installazzjonijiet tal-makkinarju, tal-bojlers u elettriċi (R 53)

9.

Sistemi awtomatiċi tal-kontroll u tal-allarm (R 53.4)

KAPITOLU II-2 —   PROTEZZJONI MIN-NIRIEN, INDIVIDWAZZJONI TAN-NIRIEN U TIFI TAN-NIRIEN

PARTI A —   ĠENERALI

1.

Prinċipji bażiċi (R 2)

2.

Definizzjonijiet (R 3)

3.

Pompi tan-nar, mejns tan-nar, idranti, pajpijiet u żennuni (R 4)

4.

Sistemi tat-tifi tan-nar fissi (R 5 + 8 + 9 + 10).

5.

Estinturi tan-nar li jistgħu jinġarru (R 6)

6.

Arranġamenti għat-tifi tan-nar fi spazji tal-makkinarju (R 7)

7.

Arranġamenti speċjali fi spazji tal-makkinarju (R 11)

8.

Tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, sistemi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm (R 12)

9.

Sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u sistemi tal-allarm tan-nirien (R 13)

10.

Arranġamenti għall-karburant taż-żejt, żejt lubrikanti u żjut oħra li jieħdu n-nar (R 15)

11.

Ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar (R 17)

12.

Oġġetti varji (R 18)

13.

Pjanijiet tal-kontroll tan-nar (R 20)

14.

Prontezza operazzjonali u manutenzjoni

15.

Struzzjonijiet, taħriġ abbord u provi

16.

Operazzjonijiet

PARTI B —   MIŻURI TAS-SIKUREZZA KONTRA N-NIRIEN

1.

Struttura (R 23)

2.

Żoni prinċipali vertikali u żoni orizzontali (R 24)

3.

Paratiji b’żona vertikali prinċipali (R 25)

4.

L-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tal-paratiji u l-gverti fil-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 26)

5.

L-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u l-gverti fil-vapuri ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 27)

6.

Mezzi ta’ ħrib (ta’ emerġenza) (R 28)

6-1.

Rotot ta’ ħrib (ta’ emerġenza) fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 28-1).

7.

Penetrazzjonijiet u fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi A u B (R 30, 31)

8.

Il-protezzjoni tat-turġien u liftijiet fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz (R 29)

9.

Sistemi ta’ ventilazzjoni (R 32)

10.

Twieqi u fetħiet fil-ġenb (R 33)

11.

Użu ristrett ta’ materjal li jaqbad (R 34)

12.

Dettalji tal-bini (R 35)

13.

Sistemi fissi ta’ individwazzjoni u tal-allarm tan-nirien u sistemi ta’ tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma u tal-individwazzjoni tan-nirien u sistema tal-allarm tan-nirien (R 14) (R 36)

14.

Protezzjoni tal-ispazji ta’ kategorija speċjali (R 37)

15.

Rondi tal-għassa għan-nirien, sistemi tal-individwazzjoni, tal-allarm u tat-tgħarrif pubbliku (R 40)

16.

Titjib tal-vapuri eżistenti tal-Klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 41-1)

17.

Rekwiżiti speċjali għall-vapuri li jġorru oġġetti perikolużi (R 41)

18.

Rekwiżiti speċjali għall-faċilitajiet tal-ħelikopters

KAPITOLU III —   TAGĦMIR TAS-SALVATAĠĠ

1.

Definizzjonijiet (R 3)

2.

Mezzi tal-komunikazzjoni, inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (survival craft) u dgħajjes ta’ rkupru (rescue boats), tagħmir personali tas-salvataġġ (R 6 + 7 + 18 + 21 + 22)

3.

Sistema ta’ allarm tal-emerġenza, sistema ta’ tgħarrif pubbliku, lista tal-ġmigħ tan-nies, tal-istruzzjonijiet ta’ emerġenza, tal-persunal ta’ komunikazzjoni bir-radju, tal-istruzzjonijiet tat-tħaddim, tal-manwali tat-taħriġ, u tal-istruzzjonijiet għall-manutenzjoni (R 6 + 8 + 9 + 19 + 20)

4.

It-tqegħid ta’ nies mal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u s-superviżjoni (R 10)

5.

Armar ta’ inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u tal-arranġamenti tal-imbarkazzjoni (R 11 + 23 + 25)

5-1.

Rekwiżiti għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 26)

5-2.

Pjattaformi tal-ħelikopters u żoni ta’ fejn jiġbor in-nies (R 28)

5-3.

Sistema tal-appoġġ għad-deċiżjoni għall-kaptani (R 29)

6.

Stazzjonijiet li jvaraw(R 12)

7.

Irfigħ ta’ inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 13 + 24)

8.

Irfigħ tad-dgħajjes ta’ rkupru (rescue boats) (R 14)

8a.

Irfigħ ta’ sistemi tal-evakwazzjoni marittima (R 15)

9.

Arranġamenti ta’ varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u arranġamenti tal-irkupru (R 16)

10.

Imbarkazzjoni tad-dgħajsa tas-salvataġġ, arranġamenti tal-varar u rkupru (R 17)

11.

Struzzjonijiet tal-emerġenza (R 19)

12.

Prontezza għat-tħaddim, manutenzjoni u spezzjonijiet (R 20)

13.

Taħriġ u provi tal-abbandun tal-vapur (R 19 + R 30)

KAPITOLU IV -   KOMUNIKAZZJONIJIET BIR-RADJU

1.

Tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju

ANNESS II —   FORMOLA TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIKUREZZA TA’ VAPUR TAL-PASSIĠĠIERI

ANNESS III —   IL-LINJI GWIDA GĦAR-REKWIŻITI TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI U GĦALL-INĠENJI TAL-BAĦAR TA’ VELOĊITÀ GĦOLJA GĦALL-PERSUNI B’MOBBILTÀ MNAQQSA

ANNESS IV

PARTI A —   DIRETTIVA RREVOKATA BIL-LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

PARTI B —   LISTA TAL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U APPLIKAZZJONI

ANNESS V —   TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Meta jkun espressament ipprovdut, ir-regolamenti ta’ dan l-Anness huma applikabbli għal vapuri tal-passiġġieri ġodda u eżistenti tal-klassijiet A, B, C u D, li jwettqu vjaġġi domestiċi, li għandhom x’jaqsmu mal-ambitu ta’din id-Direttiva kif ipprovdut fl-Artikolu 3.

2.

Vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li għandhom tul ta’ inqas minn 24 metru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolamenti II-1/B/2 sa II-1/B/8 u II-1/B/10 ta’ dan l-Anness, sakemm l-Amministrazzjoni ta’ Stat tal-bandiera, li dawn il-vapuri għandhom il-jedd li jtajru l-bandiera tiegħu, tiżgura li jikkonformaw mar-regoli tal-Istat tal-bandiera u li dawk ir-regoli jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

3.

Meta r-regolamenti ta’ dan l-Anness ma japplikawx għal vapuri ġodda ta’ tul ta’ inqas minn 24 metru, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li jiġi pprovdut livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dawn il-vapuri permezz tal-konformità mar-regoli nazzjonali.

4.

Vapuri eżistenti tal-klassi C u D ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mar-regolamenti tal-Kapitoli II-1 u II-2 ta’ dan l-Anness, dejjem jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li dawn il-vapuri għandhom il-jedd itajru l-bandiera tiegħu, tiżgura li jikkonformaw mar-regoli nazzjonali tal-Istat tal-bandiera u li dawn ir-regoli jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sikurezza.

5.

Barra minn hekk, jekk jinsab li mhuwiex prattikabbli u/jew li mhuwiex raġonevoli, il-vapuri tal-klassijiet B, C u D ta’ tul inqas minn 24 metru ma għandhomx l-obbligu li jikkonformaw mar-regolamenti li ġejjin fil-Kapitolu II-1: Fil-Parti B, ir-Regolament 10, fil-Parti C, ir-Regolament 4, 9 u 10 u fil Parti E, ir-Regolamenti 1 sa 9. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dawn il-vapuri huwa pprovdut permezz ta’ konformità mar-regoli nazzjonali.

6.

Irrispettivament minn dak li hemm ipprovdut fl-Artikolu 6.1(b), vapuri tal-Klassi D li ma jestendux il-vjaġġ tagħhom ‘il barra miż-Żona tal-Baħar A 1 kif iddefinit fir-Regolament IV/2.12 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, ma għandhomx l-obbligu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ġarr fil-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, iżda għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu IV ta’ dan l-Anness.

7.

Id-dispożizzjonijiet għall-viżibbiltà fuq il-pont tan-navigazzjoni fir-Regolament V/22 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, għandhom sa fejn huwa prattikabbli u raġonevoli, japplikaw ukoll għal vapuri ta’ tul inqas minn 55 metru, fejn ‘tul’ huwa kif iddefinit fir-Regolament V/2 tal-Konvenzjoni ta’ SOLAS tal-1974.

8.

Kull fejn l-applikazzjoni ta’ riżoluzzjoni tal-IMO hija meħtieġa f’dan l-Anness għal vapuri eżistenti, li nbnew sa sentejn wara d-data tal-adozzjoni mill-IMO ta’ din ir-riżoluzzjoni ma hemmx għalfejn jikkonformaw ma’ din ir-riżoluzzjoni sakemm jikkonformaw mar-riżoluzzjoni(jiet) applikabbli ta’ qabel, jekk hemm.

9.

Taħt tiswijiet, alterazzjonijiet u modifikazzjonijiet ta’ ‘natura maġġuri’ għandu jinftiehem, bħala eżempju:

kull tibdil li jbiddel sostanzjalment id-dimensjonijiet ta’ vapur,

eżempju: żieda fit-tul billi tiżdied parti ġdida fin-nofs,

kull tibdil li jbiddel sostanzjalment il-kapaċità ta’ vapur li jġorr il-passiġġieri,

eżempju: gverta tal-karozzi mibdula f’akkomodazzjoni għall-passiġġieri,

kwalunkwe tibdil li jżid b’mod sinifikanti ż-żmien tas-servizz tal-vapur,

eżempju: tiġdid tal-akkomodazzjoni tal-passiġġieri fuq gverta waħda sħiħa.

10.

L-indikazzjoni ‘(R…)’ li ssegwi diversi titoli ta’ regolamenti f’dan l-Anness tirreferi għar-regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, li fuqha huma bbażati r-regolamenti ta’ dan l-Anness i.e.:

.1

Il-Kapitolu II-1: il-Parti A-1, isiru referenzi għal SOLAS inklużi l-emendi tal-2006.

.2

Il-Kapitolu II-1: Il-Parti A u B, isiru referenzi għal SOLAS inklużi l-emendi ta’ 96/98.

.3

Il-Kapitolu II-2: Il-Parti A, ir-Regolament 1 u 2, isiru referenzi għal SOLAS inklużi l-emendi tal-1999/2000. Ir-Regolament 1.3, issir referenza għall-Parti F (Disinni u Arranġamenti alternattivi) tar-reviżjoni tal-Kapitolu II-2 (Emendi tal-2000) tas-SOLAS 1974, għal vapuri ġodda li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara. Il-Kapitolu II-2: Il-Parti A, ir-Regolament 3 - 16 u l-Parti B, ir-Regolamenti 1 - 18 isiru referenzi għal SOLAS inklużi l-emendi tas-96/98.

.4

Il-Kapitolu III: Isiru referenzi għall-emendi tas-SOLAS 96/98 u l-emendi tal-2001 - 2003.

11.

Dispożizzjonijiet applikabbli għal VAPURI tal-KLASSI A jistgħu jinsabu:

 

fil-Kapitolu II-1/A-1, ir-Regolament 1,

 

fil-Kapitolu II-1/B, ir-Regolamenti 1, 23 u 24,

 

fil-Kapitolu II-1/C, ir-Regolament 1, 3 u 16,

 

fil-Kapitolu II-2/A, ir-Regolament 4, 9 u 12, u

 

fil-Kapitolu II-2/B, ir-Regolament 6.

12.

Dispożizzjonijiet applikabbli għal VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI A:

il-Kapitolu II-1/B, ir-Regolamenti 17-2 u 20,

KAPITOLU II-1

KOSTRUZZJONI — SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ, MAKKINARJU U INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

PARTI A

ĠENERALI

1.   Definizzjonijiet relatati mal-Parti B (R 2)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D u VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

.1

Il-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni hija l-linja tal-ilma użata biex tiġi stabbilita s-suddiviżjoni tal-vapur.

.2

Il-linja tat-tagħbija l-aktar fonda tas-suddiviżjoni hija l-linja tal-ilma li tikkorrispondi mal-akbar pixka awtorizzata mir-rekwiżiti ta’ suddiviżjoni applikabbli.

.2

It-tul tal-vapur huwa t-tul imkejjel bejn il-perpendikulari meħuda mit-truf tal-aktar linja tat-tagħbija l-aktar fonda tas-suddiviżjoni.

.3

Il-wisa’ tal-vapur hija l-akbar wisa’ minn barra ta’ qafas sa barra ta’ qafas ma’ jew taħt l-aktar suddiviżjoni fonda tal-linja tat-tagħbija.

.4

Il-pixka hija d-distanza vertikali mil-linja tal-bażi ffurmata f’ nofs il-vapur sal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni inkwistjoni.

.5

Il-piż mgħobbi (deadweight) huwa d-differenza f’tunnellati bejn il-volum tal-ispostament ta’ vapur f’ilma ta’ gravità speċifika ta’ 1 025 mal-linja tal-ilma tat-tagħbija li tikkorrispondi mal-għoli barra mill-ilma (freeboard) tas-sajf assenjat u l-piż bla tagħbija tal-vapur.

.6

Il-piż ħafif (lightweight) huwa l-volum tal-ispostament tal-ilma ta’ vapur f’tunnellati mingħajr merkanzija, karburant, żejt lubrikanti, ilma tas-saborra, ilma ħelu u ilma għal servizzi fit-tankijiet, ħażniet għall-oġġetti ta’ konsum, u l-passiġġieri u l-ekwipaġġ u l-effetti personali tagħhom.

.7

Il-gverta tal-paratija (bulkhead deck) hija l-gverta ta’ fuq nett li sa magħha jitwasslu l-paratiji trasversali impermeabbli.

.8

Il-linja tal-marġni hija linja mmarkata talanqas 76 mm taħt il-wiċċ ta’ fuq tal-gverta tal-paratija mal-ġenb.

.9

Permeabbiltà ta’ spazju hija l-perċentwal ta’ dak l-ispazju li jista’ jiġi okkupat mill-ilma. Il-volum ta’ spazju li jestendi ‘l fuq mil-linja tal-marġni għandu jitkejjel biss sal-għoli ta’ dik il-linja.

.10

L-ispazju tal-makkinarju għandu jittieħed bħala li jestendi mil-linja tal-bażi ffurmata sal-linja tal-marġni u bejn il-ħitan tal-paratija trasversali ewlenin estremi impermeabbli, li jikkonfinaw l-ispazji li jkun fihom il-makkinarju ewlieni u awżiljarju ta’ propulsjoni, u l-bojlers li jservu l-ħtiġijiet ta’ propulsjoni.

.11

L-ispazji tal-passiġġieri huma dawk l-ispazji li huma pprovduti għall-akkomodazzjoni u l-użu tal-passiġġieri, esklużi l-kmamar tal-bagalji, tal-ħżin, tal-provvisti u tal-posta.

.12

Impermeabbli f’relazzjoni ma’ struttura tfisser li kapaċi tevita li jgħaddi l-ilma mill-istruttura fi kwalunkwe direzzjoni taħt wiċċ tal-ilma li x’aktarx jista’ jseħħ fil-kundizzjoni intatta jew dik bil-ħsara.

.13

Li jkun reżistenti għall-maltemp tfisser li l-ilma ma jippenetrax fil-vapur fi kwalunkwe kundizzjoni ta’ baħar.

.14

Vapur ro-ro tal-passiġġieri tfisser vapur tal-passiġġieri bi spazji tar-ro-ro għat-tagħbija jew spazji ta’ kategorija speċjali kif stipulat fir-Regolament II-2/A/2.

2.   Definizzjonijiet relatati mal-Partijiet C, D u E (R 3)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

.1

Sistema tal-kontroll tal-apparat li jagħti direzzjoni hija t-tagħmir li bih jintbagħtu l-ordnijiet mill-pont tan-navigazzjoni għall-unitajiet li jħaddmu l-apparat li jagħti direzzjoni. Sistemi tal-kontroll tal-apparat li jagħti direzzjoni jinkludu trażmettituri, riċevituri, pompi tal-kontroll idrawliċi u l-muturi assoċjati magħhom, kontrolluri tal-muturi, pajpijiet u kejbils.

.2

L-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni huwa l-makkinarju, l-attwaturi tat-tmun, l-unitajiet tal-enerġijia tal-apparat li jagħti direzzjoni, jekk ikun hemm, u apparat anċillari u l-mezzi għall-applikazzjoni tat-torque fuq il-korp tat-tmun (eż. laċċ tat-tmun jew kwadrant) meħtieġ biex iċaqlaq it-tmun bil-għan li jmexxi l-vapur taħt kundizzjonijiet normali ta’ servizz.

.2

L-unità tal-enerġija għall-apparat li jagħti direzzjoni hija:

.1

fil-każ ta’ apparat elettriku li jagħti direzzjoni, mutur elettriku u t-tagħmir elettriku assoċjat tiegħu;

.2

fil-każ ta’ apparat elettroidrawliku li jagħti direzzjoni, mutur elettriku u t-tagħmir elettriku u l-pompa mqabbda assoċjati tiegħu;

.3

fil-każ ta’ apparat li jagħti direzzjoni, idrawliku ieħor, magna li tħaddmu u pompa mqabbda miegħu.

.3

Apparat awżiljarju li jagħti direzzjoni huwa l-apparat għajr kwalunkwe parti tal-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni meħtieġ biex jidderieġi l-vapur fil-każ ta’ ħsara tal-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni iżda ma jinkludix il-laċċ tat-tmun, il-kwadrant jew il-komponenti li jservu għall-istess għan.

.4

Kundizzjoni abitabbli u ta’ tħaddim normali hija kundizzjoni li fiha l-vapur kollu, il-makkinarju, is-servizzi, il-mezzi u l-għajnuniet li jiżguraw il-propulsjoni, il-kapaċità tal-immanuvrar, is-sikurezza tan-navigazzjoni, is-sikurezza f’każ ta’ nar u tgħarriq, il-komunikazzjonijiet u s-sinjali interni u esterni, il-mezzi tal-ħrib, u l-winċijiet ta’ emerġenza tad-dgħajjes, kif ukoll il-kundizzjonijiet ippjanati ta’ kumdità tal-abitabbiltà jkunu jaħdmu u jiffunzjonaw b’mod normali.

.5

Kundizzjoni ta’ emerġenza hija kundizzjoni li fiha kwalunkwe servizz meħtieġ għat-tħaddim normali u l-kundizzjonijiet abitabbli ma jkunux qed jaħdmu minħabba ħsara fis-sors ewlieni tal-enerġija elettrika.

.6

Sors ewlieni tal-enerġija elettrika huwa s-sors maħsub biex jipprovdi l-enerġija elettrika għall-iswiċċbord ewlenija għad-distribuzzjoni tas-servizzi kollha meħtieġa għaż-żamma tal-vapur f’kundizzjoni abitabbli u ta’ tħaddim normali.

.7

Kundizzjoni ta’ vapur inattiv hija l-kundizzjoni li fiha l-impjant ewlieni ta’ propulsjoni, il-bojlers u l-awżiljari ma jkunux qed joperaw minħabba n-nuqqas ta’ enerġija.

.8

L-istazzjon ewlieni ta’ ġenerazzjoni huwa l-ispazju li fih ikun jinsab is-sors ewlieni tal-enerġija elettrika.

.9

L-iswiċċbord ewlenija hija l-iswiċċbord li tieħu l-enerġija elettrika direttament mis-sors ewlieni u maħsuba sabiex tqassam l-enerġija elettrika lis-servizzi tal-vapur.

.10

L-iswiċċbord ta’ emerġenza hija l-iswiċċbord li fil-każ ta’ ħsara fis-sistema tal-provvista tal-enerġija elettrika tiġi pprovduta direttament mis-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika jew minn sors tranżitorju ta’ enerġija ta’ emerġenza bl-intenzjoni li tqassam l-enerġija elettrika lis-servizzi ta’ emerġenza.

.11

Is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika huwa s-sors ta’ enerġija elettrika, maħsub biex jipprovdi lill-iswiċċbord ta’ emerġenza fil-każ ta’ ħsara fil-provvista mis-sors ewlieni tal-enerġija elettrika.

.12

Il-veloċità massima tas-servizz ‘il quddiem hija l-ogħla veloċità li l-vapur huwa ddisinjat li jżomm fis-servizz fuq il-baħar fl-aktar pixka fonda waqt it-tbaħħir.

.13

Il-veloċità massima b ’ lura hija l-veloċità li l-vapur huwa stmat li jista’ jilħaq bis-saħħa massima b’ lura fl-aktar pixka fonda waqt it-tbaħħir.

.14(a)

L-ispazji tal-makkinarju huma l-ispazji kollha tal-makkinarju tal-kategorija A u dawk l-ispazji kollha li fihom makkinarju tal-propulsjoni, bojlers, unitajiet tal-karburant taż-żejt, magni tal-fwar u tal-kombustjoni interna, ġeneraturi u makkinarju elettriku prinċipali, stazzjonijiet tal-mili taż-żejt, makkinarju tal-ventilazzjoni u kundizzjunar tal-arja, u spazji simili, u l-kaxxi għal dawn l-ispazji.

.14(b)

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A huma dawk l-ispazji u kaxxi għal tali spazji li fihom:

.1

makkinarju tal-kombustjoni interna użat għall-propulsjoni prinċipali; jew

.2

makkinarju tal-kombustjoni interna użat għal skopijiet oħra barra dawk tal-propulsjoni prinċipali fejn tali makkinarju għandu totalità ta’ produzzjoni tal-enerġija ta’ mhux anqas minn 375 kW; jew

.3

kull bojler taż-żejt iffiltrat jew unità tal-karburant taż-żejt.

.15

Is-sistema tal-attivazzjoni tal-enerġija hija l-apparat idrawliku pprovdut għall-provvista tal-enerġija biex idawwar il-korp tat-tmun, l-unità jew l-unitajiet tal-enerġija tal-apparat li jagħti direzzjoni, flimkien mal-pajpijiet u l-aċċessorji assoċjati u l-mekkaniżmu li jazzjona t-tmun. Is-sistemi tal-attivazzjoni tal-enerġija jistgħu jaqsmu komponenti mekkaniċi komuni, i.e. il-laċċ, il-kwadranti u l-lasta tat-tmun, jew komponenti li jservu funzjoni bħal din.

.16

Stazzjonijiet tal-kontroll huma dawk l-ispazji li fihom jinsabu t-tagħmir tar-radju jew t-tagħmir prinċipali tan-navigazzjoni jew is-sors ta’ enerġija tal-emerġenza jew fejn huwa ċċentralizzat t-tagħmir tal-kontroll tan-nirien.

PARTI A-1

STRUTTURA TAL-VAPURI

1.   Installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos (R 3-5)

IL-VAPURI KOLLHA

.1

Dan ir-Regolament għandu japplika għal materjali użati għall-istruttura, makkinarju, installazzjonijiet elettriċi u tagħmir koperti bir-Regolamenti ta’ dan l-Anness.

.2

Għandha tkun projbita kull installazzjoni ġdida ta’ materjali li fihom l-asbestos għall-vapuri kollha.

2.   Disinni tal-kostruzzjoni li jinżammu abbord u fuq l-art (R 3-7)

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA:

.1

Sett ta’ disinni tal-kostruzzjoni tal-vapur kif mibni fil-bidu u pjanti oħrajn li juru kull tibdil strutturali ieħor li sar wara għandhom jinżammu abbord il-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara.

.2

Sett ieħor addizzjonali ta’ dawn id-disinni għandu jinżamm fuq l-art mill-Kumpanija, kif iddefinit fir-Regolament IX/1.2 tal-Konvenzjoni tas-SOLAS tal-1974.

.3

Referenza għall-IMO MSC/Circ.1135 dwar ‘As-built construction drawings to be maintained on board the ship and ashore’ (Disinni tal-kostruzzjoni li għandhom jinżammu abbord u fuq l-art)

3.   Tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ (R 3-8)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D B’TUL TA’ 24 METRU U AKTAR LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA

.1

Il-vapuri għandhom jiġu pprovduti b’arranġamenti, tagħmir u armar għal tagħbija ta’ xogħol li jkunu sikuri biżżejjed biex jitwettqu b’mod sikur l-operazzjonijiet kollha tal-irmunkar u l-irmiġġ assoċjati mat-tħaddim normali tal-vapur.

.2

Arranġamenti, tagħmir u armar ipprovduti f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-istandards speċifikati għall-klassifika bir-regoli ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta, jew regoli ekwivalenti użati minn Amministrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 94/57/KE.

.3

Qed issir referenza għall-IMO MSC/Circ.1175 dwar ‘Guidance on shipboard towing and mooring equipment’ (Gwida dwar it-tagħmir tal-irmunkar u tal-irmiġġ ta’ fuq il-vapuri).

.4

Kull armar jew oġġett ta’ tagħmir ipprovdut taħt dan ir-Regolament għandu jiġi mmarkat bi kwalunkwe restrizzjoni assoċjata ma’ operazzjoni sikura, li tikkunsidra s-saħħa tat-twaħħil tiegħu mal-istruttura tal-vapur.

PARTI B

L-ISTABBILTÀ INTATTA, SUDDIVIŻJONI U STABBILTÀ F’KUNDIZZJONIJIET TA’ ĦSARA

Parti B-1

Vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara - għażla tal-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni MSC.216.(82)

Vapuri tal-klassijiet B, C U D li l-karina tagħhom tkun tqegħdet fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara, jew li jkunu fi stat simili ta’ kostruzzjoni f’dik id-data, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti fil-parti B-2 jew, inkella, id-dispożizzjonijiet xierqa tal-Kapitolu II-I tas-SOLAS, il-parti B, kif stipulat fl-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni MSC 216(82).

Parti B-2

Vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2009

1.   Ir-Riżoluzzjoni tal-istabbiltà intatta A.749(18) kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.75(69)

VAPURI TAL-KLASSIJIET IL-ĠODDA A, B, C u D TA’ TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

Kull klassi ta’ vapuri ġodda ta’ 24 metru tul jew aktar għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-vapuri tal-passiġġieri tal-Kodiċi dwar l-Istabbiltà Intatta kif adottat permezz tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.749 (18), kif ġiet emendata.

Fejn l-Istati Membri jikkunsidraw mhux xierqa l-applikazzjoni tal-Kriterju tal-Irjieħ Severi u l-Irrolljar (Severe Wind and Rolling Criterion) tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.749 (18), kif emendata, għandu jiġi applikat metodu ieħor li jiżgura stabbiltà sodisfaċenti. Dan għandu jiġi appoġġat minn evidenza mill-Kummissjoni li tikkonferma li ntlaħaq livell ekwivalenti ta’ sikurezza sodisfaċenti.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET A u B TA’ TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

Kull vapur eżistenti tal-klassi A u B għandu, f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija, jissodisfa l-kriterji tal-istabbiltà li ġejjin wara l-korrezzjoni meħtieġa għall-effett tal-wiċċ ħieles tal-likwidi fit-tankijiet f’konformità mas-suppożizzjonijiet tal-paragrafu 3.3 tar-Riżoluzzjoni A.749 (18) tal-IMO, jew l-ekwivalenti.

(a)

L-erja taħt il-kurva tal-lieva ta’ korrezzjoni (il-kurva GZ) ma għandhiex tkun ta’ anqas minn:

(i)

0,055 m-radians sa angolu ta’ mejl ta’ 30°;

(ii)

0,09 m-radians sa angolu ta’ mejl jew ta’ 40° jew l-angolu tat-tgħarriq, i.e. l-angolu ta’ mejl fejn it-truf ta’ isfel ta’ kwalunkwe fetħa fil-buq, is-soprastrutturi jew il-kmamar ta’ fuq il-gverta, li huma fetħiet li ma jistgħux jingħalqu b’mod reżistenti għall-maltemp, ikunu mgħaddsa, jekk dak l-angolu jkun ta’ anqas minn 40°;

(iii)

0,03 m-radians bejn l-angoli ta’ mejl ta’ 30° u ta’ 40° jew bejn 30° u l-angolu tat-tgħarriq jekk l-angolu jkun ta’ anqas minn 40°;

(b)

Il-lieva ta’ korrezzjoni GZ għandha tkun tal-anqas 0,20 ° metru f’angolu ta’ mejl ugwali jew akbar minn 30 °.

(ċ)

Il-kurva massima tal-lieva ta’ korrezzjoni GZ għandha tkun f’angolu ta’ mejl li preferibbilment jaqbeż it-30 ° iżda ta’ mhux anqas minn 25 °.

(d)

L-għoli inizjali metaċentriku trasversali ma għandux ikun ta’ anqas minn 0,15 metri.

Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji tal-istabbiltà msemmija hawn fuq għandhom jinkludu tal-anqas dawk imniżżlin fil-paragrafu 3.5.1.1 tar-Riżoluzzjoni A.749 (18) tal-IMO, kif ġie emendat.

Il-vapuri eżistenti kollha tal-klassijiet A u B li għandhom tul ta’ 24 metru jew aktar għandhom ukoll jikkonformaw mal-kriterji addizzjonali kif mogħtija mir-Riżoluzzjoni A.749 (18) tal-IMO, il-paragrafu 3.1.2.6 (kriterji addizzjonali għall-vapuri tal-passiġġieri) u l-paragrafu 3.2 (Kriterju tal-Irjieħ Severi u l-Irrolljar).

Meta l-Istati Membri jikkunsidraw mhux xierqa l-applikazzjoni tal-Kriterju ta’ Rjieħ Severi u l-Irrolljar tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.749 (18), kif emendata, għandu jiġi applikat metodu ieħor li jiżgura stabbiltà sodisfaċenti. Dan għandu jiġi appoġġat minn evidenza mill-Kummissjoni li tikkonferma li ntlaħaq livell ekwivalenti ta’ sikurezza sodisfaċenti.

2.   Suddiviżjoni impermeabbli

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Kull vapur għandu jiġi suddiviż skont il-paratiji, li ma għandhomx iħallu l-ilma jgħaddi minnhom għall-gverta tal-paratija, f’kompartimenti impermeabbli li t-tul massimu tagħhom għandu jiġi kkalkulat skont ir-rekwiżiti speċifiċi mogħtija hawnhekk.

Minflok dawn ir-rekwiżiti, ir-regolamenti dwar is-suddiviżjoni u l-istabbiltà tal-vapuri tal-passiġġieri bħala ekwivalenti għall-Parti B tal-Kapitolu II tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1960, kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.265 (VIII) tal-OMI, jistgħu jiġu użati, jekk jiġu applikati fl-intier tagħhom.

Kull porzjon ieħor tal-istruttura interna li jaffettwa l-effiċjenza tas-suddiviżjoni tal-vapur għandu jkun ta’ tip li ma jippermettix li jidħol ilma fih.

3.   Tul li jista’ jegħreq (R 4)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

It-tul li jista’ jegħreq f’punt stabbilit huwa l-porzjon massimu tat-tul tal-vapur, li għandu ċ-ċentru tiegħu fil-punt inkwistjoni, li jkun jista’ jegħreq, taħt is-suppożizzjoni tal-permeabbiltà mogħtija hawn taħt, mingħajr mal-vapur jogħdos iktar ‘l isfel mil-linja tal-marġni.

.2

Fil-każ ta’ vapur li ma għandux gverta kontinwa tal-paratija, it-tul li jista’ jegħreq f’kull punt jista’ jiġi ddeterminat fuq ipotesi ta’ linja ta’ marġni kontinwa li fl-ebda punt ma tkun anqas minn 76 mm taħt il-wiċċ tal-gverta fuq in-naħa li l-paratiji konċernati u l-qoxra jinġarru mingħajr ma jgħaddi l-ilma minnhom.

.3

Fejn porzjon tal-linja tal-marġni preżunta jkun b’mod sinifikanti taħt il-gverta li fuqha jkunu qed jinġarru l-paratiji, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti rilassament limitat fir-rekwiżit tal-impermeabbiltà f’dawk il-porzjonijiet tal-paratiji li huma ‘l fuq mil-linja tal-marġni u immedjatament taħt l-ogħla gverta.

4.   Tul permessibbli tal-kompartimenti (R 6)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

It-tul massimu permess ta’ kompartiment li għandu ċ-ċentru tiegħu fi kwalunkwe punt mit-tul tal-vapur jinkiseb mit-tul li jista’ jegħreq billi jiġi mmultiplikat dan tal-aħħar b’fattur xieraq imsejjaħ il-fattur tas-suddiviżjoni.

5.   Il-permeabbiltà (R 5)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Suppożizzjonijiet definittivi li għalihom saret referenza fir-Regolament 3 dwar il-permeabbiltà tal-ispazji li qegħdin taħt il-linja tal-marġni.

Sabiex jiġi ddeterminat it-tul li jista’ jegħreq, il-permeabbiltà medja preżunta tal-ispazji li qegħdin taħt il-linja tal-marġni għandha tiġi indikata fit-tabella fir-Regolament 8.3.

6.   Il-fattur tas-suddiviżjoni

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U GĦALL-VAPURI EŻISTENTI TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI B RO-RO:

Il-fattur tas-suddiviżjoni għandu jkun:

 

1,0 meta l-għadd ta’ persuni li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr huwa ta’ anqas minn 400, u

 

1,0 meta l-għadd ta’ persuni li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr huwa 400, jew iktar b’ tul ta’ L< 55, u

 

0,5 meta l-għadd ta’ persuni li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr huwa ta’ 400 jew aktar.

Il-vapuri tal-passiġġieri eżistenti tal-klassi B ro-ro għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit sa mhux aktar tard mid-data tal-konformità stabbilita fir-Regolament II-1/B/8-2, il-paragrafu 2.

VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI MHUMIEX RO-RO:

Il-fattur tas-suddiviżjoni għandu jkun: 1.0

7.   Rekwiżiti speċjali li għandhom x’jaqsmu mas-suddiviżjoni tal-vapuri (R 7)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Meta f’parti jew partijiet ta’ vapur il-paratiji impermeabbli jinġarru għal gverta ogħla milli hemm fil-kumplament tal-vapur u jkun hemm ix-xewqa li jittieħed vantaġġ mill-estensjoni ogħla tal-paratiji sabiex jiġi kkalkulat it-tul li jista’ jegħreq, jistgħu jintużaw linji tal-marġni separati għal kull waħda mill-partijiet tal-vapur, jekk kemm-il darba:

.1

il-ġnub tal-vapur huma estiżi mat-tul tal-vapur sal-gverta li tikkorrispondi mal-linja tal-marġni ta’ fuq u l-fetħiet kollha fil-kisi tal-qoxra taħt il-gverta matul it-tul tal-vapur jitqiesu li qegħdin taħt il-linja tal-marġni, għall-iskop tar-Regolament 15; u

.2

iż-żewġ kompartimenti li qegħdin ħdejn it-‘tarġa’ fil-gverta tal-paratija jkunu t-tnejn fil-limitu tat-tul awtorizzat li jikkorrispondi mal-linji tal-marġni tagħhom, u, barra minn hekk, it-tul konġunt tagħhom ma jaqbiżx id-doppju tat-tul awtorizzat ibbażat fuq il-linja tal-marġni li qiegħda l-aktar fil-baxx.

.2

Kompartiment jista’ jaqbeż it-tul awtorizzat iddeterminat mir-regoli tar-Reglolament 4 jekk kemm-il darba t-tul ikkombinat ta’ kull par ta’ kompartimenti ħdejn xulxin, li għalihom il-kompartiment inkwistjoni jkun komuni, ma jaqbeż la t-tul li jista’ jegħreq u lanqas id-doppju tat-tul awtorizzat, skont liema minnhom ikun l-iqsar.

.3

Il-paratija ewlenija trasversali tista’ tiddaħħal jekk kemm-il darba l-partijiet kollha li jiddaħħlu jkunu iktar ‘il ġewwa mill-uċuħ vertikali taż-żewġt iġnub tal-vapur, li jkunu jinsabu mdaħħla ‘l ġewwa b’distanza mill-kisi tal-qoxra li tkun ugwali għal kwint tal-wisa’ tal-vapur, u mkejla f’angoli retti mal-linja ċentrali fil-livell tal-linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni l-iktar fonda. Kull parti ta’ daħla li tkun qiegħda ‘l barra minn dawn il-limiti għandha titqies bħala tarġa f’konformità mal-paragrafu 6.

.4

Fejn paratija ewlenija trasversali tiddaħħal jew tittarraġ, għandha tintuża paratija ċatta ekwivalenti biex tiddetermina suddiviżjoni.

.5

Fejn kompartiment ewlieni trasversali jkun fih suddiviżjoni lokali u l-Amminstrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tkun sodisfatta li, wara, kull ħsara preżunta magħmula fil-ġenb li testendi għal iktar minn tul ta’ 3,0 metri u 3 % tat-tul tal-vapur jew 11,0-il metru jew 10 % tat-tul tal-vapur skont liema jkun l-inqas, il-volum sħiħ tal-kompartiment ewlieni mhux se jkun mgħarraq, tista’ titħalla żieda proporzjonata għat-tul awtorizzat li kieku jkun meħtieġ għat-tali kompartiment. F’dak il-każ il-volum effettiv u preżunt ta’ kemm iżomm f’wiċċ l-ilma fuq in-naħa li ma sofrietx ħsarat ma għandhiex tkun ikbar minn dak preżunt fuq in-naħa ta’ fejn hemm il-ħsarat.

Konċessjoni taħt dan il-paragrafu ssir biss jekk it-tali konċessjoni ma tkunx probabbli li ttellef il-konformità mar-Regolament 8.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.6

Paratija ewlenija trasversali tista’ tkun imtarrġa kemm-il darba tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

.1

it-tul ikkombinat taż-żewġ kompartimenti, separati mill-paratija inkwistjoni, ma jaqbiżx jew id-90 % tat-tul li jista’ jegħreq jew id-doppju tat-tul awtorizzat, ħlief li, f’vapuri li għandhom fattur tas-suddiviżjoni ugwali għal 1, it-tul ikkombinat taż-żewġ kompartimenti inkwistjoni ma għandux jaqbeż it-tul awtorizzat;

.2

suddiviżjoni addizzjonali hija pprovduta permezz tat-tarġa sabiex jinżamm l-istess livell ta’ sikurezza bħal dak li jkun hemm fil-paratija mimduda;

.3

il-kompartiment li fuqu testendi t-tarġa ma jaqbiżx it-tul permess li jikkorrispondi mal-linji ta’marġni meħuda 76 mm ‘l isfel mit-tarġa.

.7

F’vapuri ta’ 100 metru tul u iktar, waħda mill-paratiji ewlenin trasversali lejn il-poppa tat-tank fil-pruwa nett għandha titwaħħal f’distanza mill-perpendikular ta’ quddiem li ma tkunx itwal mit-tul awtorizzat.

.8

Jekk id-distanza bejn żewġ paratiji ewlenin trasversali ħdejn xulxin, jew il-paratiji tat-twavel ekwivalenti għalihom, jew id-distanza bejn il-partijiet ċatti trasversali li jgħaddu mill-eqreb partijiet imtarrġa tal-paratiji, tkun ta’ inqas minn 3,0 metri kif ukoll 3 % tat-tul tal-vapur, jew 11,0-il metru, jew 10 % tat-tul tal-vapuri, skont liema minnhom ikun l-inqas, waħda minn dawn il-paratiji biss tista’ titqies li tifforma parti mis-suddiviżjoni tal-vapur.

.9

Fejn il-fattur tad-suddiviżjoni meħtieg ikun ta’ 0.50, it-tul ikkombinat ta’ kwalunkwe żewġ kompartimenti ħdejn xulxin ma għandux jaqbeż it-tul li jista’ jiġi milqut mit-tgħarriq

8.   Stabbiltà f’kundizzjonijiet ta’ ħsara (R 8)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Għandha tiġi pprovduta stabbiltà suffiċjenti fil-kundizzjonijiet kollha tas-servizz sabiex il-vapur ikun jiflaħ sal-aħħar stadju tat-tgħarriq ta’ kwalunkwe wieħed mill-kompartimenti ewlenin li huma meħtieġa li jkunu fi ħdan il-limiti tat-tul li jista’ jegħreq.

.1.2

Fejn żewġ kompartimenti ewlenin ħdejn xulxin ikunu separati minn paratija li hija mtarrġa skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament 7.6.1, l-istabbiltà intatta għandha tkun adegwata biex tkun tiflaħ għat-tgħarriq ta’ dawk iż-żewġ kompartimenti li qegħdin ħdejn xulxin.

.1.3

Fejn il-fattur meħtieġ tas-suddiviżjoni jkun ta’ 0,50, l-istabbiltà intatta għandha tkun adegwata biex tiflaħ għat-tgħarriq ta’ dawk iż-żewġ kompartimenti li qegħdin ħdejn xulxin.

.2.1

Ir-rekwiżiti tas-subparagrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati b’kalkoli li jkunu f’konformità mal-paragrafi 3, 4 u 6 u li jikkunsidraw il-proporzjonijiet u l-karatteristiċi tad-disinn tal-vapur u l-arranġament u l-konfigurazzjoni tal-kompartimenti li sofrew ħsara. Meta jsiru dawn il-kalkoli l-vapur għandu jitqies li huwa fl-agħar kundizzjoni antiċipata tas-servizz fir-rigward tal-istabbiltà.

.2.2

Fejn jiġi propost li jitqiegħdu gverti, qxur ta’ ġewwa paratiji lonġitudinali ssikkati biżżejjed biex jirrestrinġu serjament il-mixja tal-ilma, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għal dawn ir-restrizzjonijiet fil-kalkoli.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO U VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI MHUMIEX RO-RO, LI NBNEW FID-29 TA’ APRIL 1990 JEW WARA:

.2.3

L-istabbiltà meħtieġa fil-kundizzjoni finali wara l-ħsarat, u wara l-ekwalizzazzjoni fejn tkun ipprovduta, għandha tiġi stabbilita kif ġej:

.2.3.1

Il-kurva pożittiva residwa tal-lieva ta’ korrezzjoni għandu jkollha firxa minima ta’ 15° lil hinn mill-angolu tal-ekwilibriju. Din il-firxa tista’ titnaqqas sa minimu ta’ 10°, fil-każ li l-erja taħt il-kurva tal-lieva ta’ korrezzzjoni tkun dik imsemmija fis-subparagrafu 2.3.2 immultiplikata bil-proporzjon 15/firxa, fejn il-firxa hija espressa fi gradi.

.2.3.2

L-erja taħt il-kurva tal-lieva ta’ korrezzjoni għandha tkun ta’ mill-anqas 0 015 m-rad, imkejla mill-angolu tal-ekwilibriju sal-anqas wieħed:

.1

mill-angolu li fih iseħħ it-tgħarriq progressiv;

.2

minn 22° (imkejla mill-pożizzjoni tal-vapur wieqaf) fil-każ li jegħreq kompartiment wieħed, jew 27° (imkejla mill-pożizzjoni tal-vapur wieqaf) fil-każ li ż-żewġ kompartimenti ħdejn xulxin jegħrqu fl-istess ħin.

.2.3.3

Għandha tinkiseb kurva residwa tal-lieva ta’ korrezzjoni fil-firxa ta’ stabbiltà pożittiva, wara li titqies l-akbar minn dawn il-mumenti ta’ mejl:

.1

l-iffullar tal-passiġġieri kollha fuq naħa waħda;

.2

il-varar ta’ kull inġenju tal-baħar tas-sopravivenza varat b’parank mgħobbi kollu fuq naħa waħda;

.3

minħabba l-pressjoni tar-riħ;

kif ikkalkulat bil-formula:

Formula

Madanakollu l-lieva ta’ korrezzjoni fl-ebda każ ma għandha tkun ta’ anqas minn 0,10 metri.

2.3.4

Sabiex jiġu kkalkulati l-mumenti ta’ mejl fil-paragrafu 2.3.3 għandhom isiru dawn is-suppożizzjonijiet:

.1

Mument dovut għall-iffullar tal-passiġġieri:

.1.1

erba’ persuni f’kull metru kwadru;

.1.2

massa ta’ 75 kg għal kull passiġġier;

.1.3

il-passiġġieri għandhom jitqassmu fuq iż-żoni tal-gverta li jkunu disponibbli lejn naħa waħda tal-vapur fuq il-gverti fejn jinsabu l-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies u b’tali mod li jipproduċu l-aktar mument ta’ mejl li jagħmel ħsara.

.2

Il-mument dovut għall-varar ta’ inġenju tal-baħar tas-sopravivenza varat b’parank mgħobbi kollu fuq naħa waħda:

.2.1

kull dgħajsa tas-salvataġġ u d-dgħajjes imwaħħlin man-naħa ta’ fejn miel il-vapur wara li jkun ġarrab ħsara għandhom jitqiesu li tbandlu ‘l barra mgħobbijin kollha u lesti biex jitniżżlu;

.2.2

għad-dgħajjes tas-salvataġġ li huma rranġati biex jiġu varati mgħobbijin kollha mill-pożizzjoni fejn kienu merfugħa, għandu jittieħed l-akbar mument ta’ mejl waqt il-varar;

.2.3

ċattra tas-salvataġġ mgħobbija kollha u varata b’parank, imwaħħla ma’ kull parank man-naħa ta’ fejn tmejjel il-vapur wara li jkun ġarrab ħsara, għandha titqies li tbandlet ‘il barra lesta biex titniżżel;

.2.4

persuni li ma jkunux fit-tagħmir tas-salvataġġ li jkun imbandal ‘il barra ma għandhomx jipprovdu aktar mument ta’ mejl jew mument li jressaq it-tagħmir lura f’postu;

.2.5

it-tagħmir tas-salvataġġ tal-vapur li qiegħed fuq in-naħa opposta għan-naħa li lejha miel il-vapur għandu jitqies li huwa fil-pożizzjoni li fiha jkun intrefa’.

.3

Mumenti dovuti għall-pressjoni tar-riħ:

.3.1

il-klassi B: pressjoni tar-riħ ta’ 120 N/m2 li għandha tiġi applikata;

il-klassijiet C u D: pressjoni tar-riħ ta’ 80 N/m2 li għandha tiġi applikata;

.3.2

l-erja applikabbli għandha tkun l-erja laterali projjettata tal-vapur li qiegħda ‘l fuq mil-linja tal-ilma li tikkorrispondi mal-kundizzjoni intatta;

.3.3

it-tul tal-mument għandu jkun id-distanza vertikali minn punt f’nofs il-pixka medja li jikkorrispondi mal-kundizzjoni intatta saċ-ċentru tal-gravità tal-erja laterali.

.2.4

F’każ ta’ tgħarriq maġġuri u progressiv, jiġifieri meta dan jikkawża tnaqqis mgħaġġel fil-lieva ta’ korrezzjoni ta’ 0,04 metri jew aktar, il-kurva tal-lieva ta’ korrezzjoni għandha titqies bħala terminata fl-angolu li fih iseħħ it-tgħarriq progressiv u l-firxa u l-erja li għalihom saret referenza f’2.3.1 u 2.3.2 għandha titkejjel sa dak l-angolu.

.2.5

F’każijiet fejn it-tgħarriq progressiv huwa ta’ natura limitata li jkompli jekk ma jitrażżanx u jikkawża tnaqqis bil-mod u aċċettabbli fil-lieva ta’ korrezzjoni ta’ anqas minn 0,04 metri, il-bqija tal-kurva għandha tinqata’ parzjalment billi jiġi preżunt li l-ispazju li għereq progressivament kien mgħarraq b’daqshekk mill-bidu.

.2.6

Fi stadji intermedji ta’ tgħarriq, il-massimu li l-lieva ta’ korrezzjoni għandha tkun huwa tal-inqas 0,05 metri u l-firxa tal-lieva pożittiva li tikkoreġi għandha tkun tal-inqas 7. F’kull każ, hemm bżonn li jkunu preżunti biss qasma waħda fil-buq u wiċċ ħieles wieħed fil-wiċċ.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3

Għall-iskop li jsiru l-kalkoli tal-istabbiltà bil-ħsarat, il-volum u l-permeabbiltajiet għandhom ikunu kif ġej:

Spazji

Permeabbiltà

(%)

Li jintużaw għat-tagħbija jew il-ħażniet

60

Okkupati mill-akkomodazzjonijiet

95

Okkupati mill-makkinarji

85

Maħsuba għal-likwidi

0 jew 95 (*)

Permeabbilitajiet tal-wiċċ ogħla għandhom jiġu preżunti fir-rigward ta’ spazji li, fil-viċinanza tal-wiċċ danneġġat espost għall-ilma, ma għandhom l-ebda kwantità sostanzjali ta’ akkomodazzjoni jew makkinarju u spazji li ma jiġux okkupati ġeneralment minn kwantità sostanzjali ta’ merkanzija jew ħażniet.

.4

Il-firxa tal-ħsarat preżunta għandha tkun kif ġej:

.1

il-firxa lonġitudinali: 3,0 metri b’żieda ta’ 3 % tat-tul tal-vapur, jew 11,0 metri jew 10 % tat-tul tal-vapur, skont liema minnhom tkun l-inqas;

.2

il-firxa trasversali (imkejla ‘l-ġewwa minn mal-ġenb tal-vapur, f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru fil-livell tal-linja tat-tagħbija l-aktar fonda tas-suddiviżjoni): distanza ta’ kwint tal-wisa’ tal-vapur; u

.3

l-estensjoni vertikali: mil-linja tal-bażi ‘l fuq mingħajr limitu;

.4

jekk tirriżulta kwalunkwe ħsara li hija inqas minn dik indikata f’4.1, 4.2, 4.3 li jwassal għal kundizzjoni aktar gravi ta’ mejl jew telf tal-għoli metaċentriku, tali ħsara għandha tiġi preżunta fil-kalkoli.

.5

It-tgħarriq li ma jkunx simetriku għandu jinżamm għal minimu konsistenti mal-arranġamenti effiċjenti. Fejn ikun meħtieġ li jiġu kkoreġuti angoli kbar ta’ mejl, il-mezz li jiġi adottat għandu, fejn ikun prattikabbli, ikun wieħed li jista’ jsir waħdu, iżda f’kull każ fejn ikunu pprovduti kontrolli għall-mekkaniżmi ta’ tgħarriq reċiproku dawn għandhom jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratiji. Għal vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D l-angolu ta’ mejl massimu wara t-tgħarriq iżda qabel l-ekwalizzazzjoni ma għandux jaqbeż 15 °. Fejn il-mekkaniżmi ta’ tgħarriq reċiproku huma meħtieġa l-ħin għall-ekwalizzazzjoni ma għandux jaqbeż 15-il minuta. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni adattata dwar l-użu tal-mekkaniżmu ta’ tgħarriq lill-kaptan tal-vapur.

.6

Il-kundizzjonijiet finali tal-vapur wara l-ħsara u, fil-każ ta’ tgħarriq li mhux simetriku, wara li jkun ittieħed il-kejl tal-ekwalizzazzjoni għandhom ikunu kif ġej:

.1

fil-każ ta’ tgħarriq simetriku għandu jkun hemm għoli residwu metaċentriku pożittiv ta’ mill-inqas 50 mm kif ikkalkulat bil-metodu tal-ispostament kostanti;

.2a

sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-paragrafu 6.2b, fil-każ ta’ tgħarriq mhux simetriku l-angolu ta’ mejl għat-tgħarriq ta’ kompartiment wieħed ma għandux jaqbeż 7° għall-vapuri tal-klassi B (ġodda u eżistenti) u 12° għall-klassijiet tal-vapuri C u D (ġodda).

Għat-tgħarriq fl-istess ħin ta’ żewġ kompartimenti ħdejn xulxin, jista’ jiġi awtorizzat mejl ta’ 12° għall-vapuri eżistenti jew ġodda tal-klassi B, jekk kemm-il darba l-fattur tas-suddiviżjoni ma jkun imkien akbar minn 0.50 f’dik il-parti tal-vapur li għerqet;

.2b

għall-vapuri tal-passiġġieri eżistenti tal-klassi B li mhumiex ro-ro, li nbnew qabel id-29 ta’ April 1990, fil-każ ta’ tgħarriq mhux simetriku, l-angolu ma għandux jaqbeż 7 °, ħlief li f’każi eċċezzjonali l-Amministrazzjoni tista’ tħalli mejl miżjud dovut għall-mument mhux simetriku, imma fl-ebda każ il-mejl finali ma għandu jaqbeż 15 °.

.3

fl-ebda każ il-linja tal-marġni ma għandha tkun mgħaddsa fl-istadju finali tat-tgħarriq. Jekk jitqies li l-linja tal-marġni tista’ tiġi mgħarrqa waqt l-istadju intermedju tat-tgħarriq, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ titlob tali investigazzjonijiet u arranġamenti skont kif tikkunsidra meħtieġ għas-sikurezza tal-vapur.

.7

Il-kaptan tal-vapur għandu jiġi pprovdut bid-dejta magħrufa meħtieġa biex tinżamm stabbiltà suffiċjenti intatta taħt il-kundizzjonijiet tas-servizz sabiex il-vapur ikun jista’ jiflaħ għall-ħsara kritika. Fil-każ ta’ vapuri li jirrikjedu tgħarriq reċiproku l-kaptan tal-vapur għandu jiġi infurmat bil-kundizzjonijiet tal-istabbiltà li fuqhom huma bbażati l-kalkoli tal-mejl u jkun imwissi li jista’ jirriżulta mejl eċċessiv jekk il-vapur isofri ħsara meta jkun f’kundizzjoni inqas favorevoli.

.8

Id-dejta li ssemmiet fil-paragrafu 7 biex il-kaptan ikun jista’ jżomm stabbiltà suffiċjenti intatta għandha tinkludi informazzjoni li tindika l-għoli massimu awtorizzat taċ-ċentru tal-gravità tal-vapur ‘il fuq mill-karina (KG), jew alternattivament l-għoli metaċentriku minimu awtorizzat (GM), għal firxa ta’ pixkiet jew tal-volumi tal-ispostament tal-ilma li huma biżżejjed biex jinkludu l-kundizzjonijiet kollha tas-servizz. L-informazzjoni għandha turi l-influwenza tal-ippostjar differenti tat-tagħbija b’kunsiderazzjoni għal-limiti tat-tħaddim.

.9

Kull vapur għandu jkollu skali ta’ pixkiet immarkati b’mod ċar fil-pruwa u fil-poppa. Fil-każ meta l-marki tal-pixka ma jkunux f’post fejn jistgħu jinqraw faċilment, jew restrizzjonijiet fit-tħaddim jagħmluha diffiċli biex jinqraw il-marki tal-pixka, il-vapur għandu jkollu wkoll imwaħħla sistema affidabbli li timmarka l-pixka li permezz tagħha tkun tista’ tiġi ddeterminata l-pixka tal-pruwa u tal-poppa.

.10

Mat-tlestija tat-tagħbija fuq il-vapur u qabel ma jitlaq, il-kaptan għandu jistabbilixxi l-inklinazzjoni u l-istabbiltà tal-vapur kif ukoll jiżgura u jirreġistra li l-vapur huwa konformi mal-kriterju tal-istabbiltà fir-regolamenti rilevanti. Id-determinazzjoni tal-istabbiltà tal-vapur għandha dejjem issir b’kalkolu. Jistgħu jintużaw għal din ir-raġuni kompjuter elettroniku tat-tagħbija u tal-istabbiltà jew mezzi ekwivalenti.

.11

L-ebda rilassament mir-rekwiżiti għall-istabbiltà għall-ħsara ma jista’ jiġi kkunsidrat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera sakemm ma jintweriex li l-għoli metaċentriku intatt f’kull kundizzjoni tas-servizz neċessarja biex tissodisfa dawn ir-rekwiżiti, huwa eċċessiv għas-servizz maħsub.

.12

Ir-rilassamenti mir-rekwiżiti għall-istabbiltà tal-ħsara għandhom ikunu awtorizzati biss f’każijiet eċċezzjonali u soġġetti għall-kundizzjoni li l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tkun sodisfatta li l-proporzjonijiet, l-arranġamenti u l-karatteristiċi l-oħra tal-vapur huma l-aktar favorevoli għall-istabbiltà wara l-ħsara, li jistgħu jiġu adottati b’mod prattiku u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi partikolari.

8-1   L-istabbiltà tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f’kundizzjonijiet ta’ ħsara(R 8-1)

VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO:

.1

Vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti tal-klassi B għandhom jikkonformaw mar-Regolament 8, sa mhux aktar tard mid-data tal-ewwel servej perjodiku wara d-data tal-konformità stabbilita hawn taħt, skont il-valur tal-A/Amax kif imfisser fl-Anness għall-MSC/Circ 574 għall-‘Proċedura tal-Kalkolu sabiex issir Valutazzjoni tal-Karatteristiċi tas-Sopravivenza tal-Vapuri ro-ro tal-Passiġġieri Eżistenti Meta Jintuża Metodu Simplifikat Ibbażat Fuq Riżoluzzjoni A.265 (VIII)’.

Valur ta’ A/Amax:

Data tal-konformità:

inqas minn 85 %

fl-1 ta’ Ottubru 1998.

85 % jew aktar iżda inqas minn 90 %

fl-1 ta’ Ottubru 2000.

90 % jew aktar iżda inqas minn 95 %

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

95 % jew aktar iżda inqas minn 97,5 %

fl-1 ta’ Ottubru 2004.

97,5 % jew aktar

fl-1 ta’ Ottubru 2005.

8-2   Rekwiżiti speċjali għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jġorru 400 persuna jew aktar (R 8-2)

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U GĦALL-VAPURI EŻISTENTI TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI B RO-RO:

Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-1/B/8 u II-1/B/8-1:.

.1

vapuri ro-ro ġodda tal-passiġġieri ċertifikati biex iġorru 400 persuna jew aktar għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.3 tar-Regolament II-1/B/8, wara li jassumu li l-ħsara tkun saret x’imkien fit-tul tal-vapur L; u

.2

vapuri ro-ro eżistenti tal-passiġġieri diġà ċertifikati biex iġorru 400 persuna jew aktar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-data tal-ewwel servej perjodiku wara d-data tal-konformità stabbilita fis-subparagrafu 2.1, 2.2 jew 2.3 skont liema minnhom iseħħ l-aħħar:

.2.1

Valur ta’ A/Amax:

Data tal-konformità:

inqas minn 85 %

fl-1 ta’ Ottubru 1998.

85 % jew aktar iżda inqas minn 90 %

fl-1 ta’ Ottubru 2000.

90 % jew aktar iżda inqas minn 95 %

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

95 % jew aktar iżda inqas minn 97,5 %

fl-1 ta’ Ottubru 2004.

97,5 % jew aktar

fl-1 ta’ Ottubru 2010.

.2.2

Għadd awtorizzat ta’ persuni li jistgħu jiġu ttrasportati:

1 500 jew aktar

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

1 000 jew aktar iżda inqas minn 1 500

fl-1 ta’ Ottubru 2006.

600 jew aktar iżda inqas minn 1 000

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

400 jew aktar iżda inqas minn 600

fl-1 ta’ Ottubru 2010.

.2.3

Età tal-vapur ugwali għal 20 sena jew aktar:

meta l-età tal-vapur tfisser iż-żmien li ngħadd mid-data li fiha tpoġġiet il-karina jew id-data li fiha kien fi stadju simili tal-kostruzzjoni jew mid-data li fiha l-vapur ġie kkonvertit għall-vapur ro-ro tal-passiġġieri.

8-3   Rekwiżiti speċjali għall-vapuri tal-passiġġieri, li mhumiex vapuri ro-ro tal-passiġġieri, li jġorru 400 persuna jew aktar

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D, LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA, LI MHUMIEX VAPURI RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-I/B/8 vapuri tal-passiġġieri, li mhumiex vapuri ro-ro tal-passiġġieri, ċertifikati biex iġorru aktar minn 400 persuna għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2.3 u 2.6 tar-Regolament II-1/B/8, wara li jassumu li l-ħsara tkun saret xi mkien fit-tul tal-vapur L.

9.   Paratiji tal-ponta u tal-ispazju tal-makkinarju(R 10)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandha titwaħħal paratija tal-ħbit jew tat-tank fil-pruwa nett– biex ma jidħolx l-ilma fil-gverta tal-paratija. Din il-paratija għandha tkun f’distanza ta’ mhux inqas minn 5 % tat-tul tal-vapur u mhux iktar minn 3 metri b’żieda ta’ 5 % tat-tul tal-vapur.

.2

Fejn kwalunkwe parti mill-vapur li qiegħda taħt il-linja tal-ilma testendi ‘l quddiem mill-perpendikulari ta’ quddiem, eż. pruwa bbuzzata, id-distanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitkejlu minn punt jew:

.1

f’nofs it-tul ta’ tali estensjoni; jew

.2

f’distanza ta’ 1,5 % tat-tul tal-vapur ‘il quddiem mill-perpendikulari ta’ quddiem; jew

.3

f’distanza ta’ 3 metri ‘l-quddiem mill-perpendikulari, skont liema kejl ikun l-inqas.

.3

Fejn hemm imwaħħla superstruttura twila ‘l quddiem, il-paratija tat-tank fil-pruwa nett - jew tal-ħabta għandha testendi biex tirreżisti għall-ilma sal-gverta sħiħa li jmiss li tkun ‘il fuq mill-gverta tal-paratija. L-estensjoni għandha tiġi rranġata b’tali mod li tevita l-possibbiltà li l-bieb tal-pruwa jikkawżalha ħsara fil-każ ta’ ħsara jew jekk jinqala’ l-bieb tal-pruwa.

.4

L-estensjoni meħtieġa fil-paragrafu .3 ma hemmx għalfejn titwaħħal direttament fuq il-paratija sakemm il-partijiet kollha tal-estensjoni ma jkunux jinsabu ‘l quddiem mil-limitu ta’ quddiem speċifikat fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2.

Madanakollu f’vapuri eżistenti tal-klassi B:

.1

fejn rampa mżerżqa għat-tagħbija tifforma parti mill-estensjoni tal-paratija tal-ħbit ‘il fuq mill-gverta tal-paratija, il-parti tar-rampa li hija aktar minn 2,3 metri ‘l fuq mill-gverta tal-paratija tista’ testendi sa mhux aktar minn 1,0 metru aktar ‘il quddiem mil-limiti ta’ kemm jistgħu jkunu ‘l quddiem, speċifikati fil-paragrafi 1 u 2;

.2

fejn ir-rampa eżistenti ma tikkonformax mar-rekwiżiti għall-aċċettazzjoni bħala estensjoni għall-paratija tal-ħbit u l-pożizzjoni tar-rampa tevita li l-ippustjar ta’ tali estensjoni fil-limiti speċifikati fil-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, l-estensjoni tista’ titpoġġa f’ċerta distanza mil-limitu tal-poppa kif speċifikat fil-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2. Din id-distanza ma għandhiex tkun aktar milli huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li ma hemmx interferenza mar-rampa. L-estensjoni għall-paratija tal-ħbit għandha tinfetaħ ‘il quddiem u tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3 u għandha tkun irranġata b’mod sabiex tevita l-possibbiltà li r-rampa tikkawżalha ħsara fil-każ ta’ ħsara lil, jew jekk tinqala’, ir-rampa.

.5

Rampi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma għandhomx jitqiesu bħala estensjoni tal-paratija tal-ħbit.

.6

Għandhom ukoll jitwaħħlu paratija tal-ponta tal-poppa u paratiji li jaqsmu l-ispazju tal-makkinarju, mill-ispazji tal-merkanzija u tal-passiġġieri ‘l quddiem u lura, u għandhom ikunu magħmula b’mod li ma jgħaddix ilma sal-gverta tal-paratija. Il-paratija tal-ponta tal-poppa tista’ madanakollu, tkun imtarrġa taħt il-gverta tal-paratija, jekk kemm-il darba il-grad tas-sikurezza tal-vapur rigward is-suddiviżjoni ma jitnaqqasx minħabba dan.

.7

F’kull każ it-tubi tal-poppa għandhom jingħalqu fi spazji impermeabbli. Il-boxxla tax-xaft tal-poppa għandha tkun f’mina bix-xaft impermeabbli jew spazju ieħor separat mill-kompartiment tat-tubu tal-poppa u ta’ tali volum li, jekk tegħreq minħabba li l-boxxla tax-xaft tal-poppa tnixxi l-ilma, il-linja tal-marġni ma tegħriqx taħt l-ilma.

10.   Qigħan doppji (R 12)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

F’vapuri ta’ tul ta’ inqas minn 50 metru għandu jitwaħħal qiegħ doppju li jkun jestendi mill-paratija tat-tank tal-pruwa nett sal-paratija tal-ponta tal-poppa sa fejn dan hu prattiku u kompatibbli mad-disinn u t-tħaddim tajjeb tal-vapur.

.2

F’vapuri ta’ tul ta’ 50 metru u aktar iżda ta’ anqas minn 61 metru, għandu jitwaħħal qiegħ doppju tal-inqas mill-ispazju tal-makkinarju sal-paratija tat-tank tal-pruwa nett, jew l-eqreb possibbli fil-prattika.

.3

F’vapuri ta’ tul ta’ 61 metru u aktar iżda ta’ anqas minn 76 metru, għandu jitwaħħal qiegħ doppju tal-inqas mill-ispazju tal-makkinarju sal-paratija tat-tank tal-pruwa nett u ta’ wara, jew l-eqreb possibbli fil-prattika.

.4

F’vapuri ta’ tul ta’ 76 metru u iktar, għandu jitwaħħal qiegħ doppju f’nofs il-vapur u għandu jestendi sal-paratija ta’ quddiem u ta’ wara jew l-eqreb possibbli fil-prattika.

.5

Fejn ikun meħtieġ li jitwaħħal qiegħ doppju l-fond tiegħu għandu jikkonforma mal-istandards ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta u l-qiegħ ta’ ġewwa għandu jitkompla ‘l barra mal-ġnub tal-vapur f’tali mod li jipproteġi l-qiegħ sad-dawra tal-qiegħ tas-sentina. Din il-protezzjoni għandha titqies sodisfaċenti jekk il-linja tal-qasma tat-tarf ta’ barra tal-kisi tal-marġni bil-kisi tat-tundjatura tal-qiegħ tas-sentina ma tkunx iktar baxxa f’kull parti mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt tal-qasma bil-linja tal-qafas f’nofs il-vapur ta’ linja djagonali trasversali, inklinata b’25° għal-linja tal-bażi u li taqsamha f’punt li huwa nofs il-wisa’ ffurmata tal-vapur mil-linja tan-nofs.

.6

Bjar żgħar li nbnew fil-qiegħ doppju f’konnessjoni mal-arranġamenti tad-drenaġġ tal-istivi eċċ., ma għandhomx jinżlu aktar ‘l isfel milli huwa meħtieġ. Il-fond tal-bir fl-ebda każ ma għandu jkun aktar mill-fond b’460 mm imnaqqsa mill-qiegħ doppju fil-linja taċ-ċentru, u l-bir lanqas ma għandu jestendi aktar ‘l isfel mill-pjan orizzontali msemmi fil-paragrafu 2. Madanakollu, huwa awtorizzat bir li jestendi sal-qiegħ ta’ barra nett fit-tarf tal-aħħar tal-mina tax-xaft. Bjar oħra (eż. għaż-żejt tal-lubrikazzjoni taħt il-magni) jistgħu jkunu awtorizzati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jekk din tkun sodisfatta li l-arranġamenti jagħtu protezzjoni ekwivalenti għal dik mogħtija minn qiegħ doppju li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

.7

Ma hemmx bżonn jitwaħħal qiegħ doppju fil-partijiet tal-kompartimenti ta’ daqs moderat impermeabbli li jintużaw esklussivament għall-ġarr tal-likwidi, jekk kemm-il darba, fil-fehma tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, is-sikurezza tal-vapur, fil-każ ta’ ħsara fil-qiegħ jew fil-ġenb, ma tonqosx minħabba dan.

.8

Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan ir-Regolament 10, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li ma jkunx hemm qiegħ doppju f’kull parti tal-vapur li hija suddiviża b’fattur li ma jaqbiżx 0.5, jekk tkun sodisfatta li qiegħ doppju f’dik il-parti ma jkunx kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim kif imiss tal-vapur.

11.   L-assenjar, l-immarkar u r-reġistrazzjoni ta’ linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni (R 13)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Sabiex jinżamm il-grad meħtieġ tas-suddiviżjoni, għandha tingħata linja tat-tagħbija li tikkorrispondi mal-pixka tas-suddiviżjoni approvata u tiġi mmarkata fuq il-ġnub tal-vapur f’nofs il-vapur. Vapur li jkollu spazji li huma adattati speċjalment għall-akkomodazzjoni tal-passiġġieri u għall-ġarr tal-merkanzija b’mod alternattiv jista’, jekk il-proprjetarji jixtiequ, ikollu linja tat-tagħbija waħda jew aktar addizzjonali u mmarkata/i biex tikkorrispondi/jikkorrispondu mal-pixka tas-suddiviżjoni li l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tapprova għall-kundizzjonijiet alternattivi tas-servizz.

.2

Il-linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni assenjata u mmarkata għandha tiġi rreġistrata fiċ-Ċertifikat tas-Sikurezza tal-Vapur tal-Passiġġieri, u tista’ tiġi identifikata bin-notazzjoni C.1 jekk hemm linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni waħda biss.

Jekk ikun hemm iktar minn linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni waħda, il-kundizzjonijiet alternattivi għandhom ikunu identifikati bin-notazzjonijiet C.2, C.3, C.4 eċċ (1).

.3

L-għoli barra mill-ilma li jikkorrispondi ma’ kull waħda minn dawn il-linji tat-tagħbija għandu jitkejjel fl-istess pożizzjoni u mill-istess linja tal-gverta bħall-għoli barra mill-ilma ddeterminat f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.4

L-għoli barra mill-ilma (freeboard) li jikkorrispondi ma’ kull linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni approvata u l-kundizzjonijiet tas-servizz li għalihom hija kienet approvata għandhom jiġu indikati b’mod ċar fuq iċ-Ċertifikat tas-Sikurezza tal-Vapur tal-Passiġġieri.

.5

Il-linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni ma għandha fl-ebda każ tkun immarkata ‘l fuq mil-linja tat-tagħbija l-iktar fonda f’ilma mielaħ kif determinat mis-saħħa tal-vapur fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.6

Tkun fejn tkun il-pożizzjoni tal-marki tal-linji tas-suddiviżjoni tat-tagħbija, vapur ma għandu qatt jitgħabba sal-punt li l-marka tal-linja tat-tagħbija adattata skont l-istaġun u l-lokalità tinżel taħt l-ilma, f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.7

Vapur ma għandu qatt jitgħabba sal-punt li l-linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni adattata għall-vjaġġ partikolari u għall-kundizzjoni tas-servizz tinżel taħt l-ilma.

12.   Il-kostruzzjoni u l-ittestjar inizjali tal-paratiji impermeabbli, eċċ. (R 14)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull paratija ta’ suddiviżjoni impermeabbli, sew jekk trasversali jew lonġitudinali, għandha tinbena b’mod li tkun kapaċi tiflaħ, b’marġni ta’ reżistenza kif suppost, għal pressjoni dovuta għal massa massima tal-ilma li jkollha tiflaħ fil-każ ta’ ħsara għall-vapur iżda tal-anqas il-pressjoni li tirriżulta mill-massa tal-ilma sal-linja tal-marġni. Il-kostruzzjoni ta’ dawn il-paratiji għandha tkun f’konformità mal-istandards ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

.2.1

Turġien u daħliet fil-paratiji għandhom ikunu impermeabbli u għanhom ikunu b’saħħithom daqs il-paratija fil-post fejn jinsab kull wieħed minnhom.

.2.2

Fejn il-qafas jew it-travi jgħaddu minn ġol-gverta impermeabbli jew mill-paratija, tali gverta jew paratija għandha tkun magħmula minn struttura impermeabbli mingħajr l-użu tal-injam jew siment.

.3

L-ittestjar tal-kompartimenti prinċipali bil-mili bl-ilma mhux obbligatorju. Meta ma jsirx ittestjar bil-mili bl-ilma, għandu jsir test bil-manka fejn ikun prattikabbli. Dan it-test għandu jsir fl-aktar stadju avvanzat tal-armar tal-vapur. Fejn ma jkunx prattiku test bil-manka minħabba ħsara potenzjali għall-makkinarju, tagħmir elettriku jew oġġetti li jitwaħħlu fuq barra, dan jista’ jiġi ssostitwit minn eżami viżwali bir-reqqa tal-konnessjonijiet iwweldjati, appoġġati fejn jitqies neċessarju minn mezzi bħal test ta’ penetrazzjoni ta’ żebgħa jew test ultrasoniku tat-tnixxija jew test ekwivalenti. Fi kwalunkwe każ, għandha ssir spezzjoni dettaljata tal-paratiji impermeabbli.

.4

It– tank tal-pruwa nett, il-qigħan doppji (inklużi l-karini (duct keels) u l-kisjiet ta’ ġewwa għandhom jiġu ttestjati bl-ilma li għandu massa li tikkorrispondi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

.5

Tankijiet li huma maħsuba biex iżommu l-likwidi, u li jiffurmaw parti mis-suddiviżjoni tal-vapur, għandhom jiġu ttestjati għall-għeluq mill-ilma sa massa sal-linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni l-aktar fonda jew sa massa li tikkorrispondi għal żewġ terzi tal-fond min-naħa ta’ fuq tal-karina sal-linja tal-marġni quddiem it-tankijiet, skont liema minnhom tkun l-akbar, kemm-il darba l-massa tat-test ma tkun fl-ebda każ anqas minn 0,9 metri ‘l fuq min-naħa ta’ fuq tat-tank; jekk l-ittestjar permezz tal-ilma ma jkunx prattiku, jista’ jiġi aċċettat li ssir prova tan-nixxija tal-arja fejn it-tankijiet huma soġġetti għall-pressjoni tal-arja ta’ mhux aktar minn 0.14 bar.

.6

It-testijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafi 4 u 5 qegħdin għall-iskop li jiżguraw li l-arranġamenti tas-suddiviżjonijiet impermeabbli u mhumiex meqjusa bħala test għal kemm hu tajjeb kompartiment għall-ħżin tal-karburant taż-żejt jew għal skopijiet oħra speċjali li għalihom test ta’ natura superjuri jista’ jkun meħtieġ skont l-għoli li għalih likwidu għandu aċċess fit-tank jew fil-konnessjonijiet tiegħu.

13.   Fetħiet f’paratiji impermeabbli (R 15)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   L-għadd ta’ fetħiet fil-paratiji impermeabbli għandu jitnaqqas għall-mimimu li huwa kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim kif suppost tal-vapur; għandhom jiġu pprovduti mezzi sodisfaċenti biex jagħlqu dawn il-fetħiet.

.2.1   Fejn il-pajpijiet, toqob fuq il-gvieret, kejbils tal-elettriku, eċċ., jinġarru mill-paratiji tas-suddiviżjoni impermeabbli, għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw l-integrità tal-impermeabbiltà f’dawn il-paratiji.

.2.2   Valvijiet li ma jiffurmawx parti minn sistema tal-pajpijiet ma għandhomx jitħallew f’paratiji tas-suddiviżjoni impermeabbli.

.2.3   Ma għandux jintużaw ċomb jew materjali oħrajn sensittivi għas-sħana f’sistemi li jippenetraw il-paratiji tas-suddiviżjoni impermeabbli, fejn id-deterjorament ta’ dawn is-sistemi f’każ ta’ nirien jaffettwa l-integrità tal-impermeabbiltà f’dawn il-paratiji.

.3.1   Ma huma permessi l-ebda bibien, toqob tal-ispezzjonar, jew fetħiet li jagħtu aċċess:

.1

fil-paratija tal-ħbit li tkun taħt il-linja tal-marġni;

.2

f’paratiji trasversali impermeabbli li jiddividu l-ispazju tat-tagħbija minn spazju tat-tagħbija ħdejh, ħlief kif hemm stipulat fil-paragrafu 10.1 u fir-Regolament 14.

.3.2   Ħlief kif hemm stipulat fil-paragrafu 3.3, il-paratija tal-ħbit tista’ tittaqqab taħt il-linja tal-marġni minn mhux aktar minn pajp wieħed biex imexxi l-karburant fl-ewwel tank tal-pruwa nett, jekk kemm-il darba l-pajp jitwaħħal b’valv li jista’ jiġi ssikkat ‘l isfel li jista’ jitħaddem minn fuq il-gverta tal-paratija, fejn il-kaxxa tal-valv tkun issikkata fl-ewwel pruwa għall-paratija tal-ħbit. Madanakollu t-twaħħil ta’ dan il-valv fuq il-parti ta’ wara l-paratija tal-ħbit jista’ jiġi aċċettat jekk kemm-il darba l-valv ikun aċċessibbli faċilment fil-kundizzjonijiet kollha tas-servizz u l-ispazju li qiegħed fih ma jkunx spazju tal-merkanzija.

.3.3   Jekk it-tank tal-pruwa nett ikun maqsum biex iżżomm żewġ tipi differenti ta’ likwidi, il-paratija tal-ħbit tista’ tittaqqab taħt il-linja tal-marġni minn żewġ pajpijiet li kull wieħed minnhom ikun imwaħħal kif stipulat fil-paragrafu 3.1, jekk kemm-il darba ma jkunx hemm alternattiva prattika għat-twaħħil tat-tieni pajp u li, wara li titqies s-suddiviżjoni addizzjonali pprovduta fit-tank tal-pruwa nett, is-sikurezza tal-vapur tinżamm.

.4   Fl-ispazji li fihom il-makkinarju prinċipali u awżiljari tal-propulsjoni inklużi l-bojlers li jservu l-bżonn tal-propulsjoni, jista’ jitwaħħal mhux aktar minn bieb wieħed ‘il bogħod mill-bibien għall-mini tax-xaft f’kull waħda mill-paratiji prinċipali trasversali. Fejn hemm imwaħħla żewġ xaftijiet jew aktar, il-mini għandhom jiġu konnessi minn passaġġ interkonness. Għandu jkun hemm biss bieb wieħed bejn l-ispazju tal-makkinarju u l-ispazji tal-mini fejn huma mwaħħlin ż-żewġ xaftijiet, u żewġ bibien biss fejn hemm aktar minn żewġ xaftijiet. Dawn il-bibien kollha għandhom ikunu tat-tip li jiżżerżqu u għandhom jitpoġġew b’tali mod li jkollhom il-ħoġor għoli sa fejn ikun prattiku. L-apparat manwali li jintuża biex iħaddem dawn il-bibien minn fuq il-gverta tal-paratija għandu jkun barra mill-ispazji li fihom il-makkinarju.

.5.1   VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TA’ INQAS MINN 24 METRU TUL:

Bibien impermeabbli għandhom ikunu bibien li jiżżerżqu jew li jduru fuq iċ-ċappetti jew bibien ta’ tip ekwivalenti. Bibien tal-pjanċi magħluqa biss bil-firolli u bibien li biex jingħalqu trid twaqqagħhom jew li trid twaqqa’ piż biex jingħalqu mhumiex permessi.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

Bibien impermeabbli, ħlief kif ipprovdut fil-paragrafu .10.1 jew ir-Regolament 14, għandhom ikunu bibien li jiżżerżqu jitħaddmu bl-enerġija mekkanika jew elettrika li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7 li jistgħu jingħalqu flimkien mill-makkinarju tal-kontroll ċentrali fil-pont tan-navigazzjoni f’mhux aktar minn 60 sekonda bil-vapur f’pożizzjoni wieqfa.

.5.2   VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TA’ INQAS MINN 24 METRU TUL:

Bibien li jiżżerżqu jistgħu jkunu jew:

jitħaddmu manwalment biss, jew

li jistgħu jitħaddmu bl-enerġija kif ukoll manwalment.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

F’vapuri fejn l-għadd totali ta’ bibien impermeabbli mhux akbar minn tnejn u dawn il-bibien ikunu jinsabu fl-ispazju tal-makkinarju jew fil-paratiji ta’ madwar it-tali spazju, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li dawn il-bibien jitħaddmu manwalment biss. Fejn hemm imwaħħlin bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu manwalment, tali bibien għandhom jingħalqu qabel il-vapur iħalli l-post fejn kien qiegħed marbut biex jitlaq fuq vjaġġ li jġorr il-passiġġieri u għandhom jinżammu magħluqa matul in-navigazzjoni.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5.3   Il-mezzi tat-tħaddim kemm bl-enerġija kif ukoll b’mod manwali ta’ kwalunkwe bieb li jiżżerżaq impermeabbli kemm jekk bl-enerġija kif ukoll b’mod manwali, għandhom ikunu kapaċi jagħlqu l-bieb bil-vapur immejjel 15° lejn kull naħa. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-forzi li jistgħu jinfluwenzaw kull naħa tal-bibien bħal ma jkun hemm meta jkun għaddej l-ilma mill-fetħa u tiġi applikata pressa statika ekwivalenti għall-għoli tal-ilma ta’ mill-anqas 1 metru ‘l fuq mill-ħoġor fuq il-linja taċ-ċentru tal-bieb.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

.5.4   Tagħmir li jikkontrolla l-bibien impermeabbli, inklużi pajpijiet idrawliċi u kejbils tal-elettriku, għandhom jinżammu kemm jista’ jkun qrib il-paratija li fiha hemm imwaħħlin il-bibien sabiex tkun minimizzata il-probabbiltà li jiġu involuti f’kull ħsara li jista’ jġarrab il-vapur. Il-pożizzjoni tal-bibien impermeabbli u tat-tagħmir li jikkontrollahom għandha tkun tali li jekk il-vapur iġarrab ħsara fi kwint tal-wisa’ tal-vapur, u tali distanza titkejjel f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru fil-livell tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda, it-tħaddim tal-bibien impermeabbli li mhux qegħdin fil-parti tal-vapur danneġġata ma tiġix imfixkla.

.5.5   Il-bibien kollha li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija jew b’mod manwali għandhom jiġu pprovduti b’indikazzjoni li turi l-pożizzjonijiet kollha tat-tħaddim mill-bogħod kemm jekk il-bibien huma miftuħa u kemm jekk magħluqa. Il-pożizzjonijiet kollha tat-tħaddim mill-bogħod għandhom ikunu biss fil-pont tan-navigazzjoni kif stipulat fil-paragrafu 7.1.5 u l-post fejn huwa meħtieġ it-tħaddim manwali ‘l fuq mill-gverta tal-paratija mill-paragrafu 7.1.4.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TA’ INQAS MINN 24 METRU TUL:

.5.6   Il-bibien impermeabbli li ma jikkonformawx mal-paragrafi 5.1 sa 5.5 għandhom jingħalqu qabel ma jibda l-vjaġġ, u għandhom jinżammu magħluqa matul in-navigazzjoni; il-ħin li jinfetħu dawn il-bibien fil-port u l-ħin li jingħalqu qabel ma jitlaq il-vapur għandhom jinkitbu fir-reġistru.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TA’ INQAS MINN 24 METRU TUL U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6.1   Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu manwalment jista’ jkollhom moviment orizzontali jew vertikali. Għandu jkun possibbli li l-mekkaniżmu jitħaddem fil-bieb stess minn kull naħa, u minn pożizzjoni aċċessibbli ‘l fuq mill-gverta tal-paratija, b’moviment ta’ dawra sħiħa tal-krank, jew kull moviment ieħor li jipprovdi l-istess garanzija ta’ sikurezza u ta’ tip approvat. Meta titħaddem lieva tal-idejn il-ħin meħtieġ biex jingħalaq totalment il-bieb bil-vapur f’pożizzjoni wieqfa, ma għandux jaqbeż id-90 sekonda.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6.2   Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija jista’ jkollhom moviment orizzontali jew vertikali. Jekk bieb jitħaddem bl-enerġija elettrika minn tagħmir ta’ kontroll ċentrali, il-gerijiet għandhom ikunu irranġati b’mod li l-bieb ikun jista’ jitħaddem bl-enerġija mill-bieb innifsu miż-żewġ naħat. Għandhom jiġu pprovduti pumi ta’ kontroll lokali f’konnessjoni mal-ger tal-enerġija fuq kull naħa tal-paratija u għandhom jiġu rranġati b’tali mod li jħallu lill-persuni jgħaddu mill-bieb biex iżommu ż-żewġ pumi fil-pożizzjoni miftuħa mingħajr ma jkunu jistgħu aċċidentalment jolqtu l-mekkaniżmu li jagħlaq. Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija għandhom jiġu pprovduti b’pum tal-id li jista’ jitħaddem minn fuq kull naħa tal-istess bieb, u minn pożizzjoni aċċessibbli ‘l fuq mill-gverta tal-paratija, b’moviment ta’ dawra sħiħa tal-krank, jew moviment ieħor li jipprovdi l-istess garanzija ta’ sikurezza u ta’ tip approvat. Għandu jsir provvediment li javża b’sinjal li jinstema’ li l-bieb beda jingħalaq u għandu jkompli jinstema’ sakemm jingħalaq kompletament. Barra minn hekk, f’żoni ta’ ambjent b’ħafna storbju għandu jintalab li jkun hemm ukoll sinjal viżwali intermittenti mal-bieb.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

.7.1   Kull bieb li jiżżerżaq u li jaħdem bl-enerġija elettrika u impermeabbli:

.1

għandu jkollu moviment vertikali jew orizzontali;

.2

għandu, soġġett għall-paragrafu 11, ikun limitat normalment għall-massimu ta’ wisa’ ċara ta’ 1,2 metri. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti bibien akbar biss sa fejn jitqies meħtieġ għat-tħaddim effettiv tal-vapur kemm-il darba miżuri oħra tas-sikurezza, inklużi li ġejjin, jiġu kkunsidrati:

.2.1

għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lis-saħħa tal-bieb u l-partijiet tiegħu li jingħalqu sabiex ma jkunx hemm xi nixxija;

.2.2

il-bieb għandu jkun barra ż-żona ta’ ħsara B/5;

.2.3

il-bieb għandu jinżamm magħluq meta l-vapur ikun fuq il-baħar, ħlief għal perjodi limitati meta jkun assolutament meħtieġ kif stabbilit mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

.3

għandu jkollu t-tagħmir meħtieġ biex jiftaħ u jagħlaq il-bieb permezz tal-enerġija elettrika, l-enerġija idrawlika, jew kull forma oħra ta’ enerġija li hija aċċettabbli għall-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

.4

għandu jiġi pprovdut b’mekkaniżmu individwali li jitħaddem manwalment. Għandu jkun possibbli li wieħed jiftaħ u jagħlaq il-bieb manwalment mill-bieb innifsu minn kull naħa, u barra minn hekk, li jingħalaq il-bieb minn pożizzjoni aċċessibbli ‘l fuq mill-gverta tal-paratija b’moviment tal-krank mad-dawra kollha jew moviment ieħor li jipprovdi l-istess grad ta’ sikurezza li jkun aċċettabbli għall-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Id-direzzjoni tad-dawrien jew moviment ieħor għandhom jiġu indikati b’mod ċar fil-pożizzjonijiet kollha tat-tħaddim. Il-ħin meħtieġ għall-għeluq totali tal-bieb, meta jiġi mħaddem b’pum tal-idejn, ma għandux jaqbeż 90 sekonda meta l-vapur ikun f’pożizzjoni wieqfa;

.5

għandu jiġi pprovdut b’tagħmir tal-kontroll għall-ftuħ u għall-għeluq tal-bieb bl-enerġija miż-żewġ naħat tal-bieb kif ukoll biex jingħalaq il-bieb bl-enerġija mit-tagħmir ċentrali tat-tħaddim fuq il-pont tan-navigazzjoni;

.6

għandu jkollu allarm li jinstema’, differenti minn kull allarm ieħor fiż-żona, li għandu jdoqq kull meta l-bieb jingħalaq bl-enerġija mill-bogħod u li għandu jdoqq għal mill-anqas 5 sekondi iżda għal mhux aktar minn 10 sekondi qabel ma jibda jiċċaqlaq il-bieb u għandu jkompli jdoqq sakemm il-bieb jingħalaq kompletament. Fil-każ ta’ tħaddim mill-bogħod manwalment, huwa biżżejjed li jinstemal-allarm biss meta l-bieb ikun qed jiċċaqlaq. Barra minn hekk, f’żoni tal-passiġġieri u f’żoni fejn hemm ħafna storbju, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tirrikjedi li l-allarm li jinstema’ jiġi ssupplimentat minn sinjal intermittenti viżiv fil-bieb; u

.7

għandu jkollu rata bejn wieħed u ieħor uniformi għall-għeluq bl-enerġija. Il-ħin tal-għeluq, mill-ħin meta l-bieb jibda jiċċaqlaq sal-ħin li fih jilħaq il-pożizzjoni fejn ikun magħluq totalment, ma għandu fl-ebda każ ikun ta’ anqas minn 20 sekonda u mhux aktar minn 40 sekonda bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa.

.7.2   L-enerġija elettrika meħtieġa għall-bibien impermeabbli li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija pprovduta mill-iswiċċbord tal-emerġenza jew direttament jew b’bord tad-distribuzzjoni apposta li jinsab fuq il-gverta tal-paratija; il-kontroll assoċjat, iċ-ċirkwiti ta’ indikazzjoni u ta’ allarm għandhom jieħdu l-enerġija mill-iswiċċbord tal-emerġenza jew direttament jew b’bord ta’ distribuzzjoni apposta li jkun jinsab fuq il-gverta tal-paratija u li tkun tista’ tiġi pprovduta awtomatikament mis-sors ta’ enerġija elettrika tal-emerġenza fil-każ ta’ falliment jew tas-sors prinċipali jew tal-emerġenza tal-enerġija elettrika.

.7.3   Kull bieb li jiżżerżaq u li jaħdem bl-enerġija u impermeabbli għandu jkollu:

.1

sistema ċentralizzata idrawlika b’żewġ sorsi tal-enerġija indipendenti fejn kull wieħed minnhom jikkonsisti f’mutur u f’pompa kapaċi jagħlqu l-bibien kollha fl-istess ħin. Barra minn hekk, għandu jkun hemm installazzjoni sħiħa tal-akkumulaturi idrawliċi ta’ kapaċità suffiċjenti biex iħaddmu l-bibien tal-inqas tliet darbiet, jiġifieri. magħluq-miftuħ-magħluq, kontra mejl fuq il-ġenb bil-kontra ta’ 15 °. Dan iċ-ċiklu tat-tħaddim għandu jkun jista’ jitwettaq meta l-akkumulatur ikun fil-pressjoni ta’ attivazzjoni tal-pompa. Il-likwidu użat għandu jintgħażel wara li titqies t-temperatura li probabbli wieħed se jiltaqa’ magħha bl-installazzjoni tul is-servizz tagħha. Is-sistema tat-tħaddim bl-enerġija għandha tiġi ddisinjata biex tnaqqas il-possibbiltà li falliment wieħed fil-pajpijiet idrawliċi jaffettwa b’mod negattiv it-tħaddim ta’ aktar minn bieb wieħed. Is-sistema idrawlika għandha tiġi pprovduta b’allarm ta’ livell baxx għall-ħażniet tal-likwidu idrawliku li jservu s-sistema li titħaddem bl-enerġija u allarm ta’ pressjoni ta’ gass baxxa jew mezzi aktar effettivi tas-sorveljanza tat-telf tal-enerġija maħżuna f’akkumulaturi idrawliċi. Dawn l-allarmi għandhom jinstemgħu u jidhru u għandhom ikunu fuq is-sistema tal-kontroll ċentrali fuq il-pont tan-navigazzjoni; jew

.2

sistema indipendenti idrawlika għal kull bieb ma’ kull sors ta’ enerġija li tikkonsisti f’mutur u f’pompa li kapaċi jiftħu u jagħlqu l-bieb. Barra minn hekk, għandu jkun hemm akkumulatur idrawliku ta’ kapaċità suffiċjenti biex iħaddem il-bibien tal-anqas tliet darbiet, i.e. magħluq-miftuħ-magħluq, kontra mejl fuq il-ġenb ta’ 15 °. Dan iċ-ċiklu tat-tħaddim għandu jkun jista’ jitwettaq meta l-akkumulatur ikun fil-pressjoni ta’ attivazzjoni tal-pompa. Il-likwidu użat għandu jintgħażel wara li titqies t-temperatura li probabbli wieħed se jiltaqa’ magħha bl-installazzjoni tul is-servizz tagħha. Allarm ta’ pressjoni baxxa ta’ gass ta’ grupp żgħir jew mezz ieħor effiċjenti biex jiġi sorveljat it-telf tal-enerġija maħżuna fl-akkumulaturi idrawliċi għandu jiġi pprovdut fit-tagħmir tal-kontroll ċentrali fuq il-pont tan-navigazzjoni. Indikazzjoni ta’ telf tal-enerġija maħżuna f’kull pożizzjoni lokali tat-tħaddim ukoll għandha tiġi pprovduta; jew

.3

Sistema elettrika indipendenti idrawlika u mutur għal kull bieb ma’ kull sors ta’ enerġija li jikkonsisti f’mutur li kapaċi jiftaħ u jagħlaq il-bieb. Is-sors tal-enerġija għandu jkun jista’ jiġi pprovdut awtomatikament mis-sors tat-tranżitu tal-enerġija elettrika tal-emerġenza fil-każ ta’ falliment ta’ waħda mis-sorsi tal-enerġija elettrika prinċipali jew tal-emerġenza u b’kapaċità suffiċjenti biex topera l-bieb tal-inqas tliet darbiet, i.e. magħluq-miftuħ-magħluq, kontra mejl fuq il-ġenb bil-kontra ta’ 15 °.

Għas-sistemi speċifikati f’7.3.1, 7.3.2 u 7.3.3, għandu jsir provvediment kif ġej:

Sistemi tal-enerġija għall-bibien li jiżżerżqu impermeabbli li jitħaddmu bl-enerġija għandhom ikunu separati minn kull sistema oħra ta’ enerġija. Falliment wieħed fis-sistemi li jaħdmu bl-enerġija elettrika jew idrawlika ħlief l-attwatur idrawliku ma għandux ifixkel it-tħaddim manwali ta’ kull bieb.

.7.4   Għandhom jiġu pprovduti pumi tal-kontroll fuq kull naħa tal-paratija f’għoli minimu ta’ 1,6 metri ‘l fuq mill-art u għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex iħallu lill-persuni jgħaddu mill-bieb biex iżommu ż-żewġ pumi fil-pożizzjoni miftuħa mingħajr ma jkun jista’ aċċidentalment jintlaqat il-mekkaniżmu li jagħlaq. Id-direzzjoni tal-movimenti tal-pumi biex jiftħu u jagħlqu l-bibien għandha tkun fid-direzzjoni tal-moviment tal-bieb u għandha tkun indikata b’mod ċar. Pumi tal-kontroll idrawliku għall-bibien impermeabbli fl-ispazji tal-akkomodazzjoni għandhom, jekk hija meħtieġa azzjoni waħda biss biex tibda l-moviment li jagħlaq il-bieb, jitqiegħdu f’postijiet fejn it-tfal ma jkunux jistgħu jħaddmuhom, eż. wara l-bibien tal-panew bil-firolli mpoġġija tal-anqas 170 ċm ‘il fuq mil-livell tal-gverta.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

Fuq iż-żewġ naħat tal-bieb għandu jkun hemm plakka bl-istruzzjonijiet dwar kif is-sistema tal-bieb għandha titħaddem. Fuq iż-żewġ naħat ta’ kull bieb għandu jkun hemm plakka bil-kliem jew bl-istampi li jwissu bil-periklu meta wieħed jibqa’ fil-fetħa tal-bieb meta l-bieb ikun beda l-moviment li jagħlaq. Dawn il-pjanċi għandhom isiru b’materjal b’saħħtu, u jkunu mwaħħlin b’mod ferm. It-test fuq il-plakka tal-istruzzjoni jew tat-twissija għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ħin tal-għeluq tal-bieb inkwistjoni.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

.7.5   Sa fejn huwa prattiku, it-tagħmir elettriku u l-komponenti tal-bibien impermeabbli għandhom ikunu ‘l fuq mill-gverta tal-paratija u ‘l barra minn żoni u spazji ta’ periklu.

.7.6   L-ispazji fejn jingħalqu l-komponenti elettriċi meħtieġa li jinsabu taħt il-gverta għandhom jipprovdu biżżejjed protezzjoni kontra d-dħul tal-ilma.

.7.7   Enerġija elettrika, kontroll, ċirkwiti tal-indikazzjoni u tal-allarm għandhom jiġu protetti kontra l-ħsarat b’tali mod li l-falliment f’ċirkwit ta’ bieb wieħed ma jikkawżax falliment f’ebda ċirkwit ta’ bieb ieħor. Short circuits jew ħsarat oħra fiċ-ċirkwiti tal-allarm jew tal-indikaturi ta’ bieb ma għandhomx jirriżultaw f’telf tat-tħaddim tal-enerġija ta’ dak il-bieb. L-arranġamenti għandhom ikunu tali li n-nixxija tal-ilma fit-tagħmir elettriku li jinsab taħt il-gverta tal-paratija ma jikkawżax ftuħ tal-bieb.

.7.8   Falliment wieħed fl-elettriku fis-sistema tat-tħaddim tal-enerġija jew tal-kontroll ta’ bieb li jiżżerżaq impermeabbli ma għandux jirriżulta fil-fatt li bieb magħluq jinfetaħ. Id-disponibbiltà tal-provvista tal-enerġija għandha tiġi ssorveljata f’punt taċ-ċirkwit elettriku kemm jista’ jkun fil-qrib daqs kemm ikun prattiku għal kull wieħed mill-muturi rikjesti fil-paragrafu 7.3. It-telf ta’ tali provvista tal-enerġija għandha tattiva allarm li jinstema’ u li jidher ft-tagħmir ċentrali li jikkontrolla l-pont tan-navigazzjoni.

.8.1   It-tagħmir ċentrali li jikkontrolla l-pont tan-navigazzjoni għandu jkollu swiċċ tal-‘master mode’ b’żewġ modi ta’ kontroll: mod tal-‘kontroll lokali’ li għandu jħalli kwalunkwe bieb jinfetaħ lokalment u jingħalaq lokalment wara l-użu mingħajr ma jingħalaq awtomatikament, u mod ta’ ‘bibien magħluqa’ li għandu jagħlaq awtomatikament kwalunkwe bieb li jkun miftuħ. Il-mod tal-‘bibien magħluqa’ għandu jippermetti li l-bibien jinfetħu lokalment u jerġgħu jagħlqu l-bieb awtomatikament wara li jintelaq il-mekkaniżmu tal-kontroll lokali. Is-swiċċ tal-‘master mode’ għandu normalment ikun fil-mod tal-‘kontroll lokali’. Il-mod ‘bieb magħluq’ għandu jintuża biss f’emerġenza jew għal skopijiet ta’ ttestjar.

.8.2   It-tagħmir ċentrali li jikkontrolla l-pont tan-navigazzjoni għandu jiġi pprovdut b’disinn li juri fejn jinsab kull bieb, bl-indikaturi viżivi biex juru jekk kull bieb huwiex miftuħ jew magħluq. Dawl aħmar għandu jindika li l-bieb huwa miftuħ kollu u dawl aħdar għandu jindika li l-bieb huwa magħluq kollu. Meta l-bieb jingħalaq mill-bogħod id-dawl aħmar għandu jindika l-pożizzjoni intermedja billi jteptep. Iċ-ċirkwit li jindika għandu jkun indipendenti miċ-ċirkwit tal-kontroll għal kull bieb.

.8.3   Ma għandux ikun possibbli li jinfetaħ bieb mill-bogħod mill-pożizzjoni ċentrali tal-kontroll.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.9.1   Il-bibien kollha impermeabbli għandhom jinżammu magħluqa waqt il-vjaġġ iżda jistgħu jinfetħu matul il-vjaġġ kif hemm speċifikat fil-paragrafi 9.2 u 9.3. Il-bibien impermeabbli li għandhom wisa’ ta’ aktar minn 1,2 metri permessi skont il-paragrafu 11 jistgħu jinfetħu biss fiċ-ċirkostanzi msemmija f’dak il-paragrafu. Kwalunkwe bieb li jinfetaħ f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandu jkun lest biex jingħalaq minnufih.

.9.2   Bieb impermeabbli jista’ jinfetaħ matul il-vjaġġ biex iħalli l-passiġġieri jew il-membri tal-ekwipaġġ jgħaddu, jew meta x-xogħol fil-viċinanza immedjata tal-bieb ikun jeħtieġ li l-bieb jinfetaħ. Il-bieb għandu jingħalaq minnufih meta jkun lest it-tranżitu minn ġo fih jew meta l-biċċa xogħol li minħabba fiha nfetaħ ġiet fi tmiemha.

.9.3   Ċerti bibien impermeabbli jistgħu jitħallew miftuħa matul il-vjaġġ biss jekk jitqies assolutament meħtieġ; jiġifieri, li jkunu miftuħin huwa meqjus bħala essenzjali għat-tħaddim sikur u effettiv tal-makkinarju tal-vapur u biex jippermetti l-passiġġieri aċċess li normalment ma jkunx ristrett tul iż-żona tal-passiġġieri. Tali determinazzjoni għandha ssir mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera biss wara li ssir kunsiderazzjoni bir-reqqa dwar l-impatt fuq it-tħaddim u s-soppravivenza tal-vapur. Bieb impermeabbli bil-permess li jibqa’ miftuħ għandu jiġi indikat b’mod ċar fl-informazzjoni dwar l-istabbiltà tal-vapur u għandu jkun dejjem lest biex jingħalaq minnufih.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.10.1   Jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tkun sodisfatta li tali bibien huma essenzjali, il-bibien impermeabbli li nbnew b’mod sodisfaċenti għandhom jiġu mgħammra b’paratiji impermeabbli li jisseparaw il-merkanzija mill-ispazji fuq il-gverta. Tali bibien jistgħu jkunu biċ-ċappetti, li jirrumblaw, li jiżżerżqu iżda li ma jistgħux ikunu kkontrollati mill-bogħod. Għandhom jiġu mgħammra fl-ogħla livell u ‘l bogħod kemm jista’ jkun mill-kisi tal-qoxra, iżda t-truf vertikali ta’ fuq barra ma għandhom fl-ebda każ ikunu jinsabu f’distanza mill-kisi tal-qoxra li tkun anqas minn kwint tal-wisa’ tal-vapur, tali distanza titkejjel f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru fil-livell tal-linja tat-tagħbija l-iktar fonda.

.10.2   Tali bibien għandhom jingħalqu qabel jibda dan il-vjaġġ, u għandhom jinżammu magħluqa matul in-navigazzjoni; il-ħin li jinfetħu dawn il-bibien fil-port u l-ħin li jingħalqu qabel ma jitlaq il-vapur għandhom jinkitbu fir-reġistru. Jekk wieħed mill-bibien ikun aċċessibbli matul il-vjaġġ, għandu jitwaħħlilhom b’mezz li jipprevjeni l-ftuħ mhux awtorizzat. Meta jiġi suġġerit li jitwaħħlu tali bibien, l-għadd u l-arranġamenti għandhom jitqiesu b’mod speċjali mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

.11   Pjanċi li jinġarru fuq il-paratiji ma għandhomx jiġu permessi ħlief fi spazji tal-makkinarju. Tali pjanċi għandhom dejjem ikunu f’posthom qabel il-vapur jitlaq mill-port, u ma għandhomx jitneħħew matul in-navigazzjoni ħlief fil-każ ta’ bżonn urġenti skont id-diskrezzjoni tal-kaptan. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma tistax tippermetti aktar minn bieb wieħed li jiżżerżaq impermeabbli f’kull paratija trasversali prinċipali akbar minn dawk speċifikati fil-paragrafu 7.1.2 li għandu jiġi ssostitwit b’dawn il-pjanċi li jinġarru, kemm-il darba dawn il-bibien jingħalqu qabel il-vapur iħalli l-port u jibqgħu magħluqa matul in-navigazzjoni ħlief fil-każ ta’ bżonn urġenti skont id-diskrezzjoni tal-kaptan. Dawn il-bibien ma għandhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.4 dwar l-għeluq totali b’tagħmir li jitħaddem manwalment f’90 sekonda. Il-ħin li jinfetħu dawn il-bibien fil-port u l-ħin li jingħalqu qabel ma jitlaq il-vapur għandhom jinkitbu fir-reġistru.

14.   Vapuri li jġorru vetturi tal-merkanzija u l-persunal li jakkumpanjawhom (R 16)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Dan ir-regolament japplika għall-vapuri tal-passiġġieri ddisinjati jew irranġati għall-ġarr tal-merkanzija tal-vetturi u l-persunal li jakkumpanjawhom.

.2

Jekk f’tali vapur l-għadd totali ta’ passiġġieri, inklużi l-persuni li qed jakkumpanjaw il-vetturi ma jaqbiżx N = 12 + A/25, fejn A = l-erja totali fuq il-gverta (f’metri kwadri) ta’ spazji disponibbli għall-istivar tal-vetturi tal-merkanzija u fejn l-għoli tad-differenza fil-pożizzjoni tal-istivar u fid-daħla ta’ tali spazji ma tkunx ta’ inqas minn 4 metri, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 13, il-paragrafu 10, għandhom japplikaw fir-rigward tal-bibien impermeabbli ħlief li l-bibien jistgħu jitwaħħlu f’kull livell f’paratiji impermeabbli li jiddividu l-ispazji tal-merkanzija. Barra minn hekk, huma meħtieġa indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni biex juru awtomatikament meta kull bieb ikun magħluq u meta s-sokriet tal-bibien ikunu maqfula.

.3

Meta jkunu qed jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għal tali vapur, N għandha titqies bħala l-akbar għadd ta’ passiġġieri li għalih il-vapur jista’ jiġi ċċertifikat bi qbil ma’ dan ir-Regolament.

15.   Fetħiet fil-kisi tal-qoxra taħt il-linja tal-marġni (R 17)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   L-għadd ta’ fetħiet fil-kisi tal-qoxra għandu jitnaqqas għall-minimu kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim kif suppost tal-vapur.

.2.1   L-arranġament u l-effiċjenza tal-mezzi għall-għeluq ta’ kwalunkwe fetħa fil-kisi tal-qoxra għandhom ikunu konsistenti mal-iskop maħsub u mal-pożizzjoni li fiha qegħdin imwaħħla.

.2.2   Skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ, l-ebda ftuħ fil-ġenb ma għandu jitwaħħal f’tali pożizzjoni li l-ħoġor taħt linja mmarkata bi dritt il-gverta tal-paratija fil-ġenb u li jkollu l-punt l-aktar baxx tiegħu 2,5 % tal-wisa’ tal-vapur ‘il fuq mil-linja tat-tagħbija ta’ suddiviżjoni l-aktar fonda, jew 500 mm, skont liema minnhom ikun l-akbar.

.2.3   Il-fetħiet kollha tal-ġenb li għandhom il-ħoġor tagħhom taħt il-linja tal-marġni għandhom ikunu ta’ tali kostruzzjoni li effettivament ma tħalli l-ebda persuna tiftaħhom mingħajr il-kunsens tal-kaptan tal-vapur.

.2.4   Fejn f’post bejn il-gverti, il-ħoġor ta’ kwalunkwe fetħa fil-ġenb (sidescuttles) imsemmija fil-paragrafu 2.3 ikunu taħt il-linja mpinġija bi dritt il-gverta tal-paratija tal-ġenb u li jkollha l-aktar punt baxx 1,4 metri u 2,5 % tal-wisa’ tal-vapur ‘il fuq mill-ilma meta l-vapur jitlaq minn port, il-fetħiet fil-ġenb ma għandhomx jinfetħu qabel mal-vapur jasal fil-port li jmiss. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, jista’ jkun hemm tolleranza xierqa għal meta l-vapur ikun fl-ilma ħelu.

.2.5   Il-fetħiet fil-ġenb u l-kontropurtelli tagħhom ma jkunux aċċessibbli matul in-navigazzjoni u għandhom jingħalqu u jissakkru qabel il-vapur iħalli l-port.

.3   L-għadd ta’ toqob, punti ta’ rimi sanitarju u fetħiet oħra bħal dawn fil-kisi tal-qoxra għandhom jitnaqqsu għall-minimu jew billi kull rimi jkun tali li jservi kemm il-pajp sanitarju u pajpijiet oħra possibbli, jew bi kwalunkwe manjiera oħra sodisfaċenti.

.4   It-toqob tad-dħul u tal-ħruġ kollha fil-kisi tal-qoxra għandhom jitwaħħlu b’arranġamenti effiċjenti u aċċessibbli li jevitaw id-dħul aċċidentali tal-ilma fil-vapur.

.4.1   Skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ, u ħlief kif imsemmi fil-paragrafu 5, kull rimi separat li jgħaddi mill-kisi tal-qoxra taħt il-linja tal-marġni għandu jiġi pprovdut jew b’valv wieħed awtomatiku li ma jirritornax imwaħħal b’mezz pożittiv biex jagħlqu minn fuq il-gverta tal-paratija jew b’żewġ valvijiet awtomatiċi li minnhom ma hemmx ritorn li ma għandhomx mezz pożittiv biex jingħalqu, kemm-il darba l-valv ta’ ġewwa ikun jinsab fuq il-linja tat-tagħbija l-aktar fonda tas-suddiviżjoni u jkun dejjem aċċessibbli għall-eżami skont il-kundizzjonijiet tas-servizz.

Meta jitwaħħal valv b’mezz pożittiv tal-għeluq, il-pożizzjoni tat-tħaddim ‘il fuq mill-gverta tal-paratija għandha dejjem tkun aċċessibbli fil-pront u għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindikaw jekk il-valv huwiex miftuħ jew magħluq.

.4.2   Ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ għandhom japplikaw għar-rimi li jgħaddi mill-kisi tal-qoxra mill-ispazji ‘l fuq mil-linja tal-marġni.

.5   Spazju tal-makkinarju prinċipali u awżiljari tat-toqob tad-dħul u tal-ħruġ konnessi mat-tħaddim tal-makkinarju għandu jitwaħħlilhom valvijiet li jkunu aċċessibbli fil-pront bejn il-pajpijiet u l-kisi tal-qoxra jew bejn il-pajpijiet u kaxxi fabbrikati mwaħħla mal-kisi tal-qoxra. Il-valvijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu kkontrollati lokalment u għandhom jiġu pprovduti b’indikaturi li juru jekk humiex miftuħa jew magħluqa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Ir-roti manwali jew il-pumi għall-iżbokk għall-ilma baħar għandhom ikunu aċċessibbli għat-tħaddim. Il-valvijiet kollha li jintużaw bħala valvijiet taħt il-linja tal-ilma sabiex jidħol jew joħroġ l-ilma minnhom (seacocks) għandhom jingħalqu b’moviment fid-direzzjoni kif idur l-arloġġ tar-roti manwali tagħhom.

.2

Vitien tar-rimi jew valvijiet fuq il-ġenb tal-vapur għall-ilma li jkun żejjed mill-bojlers għandhom ikunu f’postijiet li faċli tilħaqhom u mhux fil-kisi tal-gverta. Vitien jew valvijiet għandhom jiġu ddisinjati sabiex ikun faċli biex wieħed jara jekk humiex miftuħa jew magħluqa. Il-vitien għandhom jiġu pprovduti bi skrins tas-sikurezza, iddisinjati b’tali mod li ċ-ċavetta ma tkunx tista’ tinqala’ meta l-vit ikun miftuħ.

.3

Il-valvijiet u l-vitien kollha fis-sistema tal-pajpijiet bħas-sistemi tas-sentina u tas-saborra, sistemi tal-karburant taż-żejt u taż-żejt lubrikanti, sistemi tat-tifi tan-nar u tas-sieqja, ilma li jkessaħ u sistemi sanitarji, eċċ. għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar skont il-funzjonijiet tagħhom.

.4

Pajpijiet oħra ta’ ħruġ għandhom, jekk ikunu joħorġu ‘l isfel mil-linja tat-tagħbija l-aktar fonda tas-suddiviżjoni, jiġu pprovduti b’mezz ekwivalenti ta’ għeluq fil-ġenb tal-vapur; jekk joħorġu ‘l fuq mil-linja tat-tagħbija l-aktar fonda tas-suddiviżjoni, għandhom jiġu pprovduti b’ valv ordinarju tal-maltemp. Fiż-żewġ każijiet il-valvijiet jistgħu jitħallew barra jekk il-pajpijiet li jintużaw ikunu tal-istess ħxuna daqs il-kisi tat-toqob tal-ħruġ mit-tojlits u mis-sinkijiet u t-toqob tal-art mill-kmamar tal-ħasil eċċ. ipprovduti b’kontropurtelli jew protetti b’mod ieħor kontra x-xokk tal-ilma. Il-ħxuna tal-ħitan ta’ tali pajpijiet ma hemmx bżonn, madanakollu, tkun akbar minn 14 mm.

.5

Jekk jitwaħħal valv b’mekkaniżmu dirett li jagħlaq, il-post minn fejn jitħaddem għandu dejjem ikun aċċessibbli b’mod faċli, u għandu jkun hemm mezz biex jiġi indikat jekk il-valv huwiex miftuħ jew magħluq.

.6

Meta l-valvijiet b’mekkaniżmi diretti li jagħlqu ikunu fi spazji tal-makkinarju, huwa biżżejjed li jitħaddmu minn fejn ikunu jinsabu, jekk kemm-il darba dan l-ispazju ikun aċċessibbli b’mod faċli taħt kull kundizzjoni.

.6   It-tagħmir tal-qafas u l-valvijiet meħtieġa minn dan ir-regolament għandhom ikunu tal-azzar, bronż jew materjal duttili ieħor approvat. Valvijiet tal-ħadid fondut ordinarju jew materjali bħal dawn mhumiex aċċettabbli. Kull pajp li għalih jirreferi dan ir-Regolament għandu jkun tal-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

.7   Skaletti u gverti tal-merkanzija mwaħħla taħt il-linja tal-marġni għandhom ikunu ta’ saħħa suffiċjenti. Għandhom ikunu magħluqa b’mod effettiv u ssiġillati biex ma jgħaddix ilma minnhom qabel ma l-vapur isalpa mill-port, u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ.

.8   Tali portijiet ma jistgħu fl-ebda każ jitwaħħlu b’tali mod li jkollhom l-aktar punt baxx tagħhom ‘l isfel mil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda.

16.   L-integrità tal-istrutturi impermeabbli f’vapuri tal-passiġġieri ‘l fuq mil-linja tal-marġni (R 20)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-miżuri kollha raġonevoli u prattiċi għandhom jittieħdu biex jillimitaw id-dħul u l-firxa tal-ilma ‘l fuq mill-gverta tal-paratija. Tali miżuri jistgħu jinkludu paratiji jew xbieki parzjali. Meta paratiji u xbieki parzjali jitwaħħlu fuq il-gverta tal-paratiji, fuq jew fil-viċinanza immedjata tal-paratiji prinċipali tas-suddiviżjoni, għandu jkollhom qafas u konnessjonijiet tal-gverta tal-paratija impermeabbli sabiex jirrestrinġu l-mixja tal-ilma tul il-gverta meta l-vapur ikun qed imil f’kundizzjoni danneġġata. Fejn il-paratija parzjali impermeabbli ma tkunx bi dritt il-paratija ta’ taħtha, il-gverta tal-paratija ta’ bejniethom għandha tkun effettiva biżżejjed li ma tħallix ilma jgħaddi.

.2

Il-gverta tal-paratija jew gverta fuqha għandha tkun tali li tirreżisti għall-maltemp. Il-fetħiet kollha fil-gverta tal-osservazzjoni li hija esposta għandu jkollhom muxxillari ta’ għoli biżżejjed u saħħa u għandhom jiġu pprovduti b’mezzi effiċjenti biex jagħlquhom b’mod effiċjenti biex jirreżistu għall-maltemp. Għandhom jitwaħħlu freeing ports, poġġamani miftuħa u toqob kif ikun meħtieġ biex titnaddaf il-gverta tal-ilma fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp.

.3

F’vapuri eżistenti tal-klassi B, it-tarf miftuħ tal-pajpijiet tal-arja li jispiċċaw ġewwa superstruttura għandhom ikunu tal-anqas metru (1) ‘l fuq mil-linja tal-ilma meta l-vapur imil għal angolu ta’ 15 °C, jew l-angolu massimu ta’ mejl matul l-istadji intermedji tat-tgħarriq, kif stabbilit b’kalkolu dirett, skont liema minnhom ikun l-akbar. Jew inkella, il-pajpijiet tal-arja minn tankijiet li mhumiex tankijiet taż-żejt jistgħu jarmu mill-ġenb tas-superstruttura. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.4

Fetħiet żgħar tal-ġenb, skaletta, portijiet tal-merkanzija u l-mezzi l-oħra biex jagħlqu l-fetħiet fil-kisi tal-qoxra ‘l fuq mil-linja tal-marġni għandhom ikunu ta’ disinn u kostruzzjoni effiċjenti u ta’ saħħa biżżejjed wara li jiġu kkunsidrati l-ispazji li fihom jitwaħħlu u l-pożizzjonijiet relattivi għal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda.

.5

Kontropurtelli effiċjenti ta’ fuq ġewwa, irranġati b’tali mod li jistgħu jingħalqu b’mod effettiv u jiġu ssiġillati biex ma jgħaddix ilma minnhom, għandhom jiġu pprovduti għall-fetħiet kollha tal-ġenb għall-ispazji taħt l-ewwel gverta fuq il-gverta tal-paratija.

17.   Għeluq tal-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija (R 20-1)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-bibien li ġejjin, li jinsabu ‘l fuq mil-linja tal-marġni, għandhom ikunu magħluqa u msakkra qabel ma l-vapur jibda xi vjaġġ, u għandhom jibqgħu magħluqa u msakkra sakemm il-vapur jirmiġġa fejn imiss.

.1

il-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija fil-qoxra jew fil-konfini tas-soprastrutturi magħluqa;

.2

viżieri tal-pruwa mwaħħla f’pożizzjonijiet, kif indikat fil-paragrafu 1.1;

.3

il-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija fil-paratija tal-ħbit;.

.4

rampi li jirreżistu għall-maltemp li jifformaw għeluq alternattiv għal dak imfisser fil-paragrafi 1.1 sa 1.3 inklużi. Kemm-il darba bieb ma jkunx jista’ jinfetaħ jew jingħalaq meta l-vapur ikun sorġut f’postu, tali bieb jista’ jinfetaħ jew jinżamm miftuħ meta l-vapur joqrob jew jitbiegħed mill-post fejn kien sorġut, iżda biss sa fejn ikun neċessarju biex il-bieb ikun jista’ jitħaddem immedjatament. F’kull każ, il-bieb ta’ ġewwa tal-pruwa jrid jinżamm magħluq.

.2

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1 u 1.4, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tawtorizza li bibien partikolari jinfetħu skont id-diskrezzjoni tal-kaptan, jekk dan ikun neċessarju għat-tħaddim tal-vapur jew għall-imbarkazzjoni jew inżul tal-passiġġieri, meta l-vapur ikun ankrat bla periklu u kemm-il darba s-sikurezza tal-vapur ma tiġix affettwata.

.3

Il-kaptan għandu jiżgura li tiġi implimentata sistema effiċjenti ta’ superviżjoni u rappurtar tal-għeluq u l-ftuħ tal-bibien kif imsemmi fil-paragrafu 1.

.4

Il-kaptan għandu jiżgura, qabel ma l-vapur jitlaq fuq vjaġġ, li jiġi rreġistrat kif meħtieġ mir-Regolament 22, il-ħin li fih ingħalqu l-aħħar il-bibien imsemmija fil-paragrafu 1 u l-ħin ta’ kwalunkwe ftuħ ta’ bibien partikolari f’konformità mal-paragrafu 2.

17-1   Integrità tal-impermeabbiltà mill-gverta tar-ro-ro (gverta tal-paratija) għall-ispazji li jkunu taħt (R 20-2)

VAPURI RO-RO ĠODDA TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1.1

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1.2 u 1.3, l-aċċessi kollha li jwasslu għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija għandu jkollhom il-punt l-aktar baxx mhux anqas minn 2,5 metri ‘l fuq mill-gverta tal-paratija;

.1.2

fejn hemm imwaħħla rampi tal-vetturi biex jagħtu aċċess għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija, il-fetħiet tagħhom għandhom ikunu jistgħu jingħalqu b’mod li jkunu jirreżistu għall-maltemp biex jevitaw id-dħul ta’ ilma taħt, ikunu bl-allarm u indikati fuq i-pont tan-navigazzjoni;

.1.3

l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tħalli t-twaħħil ta’ aċċessi partikolari għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija kemm-il darba jkunu meħtieġa għat-tħaddim essenzjali tal-vapur, eż. moviment ta’ makkinarju u stivi, kemm-il darba dawn l-aċċessi jsiru impermeabbli, ikunu mgħammra b’allarm u indikati fuq il-pont tan-navigazzjoni;

.1.4

l-aċċessi li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1.2 u 1.3 għandhom jingħalqu qabel ma l-vapur iħalli l-post fejn ikun sorġut fuq kwalunkwe vjaġġ u għandhom jinżammu magħluqa qabel il-vapur jirmiġġa fejn imissu;

.1.5

il-kaptan għandu jiżgura li tiġi implimentata sistema effiċjenti ta’ superviżjoni u rappurtar tal-għeluq u l-ftuħ ta’ tali aċċessi li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1.2 u 1.3; u

.1.6

il-kaptan għandu jiżgura, qabel ma l-vapur isalpa mill-irmiġġ fuq xi vjaġġ, li jiġi rreġistrat fir-reġistru, kif mitlub mir-Regolament II-1/B/22, il-ħin tal-aħħar għeluq ta’ aċċessi li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1.2 u 1.3;

.1.7

vapuri ġodda tal-passiġġieri tal-klassi C ro-ro ta’ anqas minn 40 metru tul u vapuri ġodda tal-passiġġieri tal-klassi D ro-ro jistgħu, minflok ma jikkonformaw mal-paragrafi 1.1 sa .1.6, jikkonformaw mal-paragrafi 2.1 sa 2.3, kemm-il darba l-għoli tal-muxxillari u tal-ħoġor ikunu tal-anqas 600 mm fuq gverti tar-ro-ro miftuħa u tal-anqas 380 mm fuq gverti tar-ro-ro magħluqa.

VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO:

.2.1

L-aċċessi kollha mill-gverta ro-ro li jwasslu sal-ispazji taħt il-gverta tal-paratija għandhom ikunu jirreżistu għall-maltemp u għandhom jiġu pprovduti l-mezzi fuq il-pont tan-navigazzjoni, li jindikaw jekk l-aċċess huwiex miftuħ jew magħluq;

.2.2

l-aċċessi kollha għandhom jingħalqu qabel ma l-vapur iħalli l-post fejn ikun irmiġġat fuq xi vjaġġ u għandhom jinżammu magħluqa sakemm il-vapur jirmiġġa fejn imissu;

.2.3

minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li xi aċċessi jinfetħu matul il-vjaġġ iżda dan biss għal perjodu li jippermetti l-passaġġ u, jekk ikun meħtieġ għat-tħaddim essenzjali tal-vapur;

17-2   Aċċess għall-gverti ro-ro (R 20-3)

IL-VAPURI RO-RO KOLLHA TAL-PASSIĠĠIERI:

Il-kaptan, jew l-uffiċjal innominat għandu jiżgura li, mingħajr il-kunsens mogħti mill-kaptan jew mill-uffiċjal maħtur, l-ebda passiġġier ma għandu jkollu aċċess għall-gverta ro-ro meta l-vapur ikun qed isalpa.

17-3   Għeluq tal-paratiji fuq il-gverta ro-ro (R 20-4)

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U GĦALL-VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO TAL-PASSIĠĠIERI:

.1

Kull paratija trasversali u lonġitudinali kkunsidrata bħala effettiva biex tikkonfina l-ilma tal-baħar li jkun inġabar fuq il-gverta ro-ro għandha tkun f’postha u marbuta qabel ma l-vapur isalpa mill-post fejn ikun sorġut u tibqa’ f’postha u marbuta sakemm il-vapur jirmiġġa fejn imissu.

.2

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li xi aċċessi f’dawn il-paratiji jinfetħu matul il-vjaġġ iżda dan biss għal perjodu li jippermetti l-passaġġ u, jekk ikun meħtieġ, għat-tħaddim essenzjali tal-vapur.

18.   Informazzjoni dwar l-istabbiltà (R 22)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull vapur tal-passiġġieri, għandu jiġi inklinat malli jitlesta u l-elementi tal-istabbiltà tiegħu jiġu ddeterminati. Il-kaptan għandu jingħata tali informazzjoni, li tkun approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, kif ikun meħtieġ biex ikun jista’ jikseb għajnuna preċiża dwar l-istabbiltà tal-vapur taħt kundizzjonijiet varji tas-servizz bi proċessi li ma jdumux u li jkunu sempliċi.

.2

Fejn isir xi tibdil fil-vapur li jaffettwa materjalment l-informazzjoni dwar l-istabbiltà li tiġi pprovduta lill-kaptan, għandha tiġi pprovduta informazzjoni emendata dwar l-istabbiltà. Jekk ikun meħtieġ, il-vapur għandu jerġa’ jiġi inklinat mill-ġdid.

.3

F’intervalli perjodiċi li ma jaqbżux il-ħames snin, għandu jsir servej sempliċi li jivverifika jekk kienx hemm xi tibdil fil-volum tal-ispostament tal-ilma ta’ vapur irmiġġjat u fiċ-ċentru tal-gravità lonġitudinali. Il-vapur għandu jiġi inklinat mill-ġdid kull meta, meta mqabbel mal-informazzjoni approvata dwar l-istabbiltà, ikun hemm jew tiġi mbassra devjazzjoni mill-volum tal-ispostament tal-ilma tal-vapur ankrat li taqbeż 2 % jew devjazzjoni taċ-ċentru tal-gravità lonġitudinali li taqbeż 1 % tat-tul tal-vapur.

.4

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tħalli li t-test dwar l-inklinazzjoni ta’ vapur individwali ma jsirx kemm-il darba jkun hemm dejta dwar l-istabbiltà bażika ta’ vapur li jkun bħalu eżatt u jintwera għas-sodisafazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tista’ tinħareġ informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar l-istabbiltà għall-vapur eżentat minn tali dejta bażika. Qed issir referenza għal MSC/Circ 1158.

.5

Meta inklinazzjoni preċiża ma tkunx prattika, il-volum tal-ispostament tal-ilma tal-vapur ankrat u ċ-ċentru tal-gravità għandhom jiġu ddeterminati b’servej u b’kalkolu preċiż. Qiegħda ssir referenza għall-informazzjoni fir-Regolament 2.7 fil-Kodiċi tal-Inġenji tal-baħar b’Veloċità Għolja 2000.

19.   Pjanijiet tal-kontroll tal-ħsarat (R 23)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Għandu jkun hemm, eżebiti b’mod permanenti biex jgħinu lill-uffiċjal li jkun qed jikkmanda l-vapur, pjanti li juru b’mod ċar għal kull gverta u stiva sa fejn jaslu l-kompartimenti impermeabbli, il-fetħiet ta’ ġo fihom bil-mezzi tal-għeluq u l-pożizzjoni tal-kontrolli tagħhom, u l-arranġamenti għall-korrezzjoni ta’ kull mejl fuq il-ġenb minħabba tgħarriq. Ma’ dawn, għandu jkunu hemm għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali tal-vapur kotba żgħar li fihom l-informazzjoni msemmija hawn fuq.

20.   L-integrità taż-żaqq u s-superstruttura, il-prevenzjoni tal-ħsara u l-kontroll (R 23-2)

.1

Għandhom jiġu pprovduti indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni għall-bibien kollha tal-qoxra, bibien li jgħabbu minnhom u tagħmir ieħor li jagħlaq li, jekk jitħallew miftuħa jew mhux magħluqa sew, jistgħu jwasslu għat-tgħarriq ta’ spazju ta’ kategorija speċjali jew ta’ spazju tal-merkanzija ro-ro. Is-sistema tal-indikaturi għandha tiġi ddisinjata fuq il-prinċipju ‘fail-safe’ u għandha turi b’allarmi viżivi jekk bieb ikunx magħluq kollu jew jekk xi wieħed mill-arranġamenti li jagħlqu ma jkunx f’postu u msakkar sew u b’allarmi li jinstemgħu jekk tali bieb jew tagħmir li jagħlaq jinfetaħ jew l-arranġamenti li jagħlqu ma jibqgħux maqfula. Il-panew tal-indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni għandu jkun mgħammar b’funzjoni ta’ għażla tal-mod ‘port/vjaġġ’ fuq il-baħar, irranġat b’mod li tingħata twissija li tinstema’ fuq il-pont tan-navigazzjoni jekk il-vapur isalpa mill-port bil-bibien tal-pruwa, bibien interni, rampa tal-poppa jew xi bibien oħra tal-qoxra mhux magħluqa jew jekk xi apparat tal-għeluq ma jkunx fil-pożizzjoni korretta. Il-provvista tal-enerġija għas-sistema tal-indikazzjoni għandha tkun indipendenti mill-provvista tal-enerġija biex tħaddem u tagħlaq il-bibien. Is-sistemi tal-indikazzjoni, li huma installati fuq vapuri eżistenti, u li huma approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, ma hemmx bżonn jinbidlu.

.2

Is-sorveljanza bit-televiżjoni u s-sistema li tinnota t-tnixxija tal-ilma għandhom jiġu rranġati sabiex jipprovdu indikazzjoni lill-pont tan-navigazzjoni u lill-istazzjon tal-kontroll tal-magna ta’ kwalunkwe tnixxija mill-bibien ta’ ġewwa u ta’ barra tal-pruwa, mill-bibien tal-poppa jew kull bieb ieħor tal-qoxra li jista’ jwassal għat-tgħarriq ta’ spazji ta’ kategorija speċjali jew spazji tal-merkanzija ro-ro.

.3

L-ispazji tal-kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija ro-ro għandhom jiġu mħarsa jew immonitorjati kontinwament b’mezzi effettivi, bħas-sorveljanza bit-televiżjoni, sabiex kwalunkwe moviment ta’ vetturi f’kundizzjonijiet tat-temp li jkunu ħżiena u aċċess mhux awtorizzat mill-passiġġieri għalihom jiġi nnutat waqt li l-vapur ikun fi triqtu.

.4

Proċeduri dokumentati tat-tħaddim biex jagħlqu u jsakkru l-bibien tal-qoxra, il-bibien li jgħabbu minnhom u tagħmir ieħor li jagħlaq li, jekk jitħallew miftuħa jew ma jkunux magħluqa sew, jistgħu jwasslu għat-tgħarriq ta’ kull spazju ta’ kategorija speċjali jew ta’ spazju tal-merkanzija ro-ro, għandhom jinżammu abbord u jitqiegħdu f’post xieraq.

21.   L-immarkar, it-tħaddim perjodiku u l-spezzjoni tal-bibien impermeabbli, eċċ. (R 24)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Provi għat-tħaddim ta’ bibien impermeabbli, fetħiet fil-ġenb, valvijiet u mekkaniżmi li jagħlqu t-toqob għandhom isiru kull ġimgħa.

.2

Il-bibien kollha impermeabbli fil-paratiji prinċipali trasverali, li jintużaw fuq il-baħar, għandhom jitħaddmu kuljum.

.3

Il-bibien impermeabbli u kull mekkaniżmu u kull indikatur imqabbad magħhom, kull valv, li jkun hemm bżonn li jingħalaq biex kompartiment ma jgħaddix ilma minnu, u kull valv li l-ħidma tiegħu hija meħtieġa għall-konnessjonijiet inkroċjati tal-kontroll tal-ħsarat għandhom jiġu spezzjonati fuq il-baħar tal-anqas darba fil-ġimgħa.

.4

Tali valvijiet, bibien u mekkaniżmi għandhom jiġu mmarkati biex jiżguraw li jistgħu jiġu użati sew biex jipprovdu sikurezza massima.

22.   Entraturi fir-reġistru (R 25)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Bibien li jduru fuq iċ-ċappetti, pjanċi li jinġarru, fetħiet fil-ġnub, bibien tal-merkanzija u skaletti u fetħiet oħrajn, li huma meħtieġa minn dawn ir-Regolamenti jinżammu magħluqin waqt in-navigazzjoni, għandhom jingħalqu qabel il-vapur jitlaq mill-port. Il-ħin tal-għeluq u l-ħin tal-ftuħ (jekk permess mir-Regolamenti) għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru.

.2

Rekord ta’ kull taħriġ u tal-ispezzjonijiet meħtieġa mir-Regolament 21 għandhom jiddaħħlu fir-reġistru b’entrata espliċita dwar kwalunkwe difett li jista’ jsir magħruf.

23.   Pjattaformi u rampi jogħlew tal-karozzi

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Fuq vapuri mgħammra bi gverti mdendla għat-trasport tal-vetturi tal-passiġġieri, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni u t-tħaddim għandhom jitwettqu skont il-miżuri imposti mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Fir-rigward tal-kostruzzjoni, għandhom jintużaw ir-regoli rilevanti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

24.   Ilqugħ

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

1.

Fuq il-gverti esterni li għalihom il-passiġġieri għandhom aċċess, u fejn ma hemmx murata tal-għoli neċessarju pprovdut, għandu jiġi pprovdut ilqugħ ta’ għoli minimu ta’ 1 100 mm ‘il fuq mill-gverta u ta’ tali disinn u kostruzzjoni sabiex jevitaw li xi passiġġier jirkeb fuq dan l-ilqugħ u aċċidentalment jaqa’ minn dik il-gverta.

2.

Turġien u pjanijiet fuq tali gverti esterni għandhom jiġu pprovduti b’ilqugħ ta’ kostruzzjoni ekwivalenti.

PARTI C

MAKKINARJU

1.   Ġenerali (R 26)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-makkinarju, il-bojlers u l-kontenituri tal-pressjoni, is-sistemi tal-pajpijiet assoċjati u t-tagħmir għandhom ukoll jiġu installati u protetti sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun possibbli kull periklu għall-persuni abbord, filwaqt li tingħata attenzjoni dovuta lill-partijiet li jiċċaqalqu, l-uċuħ li jaħarqu u l-perikli l-oħra.

.2

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li bihom it-tħaddim normali tal-makkinarju tal-propulsjoni jista’ jiġi sostnut jew irrestawrat anki jekk waħda mill-awżiljari essenzjali ssir operattiva.

.3

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jiżguraw li l-makkinarju jkun jista’ jitħaddem fil-kundizzjoni ta’ vapur inattiv mingħajr għajnuna barranija.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSI B u Ċ:

.4

Il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u kull makkinarju awżiljaru essenzjali għall-propulsjoni u għas-sikurezza tal-vapur għandhom, kif imwaħħla fil-vapur, jiġu ddisinjati biex jaħdmu meta l-vapur ikun dritt u meta jkun inklinat f’angolu ta’ mejl fuq il-ġenb sa u li jinkludi 15° fuq kull naħa taħt kundizzjonijiet statiċi u 22,5° taħt kundizzjonijiet dinamiċi (li jinqelbu) fuq kull naħa u inklinati simultanjament b’mod dinamiku (imil) 7,5° bil-pruwa jew bil-poppa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-makkinarju tal-propulsjoni u l-iskrun għandu jitwaqqaf f’każijiet ta’ emerġenza mill-pożizzjonijiet rilevanti ‘l barra mill-kamra tal-magna/kamra tal-kontroll tal-magna, eż. il-gverta miftuħa jew il-kenn għat-tmunier.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.6

Il-post fejn jinsabu u l-arranġament tal-pajpijiet tal-arja, tat-tankijiet tal-karburant, tas-sedimentazzjoni u taż-żejt li jillubbrika għandhom ikunu tali li fil-każ ta’ pajp tal-arja maqsum, dan ma għandux iwassal direttament għar-riskju ta’ dħul ta’ ilma tal-baħar jew ilma tax-xita. Għandhom jiġu pprovduti żewġ tankijiet tal-karburant taż-żejt tas-servizz għal kull tip ta’ karburant użat fuq il-vapur li jkun meħtieġ u għall-propulsjoni u għas-sistemi vitali jew arranġamenti ekwivalenti għal kull vapur, b’kapaċità ta’ mill-anqas 8 sigħat għall-vapuri tal-klassi B u tal-anqas 4 sigħat għall-vapuri tal-klassi C u D, bir-rata massima kontinwa tal-impjant tal-propulsjoni u t-tħaddim tat-tagħbija normali fuq il-baħar tal-impjant tal-ġenerazzjoni.

2.   Magni tal-kombustjoni interna (R 27)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-magni tal-kombustjoni interna ta’ dijametru ċirkolari ta’ 200 mm, jew ta’ volum tal-kaxxa tal-krank ta’ 0,6 m3 u ‘l fuq għandhom jiġu pprovduti b’valvijiet tas-sikurezza tal-isplużjoni tal-kaxxa tal-krank tat-tip xieraq b’erja suffiċjenti tar-rilaxx. Il-valvijiet tas-sikurezza għandhom jiġu rranġati jew ipprovduti b’mezz li jiżgura li l-ħruġ minnhom ikun dirett b’tali mod li jimminimizza l-possibbiltà li jweġġa’ l-persunal.

3.   Arranġamenti tal-ippumpjar tas-sentina (R 21)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Għandha tiġi pprovduta sistema effiċjenti tal-ippumpjar tas-sentina, li tkun kapaċi li tippompja minn u tnixxef kull kompartiment impermeabblili li ma jkunx spazju użat b’mod permanenti għall-ġarr tal-ilma ħelu, ilma tas-saborra, karburant taż-żejt jew merkanzija likwida u li għalihom jkunu pprovduti mezzi oħra effiċjenti tal-ippumpjar, bil-kundizzjonijiet kollha prattiċi. Għandhom jiġu pprovduti mezzi effiċjenti biex inixxfu l-ilma minn ġo kompartimenti iżolati.

.1.2

Jistgħu jiġu aċċettati pompi sanitarji, tas-saborra u dawk ġenerali tas-servizz bħala pompi indipendenti mill-enerġija tas-sentina jekk ikunu armati bil-konnessjonijiet meħtieġa għas-sistema tal-ippumpjar bis-sentina.

.1.3

Il-pajpijiet kollha tas-sentina li jintużaw fit-tankijiet jew taħt it-tankijiet tal-ħżin tal-karburant jew fi spazji tal-bojler jew spazji tal-makkinarju, inklużi spazji li fihom tankijiet li fihom joqgħod iż-żejt jew li fihom unitajiet li jippumpjaw il-karburant taż-żejt, għandhom ikunu tal-azzar jew ta’ materjal ieħor xieraq.

.1.4

L-arranġament tas-sistema tal-ippumpjar tas-sentina u tas-saborra għandu jkun tali li jevita l-possibbiltà li l-ilma jgħaddi mill-baħar u mill-ispazji tas-saborra tal-ilma fl-ispazji tal-merkanzija u tal-makkinarju, jew minn kompartiment għall-ieħor. Għandu jsir provvediment biex jiġi evitat li xi tank fond li jkollu konnessjonijiet tas-sentina u tas-saborra jsofri mit-tgħarriq mill-baħar bi żball meta jkun fih merkanzija, jew li jintrema minn pompa tas-sentina meta jkun fih saborra tal-ilma.

.1.5

Il-kaxxi tad-distribuzzjoni u l-valvijiet li jinfetħu manwalment f’konnessjoni mal-arranġamenti tal-ippumpjar tas-sentina għandhom ikunu f’pożizzjonijiet li huma aċċessibbli f’ċirkostanzi ordinarji.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1.6

Għandu jsir provvediment għall-ispazji magħluqa tad-drenaġġ u tal-merkanzija li jinsabu fuq il-gverta tal-paratija.

.1.6.1

Fejn l-għoli barra mill-ilma sal-gverta tal-paratija jkun tali li t-tarf tal-gverta jkun taħt l-ilma meta l-vapur imil aktar minn 5 °, id-drenaġġ għandu permezz ta’ għadd suffiċjenti ta’ fetħiet ta’ daqs xieraq jintrema direttament fil-baħar, u jitwaħħal f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament 15.

.1.6.2

Fejn l-għoli barra mill-ilma jkun tali li t-tarf tal-gverta tal-paratija jkun taħt l-ilma meta l-vapur imil 5° jew anqas, id-drenaġġ tal-ispazji tal-merkanziji magħluqa fuq il-gverta tal-paratija għandu jitwassal sa spazju xieraq, jew spazji, ta’ kapaċità xierqa, li jkollhom allarm tal-livell għoli tal-ilma u armati b’arranġamenti xierqa għar-rimi fil-baħar. Barra minn hekk għandu jiġi żgurat li:

.1

l-għadd, daqs u dispożizzjoni tal-fetħiet ikunu tali li jevitaw akkumulazzjoni mhux raġonevoli ta’ ilma liberu;

.2

l-arranġamenti tal-ippumpjar meħtieġa skont minn dan ir-Regolament jikkunsidraw ir-rekwiżiti għal kwalunkwe sistema li titfi n-nirien li taħdem billi tispara l-ilma li jkollu pressjoni fissa;

.3

ilma kkontaminat bil-petrol u b’sustanzi oħra perikolużi ma jintremiex fi spazji tal-makkinarju jew fi spazji oħra fejn jista’ jkun hemm sorsi li jieħdu n-nar; u

.4

fejn l-ispazju magħluq tal-merkanzija jkun protett mis-sistema tat-tifi tan-nar bid-diossidu tal-karbonju l-fetħiet tal-gverta jkunu mwaħħla b’mezzi li jipprevjenu l-ħruġ ta’ gass li jitfi.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D:

.1.6.3

Id-drenaġġ mill-gverti ro-ro u mill-gverti tal-karozzi għandu jkun ta’ kapaċità suffiċjenti li l-fetħiet tal-ħasil eċċ. fuq in-naħa tal-lemin (‘starboard’) u tax-xellug (‘port’) ikunu kapaċi jlaħħqu ma’ kwantità ta’ ilma li ġejja mill-pompi li jitfu n-nar, wara li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet ta’ mejl u tal-inklinazzjoni.

.1.6.4

Meta jkunu pprovduti bi stallazzjonijiet tal-bexxiexa u tal-idranti, is-swali tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ għandu jkollhom għadd xieraq ta’ fetħiet, li jkunu xierqa biex ilaħħqu mal-kwantità ta’ ilma li toħroġ mit-tifi tan-nar mill-irjus tal-bexxiexa tal-kamra u minn żewġ pajpijiet tat-tifi tan-nar bil-ġettijiet. Il-fetħiet għandhom ikunu fl-aktar postijiet effettivi, eż. f’kull kantuniera.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2.1

Is-sistema tal-ippumpjar tas-sentina meħtieġa mill-paragrafu 1.1 għandha tkun kapaċi taħdem taħt il-kundizzjonijiet kollha prattiċi wara inċident kemm jekk il-vapur ikun dritt u kemm jekk ikun immejjel. Għal dan il-għan għandhom jitwaħħlu pompi ta’ ġbid bl-arja fil-ġnub ħlief fil-kompartimenti dojoq fit-tarf tal-vapur fejn pompa ta’ ġbid bl-arja waħda tista’ tkun biżżejjed. F’kompartimenti li għandhom forma mhux tas-soltu, jistgħu jkunu meħtieġa pompi tal-ġbid bl-arja addizzjonali. Għandhom isiru arranġamenti li bihom l-ilma fil-kompartiment jista’ jsib ruħu fil-pajpijiet tal-ġbid bl-arja.

.2.2

Fejn ikun prattiku, il-pompi tal-enerġija tas-sentina għandhom jitpoġġew f’kompartimenti separati impermeabbli u jiġu rranġati u ppustjati b’mod li dawn il-kompartimenti ma jiġux mgħarrqa bl-istess ħsara. Jekk il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni, il-makkinarju awżiljari u l-bojlers qegħdin f’żewġ kompartimenti jew aktar impermeabbli, il-pompi disponibbli għas-servizz tas-sentina għandhom jitqassmu kif ikun possibbli f’dawn il-kompartimenti.

.2.3

Bl-eċċezzjoni ta’ pompi oħra addizzjonali li jistgħu jiġu pprovduti għal kompartimenti fl-għoli biss, kull pompa tas-sentina għandha tiġi rranġata sabiex tiġbed l-ilma minn kwalunkwe spazju li jeħtieġ li jitneħħa l-ilma minnu skont il-paragrafu 1.1.

.2.4

Kull pompa tas-sentina tal-enerġija għandha tkun kapaċi li tippompja l-ilma minn ġo pajp tas-sentina prinċipali meħtieġ b’veloċità ta’ mhux inqas minn 2 m/sekonda. Pompi indipendenti tas-sentina li jinstabu fi spazji tal-makkinarju għandu jkollhom ġbid dirett minn dawn l-ispazji, ħlief li mhux iktar minn tnejn minn dawn il-pompi tal-ġbid għandhom ikunu meħtieġa f’kull wieħed mill-ispazji. Fejn ikunu pprovduti żewġ pompi tal-ġbid bl-arja jew aktar għandu tal-anqas ikun hemm waħda fuq kull naħa tal-vapur. L-apparat tal-ġbid bl-arja dirett għandu jkun irranġat b’mod xieraq u dak li jkun jinsab f’kull spazju tal-makkinarju għandu jkun ta’ dijametru ta’ mhux anqas minn dak meħtieġ għas-sentina prinċipali.

.2.5

Minbarra l-ġbid bl-arja dirett fuq is-sentina jew il-ġbid bl-arja meħtieġ skont il-paragrafu 2.4, sentina diretta tal-emerġenza li jkollha valv ta’ bla ritorn għandha titmexxa mill-akbar pompa bl-enerġija indipendenti disponibbli sal-livell tad-drenaġġ tal-ispazju tal-makkinarju; l-apparat tal-ġbid bl-arja għandu jkun tal-istess dijametru bħad-daħla prinċipali għall-pompi użati.

.2.6

Id-dussiesa tad-daħla mill-baħar u tal-valvijiet tal-ġbid bl-arja dirett għandhom jestendu lil hinn sew mill-pjattaforma tal-kamra tal-magna.

.2.7

Kull pajp tal-ġbid bl-arja tas-sentina sal-konnessjoni mal-pompi għandu jkun indipendenti mill-pajpijiet l-oħra.

.2.8

Id-dijametru ‘d’ tal-pajpijiet ta’ ġbid prinċipali u fergħa tas-sentina għandu jkun ikkalkuat skont il-formuli li ġejjin Madanakollu, id-dijametru attwali intern jista’ jittieħed għad-dritt sal-eqreb daqs standard li jkun aċċettabbli għall-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera: pajp prinċipali tal-ġbid bl-arja tas-sentina:

Formula

pajp fergħa tal-ġbid bl-arja tas-sentina bejn il-kaxxi li jiġbru u l-apparat tal-ġbid bl-arja:

Formula

fejn:

C

huwa d-dijametru intern tas-sentina prinċipali (millimetri),

‘L’ u B

huma t-tul u l-wisa’ tal-vapur (metri),

L1

huwa t-tul tal-kompartiment, u

D

huwa l-fond iffundat tal-vapur sal-gverta tal-paratija (metri) kemm-il darba, f’vapur li jkollu spazju magħluq għall-merkanzija fuq il-gverta tal-paratija li jitneħħielha l-ilma f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.6.2 u li testendi għat-tul kollu tal-vapur, D jitkejjel sal-gverta li jmiss ‘il fuq mill-gverta tal-paratija. Fejn l-ispazji magħluqa tal-merkanzija jkopru tul li jkun anqas, D għandu jittieħed bħala l-fond iffundat sal-gverta tal-paratija flimkien mal-lh/L fejn l u h huma s-somma tat-tul u tal-għoli rispettivament tal-ispazji magħluqa tal-merkanzija.

.2.9

Għandu jsir provvediment biex ikun evitat li kompartiment jiġi servut minn pajp tal-ġbid bl-arja tas-sentina li jkun mgħarraq fil-każ li jinqatal-pajp jew inkella jiġi ddaneġġjat bil-ħabta jew li jeħel f’kompartiment ieħor. Għal dan il-għan, fejn il-pajp ikun jinsab f’xi parti eqreb lejn il-ġenb tal-vapur minn kwint tal-wisa’ tal-vapur (imkejjel f’angoli retti għal-linja taċ-ċentru sal-livell tal-linja tat-tagħbija l-aktar fonda), jew ikun qiegħed ġo karini (duct keels), valv ta’ bla ritorn għandu jitwaħħal ma’ dan il-pajp fil-kompartiment li fih it-tarf miftuħ.

.2.10

Kaxxi tad-distribuzzjoni, vitien u valvijiet f’konnessjoni mas-sistema tal-ippumpjar tas-sentina għandhom jiġu rranġati b’mod li, fil-każ li jkun hemm tgħarriq, waħda mill-pompi tas-sentina għandha tkun tista’ titħaddem minn kwalunkwe kompartiment; barra minn hekk, il-ħsara lill-pompa jew lill-pajp tagħha li jgħaqqad mal-mejn tas-sentina fuq barra ta’ linja mpinġija fi kwint tal-wisa’ tal-vapur ma għandhiex twaqqaf is-sentina milli taħdem. Jekk hemm sistema waħda biss ta’ pajpijiet li tkun komuni għall-pajpijiet kollha, il-valvijiet neċessarji biex jikkontrollaw il-ġbid bl-arja tas-sentina għandhom jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratiji. Fejn flimkien mas-sistema prinċipali tal-ippumpjar tas-sentina tkun ipprovduta sistema tal-ippumpjar tas-sentina tal-emerġenza, għandha tkun indipendenti mis-sistema prinċipali u għandha tiġi rranġata sabiex kull pompa tkun kapaċi taħdem fuq kull kompartiment taħt kundizzjoni ta’ tgħarriq kif speċifikat fil-paragrafu 2.1; fil-każ li l-valvijiet meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema tal-emerġenza biss għandhom ikunu kapaċi li jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratija.

.2.11

Il-vitien u l-valvijiet kollha li għalihom saret referenza fil-paragrafu 2.10 li jistgħu jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratija għandu jkollhom il-kontrolli tagħhom fil-post fejn jitħaddmu murija b’mod ċar u għandhom jiġu pprovduti b’mezzi li jindikaw jekk humiex miftuħa jew magħluqa.

4.   Għadd u tip tal-pompi tas-sentina (R 21)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

sa 250 passiġġier

:

pompa waħda prinċipali tal-magna u pompa waħda indipendenti tal-enerġija, li tinsab u titħaddem barra mill-kamra tal-magna,

‘il fuq minn 250 passiġġier

:

pompa waħda prinċipali u żewġ pompi prinċipali indipendenti tal-enerġija, li waħda minnhom tkun tinsab u titħaddem barra mill-kamra tal-magna.

Il-pompa prinċipali tal-magna tista’ tiġi ssostitwita minn pompa waħda indipendenti.

Id-drenaġġ ta’ kompartimenti żgħar ħafna jista’ jiġi trattat b’pompi tal-id li jistgħu jinġarru.

5.   Mezzi għall-moviment lura (R 28)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandha tiġi pprovduta enerġija suffiċjenti biex jiġi żgurat il-kontroll kif suppost tal-vapur fiċ-ċirkostanzi kollha normali.

.2

Il-ħila tal-makkinarju li jreġġa’ lura d-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrun f’ħin suffiċjenti, u għalhekk li jwaqqaf lill-vapur f’distanza raġonevoli mill-veloċità tas-servizz massimu ‘l quddiem, għandha tintwera u tiġi mniżżla.

.3

Il-ħinijiet tal-waqfien, id-direzzjonijiet ta’ fejn ikunu sejrin il-vapuri u d-distanzi rreġistrati fil-provi, flimkien mar-riżultati tal-provi biex jiddeterminaw il-ħila tal-vapuri li jkollhom aktar minn skrun wieħed li jinnavigaw u jimmanuvraw bi skrun wieħed jew aktar li ma jkunux qed jaħdmu, għandhom ikunu disponibbli fuq il-vapur għall-użu tal-kaptan jew ekwipaġġ maħtur.

6.   Apparat li jagħti direzzjoni (R 29)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull vapur għandu jiġi mgħammar b’sistema effiċjenti prinċipali u awżiljari li tagħti direzzjoni. Is-sistema ewlenija u dik awżiljari li tagħti direzzjoni għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex jekk waħda minnhom ma tibqax taħdem, ma twaqqafx l-oħra milli topera.

.2

L-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni u l-korp tat-tmun meta jkunu mwaħħla għandhom ikunu:

.2.1

ta’ saħħa adegwata, u kapaċi li jdawru l-vapur bil-veloċità massima ‘l quddiem tas-servizz, u ddisinjati hekk sabiex ma jiġux iddaneġġjati bil-veloċità massima b’lura;

.2.2

kapaċi li jpoġġu t-tmun ‘il fuq minn 35° fuq naħa waħda sa 35° fuq in-naħa l-oħra bil-vapur fil-profondità l-aktar fonda li sejra lejn il-baħar u li jiġri ‘l quddiem b’veloċità massima tas-servizz u, taħt l-istess kundizzjonijiet minn 35° fuq kull naħa sa 30° fuq in-naħa l-oħra f’mhux aktar minn 28 sekonda;.

.2.3

jistgħu jitħaddmu b’enerġija motorizzata fejn meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.2 u f’kull każ meta jkun meħtieġ, għall-konformità mal-paragrafu.2.2.1, korp tat-tmun ta’ aktar minn 120 mm f’dak li huwa, li jeskludi s-saħħa li tingħata għan-navigazzjoni fis-silġ.

.3

Jekk imwaħħal, l-apparat li jagħti direzzjoni awżiljari għandu jkun:

.1

ta’ saħħa adegwata u kapaċi li jagħti direzzjoni lill-vapur b’veloċità navigabbli u li jitħaddem malajr f’emerġenża;

.2

kapaċi li jpoġġi t-tmun ‘il fuq minn 15° fuq naħa waħda sa 15° fuq in-naħa l-oħra f’mhux aktar minn 60 sekonda bil-vapur bil-pixka aktar fonda sejjer lejn il-baħar u li jiġri ‘l quddiem b’veloċità massima ‘l quddiem tas-servizz jew 7 knots, skont liema tkun l-akbar; u

.3

imħaddem bl-enerġija fejn ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2 u f’kull każ fejn korp tat-tmun ta’ ‘l fuq minn 230 mm f’dijametru bħala laċċ, eskluża s-saħħa li tingħata għan-navigazzjoni fuq is-silġ.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.4

L-unitajiet tal-enerġija li jagħtu direzzjoni għandhom ikunu:

.1

irranġati biex jibdew mill-ġdid b’mod awtomatiku meta l-enerġija motorizzata terġa’ tibda tiġi provduta wara li jkun hemm qtugħ fl-enerġija; u

.2

kapaċi jibdew jaħdmu minn pożizzjoni fuq il-pont tan-navigazzjoni. Fil-każ ta’ qtugħ tal-enerġija għal kull waħda mill-unitajiet tal-enerġija li jagħtu direzzjoni, għandu jingħata allarm li jinstema’ u li jidher fuq il-pont tan-navigazzjoni.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Fejn l-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni jkun fih żewġ unitajiet jew aktar tal-enerġija, ma hemmx bżonn li jiġi mwaħħal apparat awżiljari li jagħti direzzjoni, jekk kemm-il darba:

.1

l-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni jkun kapaċi li jħaddem it-tmun kif meħtieġ bis-subparagrafu 2.2.2 waqt li xi wieħed mill-unitajiet tal-enerġija ma jkunx qiegħed jaħdem;

.2

l-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni huwa rranġat b’tali mod li wara nuqqas f’waħda mis-sistemi tal-pajpijiet tiegħu jew f’waħda mill-unitajiet tal-enerġija d-difett jista’ jiġi iżolat sabiex il-kapaċità ta’ direzzjoni tinżamm jew terġa’ tinkiseb malajr kemm jista’ jkun.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.6

Għandu jiġi pprovdut kontroll tal-apparat ta’direzzjoni:

.1

għall-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni, kemm fuq il-pont tan-navigazzjoni kif ukoll fil-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni;

.2

meta l-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni jkun irranġat f’konformità mal-paragrafu 4, minn żewġ sistemi indipendenti tal-kontroll, li t-tnejn jistgħu jitħaddmu mill-pont tan-navigazzjoni. Dan ma jirrikjedix il-bdil tar-rota li tagħti direzzjoni jew tal-pum li jagħti direzzjoni. Meta s-sistema tal-kontroll tikkonsisti f’telemutur idrawliku, ma hemmx bżonn titwaħħal it-tieni sistema indipendenti;

.3

għall-apparat awżiljari li jagħti direzzjoni, fil-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni u, jekk jitħaddem bl-enerġija, għandu jitħaddem ukoll minn fuq il-pont tan-navigazzjoni u għandu jkun indipendenti mis-sistema tal-kontroll tal-apparat prinċipali li jagħti direzzjoni.

.7

Kull sistema prinċipali u awżiljari tal-kontroll tal-apparat li jagħti direzzjoni li titħaddem mill-pont tan-navigazzjoni għandha tikkonforma ma’ li ġej:

.1

jekk tkun tal-elettriku, għandu jkollha ċ-ċirkwit separat tagħha li jkollu provvista miċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat li jagħti direzzjoni minn punt fil-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni, jew direttament mill-busbars tal-iswiċċbord li jfornu lil dak iċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat li jagħti direzzjoni f’punt fuq l-iswiċċbord li jkun ħdejn il-provvista taċ-ċirkwit tal-enerġija tal-apparat li jagħti direzzjoni;

.2

għandhom jiġu pprovduti mezzi fil-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni biex tiġi skonnettjata kwalunkwe sistema tal-kontroll li titħaddem mill-pont tan-navigazzjoni mill-apparat li jagħti direzzjoni li sservi;

.3

is-sistema għandha tkun kapaċi tibda taħdem minn pożizzjoni fuq il-pont tan-navigazzjoni.

.4

fil-każ ta’ qtugħ tal-provvista tal-enerġija elettrika għas-sistema tal-kontroll, għandu jingħata allarm li jinstema’ u li jidher fuq il-pont tan-navigazzjoni; u

.5

protezzjoni għax-short circuit għandha tiġi pprovduta biss għaċ-ċirkwiti tal-provvista tal-kontroll tal-apparat li jagħti direzzjoni.

.8

Iċ-ċirkwiti tal-enerġija elettrika u s-sistemi ta’ kontroll tal-apparat li jagħti direzzjoni bil-komponenti assoċjati tagħhom, kejbils u pajpijiet meħtieġa skont dan ir-Regolament u bir-Regolament 7 għandhom ikunu separati sa kemm ikun prattiku mat-tul kollu tagħhom.

.9

Għandu jiġi pprovdut mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni jew pożizzjoni alternattiva ta’ direzzjonar.

.10

Il-pożizzjoni angolari tat-tmun (tmien) għandha:

.1

jekk l-apparat ewlieni li jagħti direzzjoni ikun jitħaddem bl-enerġija, jiġi indikat fuq il-pont tan-navigazzjoni. L-indikazzjoni tal-angolu tat-tmun għandha tkun indipendenti mis-sistema tad-direzzjonil;

.2

tkun tingħaraf fil-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni.

.11

L-apparat li jagħti direzzjoni li jitħaddem bl-enerġija idrawlika għandu jiġi pprovdut b’li ġej:

.1

arranġamenti biex tinżamm l-indafa tal-likwidu idrawliku wara li jiġu kkunsidrati t-tip u d-disinn tas-sistema idrawlika;

.2

allarm fuq kull livell baxx għal kull tank li jkun fih il-likwidu idrawliku biex jagħti l-aktar indikazzjoni bikrija meta jkun prattiku li hemm tnixxija tal-likwidu idrawliku. L-allarmi li jinstemgħu u li jidhru għandhom jingħataw fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tal-makkinarju fejn ikunu jistgħu jiġu osservati faċilment; u

.3

tank fiss tal-ħżin li jkollu kapaċità suffiċjenti biex jiċċarġja mill-ġdid tal-anqas sistema waħda ta’ attwazzjoni inkluż it-tank tal-ħżin, fejn ikun meħtieġ li s-sistema ewlenija tad-direzzjoni tkun titħaddem bl-enerġija. It-tank tal-ħżin għandu jkun imqabbad b’mod permanenti b’pajpijiet li jkunu b’tali mod li s-sistemi idrawliċi jkunu jistgħu jerġgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid minn pożizzjoni fil-kompartiment tal-apparat li jagħti direzzjoni u għandu jiġi pprovdut b’arloġġ li juri l-kontenut.

.12

Il-kompartimenti tal-apparat li jagħti direzzjoni għandhom ikunu:

.1

aċċessibbli faċilment u, sa fejn huwa prattiku, isseparati mill-ispazji tal-makkinarju; u

.2

ipprovduti b’arranġamenti xierqa biex jiżguraw aċċess komdu għall-makkinarju tal-apparat li jagħti direzzjoni u għall-kontrolli. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu l-poġġamani u l-gradi jew uċuħ oħra li ma jiżolqux biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa fil-każ ta’ tnixxija tal-likwidu idrawliku.

7.   Rekwiżiti addizzjonali għall-apparat li jagħti direzzjoni elettriku u elettroidrawliku (R 30)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Mezzi biex jindikaw li l-muturi tal-apparat tad-direzzjoni elettriċi u elettroidrawliċi qed jaħdmu għandhom jiġu installati fuq il-pont tan-navigazzjoni f’pożizzjoni xierqa tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.2

Kull sistema elettrika jew elettroidrawlika li tagħti direzzjoni li tinkludi unità tal-enerġija waħda jew aktar għandha tiġi servuta minn tal-anqas żewġ ċirkwiti esklużivi li jiġu mogħtija mill-iswiċċbord prinċipali; madanakollu, waħda minn dawn iċ-ċirkwiti tista’ tiġi pprovduta mill-iswiċċbord tal-emerġenza. Sistema awżiljari elettrika jew elettro-idrawlika tad-direzzjoni assoċjata ma’ sistema elettrika jew elettro-idrawlika tad-direzzjoni tista’ tiġi konnessa ma’ wieħed miċ-ċirkwiti li jforni din is-sistema ewlenija tal-istering. Iċ-ċirkwiti li jfornu sistema elettrika jew elettro-idrawlika tad-direzzjoni għandhom ikunu klassi adegwata biex ifornu l-muturi kollha li jistgħu jitqabbdu fl-istess ħin magħhom u li jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu b’mod separat.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3   Il-protezzjoni tas-short circuit u ta’ allarm bit-tagħbija żejda għandhom jiġu pprovduti għall-apparat li jagħti direzzjoni elettriku u taċ-ċirkwiti elettroidrawliċi u l-muturi. Protezzjoni kontra l-kurrent eċċessiv, inkluż il-kurrent li jqabbad, jekk ikun ipprovdut, għandha tkun mhux anqas mid-doppju tal-kurrent bit-tagħbija kollha tal-mutur jew ċirkwit hekk protett, u għandha tiġi rranġata biex tippermetti l-passaġġ tal-kurrenti xierqa li jqabbdu.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

L-allarmi meħtieġa f’dan il-paragrafu għandhom ikunu kemm jinstemgħu kif ukoll jidhru u għandhom ikunu f’pożizzjoni li tidher fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll li minnha l-makkinarju prinċipali normalment jiġi kkontrollat u kif jista’ jkun mitlub mir-Regolament 6 ta’ Parti E ta’ dan il-kapitolu.

.4   Meta apparat li jagħti direzzjoni awżiljari meħtieġ mir-Regolament II-1/6.3.3 biex jitħaddem bl-enerġija ma jkunx jaħdem bl-elettriku jew ikun jaħdem b’mutur elettriku li huwa primarjament maħsub għal servizzi oħra, is-sistema ewlenija tad-direzzjoni tista’ tieħu l-enerġija minn ċirkwit wieħed mill-iswiċċbord ewlenija. Fejn tali mutur elettriku jkun maħsub primarjament għal servizzi oħra jkun irranġat biex iħaddem tali sistema tad-direzzjoni awżiljari, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu injorati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, jekk tkun sodisfatta bl-arranġament tal-protezzjoni flimkien mar-rekwiżiti tar-Regolament 6.4.1 u 4.2 applikabbli għas-sistemi ta’ direzzjoni awżiljari.

8.   Sistemi tal-ventilazzjoni fi spazji tal-makkinarju (R 35)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

L-ispazji tal-makkinarju tal-Kategorija A għandhom ikunu ventilati b’mod adegwat sabiex ikun żgurat li meta l-makkinarju jew il-bojlers ġo fihom ikunu qed jaħdmu bis-saħħa kollha fil-kundizzjonijiet kollha tat-temp anke meta t-temp ikun ħażin, tinżamm provvista xierqa ta’ arja għall-ispazji għas-sikurezza u l-kumdità tal-persunal u għat-tħaddim tal-makkinarju.

9.   Il-komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju (R 37)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Għandhom tal-anqas jiġu pprovduti żewġ mezzi indipendenti tal-komunikazzjoni għall-ordnijiet tal-komunikazzjoni mill-pont tan-navigazzjoni għall-pożizzjoni fl-ispazju tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll li minnha normalment jiġu kkontrollati l-veloċità u d-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrejjen. Waħda minn dawn għandha tkun telegrafu tal-kamra tal-magna li jipprovdi indikazzjoni viżwali tal-ordnijiet u risposti kemm fl-ispazju tal-makkinarju kif ukoll fil-pont tan-navigazzjoni. Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa ta’ komunikazzjoni għal kull pożizzjoni oħra li minnha l-veloċità jew id-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrejjen tista’ tiġi kkontrollata.

10.   Allarm tal-inġiniera (R 38)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Għandu jiġi pprovdut allarm tal-inġiniera biex jitħaddem mill-kamra tal-kontroll tal-magna jew minn pjattaforma tal-immanuvrar kif xieraq, u dan għandu jinstema’ b’mod ċar fl-akkomodazzjoni tal-inġiniera, u/jew il-pont tan-navigazzjoni kif ikun xieraq.

11.   Post ta’ installazzjonijiet tal-emerġenza (R 39)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Sorsi ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika, pompi tan-nar, pompi tas-sentina ħlief għal dawk li jservu speċifikament l-ispazji li qegħdin aktar ‘il quddiem mill-paratija tal-ħbit, u s-sistema tat-tifi tan-nar fissa meħtieġa skont il-Kapitolu II-2 u stallazzjonijiet oħra ta’ emerġenza li huma essenzjali għas-sikurezza tal-vapur, ħlief għall-murinelli tal-ankra, ma għandhomx jiġu installati ‘l quddiem mill-paratija tal-ħbit.

12.   Kontrolli tal-makkinarju (R 31)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Makkinarju prinċipali u awżiljari essenzjali għall-propulsjoni u s-sikurezza tal-vapur għandu jiġu pprovdut b’mezzi effettivi għall-operazzjoni u l-kontroll tiegħu.

.2

Fejn ikun ipprovdut kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju jkunu intiżi li jkollhom in-nies fuqhom, għandu japplika li ġej:

.1

il-veloċità, id-direzzjoni tal-imbottatura u, jekk ikun applikabbli, il-pitch tal-iskrun għandhom ikunu kontrollabbli bis-sħiħ mill-pont tan-navigazzjoni taħt il-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inklużi tal-immanuvrar;

.2

il-kontroll mill-bogħod għandu jsir, għal kull skrun indipendenti, b’mezz tal-kontroll ddisinjat u mibni sabiex it-tħaddim tiegħu ma jkunx jitlob attenzjoni partikolari għad-dettalji tat-tħaddim tal-makkinarju. Fejn l-iskrejjen multipli huma ddisinjati biex jaħdmu flimkien, jistgħu jiġu kkontrollati minn mezz wieħed tal-kontroll.

.3

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz li jwaqqaf f’emerġenza, li jkun jinsab fuq il-pont tan-navigazzjoni u li jkun indipendenti mis-sistema tan-navigazzjoni tal-kontroll fuq il-pont;

.4

ordnijiet tal-propulsjoni tal-makkinarju mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pjattaforma tal-immanuvrar skont kif ikun xieraq;

.5

il-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni għandu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet ikunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll interkonnessi. F’kull post għandu jkun hemm indikatur li juri liema lok qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Din is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-imbottatura li ssuq ‘il quddiem tinbidel b’mod sinifikanti waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit minn post għal ieħor;

.6

għandu jkun possibbli li l-makkinarju tal-propulsjoni jiġi kkontrollat lokalment, anki fil-każ ta’ falliment f’xi parti mis-sistema tal-kontroll mill-bogħod.

.7

id-disinn tas-sistema ta’ kontroll mill-bogħod għandu jkun tali li fil-każ ta’ ħsara jingħata allarm. Il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-imbottatura tal-iskrejjen għandhom jinżammu sakemm jibda jitħaddem il-kontroll lokali;

.8

għandhom jitwaħħlu indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni għal:

.1

għall-veloċità tal-iskrun u d-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen b’pitch fiss;

.2

għall-veloċità tal-iskrun u l-pożizzjoni tal-pitch fil-każ ta’ skrejjen b’pitch li jista’ jiġi kkontrollat;

.9

għandu jiġi pprovdut allarm fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tan-navigazzjoni li jindika pressjoni tal-arja tal-bidu baxxa li għandha tiġi ffissata f’livell sabiex tippermetti aktar operazzjonijiet li jqabbdu l-magna prinċipali. Jekk is-sistema tal-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni ddisinjata għat-tqabbid awtomatiku, l-għadd ta’ tentattivi konsekuttivi awtomatiċi li ma jirnexxilhomx iqabbdu l-makkinarju għandhom jiġu llimitati sabiex jissalvagwardjaw il-pressjoni tal-arja li tkun suffiċjenti biex tqabbad il-makkinarju lokalment.

.3

Fejn il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inklużi s-sorsi tal-provvista prinċipali tal-enerġija elettrika, huma pprovduti bi gradi varji ta’ kontroll awtomatiku u mill-bogħod u qegħdin taħt superviżjoni kontinwa manwali minn kamra tal-kontroll, l-arranġamenti u l-kontrolli għandhom jiġu ddisinjati, mgħammra u installati b’tali mod li t-tħaddim tal-makkinarju jkun żgur u effettiv daqs li kieku kien taħt superviżjoni diretta; għal dan l-iskop għandhom japplikaw ir-Regolamenti II-1/E/1 sa II-1/E/5 kif ikun xieraq. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari biex tipproteġi tali spazji kontra n-nirien u t-tgħarriq.

.4

Ġeneralment, sistemi tat-tqabbid awtomatiku, tat-tħaddim u tal-kontroll għandhom jinkludu dispożizzjonijiet biex il-kontrolli awtomatiċi jiġu sottoposti għall-kontroll manwali. Il-falliment ta’ xi waħda minn dawn is-sistemi ma għandhiex tipprevjeni l-użu tal-kontroll manwali.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA JEW WARA:

.5

Il-makkinarju prinċipali u awżiljari essenzjali għall-propulsjoni, kontroll u sikurezza tal-vapur għandu jiġi pprovdut b’mezzi effettivi għall-ħidma u l-kontroll tiegħu. Is-sistemi kollha tal-kontroll li huma meħtieġa għall-propulsjoni kontroll u sikurezza tal-vapur għandhom ikunu indipendenti jew iddisinjati b’tali mod li l-ħsara f’sistema waħda ma ttellifx mill-prestazzjoni tas-sistema l-oħra.

.6

Fejn ikun ipprovdut kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju jkunu intiżi biex ikollhom in-nies fuqhom, għandu japplika li ġej:

.1

il-veloċità, id-direzzjoni tal-imbottatura u, jekk ikun applikabbli, il-pitch tal-iskrun għandhom ikunu kontrollabbli bis-sħiħ mill-pont tan-navigazzjoni taħt il-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inklużi tal-immanuvrar;

.2

il-kontroll għandu jsir b’mezz wieħed tal-kontroll għal kull skrun indipendenti bil-prestazzjoni awtomatika tas-servizzi kollha assoċjati inklużi, fejn ikun meħtieġ, mezzi biex jipprevjenu tagħbija żejda fuq il-makkinarju tal-propulsjoni. Fejn hemm iktar minn skrun wieħed iddisinjati biex joperaw fl-istess ħin, dawn jistgħu jiġu kkontrollati permezz ta’ apparat ta’ kontroll wieħed.

.3

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz li jwaqqaf f’emerġenza fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tan-navigazzjoni tal-kontroll fuq il-pont;

.4

ordnijiet tal-propulsjoni tal-makkinarju mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pjattaforma tal-immanuvrar;

.5

il-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni għandu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet huma permessi pożizzjonijiet tal-kontroll interkonnessi. F’kull post għandu jkun hemm indikatur li juru liema post qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Din is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-imbottatura li ssuq ‘il quddiem tinbidel b’mod sinifikanti waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit minn post għall-ieħor;

.6

għandu jkun possibbli li jiġi kkontrollat il-makkinarju tal-propulsjoni lokalment, anke fil-każ ta’ falliment f’xi parti mis-sistema tal-kontroll mill-bogħod. Għandu wkoll ikun possibbli li jiġi kkontrollat il-makkinarju awżiljari, li huwa essenzjali għall-propulsjoni u s-sikurezza tal-vapur, fi jew ħdejn il-makkinarju kkonċernat;

.7

id-disinn tas-sistema ta’ kontroll mill-bogħod għandu jkun tali li fil-każ ta’ ħsara jingħata allarm. Il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-imbottatura tal-iskrejjen għandhom jinżammu sakemm jibda jitħaddem il-kontroll lokali;

.8

għandhom jitwaħħlu indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni, fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju u fuq il-pjattaforma tal-immanuvrar:

.8.1

għall-veloċità tal-iskrun u d-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen bil-pitch fiss, u

.8.2

għall-veloċità tal-iskrun u l-pożizzjoni tal-pitch fil-każ ta’ skrejjen b’pitch li jista’ jiġi kkontrollat;

.9

għandu jiġi pprovdut allarm fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tan-navigazzjoni li jindika pressjoni baxxa tal-arja tal-bidu li għandha tiġi ffissata f’livell sabiex tippermetti aktar operazzjonijiet li jqabbdu l-magna prinċipali. Jekk is-sistema tal-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni tkun iddisinjata għat-tqabbid awtomatiku, l-għadd ta’ tentattivi konsekuttivi awtomatiċi li ma jirnexxilhomx iqabbdu l-makkinarju għandhom jiġu llimitati sabiex jissalvagwardjaw il-pressjoni tal-arja li tkun suffiċjenti biex tqabbad il-makkinarju lokalment.

.7

Fejn il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inklużi s-sorsi tal-provvista prinċipali tal-enerġija elettrika, ikunu pprovduti bi gradi varji ta’ kontroll awtomatiku u mill-bogħod u qegħdin taħt superviżjoni kontinwa manwali minn kamra tal-kontroll, l-arranġamenti u l-kontrolli għandhom jiġu ddisinjati, mgħammra u installati b’tali mod li t-tħaddim tal-makkinarju jkun żgur u effettiv daqs li kieku kien taħt superviżjoni diretta; għal dan l-iskop għandhom japplikaw ir-Regolamenti II-1/E/1 sa II-1/E/5 kif ikun xieraq. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari biex tipproteġi tali spazji kontra n-nirien u t-tgħarriq.

.8

Ġeneralment, sistemi tat-tqabbid awtomatiku, tat-tħaddim u tal-kontroll għandhom jinkludu dispożizzjonijiet biex il-kontrolli awtomatiċi jiġu sottoposti għall-kontroll manwali. Il-falliment ta’ xi waħda minn dawn is-sistemi ma għandux jipprevjeni l-użu tal-kontroll manwali.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D, LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA, TA’ TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

.9

Fil-każ ta’ vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara, is-sistemi ta’ awtomazzjoni għandhom ikunu ddisinjati b’mod li jiżgura li t-twissija ta’ limitu li fi ftit żmien is-sistema ta’ propulsjoni se tmajna jew se tieqaf, tingħata fil-ħin lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni biex hu jkun jista’ jivvaluta ċ-ċirkostanzi tan-navigazzjoni f’każ ta’ emerġenza. B’mod partikolari, is-sistemi għandhom jikkontrollaw, jissorveljaw, jirrapportaw, javżaw u jieħdu prekawzjonijiet ta’ sikurezza biex imajnaw jew iwaqqfu l-propulsjoni filwaqt li jipprovdu lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni l-opportunità li jintervjeni manwalment, ħlief f’dawk il-każi fejn l-intervent manwali jkun se jirriżulta f’falliment totali tal-magna u/jew tal-apparat ta’ propulsjoni fi żmien qasir, pereżempju fil-każ ta’ veloċità żejda.

13.   Sistemi ta’ pajpijiet bil-fwar (R 33)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Kull pajp tal-fwar u kull armar konness miegħu li minnu jista’ jgħaddi l-fwar għandu jkun iddisinjat u installat b’tali mod biex jissaporti l-ġibdiet massimi tax-xogħol li jista’ jiġi soġġett għalihom.

.2

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex kull pajp tal-fwar jitbattal inkella fih tista’ sseħħ azzjoni perikoluża magħrufa bħala ‘martell tal-ilma’ (water hammer).

.3

Jekk pajp tal-fwar jew armar ikun jista’ jirċievi l-fwar minn kwalunkwe sors bi pressjoni aktar għolja minn dik li jkun ġie ddisinjat għaliha, għandu jitwaħħal valv xieraq li jnaqqas, valv li jtaffi l-pressjoni, u gejġ tal-pressjoni.

14.   Sistemi tal-pressjoni tal-arja (R 34)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jipprevjenu l-pressjoni żejda fi kwalunkwe parti tas-sistemi tal-arja kompressa kull fejn l-għatjiet tal-ilma jew il-kejsing tal-kumpressuri tal-arja u t-tagħmir li jkessaħ jistgħu jiġu soġġetti għall-pressjoni żejda perikoluża minħabba tnixxija ġo fihom mill-partijiet tal-pressjoni tal-arja. Għandhom jiġu pprovduti arranġamenti xierqa biex itaffu l-pressjoni għas-sistemi kollha.

.2

L-arranġamenti prinċipali tal-arja li jqabbdu għall-magni bil-kombustjoni interna tal-propulsjoni prinċipali għandhom ikunu protetti b’mod xieraq kontra l-effetti ta’ backfiring u ta’ splużjoni interna fil-pajpijiet li jqabbdu.

.3

Il-pajpijiet kollha ta’ skariku mill-kompressuri tal-arja tat-tqabbid għandhom iwasslu direttament għar-riċevituri tal-arja li jqabbdu, u l-pajpijiet kollha li jqabbdu mir-riċevituri tal-arja għall-magni prinċipali u awżiljari għandhom ikunu totalment separati mis-sistema tal-kompressur tal-pajpijiet li jarmu.

.4

Għandu jsir provvediment sabiex jitnaqqas għal minimu d-dħul taż-żejt fis-sistemi tal-pressjoni tal-arja u sabiex dawn is-sistemi jitbattlu.

15.   Protezzjoni kontra l-istorbju (R 36)  (2)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

Għandhom jittieħdu miżuri biex jitnaqqas l-istorbju tal-makkinarju fl-ispazji tal-makkinarju għal livelli aċċettabbli. Jekk dan l-istorbju ma jistax jitnaqqas biżżejjed is-sors tal-istorbju eċċessiv għandu jiġi iżolat b’mod xieraq, jew magħluq għalih jew jekk l-ispazju jkun jeħtieġ li jkun hemm in-nies fih għandu jiġi pprovdut refuġju mill-istorbju. Għandu jiġi pprovdut tagħmir li jipproteġi l-widnejn tal-persunal jkun meħtieġ jidħol f’dawn l-ispazji.

16.   Liftijiet

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D:

.1

Il-liftijiet tal-passiġġieri u tal-oġġetti għandhom, fir-rigward tad-dimensjonar, tqassim, għadd ta’ passiġġieri u/jew kwantità ta’ prodotti, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Amminstrazzjoni tal-Istat tal-bandiera f’kull każ individwali jew għal kull tip ta’ impjant.

.2

Id-disinni tal-installazzjoni u l-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ispezzjonijiet perjodiċi, għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, li għandha tispezzjona u tapprova l-impjant qabel ma jibda jintuża.

.3

Wara l-approvazzjoni, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha toħroġ ċertifikat li għandu jinżamm abbord.

.4

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li jsiru spezzjonijiet perjodiċi minn espert li jkun awtorizzat mill-Amministrazzjoni, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta.

PARTI D

INSTALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

1.   Ġenerali (R 40)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-installazzjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li:

.1

is-servizzi elettriċi kollha awżiljari li huma meħtieġa biex iżommu l-vapur fil-kundizzjonijiet normali abitabbli u ta’ tħaddim ikunu żgurati mingħajr rikors għas-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika;

.2

is-servizzi elettriċi li huma essenzjali għas-sikurezza jkunu żgurati taħt kundizzjonijiet ta’ emerġenza varji; u

.3

is-sikurezza tal-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-vapur tkun żgurata mill-perikli elettriċi

.2

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tieħu l-passi xierqa biex tiġi żgurata l-uniformità tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ din il-parti fir-rigward tal-installazzjonijiet elettriċi (3).

2   Is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika u tad-dawl (R 41)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-vapuri l-ġodda tal-klassi C u D fejn l-enerġija elettrika hija l-unika enerġija biex tmantni s-servizzi awżiljari essenzjali għas-sikurezza tal-vapur, u l-vapuri ġodda u dawk eżistenti tal-klassi B fejn l-enerġija elettrika hija l-unika enerġija biex tmantni s-servizzi awżiljari essenzjali għas-sikurezza u l-propulsjoni tal-vapur, għandhom jiġu pprovduti b’żewġ settijiet ta’ ġeneraturi prinċipali jew aktar ta’ din l-enerġija sabiex is-servizzi msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jitħaddmu meta xi waħda mis-settijiet ma tkunx qed taħdem.

F’vapuri tal-klassijiet ġodda C u D li għandhom tul ta’ anqas minn 24 metru, wieħed mis-settijiet prinċipali tal-ġenerazzjoni jista’ jitħaddem mill-magna prinċipali tal-propulsjoni, jekk kemm-il darba tkun ta’ tali enerġija li s-servizzi msemmija qabel ikunu jistgħu jitħaddmu meta xi wieħed mis-settijiet ma jkunx qed jaħdem.

.2.1

Sistema prinċipali tad-dawl elettriku li għandha tipprovdi d-dawl f’dawk il-partijiet tal-vapur li normalment huma aċċessibbli għal u jintużaw mill-passiġġieri jew l-ekwipaġġ għandha tiġi pprovduta mis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika.

.2.2

L-arranġament tas-sistema prinċipali tad-dawl elettriku għandu jkun tali li fil-każ ta’ nirien jew xi diżgrazzja oħra fl-ispazji li fihom is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika, tagħmir assoċjat li jittrasforma, jekk ikun hemm, l-iswiċċbord prinċipali u l-iswiċċbord prinċipali tad-dawl, ma jrendix bla użu s-sistema tad-dawl tal-emerġenza, stipulata fir-Regolament 3.

.2.3

L-arranġament tas-sistema ta’ emerġenza tad-dawl elettriku għandu jkun tali li fil-każ ta’ nirien jew xi diżgrazzja oħra fl-ispazji li fihom is-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika, tagħmir assoċjat li jittrasforma, jekk ikun hemm, l-iswiċċbord ta’ emerġenza u l-iswiċċbord ta’ emerġenza tad-dawl, ma jwassalx biex is-sistema prinċipali tad-dawl, stipulata fir-Regolament issir inoperattiva.

.3

L-iswiċċbord prinċipali għandha titpoġġa relattiva għal stazzjon wieħed ta’ ġeneraturi prinċipali sabiex, sa fejn ikun prattiku, l-integrità tal-provvista normali tal-elettriku tkun affettwata biss minn nirien jew diżgrazzja oħra fl-ispazju fejn huma installati s-sett tal-ġenerazzjoni u l-iswiċċbord.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA:

.4

F’vapuri tal-klassijiet B C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara, dawl supplimentari għandu jiġi pprovdut fil-kabini kollha biex jindika biċ-ċar il-ħruġ sabiex l-okkupanti jkunu jistgħu jsibu triqthom ‘il barra. Dan id-dawl, li jista’ jiġi mqabbad mas-sors tal-enerġija tal-emerġenza jew ikollu sors ta’ enerġija elettrika fih innifsu f’kull kabina, għandu jixgħel awtomatikament meta l-enerġija tad-dawl normali tal-kabina tintilef u jibqa’ jixgħel sa minimu ta’ 30 minuta.

3.   Sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika (R 42)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’sors tal-emerġenza tal-enerġija elettrika li jkun fih stess li jkollu swiċċbord tal-emerġenza li tkun fuq il-gverta tal-paratija, fi spazju li jkun aċċessibbli faċilment li ma għandux ikun kontigwu mal-konfini tal-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A jew ta’ dawk l-ispazji li fihom is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika jew tal-iswiċċbord prinċipali.

.1

Ir-rekwiżit fl-ewwel paragrafu mhuwiex meħtieġ jekk il-vapuri jkunu ddisinjati b’żewġ spazji tal-makkinarju li huma kompletament żejda, separati b’tal-anqas kompartiment wieħed impermeabbli u li ma jistax jieħu n-nar u żewġ paratiji jew xi kostruzzjoni oħra li tagħti l-istess livell ta’ sikurezza, u li jkun hemm tal-anqas ġeneratur wieħed bi swiċċbord imqabbda miegħu eċċ. f’kull spazju tal-makkinarju.

.2   Is-sors tal-emerġenza tal-enerġija elettrika jista’ jkun jew batterija li takkumula li tkun kapaċi tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5, mingħajr ma tiġi ċċarġjata mill-ġdid jew issoffri waqgħa eċċessiva fil-vultaġġ, jew ġeneratur, li jkun kapaċi jikkonforma mar-rekwiżiti tas-subparagrafu 5, li jaħdem b’makkinarju tat-tip tal-kombustjoni interna bi provvista indipendenti ta’ karburant li jkollu l-punt ta’ x’ħin jaqbad ta’ mhux anqas minn 43 °C, b’arranġamenti awtomatiċi tat-tqabbid għall-vapuri ġodda u arranġamenti approvati tat-tqabbid għall-vapuri eżistenti, u pprovduti b’sors tranżitorju tal-enerġija elettrika tal-emerġenza skont il-paragrafu 6, sakemm, fil-każ ta’ vapuri ġodda tal-klassijiet C u D ta’ anqas minn 24 metru f’tul ma jiġix ipprovdut arranġament indipendenti tal-batterija li jkun f’post xieraq għal dak il-konsumatur partikolari għall-perjodu taż-żmien meħtieġ għal dawn ir-Regolamenti.

.3   Is-sors tal-emerġenza tal-enerġija elettrika għandu jkun irranġat tali li jaħdem b’mod effiċjenti meta l-vapur ikun immejjel laġenba sa 22,5° u meta t-tarf tal-vapur ikun 10° minn karina dritta. Is-sett(ijiet) ta’ emerġenza tal-ġenerazzjoni għandu/għandhom ikunu kapaċi jitqabbad/jitqabbdu mill-ewwel f’kull kundizzjoni kiesħa li probabbli jiltaqgħu magħha u, f’vapuri ġodda, ikun kapaċi jaqbad awtomatikament.

.4   L-iswiċċbord tal-emerġenza għandu safejn prattikabbli jkun jinsab l-aktar qrib possibbli tas-sors tal-emerġenza tal-enerġija.

.5   Is-sors tal-emerġenza tal-enerġija skont il-paragrafu 1 għandu:

.1

ikun kapaċi jaħdem ġeneralment għal perjodu ta’:

 

12-il siegħa għall-vapuri tal-klassi B (ġodda u eżistenti),

 

6 sigħat għall-vapuri tal-klassi C (ġodda),

 

3 sigħat għall-vapuri tal-klassi D (ġodda);

.2

b’mod partikolari, ikun kapaċi jħaddem fl-istess ħin il-konsumaturi kif identifikati fis-servizzi li ġejjin kif meħtieġ għall-klassi tal-vapuri għall-ħinijiet indikati hawn fuq:

(a)

pompa tal-enerġija waħda indipendenti tas-sentina u waħda mill-pompi tan-nar,

(b)

dawl tal-emerġenza:

1.

f’kull stazzjon ta’ ġmigħ tan-nies jew imbarkazzjoni u fuq il-ġnub kif ipprovdut fir-Regolament III/5.3;

2.

fil-passaġġi, turġien u bibien tal-ħruġ kollha li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies jew imbarkazzjoni;

3.

fl-ispazji tal-makkinarju, u fil-post fejn jinsab il-ġeneratur tal-emerġenza;

4.

fl-istazzjonijiet tal-kontroll fejn jinsab tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni prinċipali;

5.

kif meħtieġ fir-Regolamenti II-2/B/16.1.3.7 u II-2/B/6.1.7;

6.

fil-pożizzjonijiet kollha tal-istivar għall-ilbies ta’ dawk li jitfu n-nirien;

7.

fil-pompa tal-emerġenza tas-sentina u f’waħda mill-pompi tan-nar, imsemmija fis-subparagrafu (a) u fil-pożizzjoni tat-tqabbid tal-muturi tagħhom;

(c)

fid-dawl tan-navigazzjoni tal-vapuri;

(d)

1.

kull tagħmir ta’ komunikazzjoni,

2.

is-sistema ġenerali tal-allarm,

3.

is-sistema li tindividwa n-nirien, u

4.

is-sinjali kollha li jistgħu jkunu meħtieġa f’emerġenza, jekk ikunu jitħaddmu elettrikament mis-settijiet tal-ġenerazzjoni prinċipali;

(e)

il-pompa tal-vapur li tferrex l-ilma, jekk ikun hemm u jekk tkun titħaddem elettrikament; u

(f)

il-lampa tal-vapur li tagħti s-sinjali matul il-ġurnata, jekk tkun titħaddem bis-sors prinċipali tal-enerġija elettrika tal-vapur;

.3

ikun kapaċi jħaddem, għall-perjodu ta’ nofs siegħa, il-bibien impermeabbli li jaħdmu bl-enerġija flimkien maċ-ċirkwiti tal-kontroll, indikazzjoni u allarm.

.6   Is-sors tranżitorju tal-enerġija elettrika tal-emerġenza meħtieġa skont il-paragrafu 2 għandu jikkonsisti f’batterija li takkumula li tinsab f’post tajjeb biex tintuża f’emerġenza li taħdem mingħajr ma jkun hemm bżonn tiġi ċċarġjata mill-ġdid jew mingħajr ma ssofri waqgħa eċċessiva fil-vultaġġ għal nofs siegħa:

(a)

id-dawl meħtieġ skont il-paragrafu 2(b)1 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-bibien impermeabbli, kif mitlub skont il-paragrafi 7.2 u.7.3 tar-Regolament II-1/B/13, iżda mhux neċessarjament kollha kemm huma flimkien, sakemm ma jiġix ipprovdut sors indipendenti temporanju ta’ enerġija maħżuna; u

(ċ)

iċ-ċirkwiti tal-kontroll, indikazzjoni u allarm kif meħtieġ skont il-paragrafu 7.2 tar-Regolament II-1/B/13.

.7   VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA L-:

Fejn l-enerġija elettrika hija meħtieġa biex treġġa’ lura l-propulsjoni, il-kapaċità għandha tkun suffiċjenti biex treġġa’ lura l-propulsjoni tal-vapur flimkien ma’ makkinarju ieħor, kif ikun xieraq, minn kundizzjoni ta’ vapur inattiv sa 30 minuta wara l-blackout.

4.   Dawl supplimentari tal-emerġenza għall-vapuri ro-ro (R 42-1)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Flimkien mad-dawl tal-emerġenza meħtieġ skont ir-Regolament II-1/D/3.5.2(b), fuq kull vapur bl-ispazji tal-merkanzija ro-ro jew spazji ta’ kategorija speċjali:

.1

l-ispazji kollha pubbliċi u l-passaġġi tal-passiġġieri għandhom jiġu pprovduti b’dawl elettriku supplimentari li jista’ jaħdem għal mill-anqas tliet sigħat meta s-sorsi l-oħra kollha tal-enerġija elettrika jkunu fallew u taħt kull kundizzjoni ta’ mejl. Id-dawl ipprovdut għandu jkun tali li tkun tidher faċilment it-triq tal-mezz tal-ħrib. Is-sors tal-enerġija għad-dawl supplementari għandu jikkonsisti f’batteriji li jakkumulaw li jkunu jinsabu fl-unitajiet tad-dawl li jiġu ċċarġjati kontinwament, fejn ikun prattiku, mill-iswiċċbord tal-emerġenza. Alternattivament, kull mezz ieħor ta’ dawl li huwa tal-anqas effettiv indaqs jista’ jiġi aċċettat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Id-dawl supplementari għandu jkun tali li kull falliment tal-lampa jkun jidher mill-ewwel. Kull batterija li takkumula li tiġi pprovduta għandha tinbidel f’intervalli wara li titqies l-ħajja tas-servizz fil-kundizzjonijiet tal-ambjent li tkun soġġetta għalihom fis-servizz; u

.2

għandha tiġi pprovduta lampa li tista’ tinġarr li taħdem b’batterija li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata mill-ġdid f’kull spazju ta’ passaġġ tal-ekwipaġġ, spazju rikreattiv u f’kull spazju fejn isir ix-xogħol, li normalment ikun okkupat sakemm ma jiġix ipprovdut dawl supplementari tal-emerġenza, skont il-paragrafu 1.

5.   Prekawzjonijiet kontra xokkijiet, nirien u perikli oħra ta’ oriġini elettrika (R 45)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Partijiet tal-metall esposti tal-makkinarju elettriku jew tagħmir li mhuwiex maħsub biex ikunu live iżda li possibbilment huma soġġetti li jsiru live taħt kundizzjonijiet ta’ ħsara għandhom jiġu ertjati kemm-il darba l-magni u t-tagħmir ma jkunux:

.1

ipprovduti b’vultaġġ li ma jaqbiżx il-50 V f’kurrent dirett jew 50 V, root mean square, bejn il-kondutturi; ma għandhomx jintużaw awtotrasformaturi bil-għan li jinkiseb dan il-vultaġġ; jew

.2

ipprovduti b’vultaġġ li ma jaqbiżx il-250 V bi trasformaturi li jiżolaw għas-sikurezza li jipprovdu mezz wieħed biss li jikkonsma; jew

.3

li nbnew f’konformità mal-prinċipju tal-iżolazzjoni doppja.

.2

It-tagħmir elettriku kollu għandu jkun mibni u installat sabiex ma jikkawżax ħsara meta jinġarr jew jintmess b’mod normali.

.3

Il-ġnub u n-naħa ta’ wara u, fejn ikun meħtieġ, in-naħa ta’ quddiem tal-iswiċċbords għandhom ikunu mgħassa tajjeb. Partijiet li jixxukkjaw esposti li għandhom il-vultaġġi għall-ert li jaqbeż il-vultaġġ speċifikat taħt 1.1 ma għandhomx ikunu nstallati fuq il-parti ta’ quddiem ta’ tali swiċċbords. Fejn ikun meħtieġ, twapet jew gradi li ma jittrażmettux (non-conducting) għandhom jiġu pprovduti fuq quddiem u fuq wara tal-iswiċċbord.

.4

F’sistemi tad-distribuzzjoni li ma għandhom l-ebda konnessjoni mal-ert, għandu jiġi pprovdut mezz li kapaċi jagħmel monitoraġġ tal-livell ta’ iżolazzjoni għall-ert u li jagħti indikazzjoni li tinstema’ jew li tidher ta’ valuri ta’ iżolazzjoni baxxi wisq.

.5.1

Il-pjanċi kollha tal-metall u l-armar tal-kejbils għandhom ikunu elettrikament kontinwi u għandhom ikunu ertjati.

.5.2

Il-kejbils elettriċi kollha u l-wajers esterni għat-tagħmir għandhom ikunu mill-anqas tat-tip u għandhom ikunu installati b’dan il-mod sabiex ma jtellfux il-karatteristiċi oriġinali tagħhom. Fejn ikun neċessarju għall-applikazzjoni speċifika l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ tip speċjali ta’ kejbils bħal kejbils tal-frekwenza tar-radju, li ma jikkonformawx ma’ li hemm aktar ‘il fuq.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.5.3

Kejbils u wajers li jfornu enerġija essenzjali jew tal-emerġenza, dawl, komunikazzjoni interna jew sinjali għandhom sa fejn ikun possibbli jgħaddu ‘l bogħod mill-kċejjen, postijiet tal-ħasil tal-ħwejjeġ, spazju tal-makkinarju ta’ kategorija A u l-kejsings tagħhom u żoni oħra b’riskju qawwi li jieħdu n-nar. F’vapuri ro-ro ġodda u eżistenti, l-kejbling għall-allarmi tal-emerġenza u sistemi tat-tgħarrif pubbliku li ġew installati fl-1 ta’ Lulju 1998 jew wara għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-IMO. Il-kejbils li jgħaqqdu l-pompi tan-nar mal-iswiċċbord tal-emerġenza għandhom ikunu tat-tip li jirreżistu n-nirien meta jgħaddu minn żoni b’riskju qawwi ta’ nirien. Fejn ikun prattiku tali kejbils għandhom jgħaddu b’mod li jevita li dawn jispiċċaw ma jaħdmux minħabba fis-sħana tal-paratiji li tista’ tiġi kkawżata minn nirien fi spazju ma’ ġenbhom.

.6

Il-kejbils u l-wajers għandhom jiġu installati u sostnuti b’tali mod sabiex jevitaw li jinħarqu jew li jsofru ħsara. It-truf u l-ġonot fil-kondutturi kollha għandhom isiru b’tali mod li jżommu l-proprjetà li jdewmu t-tifrix tan-nar mekkaniku oriġinali mill-elettriku u, fejn ikun meħtieġ, jirreżistu n-nirien.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.7.1

Kull ċirkwit separat għandu jiġi protett kontra short circuit u kontra tagħbija elettrika eċċessiva, ħlief kif inhu permess fir-Regolamenti II-1/C/6 u II-1/C/7.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.7.2

It-tagħmir tad-dawl għandu jiġi rranġat b’tali mod li jevita żidiet fit-temperatura li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kejbils u lill-wajers, u li jevita li l-materjal tal-madwar isir jaħraq wisq.

.8.1

Il-batteriji li jakkumulaw għandhom jitpoġġew f’kaxxi adattati, u l-kompartimenti li jintużaw prinċipalment biex jitqiegħdu fihom jinbnew sew u jiġu vventilati b’mod effiċjenti.

.8.2

Ma għandux jitħalla tagħmir elettriku jew tagħmir ieħor li jista’ jservi ta’ sors li jqabbad fwar li jieħu n-nar f’dawn il-kompartimenti.

.9

Is-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom jiġu rranġati b’tali mod li nirien f’kull żona vertikali prinċipali, kif imsemmi fir-Regolament II-2/A/2.9, ma jinterferixxix mas-servizzi essenzjali għas-sikurezza f’kull żona oħra bħalha. Din il-ħtieġa għandha tiġi sodisfatta jekk il-feeders prinċipali u ta’ emerġenza li jgħaddu minn tali żona ikunu separati kemm vertikalment kif ukoll orizzontalment fil-wisa’ sa fejn ikun prattiku.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2012 JEW WARA:

.10

Ebda tagħmir elettriku ma għandu jkun installat f’ebda spazju fejn huwa possibli li jinġemgħu xi taħlitiet li jaqbdu, pereżempju f’kompartimenti assenjati l-iktar għall-batteriji tal-akkumulaturi, f’kabinetti taż-żebgħa, imħażen tal-aċetilena jew spazji simili, sakemm l-Amministrazzjoni ma tkunx sodisfatta li t-tali tagħmir huwa:

.1

essenzjali għal skopijiet operattivi;

.2

ta’ tip li ma jistax iqabbad it-taħlita konċernata;

.3

xieraq għall-ispazju konċernat; u

.4

iċċertifikat b’mod xieraq għall-użu sikur fit-trabijiet, fwar u gassijiet li x’aktarx se jkun hemm.

PARTI E

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-VAPURI LI NBNEW BI SPAZJI TAL-MAKKINARJU LI PERJODIKAMENT MA JKOLLHOMX NIES MAGĦHOM

Kunsiderazzjoni speċjali (R 54)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Il-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C U D u l-vapuri eżistenti tal-klassi B għandhom jiġu kkunsidrati b’mod speċjali mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jekk l-ispazji tal-makkinarju jistgħux jitħallew bla nies magħhom jew le u jekk dan ikun il-każ jekk ir-rekwiżiti addizzjonali għal dawk imsemmija f’dawn ir-Regolamenti humiex neċessarji biex jilħqu sikurezza ekwivalenti għal dik ta’ spazji tal-makkinarju li normalment ikollhom in-nies magħhom.

1.   Ġenerali (R 46)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-arranġamenti pprovduti għandhom ikunu tali li jiżguraw li s-sikurezza tal-vapur fil-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar, tkun ekwivalenti għal dik ta’ vapur li għandu n-nies mal-ispazji tal-makkinarju.

.2

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li t-tagħmir qed jaħdem b’mod affidabbli u li jsiru arranġamenti sodisfaċenti għal spezzjonijiet regolari u testijiet tar-rutina sabiex jiżguraw ħidma kontinwa u ta’ min joqgħod fuqha.

.3

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’evidenza dokumentata dwar kemm hu kapaċi jaħdem bi spazji tal-makkinarju li ma jkollhomx nies magħhom.

2.   Prekawzjonijiet kontra n-nar (R 47)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindividwaw u jagħtu l-allarm fi stadju bikri f’każ ta’ nirien:

.1

fil-kejsing tal-provvista tal-arja tal-bojlers u l-egżosts (uptakes); u

.2

f’ċintorini tal-arja tal-makkinarju (scavenging air belts) tal-propulsjoni, għajr jekk jiġi kkunsidrat li mhuwiex meħtieġ f’każ partikolari.

.2

Magni tal-kombustjoni interna ta’ 2 250 kW u aktar jew li għandhom ċilindri b’toqob ta’ aktar minn 300 mm għandhom jiġu pprovduti b’tagħmir li jindividwa rxiex taż-żejt fil-kaxxa tal-krank jew monituri tal-magna li juru t-temperatura jew mezzi ekwivalenti.

3.   Protezzjoni kontra t-tgħarriq (R 48)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Bjar tas-sentina fi spazji tal-makkinarju li ma għandhomx nies magħhom għandhom ikunu lokalizzati u jiġu mmonitorjati b’tali mod li l-akkumulu tal-likwidu jintgħaraf f’angoli normali tal-inklinazzjoni u tal-mejl, u għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jakkomodaw b’mod faċli d-drenaġġ normali matul il-perjodu li ma jkunx hemm nies magħhom.

.2

Fejn il-pompi tas-sentina jkunu kapaċi jaqbdu waħedhom b’mod awtomatiku, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindikaw meta l-influss tal-likwidu jkun akbar mill-kapaċità tal-pompa jew meta l-pompa tkun qed taħdem aktar spiss bi frekwenza ogħla milli jkun normalment mistenni. F’dawn il-każijiet, bjar żgħar tas-sentina biex ikopru perjodu raġonevoli ta’ żmien jistgħu jiġu permessi. Fejn huma pprovduti pompi tas-sentina kkontrollati awtomatikament, għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti tal-prevenzjoni tat-tniġġis biż-żejt.

.3

Il-post tal-kontrolli ta’ kwalunkwe valv li jservi daħla tal-baħar, punt ta’ ħruġ ‘l isfel mil-livell tal-ilma jew sistema ta’ injezzjoni tas-sentina għandhom ikunu f’post li jħalli biżżejjed ħin għat-tħaddim fil-każ ta’ influss ta’ ilma fl-ispazju, wara li jiġi kkunsidrat il-ħin li x’aktarx huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu u jitħaddmu dawn il-kontrolli. Jekk il-livell li fih l-ispazju jista’ jegħreq bil-vapur fil-kundizzjoni ta’ tagħbija massima jirrikjedi hekk, għandhom isiru arranġamenti sabiex jitħaddmu l-kontrolli minn pożizzjoni li tkun ‘il fuq mit-tali livell.

4.   Kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni (R 49)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Taħt il-kundizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, il-veloċità, id-direzzjoni tal-imbottatura u, jekk ikun applikabbli, tal-pitch tal-iskrun għandhom ikunu kontrollabbli b’mod sħiħ mill-pont tan-navigazzjoni.

.1

Il-kontroll għandu jsir b’mezz wieħed tal-kontroll għal kull skrun indipendenti bil-prestazzjoni awtomatika tas-servizzi kollha assoċjati inklużi, fejn ikun meħtieġ, mezzi biex jipprevjenu tagħbija żejda fuq il-makkinarju tal-propulsjoni.

.2

Il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz ta’ twaqqif ta’ emerġenza fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tan-navigazzjoni tal-kontroll fuq il-pont.

.2

Ordnijiet tal-propulsjoni tal-makkinarju mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pożizzjoni tal-propulsjoni tal-kontroll tal-makkinarju kif ikun xieraq;

.3

Il-kontroll mill-bogħod tal-makkinarju tal-propulsjoni għandu jkun possibbli biss minn post wieħed f’kull ħin; f’tali postijiet huma permessi pożizzjonijiet tal-kontroll interkonnessi. F’kull post għandu jkun hemm indikatur li juri liema post qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-imbottatura li ssuq ‘il quddiem tinbidel b’mod sinifikanti waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit minn post għall-ieħor;

.4

Għandu jkun possibbli għall-makkinarju kollu essenzjali għat-tħaddim sikur tal-vapur li jiġi kkontrollat minn pożizzjoni lokali, anki fil-każ ta’ nuqqas f’xi parti mis-sistemi awtomatiċi jew tal-kontroll mill-bogħod;

.5

Id-disinn tas-sistema awtomatika ta’ kontroll mill-bogħod għandu jkun tali li fil-każ ta’ ħsara jingħata allarm. Sakemm ma jitqiesx prattikabbli, il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-imbottatura tal-iskrun għandhom jinżammu sakemm jibda jitħaddem il-kontroll lokali;

.6

Għandhom jitwaħħlu indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni:

.1

għall-veloċità tal-iskrun u d-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen b’pitch fiss; jew

.2

għall-veloċità tal-iskrun u l-pożizzjoni tal-pitch fil-każ ta’ skrejjen b’pitch li jistgħu jiġu kkontrollati.

.7

L-għadd ta’ tentattivi awtomatiċi konsekuttivi li ma jirnexxilhomx iqabbdu għandhom jiġu limitati sabiex jissalvagwardaw biżżejjed pressjoni tal-arja li tqabbad. Għandu jiġi pprovdut allarm biex jindika l-pressjoni tal-arja baxxa li tqabbad f’livell li xorta tippermetti operazzjoni li tqabbad l-makkinarju tal-propulsjoni.

5.   Komunikazzjoni (R 50)

VAPURI ĠODDA U EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET C U D TA’ 24 METRU F’TUL U IKTAR:

Għandu jiġi pprovdut mezz ta’ min joqgħod fuqu tal-komunikazzjoni verbali bejn il-kamra tal-kontroll tal-makkinarju jew il-pożizzjoni tal-kontroll tal-propulsjoni tal-makkinarju kif inhu xieraq, il-pont tan-navigazzjoni u l-akkomodazzjoni tal-uffiċjali tal-inġiniera.

6.   Sistemi tal-allarm (R 51)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandha tiġi pprovduta sistema tal-allarm li tindika kwalunkwe ħsara li tkun teħtieġ l-attenzjoni u għandha:

.1

tkun kapaċi ssemma’ allarm li jinstema’ fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali jew fil-pożizzjoni tal-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni, u tindika viżwalment kull funzjoni separata tal-allarm f’pożizzjoni xierqa;

.2

ikollha konnessjoni mal-kmamar pubbliċi tal-inġiniera u għal kull waħda mill-kabini tal-inġiniera bi swiċċ tal-għażla, li jiżgura l-konnessjoni ma’ mill-anqas waħda minn dawn il-kabini. Jistgħu jiġu permessi arranġamenti alternattivi jekk ikunu kkunsidrati bħala ekwivalenti;

.3

tattiva allarm li jinstema’ u li jkun viżiv fuq il-pont tan-navigazzjoni għal kwalunkwe sitwazzjoni li titlob azzjoni minn jew l-attenzjoni tal-uffiċjal li jkun għassa;

.4

sa fejn ikun prattiku tkun iddisinjata fuq il-prinċipju ‘fail-to-safety’; u

.5

tixgħel l-allarm tal-inġiniera skont ir-Regolament II-1/C/10, jekk funzjoni tal-allarm ma tkunx irċeviet l-attenzjoni lokalment fi żmien limitat.

.2.1

Is-sistema tal-allarm għandha titħaddem kontinwament u għandu jkollha bdil awtomatiku għall-provvista tal-enerġija tar-riserva fil-każ ta’ telf tal-provvista normali tal-enerġija.

.2.2

Ħsara fil-provvista normali tal-enerġija tas-sistema tal-allarm għandha tiġi indikata b’allarm.

.3.1

Is-sistema tal-allarm għandha tkun kapaċi tindika fl-istess ħin aktar minn ħsara waħda u l-aċċettazzjoni ta’ allarm ma għandhiex ittellef allarm ieħor.

.3.2

Aċċettazzjoni fil-pożizzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 ta’ kwalunkwe kundizzjoni tal-allarm għandha tiġi indikata fil-pożizzjonijiet fejn din tintwera. L-allarmi għandhom jinżammu sakemm jiġu aċċettati u l-indikaturi viżivi tal-allarmi individwali għandhom jibqgħu sakemm il-ħsara tissewwa, meta s-sistema tal-allarm awtomatikament titqiegħed mill-ġdid f’postha fil-kundizzjoni normali tat-tħaddim.

7.   Sistemi tas-sikurezza (R 52)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Sistema tas-sikurezza għandha tiġi pprovduta biex tiżgura li funzjoni ħażina serja fil-makkinarju jew tħaddim tal-bojlers li tippreżenta periklu immedjat, għandha tibda l-għeluq awtomatiku ta’ dik il-parti tal-impjant u li għandu jingħata allarm. L-għeluq tas-sistema tal-propulsjoni ma għandhiex tkun attivata awtomatikament ħlief fil-każijiet li jistgħu jwasslu għal ħsara serja, waqfien totali, jew splużjoni. Fejn l-arranġamenti għall-irkib tal-għeluq tal-makkinarju prinċipali li jħaddem ikunu mwaħħlin, dawn għandhom ikunu tali li jipprekludu t-tħaddim bi żball. Għandhom jiġu pprovduti mezzi viżivi biex jindikaw meta l-irkib ikun ġie attivat. Għeluq awtomatiku tal-makkinarju u kontrolli li jnaqqsu l-veloċità għandhom jiġu separati mill-installazzjoni tal-allarm.

8.   Rekwiżiti speċjali għall-installazzjonijiet tal-makkinarju, tal-bojlers u elettriċi (R 53)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Is-sors prinċipali tal-enerġija elettrika għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:

.1

fejn l-enerġija elettrika tista’ normalment tiġi pprovduta minn ġeneratur wieħed, għandhom jiġu pprovduti arranġamenti xierqa li jneħħu l-piż biex jiżguraw l-integrità tal-provvisti għas-servizzi meħtieġa għall-propulsjoni u d-direzzjoni kif ukoll għas-sikurezza tal-vapur. Fil-każ ta’ telf tal-ġeneratur waqt li jkun qed jaħdem, għandhom isiru arranġamenti xierqa għat-tqabbid awtomatiku u għall-konnessjoni mal-iswiċċbord prinċipali ta’ ġeneratur li jkun fir-riserva li jkollu kapaċità biżżejjed li jippermetti li ssir il-propulsjoni u d-direzzjoni u li jiżgura s-sikurezza tal-vapur bit-tqabbid mill-ġdid tal-awżiljari essenzjali inklużi, fejn meħtieġ, l-operazzjonijiet sekwenzjali.

.2

jekk l-enerġija elettrika normalment tiġi pprovduta minn aktar minn ġeneratur wieħed fl-istess ħin f’operazzjoni parallela, għandhom isiru l-arranġamenti, pereżempju permezz tat-telf tal-piż, biex jiġi żgurat li, fil-każ ta’ telf ta’ wieħed mis-settijiet tal-ġenerazzjoni, dawk li jifdal jinżammu jaħdmu mingħajr ma jkollhom tagħbija żejda li tippermetti l-propulsjoni u l-isteering, u sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-vapur.

.2

Fejn huma meħtieġa magni ta’ riserva għal makkinarju ieħor li jkun essenzjali għall-propulsjoni, għandhom jiġu pprovduti mezzi tal-qlib awtomatiku.

9.   Sistemi awtomatiċi tal-kontroll u tal-allarm (R 53.4)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Is-sistema tal-kontroll għandha tkun tali li s-servizzi meħtieġa għat-tħaddim tal-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u l-awżiljari tiegħu jkunu żgurati permezz tal-arranġamenti awtomatiċi neċessarji.

.2

Għandu jingħata allarm mal-bidla awtomatika.

.3

Għandha tiġi pprovduta sistema tal-allarm li tikkonforma mar-Regolament 6 għall-pressjonijiet importanti, temperaturi u livelli tal-likwidu u parametri oħra essenzjali.

.4

Għandha tiġi rranġata pożizzjoni ċentralizzata tal-kontroll bil-pannelli neċessarji tal-allarm u l-instrumentazzjoni li tindika li hemm allarm.

.5

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex iżommu l-pressjoni tal-arja li tqabbad fil-livell meħtieġ fejn il-magni tal-kombustjoni interna li huma essenzjali għall-propulsjoni prinċipali jitqabbdu bl-arja kompressa.

KAPITOLU II-2

PROTEZZJONI MIN-NIRIEN, INDIVIDWAZZJONI TAN-NIRIEN U TIFI TAN-NIRIEN

PARTI A

ĠENERALI

1.   Prinċipji bażiċi (R 2)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-iskopijiet ta’ sikurezza minn nirien ta’ dan il-kapitolu huma biex:

.1

jiġu evitati nirien u splużjonijiet;

.2

jitnaqqas ir-riskju għall-ħajja ikkawżat minn nirien;

.3

jitnaqqas ir-riskju ta’ ħsara lill-vapur, it-tagħbija tiegħu u lill-ambjent ikkawżat minn nirien;

.4

jitrażżnu, jiġu kkontrollati u jitnnaqqsu n-nirien u l-isplużjonijiet fil-kompartiment mnejn ikunu bdew; u

.5

jiġu pprovduti mezzi għall-ħrib xierqa u li jkunu aċċessibbli faċilment għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ.

.2

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tan-nirien stipulati fil-paragrafu 1 il-prinċipji bażiċi li ġejjin isejsu r-Regolamenti ta’ dan il-kapitolu u jagħmlu parti mir-Regolamenti kif inhu xieraq, filwaqt li jikkunsidraw it-tip tal-vapur u l-periklu involut ta’ nirien potenzjali:

.1

il-qsim tal-vapur f’żoni vertikali prinċipali u f’konfini strutturali;

.2

is-separazzjoni tal-ispazji tal-akkomodazzjoni mill-kumplament tal-vapur bil-konfini termali u strutturali;

.3

użu ristrett ta’ materjali kombustibbli;

.4

individwazzjoni tan-nirien fiż-żona tal-oriġini;

.5

trażżin u tifi tan-nirien fl-ispazju tal-oriġini;

.6

protezzjoni tal-mezz tal-ħrib jew l-aċċess għat-tifi tan-nar;

.7

disponibbiltà fil-pront tat-tagħmir tat-tifi tan-nar;

.8

minimizzar tat-tqabbid potenzjali tal-fwar tat-tagħbija li taqbad.

.3

L-għanijiet tas-sikurezza kontra n-nirien imfassla fil-paragrafu.1 hawn fuq għandhom jintlaħqu billi tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti preskrittivi speċifikati f’dan il-kapitolu jew b’disinn alternattiv u l-arranġamenti li jikkonformaw mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 ta’ SOLAS 1974, li tapplika għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara. Vapur għandu jiġu kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jilħaq l-objettivi tas-sikurezza kontra n-nirien stipulati fil-paragrafu 1 meta jew:

.1

id-disinni u l-arranġamenti tal-vapur, kollha, jikkonformaw mar-rekwiżiti preskrittivi rilevanti f’dan il-kapitolu;

.2

id-disinni u l-arranġamenti tal-vapur, kollu, ġew riveduti u approvati f’konformità mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 rivedut ta’ SOLAS 1974, li tapplika għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara;

.3

part(ijiet) tad-disinni u l-arranġamenti tal-vapur, ġew riveduti u approvati f’konformità mal-Parti F imsemmija hawn fuq tal-Kapitolu II-2 ta’ SOLAS rivedut, u l-partijiet li jibqa’ tal-vapur jikkonformaw mar-rekwiżiti preskrittivi rilevanti ta’ dan il-kapitolu.

.4

Il-vapuri kollha li jisewwew, sarilhom tibdil, modifiki u rinnovar konnessi magħhom għandhom mill-anqas ikomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti li qabel kienu applikabbli għal dawn il-vapuri.

Tiswijiet, tibdil u modifiki li sussegwentement ibiddlu d-dimensjonijiet ta’ vapur jew l-ispazji tal-akkomodazzjoni, jew li jżidu b’mod sostanzjali l-ħajja tas-servizz tal-vapur u r-rinnovar relatat magħhom għandhom jikkonformaw mal-aħħar rekwiżiti għall-vapuri ġodda sa fejn l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tiddetermina li hu responsabbli u prattiku.

VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, vapuri tal-klassi B eżistenti li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom jikkonformaw ma’ li ġej meta jkun qed isirilhom tiswijiet, tibdil, modifiki u rinnovar relatat magħhom:

.1

il-materjali kollha introdotti f’dawn il-vapuri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fir-rigward tal-materjal applikabbli għall-vapuri ġodda tal-klassi B; u

.2

kull tiswija, tibdil, modifika u rinnovar relatat magħhom li jinvolvu s-sostituzzjoni ta’ materjal ta’ 50 tunnellata jew aktar, li ma jkunux skont ir-Regolament II-2/B/16, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għall-vapuri ġodda tal-klassi B.

2.   Definizzjonijiet (R 3)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Materjal li mhux kombustibbli huwa materjal li la jaqbad u lanqas jitfa’ fwar li jaqbad fi kwantità suffiċjenti biex jaqbad waħdu meta jissaħħan sa bejn wieħed u ieħor 750 °C, u dan jiġi ddeterminat minn test tan-nar f’konformità mar-Riżoluzzjoni IMO A.799 (19) ‘Rakkomandazzjoni riveduta dwar metodi tat-test għall-kwalifikazzjoni ta’ materjali tal-bini ta’ vapuri bħala materjali li ma jaqbdux’. Kwalunkwe materjal ieħor huwa materjal kombustibbli.

.1.a   GĦALL-VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Materjal li mhux kombustibbli huwa materjal li la jaqbad u lanqas jitfa’ fwar li jaqbad fi kwantità suffiċjenti għat-tqabbid waħdu meta jissaħħan għal bejn wieħed u ieħor 750 °C, u dan jiġi stabbilit f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar. Kwalunkwe materjal ieħor huwa materjal kombustibbli.

.2   Test standard tan-nirien huwa wieħed li fih kampjuni tal-paratiji rilevanti jew gverti jiġu esposti f’forn għall-ittestjar għal temperaturi li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għall-kurva standard tat-temperatura skont il-ħin. Il-kampjun għandu jkollu wiċċ espost ta’ mhux anqas minn 4,65 m2 u l-għoli (jew tul tal-gverta) ta’ 2,44 metri, li jixbah mill-aktar qrib il-bini ppjanat u li jinkludi fejn ikun xieraq tal-anqas ġonta waħda. Il-kurva standard tal-ħin u t-temperatura hija definita minn kurva lixxa mmarkata mill-punti li ġejjin tat-temperatura interna tal-forn:

temperatura interna inizjali tal-forn

20  °C

fl-aħħar tal-ewwel 5 minuti

576  °C

fl-aħħar ta’ 10 minuti

679  °C

fl-aħħar ta’ 15 minuti

738  °C

fl-aħħar ta’ 30 minuta

841  °C

fl-aħħar ta’ 60 minuta

945  °C

.2a.   GĦALL-VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Test standard tan-nirien huwa wieħed minn fejn kampjuni tal-paratiji rilevanti u gverti jiġu esposti f’forn għall-ittestjar għal temperaturi li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għall-kurva standard tat-temperatura. Il-metodi tat-test għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.3   Diviżjonijiet tal-klassi A huma dawk id-diviżjonijiet iffurmati mill-paratiji u l-gverti li jikkonformaw ma’ dan li ġej:

.1

għandhom jinbnew mill-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti;

.2

għandhom jiġu mwebbsa kif ikun xieraq;

.3

għandhom jinbnew biex ikunu kapaċi jevitaw il-passaġġ tad-duħħan u l-fjammi sa tmiem it-test standard tan-nar li jdum siegħa;

.4

għandhom ikunu iżolati b’materjali li ma jaqbdux li huma approvati b’mod li t-temperatura medja tan-naħa mhux mikxufa ma togħliex aktar minn 140 °C aktar mit-temperatura oriġinali, u lanqas ma għandha t-temperatura, f’kull punt, inkluż kull ġonta, togħla aktar minn 180 °C aktar mit-temperatura oriġinali, fil-ħin imniżżel hawn taħt:

klassi ‘A-60’

60 minuta

klassi ‘A-30’

30 minuta

klassi ‘A-15’

15-il minuta

klassi ‘A-0’

0 minuti

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tirrikjedi test tal-prototip tal-paratija jew gverta li tiżgura li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għall-integrità u żieda fit-temperatura f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.754 (18).

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, ‘Ir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.754’ (18) għandha taqra ‘Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar’.

.4   Diviżjonijiet tal-klassi B huma dawk id-diviżjonijiet iffurmati mill-paratiji, il-gverti, soqfa jew suffetti li jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

għandhom jinbnew biex jevitaw il-passaġġ ta’ fjammi sat-tmiem tal-aħħar nofs siegħa tat-test standard tan-nar;

.2

għandu jkollhom valur ta’ iżolazzjoni tali li t-temperatura medja tan-naħa mhux mikxufa ma togħliex aktar minn 140 °C aktar mit-temperatura oriġinali, u lanqas ma għandha t-temperatura, f’kull punt, inkluż kull ġonta, togħla aktar minn 225 °C aktar mit-temperatura oriġinali, fil-ħin imniżżel hawn taħt:

klassi ‘B-15’

15-il minuta

klassi ‘B-0’

0 minuti

.3

għandhom jiġu mibnija minn materjali li mhumiex kombustibbli approvati u l-materjali kollha li jidħlu fil-kostruzzjoni u bini ta’ diviżjonijiet tal-klassi B għandhom ikunu mhux kombustibbli bl-eċċezzjoni ta’ fuljetti kombustibbli li jistgħu ikunu permessi jekk kemm-il darba jilħqu r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-kapitolu;

.4

l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tesiġi test ta’ prototip ta’ diviżjoni li jiżgura l-ilħiq tar-rekwiżiti ta’ hawn fuq għall-integrità u żieda fit-temperatura f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.754 (18).

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, ‘Ir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.754’ (18) għandha taqra ‘Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar’.

.5   Id-diviżjonijiet tal-klassi C huma diviżjonijiet li nbnew minn materjali approvati li ma jaqbdux. Ma għandhom bżonn jilħqu l-ebda rekwiżit relattiv għall-passaġġ tad-duħħan u fjammi u lanqas limitazzjonijiet għaż-żieda fit-temperatura. Fuljetti kombustibbli huma permessi jekk kemm-il darba jilħqu r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-kapitolu.

.6   Soqfa u suffetti kontinwi tal-klassi B huma dawk is-soqfa jew suffetti li jispiċċaw biss f’diviżjoni tal-klassi A jew B.

.7   Azzar u materjal ieħor ekwivalenti. Fejn hemm il-kliem ‘azzar jew materjal ieħor ekwivalenti’ ifisser kull materjal li ma jaqbadx li, waħdu jew minħabba l-iżolazzjoni pprovduta, għandu proprjetajiet strutturali u integrità ekwivalenti għall-azzar fl-aħħar tal-esponiment applikabbli għat-test standard tan-nar (eż. liega tal-aluminju b’iżolazzjoni xierqa).

.8   Firxa baxxa tal-fjammi tfisser li l-wiċċ li jkun ġie deskritt b’dan il-mod inaqqas b’mod xieraq il-firxa tal-fjammi, u dan għandu jiġi stabbilit minn test tan-nar skont ir-Riżoluzzjoni IMO A.653 (16), għall-materjali tal-finituri tal-paratija, is-saqaf u l-gverta.

.8a   GĦALL-VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW Fl-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Firxa baxxa tal-fjammi tfisser li l-wiċċ li jkun ġie deskritt b’dan il-mod inaqqas b’mod xieraq il-firxa tal-fjammi u dan għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.9   Iż-żoni prinċipali vertikali huma dawk is-sezzjonijet li fihom il-buq, l-istruttura tal-gverta, u l-kmamar ta’ fuq il-gverta huma maqsuma minn diviżjonijiet tal-klassi A, it-tul medju u l-wisa’ tagħhom fuq kwalunkwe gverta ġeneralment ma jaqbiżx 40 metru.

.10   L-ispazji tal-akkomodazzjoni huma dawk l-ispazji li jintużaw bħala spazji pubbliċi, kurituri, tojlits, kabini, uffiċini, sptarijiet, ċinema, kmamar tal-logħob u tal-passatempi, ħwienet tal-barbiera, dispensi li ma jkollhom l-ebda tagħmir tat-tisjir u spazji simili.

.11   Spazji pubbliċi huma dawk il-partijiet mill-akkomodazzjoni li jintużaw għas-swali, kmamar tal-ikel, salotti u spazji oħra simili li huma magħluqa b’mod permanenti.

.12   L-ispazji tas-servizz huma dawk l-ispazji li jintużaw għall-kċejjen, dispensi li jkollhom tagħmir tat-tisjir, kabinetti li jissakkru, kmamar tal-posta u kmamar speċjali, kmamar tal-ħżin, postijiet fejn isir ix-xogħol li mhumiex dawk li jiffurmaw parti mill-ispazji tal-makkinarju, u spazji simili u ċ-ċestini għal tali spazji.

.13   Spazji tal-merkanzija huma l-ispazji kollha li jintużaw għall-merkanzija (inklużi t-tankijiet tal-merkanzija taż-żejt) u ċ-ċestini għal tali spazji.

.13-1   L-ispazji tal-vetturi huma spazji tal-merkanzija maħsuba għall-ġarr tal-karozzi bil-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess.

.14   Spazji tal-merkanzija ro-ro huma l-ispazji li normalment ma jkunu suddiviżi bl-ebda mod u li jestendu jew sa tul sostanzjali jew sat-tul kollu tal-vapur li fihom karozzi bil-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess u/jew prodotti (ippakkjati jew fi kwantitajiet kbar, fi jew fuq il-binarji jew karozzi tat-triq, vetturi (inklużi vetturi li jġorru ż-żejt tat-triq u tal-binarji), trejlers, kontejners, pallets, tankijiet li ma jintramawx jew f’unitajiet simili tal-ħżin jew fuqhom u reċipjenti oħra) ikunu jistgħu jitgħabbew u jinħattu normalment f’direzzjoni orizzontali.

.15   Spazji miftuħa ro-ro tal-merkanzija huma spazji ro-ro tal-merkanzija jew miftuħa fuq kull naħa, jew miftuħa f’tarf wieħed u pprovduti b’ventilazzjoni naturali adegwata li hija effettiva fuq it-tul kollu mill-fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb jew fil-ponta tal-gverta, jew minn fuq, u għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara li għandhom erja totali ta’ mill-anqas 10 % tal-erja totali tal-ġnub tal-ispazju.

.15-1   Spazji miftuħa tal-vetturi huma dawk l-ispazji tal-vetturi jew miftuħa fuq kull naħa, jew miftuħa f’tarf wieħed u pprovduti b’ventilazzjoni naturali adegwata li hija effettiva fuq it-tul kollu mill-fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb jew fil-ponta tal-gverta, jew minn fuq, u għall-vapuri li nbnew f l-1 ta’ Jannar 2003 jew wara li għandhom erja totali ta’ mill-anqas 10 % tal-arja totali tal-ġnub tal-ispazju.

.16   Spazji tal-merkanzija ro-ro magħluqa li mhumiex la spazji tal-merkanzija ro-ro u lanqas gverti tal-osservazzjoni.

.16-1   Spazji tal-karozzi magħluqa huma spazji tal-karozzi li mhumiex la spazji tal-karozzi miftuħa u lanqas gverti tal-osservazzjoni.

.17   Gverta tal-osservazzjoni hija gverta li hija esposta kompletament għat-temp minn fuq u minn tal-anqas żewġt iġnub.

.18   L-ispazji tal-kategorija speċjali huma dawk l-ispazji tal-vetturi magħluqa ‘l fuq jew ‘l isfel mill-gverta tal-paratija li tali vetturi jistgħu jinstaqu fihom jew joħorġu minnhom li għalihom għandhom aċċess il-passiġġieri. Spazji tal-kategorija speċjali jistgħu jiġu akkomodati fuq aktar minn gverta waħda kemm-il darba l-għoli ġenerali li jgħaddu minn taħtu l-vetturi ma jaqbiżx l-10 metri.

.19.1   L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A huma dawk l-ispazji u kaxxi għal tali spazji li fihom:

.1

makkinarju tal-kombustjoni interna użat għall-propulsjoni prinċipali; jew

.2

makkinarju tal-kombustjoni interna użat għal skopijiet oħra barra dawk tal-propulsjoni prinċipali fejn tali makkinarju għandu totalità ta’ produzzjoni tal-enerġija ta’ mhux anqas minn 375 kW; jew

.3

kull bojler taż-żejt iffiltrat jew unità tal-karburant taż-żejt.

.19.2   L-ispazji tal-makkinarju huma l-ispazji kollha tal-makkinarju tal-kategorija A u dawk l-ispazji kollha li fihom makkinarju tal-propulsjoni, bojlers, unitajiet tal-karburant taż-żejt, magni tal-fwar u tal-kombustjoni interna, ġeneraturi u makkinarju elettriku prinċipali, stazzjonijiet tal-mili taż-żejt, makkinarju tal-ventilazzjoni u kundizzjunar tal-arja, u spazji simili, u l-kaxxi għal tali spazji.

.20   Unità tal-karburant taż-żejt huwa t-tagħmir użat għall-preparazzjoni tal-karburant taż-żejt għall-konsenja għal bojler li jitħaddem biż-żejt, jew tagħmir użat għall-preparazzjoni għall-konsenja taż-żejt imsaħħan għal magna bil-kombustjoni interna, u inklużi kwalunkwe pompa tal-pressjoni taż-żejt, filtru u tagħmir li jsaħħan li għandu x’jaqsam maż-żejt fi pressjoni ta’ aktar minn 0.18 N/mm2.

.21   Stazzjonijiet tal-kontroll huma dawk l-ispazji li fihom jinsabu t-tagħmir tar-radju jew t-tagħmir prinċipali tan-navigazzjoni jew is-sors ta’ enerġija tal-emerġenza jew fejn huwa ċċentralizzat t-tagħmir tal-kontroll tan-nirien.

.21.1   Stazzjon tal-kontroll ċentrali huwa stazzjon tal-kontroll li fih il-funzjonijiet tal-kontroll li ġejjin u tal-indikatur huma ċċentralizzati:

.1

sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm;

.2

tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, sistemi ta’ individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm;

.3

pannelli tal-indikazzjoni tal-bibien li jaqtgħu n-nirien;

.4

għeluq tal-bibien li jaqtgħu n-nirien;

.5

pannelli tal-indikazzjoni tal-bibien impermeabbli;

.6

għeluq tal-bibien impermeabbli;

.7

fannijiet tal-ventilazzjoni;

.8

allarmi ta’ kontra n-nirien/ġenerali;

.9

sistemi tal-komunikazzjoni li jinkludu t-telefowns; u

.10

mikrofoni tas-sistemi tat-tgħarrif pubbliku.

.21.2   Stazzjon tal-kontroll ċentrali li jkollu n-nies miegħu l-ħin kollu huwa stazzjon tal-kontroll ċentrali li kontinwament ikollu membru responsabbli tal-ekwipaġġ miegħu.

.22   Kmamar li fihom l-għamara u t-tagħmir ta’ riskju ristrett minn nirien huma, għall-iskop tar-Regolament II-2/B/4, dawk il-kmamar li fihom għamara u tagħmir tar-riskju ristrett min-nirien (kemm jekk kabini, spazji pubbliċi, uffiċini u tipi oħra ta’ akkomodazzjoni) li fihom:

.1

l-għamara kollha bħall-iskrivaniji, il-gwardarobbi, it-tavolini, il-bureaux, id-dressers, ikunu mibnija totalment minn materjali approvati li ma jaqbdux, għajr għal fuljetta li taqbad li ma taqbiżx 2 mm tista’ tintuża fuq l-uċuħ tax-xogħol ta’ tali oġġetti;

.2

kull għamara għaliha, bħal siġġijiet, sufani, mwejjed, huma li nbnew bi gwarniċi ta’ materja li ma tinħaraqx;

.3

id-drappijiet, il-purtieri u l-materjali mdendla l-oħra kollha tat-tessuti jkollhom kwalitajiet ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi mhux inferjuri għal dawk ta’ suf b’massa ta’ 0.8 kg/m2, f’konformità mar-Riżoluzzjoni OMI A.471 (XII) kif emendata.

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, ‘Ir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.471(XII)’ kif emendata, għandha taqra ‘Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar’;

.4

il-koperturi kollha tal-art għandhom kwalitajiet ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjamma li ma tkunx inferjuri għal dawk tal-materjal tas-suf ekwivalenti li jintuża għall-istess skop.

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, dan is-subparagrafu għandu jaqra:

il-koperturi kollha tal-art għandhom karatteristiċi ta’ tifrix baxx tal-fjammi;

.5

l-uċuħ kollha mikxufa tal-paratiji, suffetti u soqfa għandhom karatteristiċi tal-firxa tal-fjammi li tkun baxxa; u

.6

kull għamara miksija għandha l-kwalitajiet ta’ reżistenza għat-tqabbid u l-propagazzjoni tal-fjammi f’konformità mal-Proċeduri tat-Test tan-Nar tal-Għamara Miksija tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.652 (16)

Għall-vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, ‘Ir-Riżoluzzjoni tal-IMO Riżoluzzjoni A.652 (16)’ għandha taqra ‘Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar’.

GĦALL-VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA.

.7

il-komponenti kollha tas-sodda għandhom kwalitajiet ta’ reżistenza għat-tqabbid u l-propagazzjoni tal-fjamma, fejn dan ikun stabbilit f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.23   Vapur ro-ro tal-passiġġieri tfisser vapur tal-passiġġieri bi spazji tar-ro-ro għat-tagħbija jew spazji speċjali tal-kategorija kif iddefinita f’dan ir-Regolament.

.24   Il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar tfisser il-Kodiċi Internazzjonali tal-Proċeduri għall-Applikazzjoni tat-Test tan-Nar, kif adottat bir-Riżoluzzjoni MSC 61 (67).

.25   Il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar tfisser il-Kodiċi Internazzjonali tas-Sistemi ta’ Sikurezza kontra n-Nar kif adottat bir-Riżoluzzjoni MSC 98 (73), kif emendat.

.26   Flashpoint hija t-temperatura fi gradi Celsius (closed cup test) li fiha prodott jirrilaxxa biżżejjed fwar li jaqbad biex jaqbad, kif iddeterminata minn apparat tal-flashpoint.

.27   Rekwiżiti preskrittivi jfissru karatteristiċi kostruttivi, li jillimitaw d-dimensjonijiet jew is-sistemi tas-sikurezza kontra n-nirien speċifikati f’dan il-kapitolu.

3.   Pompi tan-nar, mejns tan-nar, idranti, pajpijiet u żennuni (R 4)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Kull vapur għandu jiġi pprovdut b’pompi tan-nar, mejns tan-nar, idranti, pajpijiet u żennuni li jikkonformaw kif ikun applikabbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.1.2

Fejn hija meħtieġa aktar minn pompa tan-nar waħda indipendenti, għandhom jitwaħħlu valvijiet li jiżolaw biex jisseparaw il-parti tal-mejn tan-nar fl-ispazju tal-makkinarju li fih l-pompa prinċipali tan-nar jew il-pompi mill-kumplament tal-mejn tan-nar f’pożizzjoni li faċli tintlaħaq ‘il barra mill-ispazju tal-makkinarju. Il-mejn tan-nar għandu jiġi rranġat tali li meta l-valvijiet li jiżolaw ikunu magħluqa l-idranti kollha fuq il-vapur, ħlief dawk fl-ispazju tal-makkinarju li għalihom saret referenza hawn fuq, jistgħu jiġu pprovduti bl-ilma minn pompa tan-nar li ma tkunx tinsab f’dan l-ispazju tal-makkinarju minn pajpijiet li ma jidħlux f’dan l-ispazju. Eċċezzjonalment, perjodi żgħar ta’ ġbid bl-arja tal-pompa tan-nar tal-emerġenza u l-pajpijiet li jarmu jistgħu jippenetraw l-ispazju tal-makkinarju jekk ma jkunx prattiku li jgħaddu fuq barra kemm-il darba l-integrità tal-mejn tan-nar tinżamm mill-għeluq tal-pajpijiet f’kejsing sostanzjali tal-azzar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW F-L1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.1.3

Għandhom jitwaħħlu valvijiet li jiżolaw biex jisseparaw il-parti tal-mejn tan-nirien fl-ispazju tal-makkinarju li fiha l-pompa prinċipali tan-nirien jew il-pompi mill-kumplament tal-mejn tan-nirien f’pożizzjoni li faċli tintlaħaq ‘il barra mill-ispazju tal-makkinarju. Il-mejn tan-nirien għandu jiġi rranġat b’tali mod li meta l-valvijiet li jiżolaw ikunu magħluqa l-idranti kollha fuq il-vapur, ħlief dawk fl-ispazju tal-makkinarju msemmi hawn fuq, jistgħu jiġi pprovduti bl-ilma minn pompa tan-nirien jew pompa tan-nirien tal-emerġenza. Il-pompa tal-emerġenza, bid-daħla tagħha tal-ilma baħar u l-pajpijiet li jiġbdu u li jfornu u l-valvijiet li jiżolaw għandhom ikunu ‘l barra mill-ispazju tal-makkinarju. Jekk dan l-arranġament ma jkunx jista’ jsir, jista’ jitwaħħal armarju fl-ispazju tal-makkinarju jekk il-valv jiġi kkontrollat mill-bogħod minn pożizzjoni fl-istess kompartiment bħall-pompa tal-emerġenza u l-pajp tal-ġbid bl-arja ikun kemm jista’ jkun qasir. Partijiet qosra tal-ġbid jew tal-pajpijiet li jarmu jistgħu jippenetraw fl-ispazju tal-makkinarju, kemm-il darba jkunu magħluqa f’kejsing sostanzjali tal-azzar jew ikunu iżolati skont l-istandards A-60. Il-pajpijiet għandu jkollhom ħxuna tal-ħitan sostanzjali, iżda li fl-ebda każ ma għandha tkun ta’ anqas minn 11 mm u għandhom ikunu wweldjati ħlief għall-konnessjoni ta’ max-xifer għall-valv tad-daħla mill-baħar.

VAPURI ĠODDA U EŻISTENTI TAL-KLASSI B U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET C U D TA’ TUL TA’ 24 METRU’ U IKTAR:

.2   Kapaċità tal-pompi tan-nar

.1

Il-pompi tan-nar meħtieġa għandhom ikunu kapaċi li jfornu għall-skopijiet ta’ tifi tan-nar kwantità ta’ ilma, bil-pressjoni speċifikata fil-paragrafu 4.2 ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-kwantità meħtieġa li trid tiġi ttrattata mill-pompi tas-sentina meta jitħaddmu għall-ippumpjar tas-sentina.

.2

F’kull vapur li huwa rikjest skont dan ir-Regolament li għandu jiġi pprovdut b’aktar minn pompa potenti waħda tan-nar, kull waħda mill-pompi tan-nar meħtieġa għandu jkollha kapaċità ta’ mhux anqas minn 80 % tal-kapaċità totali meħtieġa, diviża bl-għadd minimu ta’ pompi tat-tifi tan-nar meħtieġa iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn 25 m3/h u kull pompa tali għandha f’kull każ tkun kapaċi li tforni tal-anqas iż-żewġ ġettijiet tal-ilma li jkunu meħtieġa. Dawn il-pompi tan-nar għandhom ikunu kapaċi jfornu s-sistema prinċipali tan-nar taħt il-kundizzjonijiet meħtieġa.

.3

F’vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, li fuqhom jiġu installati aktar pompi mill-minimu meħtieġ, tali pompi addizzjonali għandu jkollhom kapaċità ta’ mill-anqas 25 m3/h u għandhom ikunu kapaċi jfornu s-sistema prinċipali tan-nar skont paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament.

.3   L-arranġamenti tal-pompi tan-nar, mejns tan-nirien u d-disponibbiltà fil-pront tal-provvista tal-ilma

.1

Il-vapuri għandhom jiġu pprovduti b’pompi tan-nirien li jaħdmu bl-enerġija kif ġej:

.1

vapuri ċċertifikati biex iġorru aktar minn 500 passiġġier: tal-anqas tlieta, li waħda minnhom tkun pompa li titħaddem mill-magna prinċipali;

.2

vapuri ċċertifikati biex iġorru sa 500 passiġġier jew anqas: tal-anqas tnejn, li waħda minnhom tkun pompa li titħaddem mill-magna prinċipali.

.2

Il-pompi sanitarji, tas-saborra, tas-sentina jew tas-servizz ġenerali jistgħu jiġu aċċettati bħala pompa tan-nar, jekk kemm-il darba ma jintużawx normalment biex jippumpjaw iż-żejt u jekk ikunu soġġetti għal dazju okkażjonali għat-trasferiment jew l-ippumpjar tal-karburant taż-żejt, u jkun hemm arranġamenti xierqa tal-bidla.

.3

L-arranġamenti tal-konnessjonijiet tal-baħar, pompi tan-nar u s-sorsi tagħhom tal-enerġija għandhom ikunu tali biex jiżguraw li l-vapur iċċertifikati biex iġorru aktar minn 250 passiġġier, fil-każ ta’ nar f’xi wieħed mill-kompartimenti ma għandhomx jiġu diżattivati l-pompi tan-nar kollha.

F’vapuri ġodda tal-klassi B li huma ċċertifikati biex iġorru sa 250 passiġġier jew anqas, jekk nar f’xi wieħed mill-kompartimenti jidiżattiva l-pompi kollha, il-mezzi alternattivi li jipprovdu l-ilma għall-iskopijiet tat-tifi tan-nar għandhom ikunu pompa tan-nar tal-emerġenza li taħdem bl-enerġija b’mod indipendenti u bis-sors tal-enerġija u bil-konnessjoni tal-baħar ikunu jinsabu ‘il barra mill-ispazju tal-makkinarju. Tali pompa tan-nar tal-emerġenza li taħdem bl-enerġija li titħaddem indipendentement għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara.

.4

F’vapuri ġodda tal-klassi B li huma ċċertifikati biex iġorru aktar minn 250 passiġġier, l-arranġamenti fil-pront għad-disponibbiltà tal-provvista tal-ilma għandhom ikunu tali li tal-anqas ġett wieħed effettiv għall-ilma jkun disponibbli minnufih minn xi idrant f’post fuq ġewwa u b’tali mod jiżgura l-kontinwazzjoni tal-ħruġ tal-ilma bit-tqabbid awtomatiku tal-pompa tan-nirien meħtieġa.

.5

F’vapuri bi spazju tal-makkinarju li perjodikament ma jkunx hemm nies magħhom jew meta persuna waħda biss tkun meħtieġa biex tagħmel l-għassa, għandu jkun hemm provvista immedjata tal-ilma mis-sistema tal-mejn tan-nirien bi pressjoni xierqa, jew bit-tqabbid mill-bogħod ta’ waħda mill-pompi tan-nirien prinċipali li jaqbdu mill-bogħod mill-pont tan-navigazzjoni u mill-istazzjon tal-kontroll tan-nar, jekk ikun hemm, jew l-użu ta’ pressjoni qawwija permanenti tas-sistema tal-mejn tan-nirien b’waħda mill-pompi prinċipali tan-nar.

.6

Il-valv tal-konsenja ta’ kull pompa għandu jitwaħħallu valv li ma jirritornax.

.4   Id-dijametru u l-pressjoni tal-mejns tan-nar.

.1

Id-dijametru tal-mejn tan-nar u l-pajpijiet tas-servizz tal-ilma għandhom ikunu suffiċjenti għad-distribuzzjoni effettiva tal-ħruġ massimu meħtieġ minn żewġ pompi tan-nar jaħdmu flimkien.

.2

B’żewġ pompi li jfornu fl-istess ħin miż-żennuni msemmija fil-paragrafu 8 i idranti suffiċjenti biex jipprovdu l-kwantità ta’ ilma speċifikata fil-paragrafu 4.1, il-pressjonijiet minimi li ġejjin għandhom jinżammu fl-idranti kollha:

Il-vapuri tal-klassi B iċċertifikati biex iġorru:

Ġodda

Eżistenti

aktar minn 500 passiġġier

0,4 N/mm2

0,3 N/mm2

sa 500 passiġġier

0,3 N/mm2

0,2 N/mm2

.3

Il-pressjoni massima fi kwalunkwe idrant ma għandhiex taqbeż dika li fih jista’ jintwera l-kontroll effettiv tal-manka tat-tifi tan-nar

.5   Għadd u pożizzjoni tal-idranti

.1

L-għadd u l-pożizzjoni tal-idranti għandhom ikunu tali li tal-anqas żewġ ġettijiet tal-ilma li mhumiex ġejjin mill-istess idrant, li waħda minnhom trid tkun ġejja minn tul wieħed tal-pajp, jistgħu jilħqu kull parti tal-vapur li normalment tkun aċċessibbli għall-passiġġieri jew għall-ekwipaġġ waqt li l-vapur ikun qed ibaħħar u kull parti mill-ispazju tal-merkanzija meta jkun vojt, kull spazju tal-merkanzija ro-ro jew kull spazju ta’ kategorija speċjali li fil-każ tal-aħħar iż-żewġ ġettijiet għandhom jilħqu kull parti ta’ tali spazju, kull wieħed minn tul wieħed tal-pajp. Barra minn hekk, tali idranti għandhom jiġu mpoġġija ħdejn l-aċċessi għall-ispazji protetti.

.2

Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, tas-servizz u tal-makkinarju l-għadd u l-pożizzjoni tal-idranti għandha tkun tali li r-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.1 jistgħu jiġu konformi magħhom meta l-bibien kollha impermeabbli u l-bibien kollha fil-paratiji taż-żona prinċipali vertikali jkunu magħluqa.

.3

Fejn huwa pprovdut aċċess għall-ispazju tal-makkinarju f’livell baxx minn mina tax-xaft li tkun ħdejha, għandhom jiġu pprovduti żewġ idranti esterni għal, iżda qrib l-entratura għal dak l-ispazju tal-makkinarju. Fejn tali aċċessi jkunu pprovduti minn spazji oħra, f’wieħed minn dawn l-ispazji għandhom jiġu pprovduti żewġ idranti ħdejn l-entratura tal-ispazju tal-makkinarju. Ma hemmx bżonn isir tali provvediment meta il-mina jew spazji ħdejha ma jkunux parti mir-rotta tal-ħrib

.6   Pajpijiet u idranti

.1

Materjal li sar ineffettiv bis-sħana ma għandhux jintuża għall-mejns tan-nar u l-idranti sakemm ma jkunx protett b’mod xieraq. Il-pajpijiet u l-idranti għandhom jitpoġġew b’mod li l-manki tat-tifi tan-nar ikunu jistgħu faċilment jiġu akkoppjati magħhom. L-arranġament tal-pajpijiet u tal-idranti għandu jkun tali sabiex jevita l-possibbiltà tal-iffriżar. F’vapuri fejn tista’ tinġarr il-merkanzija fuq il-gverta, il-pożizzjonijiet tal-idranti għandhom ikunu tali li jkunu dejjem aċċessibbli fil-pront u l-pajpijiet għandhom jiġu rranġati sa fejn ikun prattiku biex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħsara minn tali merkanzija.

.2

Għandu jitwaħħal valv biex iforni kull wieħed mill-manki tat-tifi tan-nar sabiex kull manka tat-tifi tan-nar tkun tista’ titneħħa waqt li l-pompi tan-nirien ikunu qed jaħdmu.

.3

Fuq vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara għandhom jitwaħħlu valvijiet li jiżolaw għall-fergħat tat-tifi tan-nar miftuħa ewlenin kollha fuq il-gverta li jintużaw għal iskopijiet oħra li mhumiex tat-tifi tan-nar.

.7   Manki tat-tifi tan-nar

.1

Il-manki tat-tifi tan-nar għandhom ikunu ta’ materjal li ma jispiċċax, approvat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, u għandhom ikunu ta’ tul biżżejjed biex jitfgħu ġett tal-ilma f’kull wieħed mill-ispazji li fihom jista’ jkun hemm bżonn li jintużaw. Kull manka għandu jkollu ż-żennuna u l-coupling meħtieġa. Għandu jkun hemm skambjabbiltà kompleta bejn il-coupling tal-manka u ż-żennuni. Il-pajpijiet li f’dan il-kapitolu huma msemmija bħala ‘manki tat-tifi tan-nar’ għandhom flimkien ma’ kull tagħmir u għodda, jinżammu lesti għall-użu f’pożizzjonijiet li jidhru ħdejn l-idranti tas-servizz tal-ilma jew il-konnessjonijiet. Barra minn dan, f’postijiet interni fil-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-manki tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konnessi b’mod permanenti mal-idranti.

.2

Għandu jkun hemm tal-anqas manka waħda tat-tifi tan-nar għal kull wieħed mill-idranti meħtieġa mill-paragrafu 5. It-tul tal-manka tal-ilma tat-tifi tan-nar għandu jiġi ristrett sa mhux aktar minn 20 metru fuq il-gverta u f’soprastrutturi u sa 15-il metru fi spazji tal-makkinarju u fuq vapuri iżgħar rispettivament sa 15-il metru u 10 metru.

.8   Żennuni

.1.1

Għall-iskopijiet ta’ dan il-kapitolu, id-daqs taż-żennuni standard għandu jkun ta’ 12-il mm, 16-il mm u 19-il mm jew kemm jista’ jkun qrib ta’ dawn. F’każi fejn jintużaw sistemi oħra - bħas-sistemi taċ-ċpar - jistgħu jiġu permessi żennuni ta’ dijametru differenti.

.1.2

Iż-żennuni kollha għandhom ikunu tat-tip approvat b’żewġ użi (i.e. tat-tip tal-isprej/ġett), u għandu jkollhom faċilità li jagħlqu totalment.

.2

Għall-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, ma hemmx għalfejn jintuża daqs taż-żennuna li jkun akbar minn 12 mm.

.3

Għall-ispazji tal-makkinarju u l-postijiet esterjuri, id-daqs taż-żennuna għandu jkun tali li jikseb ir-rimi massimu possibbli minn żewġ ġettijiet bil-pressjoni msemmija fil-paragrafu 4 mill-iżgħar pompa, kemm-il darba li ma jkunx hemm il-ħtieġa li tintuża żennuna ikbar minn19-il mm.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSI C U D TAT-TUL TA’ ANQAS MINN 24 METRU:

.9   Pompi tan-nirien, mejns tal-nar, idranti, pajpijiet u żennuni u d-disponibbiltà tal-provvista tal-ilma.

.1

Hija meħtieġa pompa tal-pompa tat-tifi tan-nar waħda indipendenti, li għandha tkun kapaċi li tforni, għall-iskopijiet għat-tifi tan-nar, tal-anqas ġett wieħed tal-ilma minn kwalunkwe idrant tan-nar, bil-pressjoni msemmija hawn taħt. Il-kwantità tal-ilma fornuta ma għandhiex tkun ta’ anqas minn żewġ terzi tal-kwantità meħtieġa li trid tinħadem mill-pompi tas-sentina meta jitħaddmu għall-ippompjar tas-sentina. Tali pompa tat-tifi tan-nar għandha tkun kapaċi, meta tkun qed tarmi l-ammont massimu li għalih saret referenza hawn fuq mill-idranti tan-nirien biż-żennuni ta’ 12 jew 16 jew 19-il mm, li żżomm f’minimu l-pressjoni tal-idrant kif meħtieġ mill-vapuri tal-klassi B.

.2

Kull vapur li jġorr aktar minn 250 passiġġier għandu jiġi fornut b’pompa addizzjonali tat-tifi tan-nar li għandha tiġi mqabbda b’mod permanenti mal-mejn tan-nar. Din il-pompa għandha titħaddem bl-enerġija. Tali pompa u s-sors tal-enerġija tagħha ma għandhomx jitqiegħdu fl-istess kompartiment bħall-pompa meħtieġa skont il-paragrafu 9.1 u għandha tiġi pprovduta b’konnessjoni permanenti tal-baħar li tkun tinsab ‘il barra mill-ispazju tal-makkinarju. Tali pompa għandha tkun kapaċi li tforni tal-anqas ġett wieħed tal-ilma minn kwalunkwe idrant tal-ilma kemm-il darba li l-vapur iżomm pressjoni ta’ mill-anqas 0,3 N/mm2.

.3

Pompi sanitarji, tas-saborra, tas-sentina jew tas-servizz ġenerali jistgħu jiġu aċċettati bħala pompi tat-tifi tan-nar.

.4

Kull vapur għandu jkollu mejn tan-nar li jkollu dijametru suffiċjenti għad-distribuzzjoni effettiva tal-ħruġ massimu mogħti hawn fuq. L-għadd u l-pożizzjoni tal-idranti għandu jkun tali li tal-anqas ġett wieħed tal-ilma jista’ jilħaq kull parti tal-vapur billi juża tul wieħed massimu tal-pajp kif mogħti għall-vapuri tal-klassi B fil-paragrafu 7.2.

.5

Kull vapur għandu jitwaħħal b’mill-anqas manka waħda tat-tifi tan-nar għal kull idrant li jitwaħħal.

.6

F’vapuri bi spazju tal-makkinarju li perjodikament ma jkunx hemm nies magħhom jew meta persuna waħda biss tkun meħtieġa biex tagħmel l-għassa, għandu jkun hemm provvista immedjata tal-ilma mis-sistema tal-mejn tan-nirien bi pressjoni xierqa, jew bit-tqabbid mill-bogħod ta’ waħda mill-pompi tan-nirien prinċipali li jaqbdu mill-bogħod mill-pont tan-navigazzjoni u mill-istazzjon tal-kontroll tan-nar, jekk ikun hemm, jew l-użu ta’ pressjoni qawwija permanenti tas-sistema tal-mejn tan-nirien b’waħda mill-pompi prinċipali tan-nar.

.7

Il-valv tal-konsenja ta’ kull pompa għandu jitwaħħallu valv li ma jirritornax.

4.   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi (R 5 + 8 + 9 + 10)

.1   Sistemi fissi tat-tifi tan-nar bil-gass: Ġenerali (R 5.1)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-pajpijiet neċessarji biex iservu bħala mezz tat-tifi tan-nar fi spazji protetti għandhom jiġu pprovduti bil-valvijiet tal-kontroll immarkati hekk sabiex jindikaw b’mod ċar l-ispazji li għalihom iwasslu l-pajpijiet. Għandha jkun hemm provvediment xieraq biex jiġi evitat id-dħul mhux mistenni tal-mezz fi kwalunkwe spazju.

.2

Is-sistema tal-pajpijiet għad-distribuzzjoni tal-mezz tat-tifi tan-nar għandha tiġi rranġata u ż-żennuni tal-ħruġ ikunu pożizzjonati b’tali mod li tinkiseb distribuzzjoni uniformi tal-mezz.

.3

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jagħlqu minn barra l-ispazji protetti, il-fetħiet kollha li jistgħu jdaħħlu l-arja fil-u jħallu l-gass joħroġ mill-ispazju protett.

.4

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex awtomatikament jagħtu twissija li tinstema’ tar-rilaxx tal-materjal li jitfi n-nirien fi spazju li fih normalment jaħdmu n-nies jew li għandu aċċess għalih il-persunal. L-allarm għandu jaħdem għal perjodu xieraq qabel ma jiġi rilaxxat il-mezz.

.5

Il-mezzi tal-kontroll ta’ kwalunkwe sistema li titfi n-nirien bil-gass għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u sempliċi biex jitħaddmu u għandhom ikunu miġbura flimkien fl-inqas postijiet possibbli f’pożizzjonijiet li x’aktarx ma jkunux iżolati min-nirien fi spazju protett. Għandu jkun hemm istruzzjonijiet ċari f’kull post dwar it-tħaddim tas-sistema wara li titqies s-sikurezza tal-persunal.

.6

Ma għandux jiġi permess ir-rilaxx awtomatiku tal-mezz tat-tifi tan-nar, ħlief kif inhu permess fir-rigward tal-unitajiet awtomatiċi lokali mwaħħla, flimkien ma’ u indipendenti minn kull sistema li titfi n-nirien, fl-ispazji tal-makkinarju fuq tagħmir li għandu riskju qawwi li jieħu n-nar jew fiż-żoni magħluqa fl-ispazji tal-makkinarju li għandhom riskju għoli li jieħdu n-nar.

.7

Fejn il-kwantità tal-mezz li jitfi n-nar tkun hija meħtieġa biex tipproteġi aktar minn spazju wieħed, il-kwantità tal-mezz disponibbli ma hemmx bżonn tkun akbar mill-akbar kwantità meħtieġa għal kull spazju li jkun protett b’dan il-mod.

.8

Ħlief jekk mhux permess mod ieħor x’imkien ieħor, il-kontenituri tal-pressjoni meħtieġa għall-ħżin tal-materjal li jitfi n-nirien, għandu jinsab ‘il barra mill-ispazji protetti f’konformità mal-paragrafu 1.11.

.9

Għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-ekwipaġġ jew għall-persunal fuq l-art li b’mod sikur jiċċekkjaw il-kwantità tal-mezz fil-kontenituri.

.10

Il-kontenituri għall-ħżin tal-materjal li jitfi n-nirien u l-komponenti assoċjati tal-pressjoni għandhom jiġu ddisinjati skont il-kodiċi tal-prattika xierqa wara li jiġu kkunsidrati l-post fejn qegħdin u t-temperaturi massimi ambjentali li huma mistennija fis-servizz.

.11

Meta l-mezz li jitfi n-nar jinħażen ‘il barra minn spazju protett, għandu jinħażen f’kamra li tinsab f’pożizzjoni sikura u li l-aċċess għaliha jkun faċli u għandha tkun ventilata b’mod effettiv. Kwalunkwe daħla għal tali kamra tal-ħżin għandha tkun preferibbilment mill-gverta miftuħa u f’kull każ tkun indipendenti mill-ispazju protett.

Il-bibien tal-aċċess għandhom jinfetħu ‘l barra, u l-paratiji u l-gverti inklużi l-bibien u mezzi oħra li jagħlqu kull fetħa fihom, li jiffurmaw il-konfini bejn tali kmamar u l-ispazji li qegħdin ħdejhom li jkunu magħluqa għandhom ikunu magħluqa għall-gass. Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-imwejjed għall-integrità tal-paratiji u l-gverti rigward il-proprjetà tagħhom tar-reżistenza għan-nar fir-Regolamenti II-2/B/4 jew II-2/B/5, skont kif ikun applikabbli, tali kmamar tal-ħżin għandhom jiġu ttrattati bħala stazzjonijiet tal-kontroll.

.12

L-użu tal-materjal li jitfi n-nirien, li jew waħdu jew taħt kundizzjonijiet mistennija għall-użu jagħti gassijiet tossiċi f’tali kwantitajiet li jipperikolaw il-persuni jew li jagħtu gassijiet li huma ta’ ħsara għall-ambjent, f’sistemi li jitfu n-nirien fuq il-vapuri ġodda u fuq tali stallazzjonijiet ġodda fuq il-vapuri eżistenti, mhux permess.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.13

Sistemi li jitfu n-nirien bil-gass għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

.14

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jagħlqu minn barra l-ispazji protetti tal-fetħiet kollha li tista’ tiddaħħal l-arja minnhom jew li jħallu l-gass joħroġ mill-ispazju protett.

.15

Meta l-materjal li jitfi n-nirien jinħażen ‘il barra minn spazju protett, għandu jinħażen f’kamra li tkun tinsab wara l-paratija tal-ħbit minn quddiem u li ma tintuża għall-ebda raġuni oħra. Kull daħla għal tali kamra tal-ħżin għandha tkun preferibbilment mill-gverta miftuħa u għandha tkun indipendenti mill-ispazju protett. Jekk il-post tal-ħżin jkun taħt il-gverta, għandu jkun mhux aktar minn gverta waħda taħt il-gverta miftuħa u għandu jkun aċċessibbli direttament minn taraġ jew sellum mill-gverta miftuħa.

Spazji li jinsabu taħt il-gverta jew spazji fejn l-aċċess mhux ipprovdut mill-gverta miftuħa għandu jkollhom sistema ta’ ventilazzjoni mwaħħla ddisinjata biex tieħu l-arja tal-egżost mill-qiegħ tal-ispazju u għandhom ikunu ta’ daqs li jipprovdu tal-anqas 6 tibdiliet tal-arja fis-siegħa. Il-bibien tal-aċċess għandhom jinfetħu ‘l barra u l-paratiji u l-gverti inkluż il-bibien u mezzi oħra li jagħlqu kull fetħa fihom, li jiffurmaw il-konfini bejn tali kmamar u l-ispazji li qegħdin ħdejhom li huma magħluqa għandhom ikunu magħluqa għall-gass. Għall-iskop tal-applikazzjoni tat-tabelli 4.1, 4.2, 5.1 u 5.2 f’Parti B ta’ dan il-Kapitolu, tali stivi għandhom jiġu ttrattati bħala stazzjonijiet tal-kontroll tan-nirien.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.16

Fejn il-volum tal-arja libera li tkun fir-riċevituri tal-arja f’kull spazju hija tali li, jekk jiġi rrilaxxat f’tali spazju fil-każ ta’ nirien, tali rilaxx tal-arja f’dak l-ispazju jaffettwa serjament l-effiċjenza tas-sistema fissa tat-tifi tan-nar, għandha tiġi pprovduta kwantità addizzjonali tal-materjal li jitfi n-nirien.

.17

Il-fornituri ta’ installazzjonijiet fissi li jitfu n-nar għandhom jipprovdu deskrizzjoni tal-installazzjoni, inkluż lista tal-iċċekkjar għall-manutenzjoni, bl-Ingliż u bil-lingwa/i) uffiċjali tal-Istat tal-bandiera.

.18

Il-kwantità tal-mezz li jitfi n-nar għandha tiġi ċċekkjata tal-anqas darba fis-sena jew minn espert awtorizzat mill-Amministrazzjoni, mill-fornitur tal-installazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta.

.19

L-iċċekkjar perjodiku li jsir mill-inġinier prinċipali tal-vapur jew li jiġi organizzat mill-maniġment tal-vapur għandu jiddaħħal fir-reġisrtu li jsemmi l-iskop u l-ħin ta’ tali ċċekkjar.

.20

Tagħmir li jitfi n-nar li mhux preskritt li huwa nstallat pereżempju fi stivi għandu, fil-bini u fid-dimensjonar tiegħu, jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għat-tip ta’ installazzjoni inkwistjoni.

.21

Il-bibien kollha għall-ispazji protetti mill-installazzjoni tas-CO2 għandhom jiġu mmarkati ‘Dan l-ispazju huwa protett mill-installazzjoni tas-CO2 u għandu jiġi evakwat meta t-tagħmir tal-allarm jibda jaħdem’.

.2   Sistemi tad-diossidu tal-karbonju (R 5.2)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Għall-ispazji tal-merkanzija l-kwantità ta’ CO2 disponibbli għandha, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, tkun suffiċjenti biex tagħti volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 30 % tal-volum gross tal-akbar spazju tal-merkanzija li huwa protett b’dan il-mod fil-vapur.

Jekk hemm konnessjoni fit-toqob tal-ventilazzjoni bejn żewġ spazji tal-merkanzija jew aktar, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala spazju wieħed. F’vapuri li jintużaw għall-ġarr tal-vetturi, il-kwantità meħtieġa ta’ CO2 għandha tiġi kkalkulata bħala 45 % tal-kontenut gross kubiku tal-akbar spazju tal-merkanzija.

.1.2

Il-kwantità miġjuba ta’ diossidu tal-karbonju għall-ispazji tal-makkinarju għandha tkun biżżejjed biex tagħti volum minimu ta’ gass liberu lill-akbar mill-volumi li ġejjin, jew:

.1

40 % tal-volum gross tal-akbar spazju tal-makkinarju protett, il-volum li jeskludi dik il-parti mill-kejsing li tkun ‘il fuq mil-livell li fih l-erja orizzontali tal-kejsing hija 40 % jew anqas tal-erja orizzontali tal-ispazju kkonċernat meħud fin-nofs bejn l-għatu tat-tank u l-aktar parti baxxa tal-kejsing; jew

.2

35 % tal-volum gross tal-akbar spazju tal-makkinarju protett, inkluż il-kejsing; kemm-il darba żewġ spazji tal-makkinarju jew aktar ma jkunux mifruda totalment għandhom jiġu kkunsidrati li jiffurmaw spazju wieħed.

.2

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu l-volum tad-diossidu tal-karbonju liberu għandu jiġi kkalkulat bħala 0,56 m3/kg.

.3

Is-sistema tal-pajpijiet imwaħħla għandha tkun tali li 85 % tal-gass ikun jista’ jintrema fl-arja f’anqas minn 2 min.

.4

Mekkaniżmu tal-ħruġ tad-diossidu tal-karbonju:

.1

Għandhom jiġu pprovduti żewġ kontrolli sseparati biex iħallu d-diossidu tal-karbonju joħroġ fi spazju protett u biex jiżgura l-attivitajiet tal-allarm. Kontroll wieħed għandu jintuża biex iħalli l-gass joħroġ mit-tankijiet tal-ħżin. Għandu jintuża kontroll ieħor biex iħaddem il-valv tal-pajpijiet li jitfgħu l-gass fl-ispazju protett.

.2

Iż-żewġ kontrolli għandhom ikunu f’kaxxa tal-ħruġ li tkun identifikata b’mod ċar għall-ispazju partikolari. Jekk il-kaxxa li fiha l-kontrolli għandha tkun imsakkra, għandu jkun hemm ċavetta għall-kaxxa, ħdejn il-kaxxa, f’kontenitur tal-ħġieġ li jista’ jinfaqa’.

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-ispazji li fihom jinsabu l-batteriji CO2 ikunu rranġati b’mod xieraq fir-rigward tal-aċċess, ventilazzjoni u tagħmir tal-komunikazzjoni tagħhom. Għandha tieħu l-miżuri kollha tas-sikurezza meħtieġa dwar il-bini, installazzjoni, immarkar, mili u l-ittestjar taċ-ċilindri tas-CO2, pajpijiet u tagħmir, u għat-tagħmir tal-kontroll u tal-allarm għal tali installazzjonijiet.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.6

Is-sistemi tad-diossidu tal-karbonju għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

.7

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-ispazji li fihom jinsabu l-batteriji CO2 ikunu irranġati b’mod xieraq fir-rigward tal-aċċess, il-ventilazzjoni u t-tagħmir tal-komunikazzjoni tagħhom. Għandha tieħu l-miżuri kollha tas-sikurezza meħtieġa dwar il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-immarkar, il-mili u l-ittestjar taċ-ċilindri tas-CO2 pajpijiet u tagħmir li jeħel, u għat-tagħmir tal-kontroll u tal-allarm għal tali nstallazzjoni.

.3   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi b’fowm b’espansjoni baxxa u li jinsabu fl-ispazji tal-makkinarju (R 8)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D, LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Fejn f’kull spazju tal-makkinarju hemm imwaħħla sistema tat-tifi tan-nar fiss bil-fowm bl-espansjoni baxxa flimkien mar-rekwiżiti tar-Regolament 6, tali sistema għandha tkun kapaċi tarmi mit-toqob fissi għar-rimi f’mhux aktar minn ħames minuti kwantità ta’ fowm li tkun biżżejjed biex tkopri fond ta’ 150 mm li hija l-akbar erja waħedha li fuqha jista’ jinfirex il-karburant taż-żejt. Is-sistema għandha tkun kapaċi li tiġġenera fowm li jkun tajjeb biex jitfi n-nirien taż-żejt. Għandhom jiġu pprovduti mezzi għad-distribuzzjoni effettiva tal-fowm minn sistema permanenti tal-pajpijiet u valvijiet tal-kontroll jew viti għall-toqob tar-rimi u sabiex il-fowm jiġi direzzjonat b’mod effettiv mill-isprejers fissi fuq perikli oħra tan-nar fl-ispazju protett. Il-proporzjon tal-espansjoni tal-fowm ma għandux jaqbeż it-12 għal 1.

.2

Il-mezzi tal-kontroll ta’ kwalunkwe sistema bħal din għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u faċli biex jitħaddmu u għandhom ikunu miġbura flimkien f’anqas postijiet kemm jista’ jkun f’pożizzjonijiet li mhux probabbli jkunu maqtugħa minn nar fi spazju protett.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.3

Is-sistemi tat-tifi tan-nar fissi bil-fowm fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza tan-Nirien.

.4   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi bil-fowm b’espansjoni kbira fl-ispazji tal-makkinarju (R 9)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull sistema fissa bil-fowm b’espansjoni kbira fl-ispazji tal-makkinarju għandha tkun kapaċi li tarmi malajr mit-toqob tar-rimi kwantità ta’ fowm li tkun biżżejjed biex timla’ l-akbar żona li hija protetta b’rata ta’ mill-anqas metru (1) f’fond kull minuta. Il-kwantità ta’ likwidu li jifforma l-fowm li jkun disponibbli għandu jkun biżżejjed biex jipproduċi volum ta’ fowm li jkun ekwivalenti għal ħames darbiet il-volum tal-akbar spazju li jrid jiġi protett. Il-proporzjon tal-espansjoni tal-fowm ma għandux jaqbeż l-1 000 għal 1.

.2

It-toqob tal-provvista għad-distribuzzjoni tal-fowm, it-toqob li jiġbdu l-arja għal ġol-ġeneratur tal-fowm u l-għadd ta’ unitajiet li jipproduċu l-fowm għandhom ikunu tali li jipprovdu produzzjoni u distribuzzjoni effettiva tal-fowm.

.3

L-arranġament tat-toqob għall-forniment għall-ġeneratur tal-fowm għandu jkun tali li nar fl-ispazju protett ma jaffettwax it-tagħmir li jiġġenera l-fowm.

.4

Il-ġeneratur tal-fowm, is-sorsi tal-provvista tal-enerġija tiegħu, il-likwidu li jifforma l-fowm u l-mezzi tal-kontroll tas-sistema għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u faċli li tħaddimhom u għandhom ikunu miġbura flimkien f’mill-anqas postijiet daqs kemm hu possibbli f’pożizzjonijiet li mhux probabbli jkunu maqtugħa minn nar fi spazju protett.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.5

Is-sistemi tat-tifi tan-nar fissi bil-fowm bl-espansjoni għolja fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

.5   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi li jisparaw l-ilma bil-pressjoni fissa fl-ispazji tal-makkinarju (R 10)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull sistema tat-tifi tan-nar fissa li tispara l-ilma bil-pressjoni li tkun meħtieġa fl-ispazji tal-makkinarju għandha tiġi pprovduta b’żennuna tat-tip approvat.

.2

L-għadd u l-arranġament taż-żennuni għandu jkun tali li jiżgura distribuzzjoni medja li effettiva tal-ilma ta’ mill-anqas 5 litri/m2 kull minuta fl-ispazji li jridu jiġu mħarsa. Jistgħu jiġu kkunsidrati rati tal-applikazzjoni miżjuda għal żoni partikolari li jkunu ta’ periklu. Għandhom jitwaħħlu żennuni fuq is-sentini, għotjien tat-tankijiet u żoni oħra li fuqhom il-karburant taż-żejt jista’ jinfirex kif ukoll fuq perikli oħra tan-nar speċifiċi fl-ispazji tal-makkinarju.

.3

Is-sistema tista’ tinqasam f’sezzjonijiet, li l-valvijiet tad-distribuzzjoni tagħhom għandhom jitħaddmu minn pożizzjoni li jkunu aċċessibbli b’mod faċli ‘l barra mill-ispazji li jridu jiġu protetti u li ma jinqatgħux mill-ewwel fil-każ ta’ nirien fl-ispazju protett.

.4

Is-sistema għandha tinżamm iċċarġjata bil-pressjoni meħtieġa u l-pompa li tipprovdi l-ilma għas-sistema għandha tiġi attivata awtomatikament minn tnaqqis fil-pressjoni fis-sistema.

.5

Il-pompa għandha tkun kapaċi li fl-istess ħin tforni bil-pressjoni meħtieġa s-sezzjonijiet kollha tas-sistema f’kull kompartiment li jkun meħtieġ li jiġi mħares. Il-pompa u l-kontrolli tagħha għandhom jiġu installati barra l-ispazju jew spazji li jridu jiġu mħarsa. Ma għandux ikun possibbli għal nar fl-ispazju jew spazji mħarsa mis-sistema li tispara l-ilma li jwaqqaf it-tħaddim tas-sistema.

.6

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat li ż-żennuni jinstaddu b’impuritajiet fl-ilma jew bis-sadid tal-pajpijiet, taż-żennuni, tal-valvijiet u tal-pompa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.7

Il-pompa tista’ titħaddem minn makkinarju indipendenti għall-kombustjoni interna iżda, jekk tkun tiddependi fuq enerġija li tiġi fornuta mill-ġeneratur tal-emerġenza mwaħħal f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Parti D tal-Kapitolu II-1, dak il-ġeneratur għandu jiġi rranġat b’dan il-mod sabiex jaqbad awtomatikament fil-każ ta’ qtugħ ta’ enerġija fil-mejn sabiex l-enerġija għall-pompa meħtieġa skont il-paragrafu 5 tkun disponibbli minnufih. Meta l-pompa titħaddem minn makkinarju indipendenti bil-kombustjoni interna, din għandha tkun f’post li nar fl-ispazju protett ma jaffettwax il-provvista tal-arja fil-makkinarju.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.8

Is-sistemi tat-tifi tan-nar li jisparaw l-ilma b’rata fissa fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

5.   Estinturi tan-nar li li jistgħu jinġarru (R 6)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-estinturi kollha għandhom ikunu tat-tipi u disinni approvati.

.2

Il-kapaċità tal-estinturi fluwidi li jistgħu jinġarru ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 13,5 litru u mhux anqas minn 9 litri. Estinturi oħra għandhom tal-anqas ikunu jistgħu jinġarru bħall-estintur fluwidu ta’ 13,5 litru u għandu jkollhom kapaċità li jitfu n-nirien li tkun tal-anqas ekwivalenti għal dik ta’ estintur fluwidu ta’ 9 litri.

.3

Għandhom jinġarru kariki ta’ riserva għal 50 % tat-total ta’ kull tip ta estintur fuq il-vapur. Estintur ieħor tal-istess tip huwa karika ta’ riserva għal estintur li ma jistax jiġi ċċarġjat mill-ġdid malajr abbord.

.4

Ġeneralment, estinturi tas-CO2 li jistgħu jinġarru ma għandhomx jinsabu fl-ispazji tal-akkomodazzjoni. Fejn tali estinturi jkunu pprovduti fi kmamar tar-radju, fl-iswiċċbords u f’pożizzjonijiet oħra bħal dawn, il-volum ta’ kull spazju li jkun fih estintur wieħed jew aktar għandu jkun tali li jillimita l-konċentrazzjoni tal-fwar li jista’ jseħħ minħabba rilaxx għal mhux aktar minn 5 % tal-volum nett tal-ispazju għall-iskop ta’ dan ir-Regolament. Il-volum tas-CO2 għandu jiġi kkalkulat bħala 0,56 m3/kg.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.5

Estinturi li jistgħu jinġarru għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

.6

Estinturi tad-diossidu tal-karbonju ma għandhomx jitpoġġew fi spazji tal-akkomodazzjoni. Għandhom jiġu pprovduti estinturi fi stazzjonijiet tal-kontroll u fi spazji oħra li jkun fihom tagħmir elettriku jew elettroniku jew tagħmir li huwa meħtieġ għas-sikurezza tal-vapur, li l-materjal tat-tifi tan-nar tagħhom ma jkunx konduttiv għall-elettriku jew ta’ ħsara għat-tagħmir u għall-apparat.

.7

L-estinturi għandhom jitpoġġew lesti biex jintużaw f’postijiet li jidhru faċilment, li jintlaħqu malajr u b’faċilità f’kull ħin f’każ ta’ nirien u b’tali mod li t-tul ta’ żmien ta’ kemm idumu jservu ma jiġix imfixkel mit-temp, mill-vibrazzjonijiet jew minn fatturi oħra esterni. Għandhom jiġu pprovduti estinturi li jistgħu jinġarru b’mezzi li jindikaw jekk intużawx.

.8

Għandhom jiġu pprovduti kariki ta’ riserva għal 100 % tal-ewwel 10 estinturi u 50 % tal-estinturi li jibqa’ li jkunu jistgħu jerġgħu jiġu ċċarġjati fuq il-vapur.

.9

Għall-estinturi li ma jistgħux jiġi ċċarġjati mill-ġdid abbord, għandhom jiġu pprovduti estinturi li jistgħu jinġarru addizzjonali tal-istess kwantità, tip, kapaċità u għadd bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 13 hawn taħt minflok kariki ta’ riserva.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.10

Estinturi li fihom materjal għat-tifi tan-nar li jew waħdu jew taħt il-kundizzjonijiet mistennija għall-użu gassijiet tossiċi f’tali kwantitajiet li jipperikolaw il-persuni u jirrilaxxa gassijiet li huma ta’ ħsara għall-ambjent ma għandhomx ikunu permessi.

.11

L-estinturi għandhom ikunu adegwati biex jitfu n-nirien li jista’ jkun hemm fil-viċinanza ta’ fejn jinsab l-estintur.

.12

Wieħed mill-estinturi li jistgħu jinġarru li jkun maħsub biex jintuża fi kwalunkwe spazju għandu jkun ħdejn id-daħla ta’ dak l-ispazju.

.13

L-għadd minimu ta’ estinturi għandu jkun kif ġej:

.1

fi spazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz:

l-estinturi għandhom ikunu b’tali mod li l-ebda punt fl-ispazju ma jkun iktar minn 10 metri ta’ distanza bil-mixi minn estintur;

.2

estintur li huwa tajjeb biex jintuża f’żoni b’vultaġġ għoli għandu jkun fil-qrib ta’ pannell elettriku jew subpannell li għandu enerġija ta’ 20 kW jew aktar;

.3

fil-kċejjen l-estinturi għandhom ikunu f’punt li qatt ma jkun aktar minn 10 metri mixi ‘il bogħod mill-estintur;

.4

għandu jkun hemm estintur qrib il-kmamar tal-ħżin li fihom kabinetti taż-żebgħa li jissakkru li jkollhom prodotti li jieħdu n-nar malajr;

.5

għandu jkun hemm tal-anqas estintur wieħed fuq il-pont tan-navigazzjoni u f’kull stazzjon tal-kontroll.

.14

L-estinturi li jistgħu jinġarru li jiġu pprovduti għall-użu fi spazji tal-akkomodazzjoni jew tas-servizz għandhom sa fejn ikun prattiku jkollhom metodu uniformi tat-tħaddim.

.15

Spezzjoni perjodika tal-estinturi:

l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-estinturi li jistgħu jinġarru għandhom jiġu spezzjonati perjodikament, ittestjati għal kif jiffunzjonaw u ttestjati għall-pressjoni.

6.   Arranġamenti għat-tifi tan-nar fi spazji tal-makkinarju (R 7)

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A għandhom jiġu pprovduti bi:

F’VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

.1

kull waħda mis-sistemi fissi tat-tifi tan-nar li ġejjin:.

.1

sistema ta’ gass li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafi 1 u 2 tar-Regolament II-2/A/4, jew sistema bbażata fuq l-ilma ekwivalenti, li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-IMO MSC/Circ 1165 kif emendata, li tqis id-data tal-bini tal-vapur;

.2

sistema ta’ fowm li jespandi ħafna li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafu 4 tar-Regolament II-2/A/4, li tikkunsidra d-data tal-bini tal-vapur;

.3

sistema li tispara l-ilma bi pressjoni li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafu 5 tar-Regolament II-2/A/4, li tikkunsidra d-data tal-bini tal-vapur.

.2

tal-anqas sett wieħed tat-tagħmir tal-fowm bl-arja li jista’ jinġarr li jkollu żennuna tal-fowm bl-arja tat-tip tal-induzzjoni li tkun tista’ titqabbad mal-mejn tan-nar minn manka tat-tifi tan-nar, flimkien ma’ tank li jista’ jinġarr li fih tal-anqas 20 litru ta’ likwidu li jagħmel il-fowm u tank wieħed ta’ riserva. Iż-żennuna għandha tkun kapaċi tipproduċi fowm effettivi li jkun kapaċi jitfi nar taż-żejt, b’rata ta’ mill-anqas 1,5 m3 kull min.

.3

F’kull spazju tali, għandu jkun hemm estintur approvat tat-tip tal-fowm, kull wieħed ta’ kapaċità ta’mill-anqas 45 litru, jew l-ekwivalenti, li jkun biżżejjed fl-għadd biex iħalli l-fowm jew l-ekwivalent tiegħu jiġu diretti fuq kull parti mill-karburant u sistemi tal-lubrikazzjoni taż-żejt bil-pressjoni, iggerjar u perikli oħra tan-nar. Barra minn dan, għandhom jiġu pprovduti għadd biżżejjed ta’ estinturi tal-fowm li jistgħu jinġarru jew l-ekwivalenti li għandhom jitpoġġew f’post sabiex fl-ebda punt fl-ispazju ma jkun ta’ aktar minn 10 metri bogħod bil-mixi minn estintur u li jkun hemm tal-anqas żewġ estinturi minnhom f’kull spazju bħal dan.

F’VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TA’ ANQAS MINN 24 METRU TUL U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.4

waħda mis-sistemi tat-tifi tan-nar fissi speċifikati fil-paragrafu 1 hawn fuq, kif ukoll f’kull spazju li fih magni tal-kombustjoni interna, jew tankijiet fejn joqgħod il-karburant taż-żejt jew unitajiet tal-karburant taż-żejt, estintur wieħed tal-fowm ta’ kapaċità ta’ mill-anqas 45 litru jew ekwivalenti ta’ kwantità suffiċjenti biex il-fowm jew l-ekwivalenti tiegħu ikun iddirezzjonat fuq kull parti mis-sistemi tal-pressjoni tal-karburant u taż-żejt lubrikanti, gerijiet u perikli oħra tan-nirien, u

.5

estintur wieħed li jista’ jinġarr li jkun adattat biex jitfi nirien taż-żejt għal kull 746 kW jew parti minnhom għal tali makkinarju; kemm-il darba mhux anqas minn żewġ estinturi u mhux aktar minn sitt estinturi bħalu għandhom ikunu meħtieġa f’kull spazju tali.

Huwa permess l-użu ta’ sistema tal-fowm bl-espansjoni baxxa minflok ftit minn sitt estinturi li jistgħu jinġarru meħtieġa skont dan ir-Regolament.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TA’ TUL TA’ 24 METRU U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B JEW AKTAR:

.6

Kull spazju tal-makkinarju għandu jkun ipprovdut b’żewġ applikaturi ta’ tirxix fin tal-ilma fl-arja adattati li jkunu jikkonsistu f’pajp tal-metall forma ta’ L, bil-parti t-twila ta’ tul ta’ xi 2 metri, li tkun tista’ teħel ma’ manka tat-tifi tan-nar, u il-parti l-qasira tkun xi 250 mm twila u mwaħħla ma’ żennuna tat-tirxix fin tal-ilma jew li tkun tista’ teħel ma’ żennuna li tferrex l-ilma.

F’VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.7

Meta ż-żejt imsaħħan jintuża bħala materjal li jsaħħan, jista’ wkoll ikun meħtieġ ma’ dan, li l-kmamar tal-bojlers jkunu mgħammra b’tagħmir li jkun installat b’mod permanenti jew tagħmir li jista’ jinġarr għas-sistemi lokali għall-isparar tal-ġett tal-ilma taħt pressjoni jew għall-firxa tal-fowm ‘l fuq mill-art jew taħt l-art bl-iskop li jintefa n-nar.

F’VAPURI TAL-KLASSI ĠDIDA B, C U D, LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA, TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR; U VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003, ĊĊERTIFKATI LI JĠORRU AKTAR MINN 400 PASSIĠĠIER U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B ĊĊERTIFIKATI LI JĠORRU AKTAR MINN 400 PASSIĠĠIER:

.8

.1

Spazji tal-makkinarju tal-kategorija A ta’ volum ‘l fuq minn 500 m3 għandhom, minn barra s-sistema ta’ estinzjoni tan-nar fissa meħtieġa skont dan ir-Regolament, ikunu protetti minn sistema tat-tifi tan-nar fissa u bbażata fuq l-ilma jew applikazzjoni ekwivalenti lokali approvata, bbażata fuq il-linji gwida fl-IMO MSC/Circ.913 ‘Guidelines for the approval of fixed water-based local application fire-fighting systems for use in category A machinery spaces’. (Linji Gwida għall approvazzjoni ta’ sistemi fissi tat-tifi tan-nar bbażati fuq l-ilma b’applikazzjoni lokali għall-użu fl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A)[Titlu mhux uffiċjali]

Fil-każijiet ta’ spazji tal-makkinarju li perjodikament ma jkollhomx nies magħhom, is-sistema tat-tifi tan-nar għandha jkollha kemm kapaċitajiet għar-rilaxx awtomatiku kif ukoll għal dak manwali. Fil-każ ta’ spazji tal-makkinarju li jkollhom in-nies magħhom kontinwament, huwa meħtieġ li s-sistema tat-tifi tan-nar ikollha kapaċità tar-rilaxx b’mod manwali.

.2

Sistemi tat-tifi tan-nar lokali fissi għandhom jipproteġu żoni bħal dawn li ġejjin mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ tifi tal-magna, evakwazzjoni tal-persunal jew issiġillar tal-ispazji:

.1

il-partijiet tal-makkinarju bil-kombustjoni interna użat għall-propulsjoni prinċipali tal-vapur u għall-ġenerazzjoni tal-enerġija li huma perikolużi f’każ ta’ nar

.2

in-naħa ta’ quddiem tal-bojlers,

.3

il-porzjonijiet tal-inċineraturi li huma perikolużi f’każ ta’ nar u

.4

il-purifikaturi għall-karburant taż-żejt imsaħħan.

.3

L-attivazzjoni ta’ kull sistema lokali tal-applikazzjoni għandha tagħti allarm li jidher u li jinstema’ fl-ispazju protett u fi stazzjonijiet li kontinwament ikollhom in-nies magħhom. L-allarm għandu jindika s-sistema speċifika li ġiet attivata. Ir-rekwiżiti tas-sistema tal-allarm deskritta f’dan il-paragrafu huma b’żieda għal u mhux sostituzzjoni għas-sistemi tal-allarm u tal-individwazzjoni tan-nirien meħtieġa imkien ieħor f’dan il-kapitolu.

7.   Arranġamenti speċjali fi spazji tal-makkinarju (R 11)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-għadd ta’ tamboċċi, bibien, ventilaturi, fetħiet f’imbiebet biex iħallu l-ventilazzjoni tad-duħħan u fetħiet oħra fl-ispazju tal-makkinarju għandu jiġi mnaqqas għal minimu li jkun konsistenti mar-rekwiżiti tal-ventilazzjoni u t-tħaddim kif suppost u sikur tal-vapur.

.2

It-tamboċċi għandhom ikunu tal-azzar u ma għandux ikollhom pannelli tal-ħġieġ. Għandhom isiru arranġamenti speċjali biex jippermettu l-ħruġ tad-duħħan fil-każ ta’ nirien, mill-ispazju li jrid jiġi mħares.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.3

Bibien għajr bibien impermeabbli li jaħdmu bl-enerġija, għandhom ikunu rranġati tali li l-għeluq pożittiv ikun żgurat fil-każ ta’ nar fl-ispazju, minn arranġamenti li jagħlqu li jaħdmu bl-enerġija jew bil-provvediment ta’ bibien li jingħalqu kontra inklinazzjoni ta’ 3.5° li topponi l-għeluq u li jkollhom faċilità li żżomm lura u li ma tfallix, ipprovduta b’mezz li jirrilaxxa li jitħaddem mill-bogħod.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.4

Ma għandhomx jitwaħħlu twieqi fil-konfini tal-ispazju tal-makkinarju. Dan ma jipprekludix l-użu tal-ħġieġ fil-kmamar tal-kontroll fl-ispazji tal-makkinarju.

.5

Mezzi tal-kontroll għandhom jiġu pprovduti għal:

.1

għall-ftuħ u l-għeluq ta’ tamboċċi, għeluq tal-fetħiet fl-imbiebet li normalment iħallu l-ventilazzjoni tal-egżost, u l-għeluq tal-barrieri tal-ventilaturi;

.2

għall-ħruġ tad-duħħan;

.3

għall-bibien li jagħlqu li jaħdmu bl-enerġija jew mekkaniżmu tal-ħruġ li jattwa fuq bibien li għajr dawk impermeabbli li jaħdmu bl-enerġija;

.4

għat-twaqqif tal-fannijiet; u

.5

għat-twaqqif ta’ fannijiet għall-kurrenti tal-arja sfurzati jew attivati, pompi li jittrasferixxu l-karburant taż-żejt, pompi tal-unità tal-karburant taż-żejt u pompi oħra simili tal-karburant. Pompi simili tal-karburanti għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, jiġiferi pompi tas-servizz li jillubrikaw iż-żejt, pompi li jiċċirkolaw iż-żejt termali u separaturi taż-żejt. Madanakollu l-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament ma hemmx bżonn japplika għas-seperaturi tal-ilma żejtni.

.6

Il-kontrolli meħtieġa fil-paragrafu 5 u fir-Regolament II-2/A/10.2.5 għandhom ikunu barra l-ispazju kkonċernat, fejn ma jinqatgħux fil-każ ta’ nirien fl-ispazju li jservu. Tali kontrolli u l-kontrolli għal kull sistema tat-tifi tan-nar għandha tkun f’pożizzjoni tal-kontroll waħda jew miġbura fl-anqas pożizzjonijiet possibbli. Tali pożizzjonijiet għandu jkollhom aċċess sikur għalihom mill-gverta miftuħa.

.7

Meta l-aċċess għal kwalunkwe spazju tal-makkinarju ta’ kategorija A huwa pprovdut f’livell baxx minn mina tax-xaft li tkun maġenbu, għandu jiġi pprovdut fil-mina tax-xaft, ħdejn il-bieb impermeabbli, bieb ħafif tal-azzar li jipproteġi kontra n-nirien li jista’ jitħaddem minn kull naħa.

8.   Tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, sistemi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm (R 12)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull sistema awtomatika li tferrex l-ilma, sistema ta’ individwazzjoni tan-nar u tal-allarm għandhom ikunu kapaċi jaħdmu immedjatament f’kull ħin u l-ebda azzjoni mill-ekwipaġġ neċessarja biex tħaddimha. Għandha tkun tat-tip tal-pajp imxarrab iżda sezzjonijiet żgħar esposti jistgħu jkunu tat-tip tal-pajp niexef fejn din tkun prekawzjoni neċessarja. Kull parti mis-sistema li tista’ tkun soġġetta għat-temperaturi ta’ ffriżar matul is-servizz għandha tiġi mħarsa b’mod xieraq kontra l-iffriżar. Għandha tinżamm karikata bil-pressjoni meħtieġa u għandu jkollha provvediment għall-provvista kontinwa tal-ilma kif meħtieġ skont dan ir-Regolament.

.2

Kull taqsima tat-tagħmir li jferrex l-ilma għandha tinkludi mezzi li jagħtu sinjal tal-allarm viżiv u li jinstema’ awtomatikament u f’unità tal-indikazzjoni waħda jew aktar kull meta bexxiexa tibda’ taħdem. Tali unitajiet għandhom jindikaw f’liema taqsima li għandha s-sistema jkun hemm nirien u għandhom ikunu ċċentralizzati fuq il-pont tan-navigazzjoni, kif ukoll, allarmi li jidhru u li jinstemgħu mill-unità għandhom jitpoġġew f’pożizzjoni li ma tkunx fuq il-pont tan-navigazzjoni sabiex tiżgura li l-indikazzjoni tan-nirien titwassal minnufih lill-ekwipaġġ. Is-sistema tal-allarm għandha tkun tali li tindika jekk hemmx ħsara fis-sistema.

.3

Il-bexxixiet għandhom jinġabru fi gruppi separati, u kull grupp m’għandux ikun fih aktar minn 200 bexxiexa. Kull taqsima tal-bexxixiet ma għandhiex isservi aktar minn żewġ gverti u ma għandhiex tkun f’aktar minn żona waħda prinċipali vertikali, sakemm ma jintweriex li l-arranġamenti ma’ taqsima tal-bexxixiet li sservi aktar minn żewġ sezzjonijiet jew tkun f’aktar minn żona waħda prinċipali vertikali ma’ tnaqqasx il-protezzjoni tal-vapur kontra n-nirien.

.4

Kull taqsima tal-bexxixiet għandha tkun tista’ tiġi iżolata minn valv wieħed biss li jwaqqaf. Il-valv li jwaqqaf f’kull taqsima għandu jkun aċċessibbli mill-ewwel u għandu jkun indikat b’mod ċar u permanenti fejn jinsab dan il-valv. Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jevitaw li l-valvijiet li jwaqqfu jitħaddmu minn kwalunkwe persuna mhux awtorizzata.

.5

Għandu jiġi pprovdut gejġ li jindika l-pressjoni fis-sistema f’kull valv li jwaqqaf it-taqsima u fi stazzjon ċentrali.

.6

Il-bexxixiet għandhom ikunu reżistenti għas-sadid mill-atmosfera tal-baħar. Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz il-bexxixiet għandhom jibdew jaħdmu f’temperatura li tvarja minn 68 sa 79 °C, ħlief li f’postijiet bħall-kmamar tat-tnixxif, fejn huma mistennija temperaturi ambjentali għoljin, it-temperatura tat-tħaddim tista’ tiżdied b’mhux aktar minn 30 °C ‘il fuq mit-temperatura massima fuq quddiem tal-gverta.

.7

Għandha tintwera lista jew pjanta f’kull unità tal-indikazzjoni li turi l-ispazji koperti u fejn tinsab iż-żona fir-rigward ta’ kull taqsima. Għandhom ikunu disponibbli struzzjonijiet xierqa għall-ittestjar u l-manutenzjoni.

.8

Bexxixiet għandhom jitwaħħlu f’pożizzjoni ‘l fuq mill-irjus u bi spazju bejniethom f’disinn xieraq biex tinżamm rata tal-applikazzjoni ta’ mhux anqas minn 5 litri/m2 kull minuta fuq iż-żona nominali koperta mill-bexxixiet.

Il-bexxixiet għandhom jitpoġġew kemm jista’ jkun lil hinn mit-travi jew affarijiet oħra li jtellfu l-proġettazzjonijiet tal-ilma u f’tali pożizzjonijiet li l-materjal li jieħu n-nar fl-ispazju jixxarrab sew.

.9

Għandu jiġi pprovdut tank tal-pressjoni li jkollu volum ugwali għal mill-inqas darbtejn dak tal-ħruġ tal-ilma speċifikat f’dan il-paragrafu. It-tank għandu jkun fih livell fiss ta’ ilma frisk, ekwivalenti għall-ammont tal-ilma li kieku joħroġ f’minuta waħda mill-pompa li għaliha saret referenza fil-paragrafu 12, u l-arranġamenti għandhom jipprovdu għaż-żamma tal-pressjoni tal-arja fit-tank sabiex ikun żgurat li fejn ikun intuża livell fiss ta’ ilma ħelu fit-tank il-pressjoni ma tkunx anqas mill-pressjoni tat-tħaddim tat-tagħmir li jxerred l-ilma, flimkien mal-pressjoni li toħroġ minn massa ta’ ilma mkejla mill-qiegħ tat-tank sal-ogħla bexxiexa fis-sistema. Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa biex jimlew mill-ġdid l-arja taħt pressjoni u biex jimlew il-livell tal-ilma frisk fit-tank. Għandu jiġi pprovdut gejġ tal-ħġieġ li jkejjel il-livell korrett tal-ilma fit-tank.

.10

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jevitaw li jgħaddi l-ilma baħar għal ġot-tank. It-tank tal-pressjoni għandu jitwaħħallu valv ta’ sikurezza effiċjenti u gejġ li jkejjel il-pressjoni. Għandhom jiġu pprovduti valvijiet li jwaqqfu jew vitien f’kull waħda mill-konnessjonijiet tal-gejġ li jkejjel.

.11

Għandha tiġi pprovduta pompa indipendenti tal-enerġija għar-raġuni biss li jitkompla awtomatikament il-ħruġ tal-ilma mill-bexxixiet. Il-pompa għandha titħaddem awtomatikament minn waqgħa fil-pressjoni tas-sistema qabel jintuża kompletament l-ammont tal-livell fiss tal-ilma frisk fit-tank tal-pressjoni.

.12

Is-sistema tal-pompa u tal-pajpijiet għandhom ikunu kapaċi jżommu l-pressjoni meħtieġa fil-livell tal-ogħla bexxiexa biex jiżguraw ħruġ kontinwu ta’ ilma li jkun biżżejjed għall-kopertura simultanja ta’ erja minima ta’ 280 m2 bir-rata tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu.8. Għall-vapuri ġodda tal-klassijiet C u D ta’ anqas minn 40 metru fit-tul b’erja totali protetta ta’ anqas minn 280m2, l-Amministrazzjoni tista’ tispeċifika l-erja adattata għad-daqs tal-pompi u għall-komponenti alternattivi tal-provvista.

.13

Il-pompa għandu jkollha mwaħħal magħha fuq in-naħa tal-konsenja valv ta’ prova b’pajp tar-rimi qasir bit-truf miftuħa. Iż-żona effettiva mill-valv u mill-pajp għandha tkun xierqa biex tippermetti l-ħruġ tal-produzzjoni tal-pompa filwaqt li tinżamm il-pressjoni fis-sistema msemmija fil-paragrafu 9.

.14

Id-daħla mill-baħar għall-pompa għandha fejn ikun possibbli tkun fl-ispazju li fih il-pompa u għandha tkun irranġata b’tali mod li meta l-vapur ikun fil-wiċċ tal-ilma ma jkunx hemm bżonn li tingħalaq il-provvista ta’ ilma baħar għall-pompa għal kwalunkwe raġuni ħlief l-ispezzjoni jew it-tiswija tal-pompa.

.15

Il-pompa tal-bexxiexa u t-tank għandhom ikunu f’pożizzjoni li tkun raġonevolment ‘il bogħod minn kull spazju tal-makkinarju u ma għandhomx ikunu f’xi spazju li huwa meħtieġ li jkun protett mis-sistema tal-bexxiexa.

.16

Għandu jkun hemm mhux anqas minn żewġ sorsi ta’ provvista tal-ilma għall-pompa tal-ilma baħar u l-allarm awtomatiku u s-sistema tal-individwazzjoni. Fejn is-sorsi tal-enerġija għall-pompa jkunu elettriċi, dawn għandhom ikunu ġeneratur prinċipali u sors ta’ enerġija ta’ emerġenza. Provvista waħda għall-pompa għandha tittieħed mill-iswiċċbord prinċipali, u waħda mill-iswiċċbord tal-emerġenza minn fornituri separati li jipprovdu għal dik ir-raġuni. Il-fornituri għandhom jiġu rranġati b’tali mod li jiġu evitati l-kċejjen, l-ispazji tal-makkinarju u spazji oħra magħluqa li għandhom riskju qawwi li jieħdu n-nar ħlief sa fejn ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-iswiċċbords adattati, u għandhom jitħaddmu fuq kull swiċċ li jaqleb b’mod awtomatiku li jkun jinsab ħdejn il-pompa li tferrex l-ilma. Dan is-swiċċ għandu jippermetti l-provvista tal-enerġija mill-iswiċċbord prinċipali sakemm ikun hemm provvista disponibbli minn hemm, u li jkun iddisinjat b’tali mod li malli jkun hemm ħsara f’dik il-provvista jaqleb immedjatament għall-provvista mill-iswiċċbord tal-emerġenza. Is-swiċċijiet fuq l-iswiċċbord prinċipali u l-iswiċċbord tal-emerġenza għandu jkollhom tikketta ċara u li normalment tinżamm magħluqa. Ma għandu jiġi permess l-ebda swiċċ ieħor fil-feeders ikkonċernati. Wieħed mis-sorsi tal-provvista tal-enerġija għas-sistema tal-allarm u tal-individwazzjoni għandu jkun sors tal-emerġenza. Fejn wieħed mis-sorsi tal-enerġija għall-pompa ikun magna tal-kombustjoni interna għandu, barra milli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 15, ikun f’post fejn nirien fi spazju protett ma jaffettwax il-provvista tal-arja għall-makkinarju.

.17

Is-sistema tat-tferrix tal-ilma għandu jkollha konnessjoni mill-mejn tan-nar tal-vapur permezz ta’ valv li ma jirritornax li jintrabat ‘l isfel u li jista’ jissakkar fil-konnessjoni li ma tħallix fluss b’lura mis-sistema tat-tferrix tal-ilma għall-mejn tan-nar.

.18

Għandu jiġi pprovdut valv tal-ittestjar biex jittestja l-allarm awomatiku għal kull sezzjoni ta’ bexxixiet minn ħruġ tal-ilma ekwivalenti għat-tħaddim ta’ bexxiexa waħda. Il-valv tal-ittestjar għal kull sezzjoni għandu jkun ħdejn il-valv li jwaqqaf għal dik it-taqsima.

.19

Għandhom jiġu pprovduti mezzi għat-tħaddim awtomatiku tal-pompa fuq tnaqqis tal-pressjoni fis-sistema.

.20

Għandhom jiġu pprovduti swiċċijiet f’waħda mill-pożizzjonijiet li jindikaw msemmija fil-paragrafu 2 li jħallu l-allarm u l-indikaturi ta’ kull taqsima ta’ bexxixiet jiġu ttestjati.

.21

Għandhom jiġu pprovduti tal-anqas 6 irjus żejda ta’ bexxixiet għal kull taqsima.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.22

It-tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, is-sistemi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien għandhom ikunu ta’ tip approvat, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sistema tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

.23

Għall-vapuri ġodda tal-klassi C u D ta’ anqas minn 40 metru f’tul b’erja totali protetta ta’ anqas minn 280 m2 l-Amministrazzjoni tista’ tispeċifika l-erja addattata għad-daqs tal-pompi u għall-komponenti alternattivi tal-provvista.

9.   Sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u sistemi tal-allarm tan-nirien (R 13)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Ġenerali

.1

Kwalunkwe sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u sistemi tal-allarm tan-nirien b’punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment għandha tkun kapaċi titħaddem f’kull ħin.

.2

Il-provvisti tal-enerġija u ċ-ċirkwiti elettriċi meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema għandhom jiġu mmonitorjati għat-telf tal-enerġija jew għall-kundizzjonijiet tal-ħsara kif ikun xieraq. Fil-każ ta’ ħsara għandu jixgħel sinjal tal-ħsara li jidher u li jinstema’ fil-pannell tal-kontroll li għandu jkun differenti minn sinjal li hemm nirien.

.3

Għandu jkun hemm mhux anqas minn żewġ sorsi ta’ provvista tal-enerġija għat-tagħmir elettriku użat fit-tħaddim tas-sistemi tal-individwazzjoni u tal-allarm tan-nirien, li waħda minnhom tista’ tkun sors tal-emerġenza. Il-provvista għandha tiġi pprovduta b’tagħmir separat li jagħti li huwa rriservat biss għal dik ir-raġuni. Tali ċirkwiti għandhom jaslu sa swiċċ awtomatiku li jibdel li jkun jinsab fil-pannell tal-kontroll għas-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien jew maġenbu.

.4

L-individwaturi u l-punti tal-ajjut li jaħdmu manwalment għandhom jiġu miġbura f’taqsimiet. L-attivazzjoni ta’ kull individwatur jew punt tal-ajjut li jaħdmu manwalment għandhom jibdew sinjal ta’ nar viżiv u li jinstema’ fil-pannell tal-kontroll u fl-unitajiet li jindikaw. Jekk is-sinjali ma jkunux ġew innutati f’2 minuti għandu jinstema’ awtomatikament allarm fl-akkomodazzjoni tal-ekwipaġġ u fl-ispazji tas-servizz, fl-istazzjonijiet tal-kontroll u fl-ispazju tal-makkinarju. Din is-sistema li ssemma l-allarm ma hemmx bżonn tkun parti integrali mis-sistema tal-individwazzjoni.

.5

Il-pannell tal-kontroll għandu jinsab fuq il-pont tan-navigazzjoni jew fl-istazzjon tal-kontroll tan-nirien prinċipali.

.6

L-unitajiet li jindikaw għandhom, bħala minimu, isemmu s-sezzjoni li fiha tħaddem id-individwatur jew il-punt tal-ajjut li jitħaddem manwalment. Tal-anqas unità waħda għandha tinsab f’post fejn tkun tista’ tintlaħaq faċilment fil-ħinijiet kollha mill-membri tal-ekwipaġġ responsabbli, meta jkunu fuq il-baħar jew fil-port, ħlief meta l-vapur ma jkunx attiv. Unità waħda tal-indikazzjoni għandha tinsab fuq il-pont tan-navigazzjoni jekk il-pannell tal-kontroll jinsab fl-istazzjon tal-kontroll tan-nirien prinċipali.

.7

Għandha tintwera informazzjoni ċara fuq jew maġenb kull unità tal-indikazzjoni dwar l-ispazji koperti u fejn ikunu jinsabu dawn is-sezzjonijiet.

.8

Fejn is-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien ma tinkludix mezz li jidentifika mill-bogħod kull individwatur individwalment, l-ebda taqsima li tkopri aktar minn gverta waħda fl-akkomodazzjoni, stazzjonijiet tas-servizz u tal-kontroll, ma għandha normalment tiġi permessa ħlief taqsima li tkopri taraġ magħluq. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm dewmien biex jiġi identifikat is-sors tan-nar, l-għadd ta’ spazji magħluqa inklużi f’kull taqsima għandu jkun limitat kif jiġi stabbilit mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Fl-ebda każ ma għandhom ikunu permessi aktar minn 50 spazju magħluq f’kull taqsima. Jekk is-sistema tal-individwazzjoni tkun mgħammra b’individwaturi tan-nar li jkun identifikabbli individwalment, is-sezzjonijiet jistgħu jkopru diversi gverti u jservu kull għadd ta’ spazji magħluqa.

.9

Jekk ma jkunx hemm sistema tal-individwazzjoni tan-nirien li tkun kapaċi li mill-bogħod u individwalment tidentifika kull individwatur, taqsima ta’ individwaturi ma għandhiex isservi spazji fuq iż-żewġ naħat tal-vapur u lanqas tkun fuq aktar minn gverta waħda u lanqas ma għandha tinsab f’aktar minn żona vertikali waħda prinċipali ħlief li l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, jekk tkun sodisfatta li l-protezzjoni tal-vapur kontra n-nirien ma tkunx b’hekk imnaqqsa, tista’ tippermetti kull tali taqsima tad-individwaturi biex isservi ż-żewġ naħat tal-vapur u aktar minn gverta waħda. F’vapuri mgħammra b’individwaturi tan-nar li jkunu identifikabbli individwalment, taqsima tista’ sservi spazji fuq iż-żewġ naħat tal-vapur u fuq diversi gverti iżda ma tistax tinsab f’aktar minn żona waħda vertikali prinċipali.

.10

Taqsima tad-individwaturi tan-nar li tkopri stazzjon ta’ kontroll, spazju tas-servizz jew spazju tal-akkomodazzjoni ma għandhiex tinkludi spazju tal-makkinarju.

.11

L-individwaturi għandhom jitħaddmu bis-sħana, duħħan jew prodotti oħra tal-kombustjoni, fjamma jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-fatturi. Individwaturi mħaddma minn fatturi oħra li jindikaw nirien inċipjenti (bidu ta’ nar) jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera jekk kemm-il darba ma jkunux anqas sensittivi mit-tali apparat ta’ individwazzjoni. Individwaturi tal-fjammi għandhom jintużaw biss flimkien ma’ tagħmir li jindividwa d-duħħan jew is-sħana.

.12

Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet xierqa u partijiet żejda tal-komponenti għall-ittestjar u l-manutenzjoni.

.13

Il-funzjoni tas-sistema ta’ individwazzjoni għandha tiġi ttestjata perjodikament għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera permezz ta’ tagħmir li jipproduċi arja sħuna fit-temperatura xierqa, jew partiċelli aerosol jew duħħan li għandu firxa xierqa ta’ densità jew daqs tal-partiċelli, jew fenomeni oħra assoċjati man-nirien inċipjenti li għalihom huwa ddisinjat li jirrispondi l-individwatur.

Kull individwatur għandu jkun ta’ tip li jkun jista’ jiġi ttestjat għat-tħaddim korrett u rriġenerat għal sorveljanza normali mingħajr is-sostituzzjoni ta’ kwalunkwe komponent.

.14

Is-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien ma għandha tintuża għall-ebda raġuni oħra, ħlief l-għeluq tal-bibien li jaqtgħu n-nirien u funzjonijiet simili jistgħu li jistgħu jkunu permessi fil-pannell tal-kontroll.

.15

Is-sistemi tal-individwazzjoni tan-nirien li kapaċi li jsibu l-indirizz taż-żona għandhom jiġu rranġati tali sabiex:

ħolqa ma tkunx tista’ ssirilha ħsara f’aktar minn punt wieħed minn nar;

jiġu pprovduti mezzi li jiżguraw li kull ħsara (eż. qtugħ tad-dawl, short circuit, earth) li sseħħ fil-ħolqa ma trendix il-ħolqa kollha ineffettiva,

kull arranġament isir biex iħalli l-konfigurazzjoni inizjali tas-sistema li tiġi rriġenerata fil-każ ta’ ħsara (elettriku, elettroniku, informatiku),

l-ewwel allarm tan-nar attivat ma jipprevjenix lil xi individwatur ieħor li jattiva allarmi oħra tan-nar.

.2   Il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-installazzjoni

.1

Punti ta’ sejħa operati manwalment għandhom ikunu installati tul l-ispazji ta’ akkomodazzjoni kollha, l-ispazji tas-servizz u l-istazzjonijiet ta’ kontroll. Għandu jkun hemm punt tal-ajjut li jaħdem manwalment f’kull punt ta’ ħruġ. Għandhom ikunu aċċessibbli punti tal-ajjut li jaħdmu manwalment fil-kurituri ta’ kull gverta b’mod li l-ebda parti mill-kuritur ma tkun aktar minn 20 metru minn punt tal-ajjut li jaħdem manwalment.

.2

Għandu jiġi installat tagħmir ta’ individwazzjoni tad-duħħan f’kull taraġ, kuritur u rotta tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni.

.3

Fejn hija meħtieġa sistema fissa li ta’ individwazzjoni tan-nirien u ta’ allarm tan-nirien għall-protezzjoni tal-ispazji li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 2.2 hawn fuq, għandu jiġi installat tal-anqas individwatur wieħed li jikkonforma mal-paragrafu 1.11 f’kull spazju tali.

.4

Individwaturi għandhom ikunu jinsabu f’post fejn jagħtu prestazzjoni ottimali. Għandhom jiġu evitati l-pożizzjonijiet ħdejn it-travi u t-toqob tal-ventilazzjoni jew pożizzjonijiet oħra fejn id-disinni tal-fluss tal-arja jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prestazzjoni u l-pożizzjonijiet fejn l-impatt jew ħsara fiżiku x’aktarx iseħħ. B’mod ġenerali, individwaturi mwaħħlin ‘il fuq mir-ras għandhom ikunu ta’ distanza minima ta’ 0,5 metri ‘l bogħod mill-paratiji.

.5

L-ispazju massimu tad-individwaturi għandu jkun f’konformità mat-tabella ta’ hawn taħt:

Tip ta’ individwatur

Erja massima tal-paviment għal kull individwatur

(m2)

Distanza massima bejn ċentri

(m)

Distanza massima mill-paratiji

(m)

Sħana

37

9

4,5

Duħħan

74

11

5,5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-vapur tista’ tirrikjedi jew tippermetti li tħalli spazji oħra skont id-dejta tat-test li turi l-karatteristiċi tad-individwaturi.

.6

Wajers elettriċi li jifformaw parti mis-sistema għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex jevitaw il-kċejjen, spazji tal-makkinarju, u spazji oħra magħluqa li għandhom riskju għoli li jieħdu n-nar ħlief fejn ikun meħtieġ biex jipprovdu għal-individwazzjoni tan-nirien jew allarm tan-nirien f’tali spazji jew biex jikkomunikaw mal-provvista tal-enerġija xierqa.

.3   Rekwiżiti tad-disinn

.1

Is-sistema u t-tagħmir għandhom jiġu ddisinjati b’mod xieraq biex ikunu jifilħu varjazzjoni fil-provvista tal-vultaġġ u transients, tibdil fit-temperatura ambjentali, vibrazzjoni, umdità, xokk, impatt u sadid li normalment issibhom fil-vapuri.

.2

Individwaturi tad-duħħan li għandhom jiġu installati fit-turġien, kurituri u rotot tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni kif meħtieġ mill-paragrafu 2.2 għandhom jiġu ċċertifikati li jaħdmu qabel mad-densità tad-duħħan taqbeż 12,5 % tal-oskurità kull metru, iżda mhux sa meta d-densità tad-duħħan taqbeż 2 % tal-oskurità kull metru.

Għandhom jiġu installati individwaturi tad-duħħan fi spazji oħra li għandhom jaħdmu fil-limiti tas-sensittività għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li titqies n-nuqqas ta’ insensittività jew sensittività żejda tad-individwatur.

.3

Individwaturi tas-sħana għandhom jiġu ċċertifikati li jaħdmu qabel ma’ t-temperatura taqbeż it-78 °C iżda mhux sakemm it-temperatura taqbeż l-54 °C, meta t-temperatura togħla għal dawk il-limiti b’rata anqas minn 1 °C kull minuta. F’rati għola ta’ żidiet fit-temperaturi, l-individwaturi tas-sħana għandhom jaħdmu fil-limiti tat-temperatura għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata sensittività nieqsa jew sensittività żejda.

.4

It-temperatura tat-tħaddim permessa tad-individwaturi tas-sħana tista’ tiżdied għal 30 °C fuq it-temperatura massima tal-parti ta’ quddiem tal-gverta fil-kmamar li jnixxfu u fi spazji simili li għandhom temperatura ambjentali normali li tkun għolja.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.4.1

Is-sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien għandhom ikunu tat-tip approvat, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien.

.4.2

Għandhom jiġu installati punti tal-ajjut li jikkonformaw mal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza kontra n-Nirien li jaħdmu manwalment tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll. Għandu jkun hemm punt tal-ajjut li jaħdem manwalment f’kull punt ta’ ħruġ. Għandhom ikunu aċċessibbli punti tal-ajjut li jaħdmu manwalment fil-kurituri ta’ kull gverta b’mod li l-ebda parti mill-kuritur ma tkun aktar minn 20 metru minn punt tal-ajjut li jaħdem manwalment.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C u D:

.5

Barra mid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza fuq l-installazzjonijiet dwar l-indipendenza tagħhom minn stallazzjonijiet jew sistemi oħra, għandhom ikunu, ir-reżistenza għas-sadid tal-komponenti tagħhom, il-provvista tal-enerġija elettrika għas-sistema tal-kontroll tagħhom, u d-disponibbiltà tal-istruzzjonijiet għat-tħaddim u l-manutenzjoni.

10.   Arranġamenti għall-karburant taż-żejt, żejt lubrikanti u żjut oħra li jieħdu n-nar (R 15)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Limitazzjonijiet fl-użu taż-żejt bħala karburant

Il-limitazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu taż-żejt bħala karburant:

.1

Ħlief jekk mhux permess mod ieħor skont dan il-paragrafu, ma għandu jintuża l-ebda karburant taż-żejt li l-flashpoint tiegħu ikun anqas minn 60 °C.

.2

F’ġeneraturi tal-emerġenza, jista’ jintuża karburant taż-żejt li flashpoint tiegħu ma jkunx anqas minn 43 °C.

.3

Skont dawn il-prekawzjonijiet addizzjonali li tista’ tikkunsidra li huma meħtieġa u b’kundizzjoni li t-temperatura ambjentali tal-ispazju li fih jinħażen jew jintuża dan il-karburant taż-żejt ma titħalliex togħla sa 10 °C taħt il-flashpoint tal-karburant taż-żejt, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tħalli l-użu ġenerali tal-karburant taż-żejt li jkollu flashpoint ta’ anqas minn 60 °C iżda mhux anqas minn 43 °C.

Għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, jista’ jitħalla karburant taż-żejt li jkollu flashpoint ta’ anqas minn 60 °C iżda mhux anqas minn 43 °C soġġetti għal li ġej:

.3.1

it-tankijiet tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu barra l-ispazji tal-makkinarju kategorija A ħlief dawk li huma rranġati f’kompartimenti bil-qiegħ doppju.

.3.2

provvediment għall-kejl tat-temperatura taż-żejt fuq il-pajp li jiġbed tal-pompa tal-karburant;

.3.3

jiġu pprovduti valvijiet u/jew vitien fuq in-naħa tad-daħla u fuq in-naħa tal-ħruġ tal-istrejners tal-karburant taż-żejt u;

.3.4

kemm jista’ jkun għandhom jiġu applikati ġonot tal-pajpijiet li nbnew bl-iwweldjar jew li jkunu ta’ tip ta’ konu ċirkolari jew ġonta tat-tip sferika.

Il-flashpoint taż-żjut għandu jiġi ddeterminat bil-metodu approvat magħruf bħala closed cup test.

.2   Arranġamenti tal-karburant taż-żejt

F’vapur li fih jintuża l-karburant taż-żejt, l-arranġamenti għall-ħżin, d-distribuzzjoni u l-użu tal-karburant taż-żejt għandu jkun tali li jiżgura s-sikurezza tal-vapur u tal-passiġġieri u għandu tal-anqas jikkonforma mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

.1.1

Sa fejn ikun prattiku, partijiet tas-sistema tal-karburant taż-żejt li fihom żejt imsaħħan li jkun taħt pressjoni li taqbeż 0.18 N/mm2 ma għandhomx jitpoġġew f’post fejn ikunu moħbija b’tali mod li d-difetti u t-tnixxija ma jkunux jistgħu jiġu nnutati faċilment. L-ispazji tal-makkinarju li jkunu lejn tali partijiet tas-sistema tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu mdawla b’mod xieraq.

.1.2

B’żejt imsaħħan għandu jinftiehem li huwa żejt li t-temperatura tiegħu wara li jissaħħan tkun għola minn 60 °C jew għola mill-flashpoint attwali, jekk dan ikun anqas minn 60 °C.

.2

Il-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju għandha tkun biżżejjed taħt il-kundizzjonijiet kollha normali biex tevita ġabra ta’ fwar taż-żejt.

.3

Sa fejn ikun prattiku, it-tankijiet tal-karburant taż-żejt għandhom ikunu parti mill-istruttura tal-vapur u għandhom ikunu barra l-ispazji tal-makkinarju. Fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt ma jkunux tankijiet bil-qiegħ doppju, ikunu meħtieġa li jinsabu ħdejn jew fl-ispazji tal-makkinarju, tal-anqas wieħed mill-ġnub vertikali tagħhom għandu jkun kontigwu mal-konfini tal-ispazju tal-makkinarju, u għandu jkollu preferibbilment konfini komuni mat-tankijiet bil-qiegħ doppju, u għandha tinżamm għal minimu ż-żona tal-konfini tat-tank li tkun komuni mal-ispazji tal-makkinarju. Fejn it-tali tankijiet ikunu jinstabu fil-konfini tal-makkinarju ma għandux ikun fihom karburant taż-żejt li jkollu flashpoint ta’ inqas minn 60 °C. L-użu tat-tankijiet tal-karburant taż-żejt li jieqfu waħedhom (freestanding) għandu jiġi evitat u għandu jkun projbit fl-ispazji tal-makkinarju.

.4

Ma għandu jkun hemm l-ebda tank tal-karburant taż-żejt li jkun jinsab f’post fejn jekk karburant taż-żejt jaqa’ jew inixxi minnu, dan ikun jista’ jservi ta’ periklu għax jaqa’ fuq uċuħ imsaħħna. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat li kwalunkwe żejt li jista’ joħroġ taħt pressjoni minn kull pompa, filtru jew tagħmir li jsaħħan jiġi f’kuntatt ma’ wċuħ imsaħħna.

.5

Għandu jitwaħħal vit jew valv fuq kull pajp tal-karburant taż-żejt, sabiex jekk isofri ħsara, iż-żejt ikun jista’ joħroġ mit-tank tal-ħżin, tank fejn jissetilja ż-żejt jew tank li jintuża għas-servizz ta’ kuljum, li jkollu kapaċità ta’ 500 litru jew aktar, li jinsab fuq il-qiegħ doppju, direttament fuq it-tank li jkun kapaċi jingħalaq minn pożizzjoni sikura ‘l barra mill-ispazju kkonċernat fil-każ li jkun hemm nirien fl-ispazju li fih jinsabu tali tankijiet. Fil-każ speċjali ta’ tankijiet fondi li jkunu jinsabu f’xi xaft jew mina tal-pajpijiet jew f’xi post simili, għandhom jitwaħħlu valvijiet fuq it-tank. Iżda l-kontroll fil-każ ta’ nirien ikun jista’ jsir permezz ta’ valv ieħor fuq il-pajp jew pajpijiet barra l-mina jew fi spazju simili. Jekk tali valv addizzjonali jitwaħħal fl-ispazju tal-makkinarju għandu jitħaddem minn pożizzjoni li tkun barra dan l-ispazju.

.1

F’vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara il-kontroll għall-operazzjoni mill-bogħod tal-valv għat-tank tal-karburant tal-ġeneratur tal-emerġenza għandu jkun f’pożizzjoni separata mill-kontrolli għat-tħaddim mill-bogħod ta’ valvijiet oħra li jinsabu fl-ispazji tal-makkinarju.

.2

F’vapuri mibnija fl-1 ta Jannar 2012 jew wara li jkollhom tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500 għandu jitwaħħlilhom valv jew vit ‘il fuq mill-qiegħ doppju tat-tankijiet tal-karburant.

.3

F’ vapuri mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 2012 li għandhom tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 500, il-vit jew il-valv imsemmi fl-ewwel paragrafu wkoll għandu jitwaħħal fit-tankijiet tal-karburant li għandhom kapaċità inqas minn 500 litru u li jinsabu ‘l fuq mill-qiegħ doppju, mhux iktar tard mill-ewwel servej perjodiku fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara.

.6

Għandhom jiġu pprovduti mezzi sikuri u effiċjenti biex jiġi żgurat l-ammont ta’ karburant taż-żejt li fih tank tal-karburant taż-żejt.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Il-pajpijiet għat-tkejjil tal-fond tal-baħar ma għandhomx jieqfu fi spazju fejn jista’ jkun hemm ir-riskju tat-tqabbid ta’ li jaqa’ mill-pajp għat-tkejjil tal-fond tal-baħar. B’mod partikolari, ma għandhomx jintemmu fi spazji tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ. Bħala regola ġenerali, il-pajpijiet għat-tkejjil tal-fond tal-baħar ma għandhomx jieqfu fl-ispazji tal-makkinarju. Madanakollu, jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra li r-rekwiżiti imsemmija l-aħħar mhumiex prattiċi, hija tista’ tippermetti li l-pajpijiet għat-tkejjil tal-fond tal-baħar jispiċċaw fl-ispazji tal-makkinarju b’kundizzjoni li r-rekwiżiti li ġejjin jintlaħqu:

.1.1

barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut gejġ li jkejjel il-livell taż-żejt li jikkonforma mar-rekwiżiti tas-subparagrafu 2.6.2;

.1.2

il-pajpjiet għat-tkejjil tal-fond tal-baħar jispiċċaw f’postijiet li jkunu bogħod minn perikli li jieħdu n-nar kemm-il darba ma jittiħdux prekawzjonijiet, bħat-twaħħil ta’ skrins effiċjenti, sabiex jevitaw li ż-żejt fil-każ ta’ tixrid mit-truf tal-pajpjiet għat-tkejjil tal-fond tal-baħar milli jiġu f’kuntatt ma’ kull sors ta’ tqabbid.

.1.3

it-truf tal-pajpjiet għat-tkejjil tal-fond tal-baħar jkunu mgħammra b’mezzi awtomatiċi tal-għeluq u b’vit tal-kontroll b’dijametru żgħir li jagħlaq awtomatikament li jkun jinsab taħt il-mezz awtomtomatiku tal-għeluq bl-iskop li jiżgura qabel jinfetaħ it-tali mezz li ma jkunx hemm karburant taż-żejt. Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li kull tixrid ta’ karburant taż-żejt mill-vit tal-kontroll ma jkun jinvolvi l-ebda periklu ta’ tqabbid.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

Jistgħu jiġu permessi mezzi oħra li jiżguraw il-kontroll tal-ammont ta’ karburant taż-żejt li jkun hemm ġo tank tal-karburant taż-żejt jekk tali mezzi, bħall-mezzi pprovduti f’subparagrafu 2.6.1.1, ma jeħtieġux penetrazzjoni taħt l-għatu tat-tank, u dejjem jekk fil-każ li jkun hemm ħsara jew it-tankijiet ifuru ma jħallux il-karburant joħroġ.

.3

Il-mezzi msemmija fis-subparagrafu 2.6.2 għandhom jinżammu f’kundizzjoni kif suppost sabiex ikun żgurat li jibqgħu jaħdmu b’mod preċiż tulis-servizz.

.7

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex tiġi evitata pressjoni żejda f’kull tank taż-żejt jew f’kull parti tas-sistema ta’ karburant taż-żejt, inklużi l-pajpijiet li jimlew li huma fornuti mill-pompi abbord. Valv ta’ sikurezza u pajpijiet għall-arja u għat-tifwir għandu jarmi f’pożizzjoni fejn ma hemmx riskju ta’ nar jew splużjoni mill-ħruġ taż-żjut u fwar u ma għandhux iwassal għall-ispazji tal-ekwipaġġ, spazji tal-passiġġieri u lanqas fi spazji ta’ kategorija speċjali, spazji ro-ro magħluqa, spazji tal-makkinarju jew spazji bħal dawn, li jinsabu fil-vapuri, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara.

.8

Pajpijiet tal-karburant taż-żejt u l-valvijiet u t-tagħmir tagħhom għandhom ikunu tal-azzar jew materjal ieħor approvat, għajr l-użu ristrett ta’ pajpijiet flessibbli li jista’ jiġi permess. Tali pajpijiet flessibbli u partijiet li jeħlu mat-truf għandhom ikunu magħmula minn materjal approvat li jirreżisti n-nar u li jkunu ta’ saħħa xierqa.

Għall-valvijiet, imwaħħla mat-tankijiet tal-karburant taż-żejt u li huma taħt pressjoni statika, jista’ jiġi aċċettat l-azzar jew ħadid fondut. Madankollu, jistgħu jintużaw valvijiet tal-ħadid fondut ordinarju għas-sistemi tal-pajpijiet, fejn il-pressjoni tad-disinn hija anqas minn 7 bar u t-temperatura tad-disinn hija anqas minn 60 °C.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.9

Il-linji kollha esterni tal-forniment tal-karburant taż-żejt bi pressjoni għolja bejn il-pompi tal-karburant bi pressjoni għolja u l-injetturi tal-karburant għandhom ikunu protetti b’sistema tal-pajpijiet miksija li kapaċi jżommu l-karburant milli joħroġ f’każ ta’ ħsara fil-linja tal-pressjoni għolja. Pajp miksi jinkludi pajp fuq barra li fih jitpoġġa pajp tal-karburant bil-pressjoni għolja li jifforma montatura permanenti. Is-sistema tal-pajpijiet miksija għandha tinkludi mezz għal ġbir tat-tnixxijiet u għandhom jiġu pprovduti arranġamenti biex jingħata allarm fejn ikun hemm ħsara f’pajp tal-karburant.

.10

L-uċuħ kollha b’temperaturi ‘l fuq minn 220 °C li jistgħu jiġu affettwati b’riżultat ta’ ħsara fis-sistema tal-karburant għandhom jiġu iżolati b’mod xieraq.

.11

Il-linji taż-żejt tal-karburant għandhom jiġu skrinati jew protetti b’mod xieraq sabiex jevitaw sa fejn hu prattiku li jkun hemm sprej taż-żejt jew tnixxija taż-żejt fuq uċuħ jaħarqu, f’toqob tal-makkinarju li jiġbdu l-arja, jew sorsi oħra ta’ tqabbid. L-għadd ta’ ġonot f’tali sistemi tal-pajpijiet għandhom jinżammu għal minimu.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.12

Il-linji taż-żejt tal-karburant ma għandhomx jinsabu immedjatament fuq jew madwar unitajiet ta’ temperatura għolja li jinkludu l-bojlers pajpijiet tal-fwar, manifoldi tal-egżost, silencers, jew kull tagħmir ieħor li huwa meħtieġ li jkun iżolat. Sa fejn huwa prattiku, pajpijiet taż-żejt tal-karburant għandhom jiġu rranġati ‘il bogħod minn uċuħ li jaħarqu, installazzjonijiet tal-elettriku jew sorsi oħra tat-tqabbid u għandhom jiġu skrinjati jew b’mod ieħor protetti b’mod xieraq sabiex jevitaw l-isprej taż-żejt jew tnixxija ta’ żejt fuq is-sorsi tat-tqabbid. L-għadd ta’ ġonot f’tali sistemi tal-pajpijiet għandhom jinżammu f’minimu.

.13

Il-komponenti ta’ sistema tal-karburant tal-magna tad-diżil għandhom jiġu ddisinjati wara li titqies l-pressjoni massima milħuqa li tgħaddi minnha waqt ħidma, inkluż l-polzi ta’ pressjoni għolja li jiġu ġenerati u trażmessi lura fil-pajpijiet tal-provvista tal-karburant u tat-tnixxija mill-azzjoni tal-pompi tal-injezzjoni tal-karburant. Il-konnessjonijiet fil-pajpijiet tal-provvista tal-karburant u tat-tnixxija għandhom jinbnew wara li jitqies kemm dawn ikunu kapaċi li jimpedixxu t-tnixxija tal-karburant taż-żejt bil-pressjoni waqt ħidma u wara l-manutenzjoni.

.14

F’installazzjonijiet b’ħafna magni li jkunu fornuti mill-istess sors ta’ karburant, għandhom jiġu pprovduti l-mezzi għall-iżolament tal-provvista tal-karburant u l-pajpijiet tat-tnixxija għall-magni individwali. Il-mezzi tal-iżolament ma għandhomx jaffettwaw it-tħaddim tal-magni l-oħra u għandhom jaħdmu minn pożizzjoni li ma tkunx saret inaċċessibbli minn nar f’kull waħda mill-magni.

.15

Fejn l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-mogħdija taż-żejt u likwidi li jaqbdu mill-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, il-pajpijiet li jgħaddu ż-żejt jew likwidi li jaqbdu għandhom ikunu ta’ materjal approvat mill-Amministrazzjoni wara li jkun ġie kkunsidrat r-riskju tan-nirien.

.16

Il-vapuri eżistenti tal-klassi B għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 2.9 sa 2.11, ħlief li jista’ jintużaw bħala alternattiva magħlaq xieraq ta’ magni li għandhom produzzjoni ta’ 375 kW jew anqas bħala alternattiva għas-sistema ta’ pajpijiet miksija fil-paragrafu.2.9.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3   Arranġamenti rigward iż-żejt lubrikanti

L-arranġamenti għall-ħażna, distribuzzjoni u użu taż-żejt użat f’sistemi tal-lubrikazzjoni bil-pressjoni għandhom ikunu tali li jiżguraw is-sikurezza tal-vapur u tal-persuni abbord, u tali arranġamenti fi spazji tal-makkinarju għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafi.2.1,.2.4,.2.5,.2.6,.2.7,.2.8,.2.10 u.2.11, għajr li:

.1

dan ma jipprekludix l-użu ta’ tagħmir tal-ħġieġ għall-kontroll tal-livelli (sight-flowglasses) fis-sistemi tal-lubrikazzjoni kemm-il darba jintwera mit-test li jkollhom grad xieraq ta’ reżistenza għan-nar. Jekk jintuża tagħmir tal-ħġieġ għall-kontroll tal-livelli (sight-flowglasses), il-pajp għandu jiġi pprovdut b’valvijiet fuq iż-żewġ truf. Il-valv fit-tarf ta’ taħt tal-pajp għandu jkun tat-tip li jagħlaq awtomatikament;

.2

jista’ jiġi awtorizzat li jkun hemm pajpijiet għat-tkejjil tal-fond tal-baħar; ir-rekwiżiti tal-paragrafi.2.6.1.1 u.2.6.1.3 ma hemmx bżonn jiġu applikati b’kundizzjoni li l-pajpijiet li jinstemgħu ikunu mgħammra b’mezzi xierqa li jagħlqu.

Għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara d-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 10.2.5 għandhom japplikaw ukoll għat-tankijiet taż-żejt lubrikanti ħlief dawk li għandhom kapaċità ta’ anqas minn 500 litru, tankijiet tal-ħażna li l-valvijiet fuqhom jingħalqu waqt it-tħaddim normali tal-vapur jew fejn jiġi determinat li t-tħaddim mhux intenzjonat ta’ valv li jagħlaq malajr fuq u tank taż-żejt lubrikanti jipperikola t-tħaddim sikur tal-propulsjoni prinċipali u l-makkinarju essenzjali awżiljarju.

.4   Arranġamenti għal żjut oħra li jieħdu n-nar

L-arranġamenti għall-ħażna, distribuzzjoni u użu ta’ żjut oħra li jaqbdu li jintużaw taħt pressjoni f’sistemi tat-trażmissjoni tal-enerġija, sistemi tal-kontroll u tal-attivazzjoni u sistemi li jsaħħnu għandhom ikunu tali li jiżguraw is-sikurezza tal-vapur u tal-persuni abbord. F’postijiet fejn hemm mezzi għat-tqabbid, tali arranġamenti għandhom tal-anqas jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi.2.4,.2.6,.2.10 u.2.11 u mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi.2.7 u.2.8 fir-rigward tas-saħħa u l-bini.

.5   Spazji tal-makkinarju li kultant ma jkunux mgħassa

Flimkien mar-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet 1 sa 4, il-karburant taż-żejt u s-sistemi taż-żejt lubrikanti għandhom jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

fejn t-tankijiet taż-żejt tas-servizz ta’ kuljum jimtlew awtomatikament, jew bil-kontroll mill-bogħod, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jevitaw it-tifwir ta’ tixrid. Tagħmir ieħor li jitratta l-likwidi li jaqbdu awtomatikament, eż. purifikaturi taż-żejt, li, kull meta jkun prattiku, għandu jiġi installat fi spazju speċjali riservat għall-purifikaturi u t-tagħmir tagħhom li jsaħħan, għandu jkollu arranġamenti biex jevita t-tifwir ta’ tixrid;

.2

fejn it-tankijiet taż-żejt tas-servizz ta’ kuljum jew it-tankijiet għall-ġbir tas-sediment ikunu mgħammra b’arranġamenti li jsaħħnu, għandu jiġi pprovdut allarm għat-temperatura għolja jekk jista’ jinqabeż il-flashpoint tal-karburant taż-żejt.

.6   Projbizzjoni tal-ġarr ta’ żjut li jieħdu n-nar f’tankijiet tal-pruwa nett.

Żejt tal-karburant, żejt tal-lubrikazzjoni u żjut oħra li jieħdu n-nar ma għandomx jinġarru fit-tankijiet li jinsabu fil-pruwa nett.

11.   Ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar (R 17)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar għandu jikkonsisti f’:

.1.1

Tagħmir personali li jinkludi:

.1

ħwejjeġ protettivi ta’ materjal li jipproteġi l-ġilda mis-sħana li toħroġ minn nirien u mill-ħruq u smit bil-fwar. Il-wiċċ ta’ barra għandu jkun reżistenti għall-ilma;

.2

stvali u ingwanti tal-lastku jew materjal ieħor li ma jittrażmettix l-elettriku;

.3

elmu iebes li joffri protezzjoni effettiva kontra l-impatt;

.4

lampa elettrika tas-sikurezza (lanterna tal-idejn) ta’ tip approvat li tixgħel għal perjodu minimu ta’ tliet sigħat;

.5

mannara tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar.

.1.2

Tagħmir tat-teħid tan-nifs tat-tip approvat li jikkonsisti f’tagħmir tat-teħid tan-nifs awtorespiratorju li jaħdem bl-arja kompressa (SCBA), il-volum tal-arja fiċ-ċilindri għandha tkun tal-anqas 1 200 litru, jew tagħmir ieħor tat-teħid tan-nifs awtorespiratorju li għandu jkun kapaċi jaħdem għal mill-anqas 30 minuta. Kull SCBA għandu jiġi pprovdut b’ċilindri b’kariga sħiħa ta’ riserva li għandu jkollu kapaċità ta’ ħażna ta’ mill-inqas 2 400 litru ta’ arja libera għajr:

(i)

jekk il-vapur ikun qed iġorr ħames SCBA jew aktar, il-kapaċità totali tal-ħażna ta’ arja libera ma hemmx bżonn taqbeż 9 600 litru; jew

(ii)

jekk il-vapur ikun mgħammar b’mezzi biex jikkarga mill-ġdid iċ-ċilindri tal-arja bil-pressjoni kollha bl-arja, li ma tkunx ikkontaminata, il-kapaċità tal-ħażna taċ-ċilindri b’kariga sħiħa ta’ riserva ta’ kull SCBA għandha tkun tal-anqas 1 200 litru ta’ arja libera, u l-kapaċità ta’ riserva totali tal-ħażna ta’ arja libera pprovduta fil-vapur ma hemmx bżonn li taqbeż 4 800 litru ta’ arja libera.

Kull ċilindru tal-arja għall-SCBA għandu jkun ta’ tip li jista’ jinbidel mal-oħrajn.

.2

Għal kull tagħmir tat-teħid tan-nifs għandha tiġi pprovduta siegla tas-salvataġġ li tirreżisti n-nar ta’ tul u saħħa suffiċjenti li tista’ titwaħħal permezz ta’ ganċ li jingħalaq mal-irbit tat-tagħmir jew ma’ ċintorin separat sabiex jimpedixxi li t-tagħmir tat-teħid tan-nifs jinqala’ meta tintuża s-siegla tas-salvataġġ.

.3

Vapuri ġodda tal-klassi B u dawk eżistenti tal-klassi B ta’ 24 metru u aktar f’tul u l-vapuri kollha ġodda tal-klassijiet C u D ta’ 40 metru f’tul u aktar għandhom iġorru tal-anqas żewġt ilbiesi tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar.

.1

F’vapuri ta’ 60 metru jew aktar f’tul, għandu jiġi pprovdut ukoll, jekk il-medja tat-tul tal-ispazji kollha tal-passiġġieri u l-ispazji tas-servizz fuq il-gverta li jġorru tali spazji tkun ta’ aktar minn 80 metru, jew, jekk hemm aktar minn gverta waħda tali, fuq il-gverta li għandha l-akbar medja ta’ tali tulijiet, żewġt ilbiesi tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar u żewġ settijiet ta’ tagħmir personali għal kull 80 metru, jew parti minnhom, ta’ tali medja ta’ tulijiet.

F’vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, għandhom jiġu pprovduti lbiesi tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar oħra għal kull żona oħra vertikali prinċipali, ħlief għall-ispazji magħluqa tat-turġien li jkunu żoni individwali vertikali prinċipali u għal żoni vertikali prinċipali ta’ tul limitat fil-parti ta’ quddiem u ta’ wara ta’ vapur li ma jinkludix, spazji tal-makkinarju jew kċejjen prinċipali.

.2

F’vapuri ta’ 40 metru ta’ tul jew aktar iżda ta’ anqas minn 60 metru għandhom jiġu pprovduti ukoll żewġt ilbiesi tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar.

.3

F’vapuri ġodda tal-klassi B u dawk eżistenti tal-klassi B ta’ 24 metru u aktar iżda ta’ tul anqas minn 40 metru, għandhom jiġu pprovduti wkoll żewġt ilbiesi tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar, iżda b’kariga ta’ riserva tal-arja waħda biss għat-tagħmir tat-teħid tan-nifs awtorespiratorju.

.4

F’vapuri ġodda tal-klassi B u dawk eżistenti tal-klassi B ta’ anqas minn 24 metru u l-vapuri kollha ġodda tal-klassijiet C u D ta’ anqas minn 40 metru f’tul ma għandu jiġi pprovdut l-ebda ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar.

.5

L-ilbies tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar jew is-settijiet ta’ tagħmir personali għandhom jinħażnu sabiex ikunu aċċessibbli faċilment u lesti biex jintużaw u, meta jinġarr aktar minn libsa waħda tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar jew aktar minn sett wieħed ta’ tagħmir personali, għandhom jinħażnu f’pożizzjonijiet isseparati b’mod vast. Tal-anqas libsa waħda tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar u sett wieħed ta’ tagħmir personali għandhom ikunu disponibbli f’kull tali pożizzjoni.

.6

Meta l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkonsidra li d-dispożizzjonijiet tal-ġarr f’dan ir-Regolament bħala mhux raġonevoli jew/u mhux adattati teknikament abbord ta’ vapur, tali vapur jista’, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 punt 3 f’din id-Direttiva, jiġi eżentat minn rekwiżit wieħed jew iktar f’dan ir-Regolament.

12.   Oġġetti varji (R 18)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Fejn id-diviżjonijiet tal-klassi A ikunu ppenetrati biex jgħaddu l-kejbils tal-elettriku, pajpijiet, kanali, eċċ., jew għal travi tal-ħadid li jirfdu s-saqaf (girders), travi jew membri strutturali oħra, għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw li r-reżistenza għan-nar ma tiġix imfixkla sa fejn ikun raġonevoli u prattiku.

Għall-vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, fejn id-diviżjonijiet tal-klassi A jkunu minfuda, tali penetrazzjonijiet għandhom jiġu ppruvati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar, sabiex jiġi żgurat li r-reżistenza għan-nirien tad-diviżjonijiet ma titnaqqasx.

Fil-każ ta’ Regolamenti tat-tubi tal-ventilazzjoni II-2/B/9.2.2b u II-2/B/9.3 japplikaw.

Madankollu, fejn il-penetrazzjoni tal-pajp tkun tal-azzar jew materjal ekwivalenti li jkollu ħxuna ta’ 3 mm jew aktar u tul ta’ mhux anqas minn 900 mm (preferibbilment 450 mm fuq kull naħa tad-diviżjoni) u ma jkollu l-ebda fetħiet, l-ittestjar mhux meħtieġ.

Tali penetrazzjonijiet għandhom ikunu iżolati b’mod xieraq bl-estensjoni tal-iżolazzjoni fl-istess livell tad-diviżjoni.

.2

Fejn mid-diviżjonijiet tal-klassi B jgħaddu l-kejbils tal-elettriku, il-pajpijiet, il-kanali it-tubi eċċ., jew ittaqqbu għat-twaħħil ta’ terminali tal-ventilazzjoni, tagħmir li jeħel tad-dawl u mezzi bħal dawn, għandhom isiru arranġamenti li jiżguraw li r-reżistenza għan-nar ma titnaqqasx sa fejn ikun raġonevoli u prattiku. Fil-vapuri, li huma li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara għal tali penetrazzjonijiet għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw li r-reżistenza għan-nar tad-diviżjonijiet mhix imfixkla.

Pajpijiet li mhumiex tal-azzar jew tar-ram aħmar li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi B għandhom ikunu protetti jew minn:

.1

kull mezz tal-penetrazzjoni ttestjat li jirreżisti għan-nar, adattat għar-reżistenza f’każ ta’ nirien tad-diviżjoni minfuda u t-tip ta’ pajp użat; inkella minn:

.2

kull kisi tal-azzar, li għandu ħxuna ta’ mhux anqas minn 1,8 mm u b’tul ta’ mhux anqas minn 900 mm għal pajpijiet b’dijametru ta’ 150 mm jew aktar u mhux anqas minn 600 mm għalpajpijiet b’dijametru ta’ anqas minn 150 mm (preferibbilment maqsuma ugwalment fuq kull naħa tad-diviżjoni).

Il-pajp għandu jiġi konness sat-truf tal-kisi bil-flanġi jew couplings jew id-differenza bejn il-kisi u l-pajp ma għandhiex taqbeż 2,5 mm jew kull spazju bejn pajp u kisi għandha tissikka permezz ta’ materjal li ma jaqbadx jew materjal ieħor adattat.

.3

Pajpijiet li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi A jew B għandhom ikunu ta’ materjal approvat wara li titqies t-temperatura li tali diviżjonijiet huma meħtieġa li jissaportu.

F’vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-ebda pajpijiet tal-metall iżolati li jgħaddu mid-diviżjonijiet tal-klassi A jew B ma għandhom ikunu ta’ materjal li għandu temperatura li fiha jinħall li taqbeż 950 °C għad-diviżjonijiet tal-klassi ‘A-0’ u 850 °C għad-diviżjonijiet tal-klassi ‘B-0’.

.4

Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, fl-ispazji tas-servizz jew fl-istazzjonijiet tal-kontroll, il-pajpijiet maħsuba biex iġorru ż-żejt jew likwidi oħra li jieħdu n-nar għandhom ikunu ta’ materjal u kostruzzjoni adattata wara li jiġi kkunsidrat ir-riskju li jieħdu n-nar.

.5

Il-materjal li jsir ineffikaċi minħabba s-sħana ma għandux jintuża għal toqob li jitfgħu fil-baħar, rimi sanitarju u toqob oħra li huma qrib il-linja sa fejn jasal l-ilma u fejn il-falliment tal-materjal fil-każ ta’ nirien jagħti lok għal periklu ta’ tgħarriq.

.6

Radjaturi elettriċi, jekk jintużaw, għandhom ikunu fissi fil-pożizzjoni u jkunu nbnew b’tali mod li jnaqqsu r-riskju tan-nirien għal minimu. L-ebda wieħed minn dawn ir-radjaturi ma għandu jitwaħħal b’element espost b’tali mod li l-ħwejjeġ, il-purtieri, jew materjali bħal dawn jistgħu jinħarqu jew jaqbdu bis-sħana mill-element.

.7

Ir-reċipjenti tal-iskart kollha għandhom jinbnew minn materjal mhux kombustibbli bl-ebda fetħiet fil-ġnub jew fil-qiegħ.

.8

Fi spazji fejn il-penetrazzjoni tal-prodotti taż-żejt hija possibbli, il-wiċċ tal-iżolazzjoni għandu jkun ta’ tip impermeabbli għaż-żejt jew fwar taż-żejt.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C u D: Fl-ispazji li fihom hemm kull riskju ta’ żjut li jtir jew fwar taż-żejt, pereżempjufl-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A, il-wiċċ tal-materjal tal-iżolazzjoni għandu jkun tat-tip impermeabbli għaż-żejt u fwar taż-żejt. Meta l-wiċċ fiżiku estern ikun miksi b’kisja tal-azzar mhux ipperforat jew minn materjali oħra li ma jaqbdux (għajr l-aluminju), tali kisja tista’ tiġġannat permezz ta’ tgħaqqid xifer ma’ xifer, irbattar, eċċ.

.9

Il-kabinetti taż-żebgħa u l-kabinetti tal-likwidi li jaqbdu għandhom ikunu protetti b’arranġament approvat tat-tifi tan-nar, li jippermetti lill-ekwipaġġ jitfi kull nar mingħajr ma jidħol fl-ispazju.

F’vapuri li nbnew fill-1 ta’ Jannar 2003 jew wara:

.1

Il-kabinetti taż-żebgħa għandhom ikun protetti b’waħda minn dawn is-sistemi:

.1.1

sistema tad-diossidu tal-karbonju, iddisinjat biex jagħti kull volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 40 % tal-volum gross tal-ispazju protett;

.1.2

sistema tat-trab niexef, iddisinjat għal mill-anqas 0,5 kg trab/m3;

.1.3

sistema li tispara l-ilma jew tbexxex, iddisinjata għal 5 litri/m2 min. Is-sistemi li jisparaw l-ilma jistgħu jiġu mqabbda mal-mejn tat-tifi tan-nar tal-vapur; jew

.1.4

kull sistema li tipprovdi protezzjoni ekwivalenti, kif stabbilit mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

F’kull każ is-sistema għandha tkun tista’ titħaddem minn barra l-ispazju protett.

.2

Il-kabinetti tal-likwidu li jaqbad li jissakkru għandhom jiġu protetti b’arranġament xieraq tat-tifi tan-nar approvat mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

.3

Għall-kabinetti li jissakkru li għandhom erja tal-gverta ta’ anqas minn 4 m2, li ma jagħtux aċċess għall-ispazji tal-akkomodazzjoni, minflok sistema fissa jista’ jiġi aċċettat estintur tad-diossidu tal-karbonju li jista’ jinġarr li d-daqs tiegħu hu tali sabiex jipprovdi volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 40 % tal-volum gross tal-ispazju.

Għandu jkun hemm fetħa mal-ġenb minn fejn jinħarġu l-affarijiet fil-kabinett li jissakkar sabiex iħalli l-ħruġ tal-estintur mingħajr ma jkun hemm għalfejn ikun hemm dħul fl-ispazju protett. L-estintur li jinġarr meħtieġ għandu jkun merfugħ maġenb il-fetħa. Alternattivament, tista’ tiġi pprovduta fetħa jew konnessjoni għall-pajp sabiex tiffaċilita l-użu tal-ilma tal-mejn tat-tifi tan-nar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.10   Apparat għall-qali, togħlija u xiwi:

Meta l-apparat għall-qali, togħlija u xiwi ikun installat u jintuża fi spazji barra l-kċina prinċipali, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha timponi miżuri oħra tas-sikurezza fir-rigward tal-perikli speċifiċi tan-nirien assoċjati ma’ dan it-tip ta’ tagħmir.

Fil-vapuri li huma li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-apparat għall-qali, togħlija u xiwi għandu jkun mgħammar b’li ġej:

.1

sistema awtomatika jew manwali li titfi n-nar ittestjata skont standard internazzjonali f’konformità mal-Pubblikazzjoni ISO 15371:2000 dwar is-sistemi tat-tifi tan-nar għall-protezzjoni ta’ apparat fil-kċejjen għall-qali, togħlija u xiwi;

.2

thermostat primarju u ieħor ta riserva b’ allarm biex jinnotifika l-operatur fil-każ ta’ ħsara ta’ kull wieħed minnhom;

.3

arranġamenti biex l-enerġija elettrika tinqata’ awtomatikament malli tinxtegħel is-sistema tal-emerġenza;

.4

allarm li jindika li s-sistema li titfi n-nar fil-kċina fejn hemm installat it-tagħmir qed taħdem; u

.5

kontrolli għat-tħaddim manwali tas-sistema li titfi n-nar, li jkunu mmarkati b’mod ċar għall-użu fil-pront mill-ekwipaġġ.

Fil-vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 2003, l-installazzjonijiet ġodda għall-apparat għall-qali, togħlija u xiwi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C u D:

.11   Pontijiet tas-sħana:

Fl-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra n-nirien, għandhom jittieħdu passi mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera biex jimpedixxu t-trasferiment tas-sħana mill-pontijiet tas-sħana, p.eż. bejn il-gverti u l-paratiji.

F’vapuri li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-iżolazzjoni ta’ kull gverta jew paratija għandha ssir lil hinn mill-punt tal-penetrazzjoni, intersezzjoni jew punt terminali għal kull distanza ta’ mill-anqas 450 mm fil-każ ta’ strutturi tal-azzar u tal-aluminju. Jekk kull spazju ta’ standard ta’ klassi A huwa maqsum b’kull gverta jew paratija li għandha iżolazzjoni ta’ valuri differenti, l-iżolazzjoni bl-ogħla valur għandha tkompli fuq il-gverta jew il-paratija bl-iżolazzjoni tal-inqas valur għal kull distanza ta’ mill-inqas 450 mm.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.12   Kontenituri tal-gass bil-pressa:

Kontenitur tal-gass li jista’ jinġarr li huwa ppressat, likwifikat jew diżaggregat taħt pressjoni, li jista’ jalimenta nar potenzjali, għandu jitpoġġa f’post xieraq minnufih wara li jintuża fuq il-gverta tal-paratija, minn fejn hemm aċċess dirett għall-gverta miftuħa.

13.   Pjanijiet tal-kontroll tan-nar (R 20)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

F’kull vapur il-pjanijiet tal-arranġamenti kollha ġenerali għandhom ikunu dejjem esposti għall-gwida tal-uffiċjali tal-vapur, u juru b’mod ċar l-istazzjonijiet tal-kontroll għal kull gverta, is-sezzjonijiet varji magħluqa tan-nar b’diviżjonijiiet tal-klassi A, is-sezzjonijiet magħluqa b’qasmiet tal-klassi B flimkien mad-dettalji tas-sistemi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien, l-installazzjoni tal-bexxixiet, it-tagħmir li jitfi n-nirien, il-mezzi tal-aċċess għall-kompartimenti differenti, gverti, eċċ u s-sistema tal-ventilazzjoni li tinkludi dettalji tal-pożizzjonijiet tal-kontroll tal-fann, il-pożizzjonijiet tal-barrieri u n-numri tal-identifikazzjoni tal-fannijiet li jivventilaw li jservu kull taqsima. Alternattivament id-dettalji msemmija hawn fuq jistgħu jitniżżlu f’fuljett, li għandha tingħata kopja tiegħu lil kull uffiċjal, u kopja waħda għandha l-ħin kollu tkun disponibbli abbord f’kull post aċċessibbli. Il-pjanti u l-fuljetti għandhom jinżammu aġġornati, u kull tibdil għandu jiġi rreġistrat mill-aktar fis possibbli. Id-deskrizzjonijiet f’tali pjanijiet u fuljetti għandhom ikunu fil-lingwa uffiċjali tal-Istat tal-bandiera. Jekk il-lingwa ma tkunx la l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, għandha tiġi inkluża traduzzjoni f’waħda minn dawn il-lingwi. Fil-każ li l-vapur ikun qed jitħaddem fuq vjaġġi domestiċi fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi inkluża kull traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat ospitant, jekk il-lingwa ma tkunx la l-Ingliż u lanqas il-Franċiż.

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mal-pjanti meħtieġa għall-kontroll tan-nirien u l-fuljetti u s-simboli grafiċi li jridu jintużaw għall-pjanijiet għall-kontroll tan-nirien għandhom ikunu konformi mar-Riżoluzzjonijiet tal-IMO A.756 (18) u A.952 (23).

.2

Fuq kull vapur li għandu tul ta’ 24 metru jew aktar, sett duplikat ta’ pjanti għall-kontroll tan-nirien jew fuljett li fih tali pjanti għandhom jiġu maħżuna b’mod permanenti f’post magħluq prominenti u mmarkat, li ma jkunx affettwat mit-temp barra l-kamra ta’ fuq il-gverta għall-għajnuna ta’ persunal li jitfi n-nirien li jkun fuq l-art.

14.   Prontezza operazzjonali u manutenzjoni

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Rekwiżiti ġenerali

Fil-ħinijiet kollha li l-vapur ikun fis-servizz, is-sistemi tal-protezzjoni min-nirien u s-sistemi tat-tifi tan-nar u t-tagħmir għandhom jinżammu lesti biex jintużaw.

Vapur ma jkunx fis-servizz meta:

.1

ikun daħal għat-tiswijiet jew sorġa (jew ikun ankrat jew fil-port) jew fil-baċir;

.2

jiġi ddikjarat li mhux fis-servizz mill-proprjetarju jew mir-rappreżentant tal-proprjetarju; u

.3

jekk ma jkunx hemm passiġġieri abbord.

Is-sistemi għall-protezzjoni min-nirien li ġejjin għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba sabiex jiġi żgurat li jagħtu l-prestazzjoni meħtieġa f’każ ta’ nirien:

.1.1   Prontezza għat-tħaddim

.1

protezzjoni strutturali kontra n-nirien li tinkludi diviżjonijiet li jirreżistu n-nirien u l-protezzjoni tal-fetħiet u l-penetrazzjonijiet f’dawn id-diviżjonijiet;

.2

sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u sistemi tal-allarm tan-nirien; u

.3

sistemi u tagħmir tal-mezzi ta’ ħrib.

Is-sistemi u t-tagħmir tat-tifi tan-nirien għandhom jinżammu f’kundizzjoni ta’ tħaddim tajba u jkunu disponibbli fil-pront għall-użu immedjat. Estinturi li jinġarru sgargati għandhom jiġu kkargati minnufih mill-ġdid jew mibdula b’kull mezz ekwivalenti.

.1.2   Manutenzjoni, ittestjar u spezzjonijiet

Għandha ssir manutenzjonu u ittestjar u spezzjonijiet ibbażati fuq il-linji gwida żviluppati mill-IMO MSC/Ċirk.850 u f’manjiera li tqis b’mod xieraq li tiżgura l-affidabbiltà tas-sistemi u tat-tagħmir li jitfu n-nirien. Għandu jinżamm pjan tal-manutenzjoni abbord il-vapur u għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni, kull meta jkun meħtieġ, mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

Il-pjanta tal-manutenzjoni għandha tinkludi tal-anqas is-sistemi tal-protezzjoni min-nirien u s-sistemi u t-tagħmir tat-tifi tan-nar, dejjem jekk ikunu installati:

.1

mejns tan-nirien, pompi tan-nirien u idranti li jinkludu l-manki u ż-żennuni;

.2

sistemi fissi tal-individwazzjoni tan-nirien u sistemi tal-allarm tan-nirien;

.3

sistemi fissi tat-tifi tan-nar u tagħmir ieħor għat-tifi tan-nar;

.4

tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, sistemi tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien;

.5

sistemi tal-ventilazzjoni li jinkludu barrieri tan-nirien u tad-duħħan, fannijiet u l-kontrolli tagħhom;

.6

għeluq tal-emerġenza tal-provvista tal-karburant;

.7

bibien li jaqtgħu in-nar inklużi l-kontrolli tagħhom;

.8

sistemi ġenerali tal-emerġenza tal-allarm;

.9

apparat għan-nifs għall-ħrib ta’ emerġenza;

.10

estinturi li jistgħu jinġarru inklużi karigi ta’ riserva; u

.11

ilbies tal-persunal tat-tifi tan-narr.

Il-programm tal-manutenzjoni jista’ jkun ibbażat fuq il-kompjuter.

.2   Rekwiżiti addizzjonali

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara li jġorru aktar minn 36 passiġġier, għandu jiġi żviluppat pjan tal-manutenzjoni għad-dwal li qegħdin f’postijiet baxxi u sistemi għalt-tgħarrif pubbliku flimkien mal-pjan tal-manutenzjoni taħt il-paragrafu.1.2.

15.   Struzzjonijiet, taħriġ abbord u provi

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Struzzjonijiet, dmirijiet u organizzazzjoni

.1

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jirċievu struzzjonijiet abbord il-vapur.

.2

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jirċievu struzzjonijiet dwar id-dmirijiet assenjati lilhom.

.3

Il-partijiet responsabbli għat-tifi tan-nirien għandhom ikunu organizzati. Dawn il-partijiet għandhom ikunu kapaċi jaqdu dmirijiethom f’kull ħin waqt li l-vapur ikun fis-servizz.

.2   Taħriġ abbord u provi

.1

Il-membri tal-ekwipaġġ għandhom jiġu mħarrġa sabiex ikunu familjari mal-arranġamenti tal-vapur kif ukoll il-lok u t-tħaddim ta’ kull sistema tat-tifi tan-nar u tagħmir li jistgħu jiġu msejħa biex jużaw.

.2

It-taħriġ fl-użu tal-mezzi tat-teħid tan-nifs waqt emerġenza għandu jiġi kkunsidrat bħala parti mit-taħriġ abbord.

.3

Il-prestazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ li ngħataw dmirijiet li jitfu n-nirien għandhom jiġu evalwati perjodikament billi jsir taħriġ abbord u provi sabiex jiġu identifikati oqsma fejn hemm bżonn ta’ titjib, sabiex ikun żgurat li l-kompetenza fil-kapaċitajiet tat-tifi tan-nar qed tinżamm u sabiex jiżguraw it-tħaddim fil-pront tal-organizzazzjoni tat-tifi tan-nar.

.4

Għandu jiġi ppjanat u mwettaq taħriġ abbord fl-użu tas-sistemi tat-tifi tan-nar tal-vapur u tat-tagħmir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/19.4.1 ta’ SOLAS 1974, kif emendat.

.5

Għandhom isiru u jiġu rreġistrati provi tan-nirien f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti III/19.3.4, III/19.5 u III/30 ta’ SOLAS 1974, kif emendat.

.3   Manwali tat-taħriġ

Għandhom jiġu pprovduti manwali tat-taħriġ f’kull mess room tal-ekwipaġġ u kamra tar-rikreazzjoni jew f’kull kabina tal-ekwipaġġ. Il-manwal tat-taħriġ għandu jinkiteb fil-lingwa tat-tħaddim tal-vapur. Il-manwal tat-taħriġ li jista’ jkun magħmul minn diversi volumi għandu jkollu fih l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa f’dan il-paragrafu f’termini li jinftiehmu faċilment u impinġija kull meta jkun possibbli. Kull parti ta’ din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ għajnuniet awdjo-viżivi minflok il-manwal. Il-manwal tat-taħriġ għandu jispjega li ġej fid-dettall:

.1

prattika ġenerali tas-sikurezza min nirien u prekawzjonijiet relatati mal-perikli tat-tipjip, perikli elettriċi, likwidi li jaqbdu u perikli oħra komuni fuq il-vapuri,

.2

struzzjonijiet ġenerali dwar l-attivitajiet tat-tifi tan-nar u l-proċeduri tat-tifi tan-nar inklużi l-proċeduri għan-notifikazzjoni tan-nirien u l-użu ta’ punti tal-ajjut li jitħaddmu manwalment,

.3

tifsiriet tal-allarmi tal-vapuri,

.4

tħaddim u użu ta’ sistemi u tagħmir tat-tifi tan-nar,

.5

tħaddim u użu tal-bibien li jaqtgħu n-nirien,

.6

tħaddim u użu ta’ sistemi tat-tifi tan-nar u barrieri tad-duħħan, u

.7

sistemi u tagħmir ta’ ħrib.

.4   Pjanijiet għall-kontroll tan-nirien

Il-pjanijiet għall-kontroll tan-nirien għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/13.

16.   Operazzjonijiet

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C, D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Biex jiġu pprovduti tagħrif u struzzjonijiet għall-ħidmiet tal-ġarr tal-merkanzija minn fuq il-vapur b’rabta mas-sikurezza fir-rigward tar-riskju ta’ nirien, għandhom jiġu pprovduti fuljetti tat-tħaddim.

.2

Il-fuljett tat-tħaddim meħtieġ għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa u l-istruzzjonijiet għat-tħaddim sikur tal-vapur u l-operazzjonijiet tal-ġarr tal-merkanzija b’rabta mas-sikurezza fir-rigward ta’ riskju ta’ nirien. Il-fuljett għandu jinkludi informazzjoni li tikkonċerna r-responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ għas-sikurezza ġenerali kontra n-nirien tal-vapur waqt it-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija. Għall-vapuri li jġorru prodotti perikolużi l-fuljett dwar is-sikurezza f’każ ta’ nirien għandu jipprovdi referenza għall-istruzzjonijiet pertinenti tat-tifi tan-nar u tal-ġarr tal-merkanzija fl-emerġenza li jinsabu fil-Kodiċi Internazzjonali Marittimu dwar il-Prodotti Perikolużi.

.3

Il-fuljett dwar il-proċeduri tas-sikurezza f’każ ta’ nirien għandu jinkiteb bil-lingwa tat-tħaddim tal-vapur.

.4

Il-fuljett dwar il-proċeduri tas-sikurezza f’każ ta’ nirien jista’ jiġi kkombinat mal-manwali tat-taħriġ meħtieġa fir-Regolament II-2/A/15.3.

PARTI B

MIŻURI TAS-SIKUREZZA KONTRA N-NIRIEN

1.   Struttura (R 23)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-buq, is-soprastrutturi, l-istruttura tal-paratiji, il-gverti u l-kmamar ta’ fuq il-gverta għandhom jinbnew mill-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti; Għall-iskop li tiġi applikata d-definizzjoni tal-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti kif mogħti minn Regolament II-2/A/2.7, l-‘esponiment applikabbli għan-nirien’ għandu jkun skont l-integrità u l-istandards tal-iżolazzjoni mogħtija fit-tabelli tar-Regolamenti II-2/B/4 u 5. Pereżempju, fejn tali diviżjonijiet bħall-gverti jew il-ġnub u t-truf tal-kmamar ta’ fuq il-gverta jista’ jkollhom integrità tan-nirien ‘B-0’, l-‘esponiment applikabbli għan-nirien’ għandu jkun ta’ nofs siegħa.

.2

Madankollu, f’każijiet fejn kull parti mill-istruttura hija tal-liega tal-aluminju, għandu japplika li ġej:

.1

L-iżolazzjoni ta’ komponenti tal-liega tal-aluminju tad-diviżjonijiet tal-klassi A jew B, ħlief għall-istruttura li ma żżomx piż fuqha, għandha tkun tali li t-temperatura tal-qalba strutturali ma togħliex aktar minn 200 oC ‘il fuq mit-temperatura ambjentali f’kull ħin matul l-esponiment għan-nirien applikabbli għat-test standard tan-nirien.

.2

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iżolazzjoni tal-komponenti tal-liega tal-aluminju tal-kolonni, pilastri jew membri oħra strutturali biex jakkomodaw l-ippustjar tad-dgħajsa tas-salvataġġ u taċ-ċattra tas-salvataġġ, żoni tal-imbarkazzjoni, u d-diviżjonijiet tal-klassijiet A u B biex jiġi żgurat:

.1

li għal dawk il-membri li jsostnu ż-żoni tad-dgħajjes tas-salvataġġ u taċ-ċattra tas-salvataġġ u d-diviżjonijiet tal-klassi A, il-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura msemmija fil-paragrafu 2.1 għandha tapplika fl-aħħar ta’ siegħa; u

.2

li għal dawk il-membri li huma meħtieġa li jakkomodaw id-diviżjonijiet tal-klassi B, il-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura msemmija fil-paragrafu 2.1 għandha tapplika fl-aħħar ta’ nofs siegħa.

.3

L-għata u l-kejsings tal-kategorija A tal-ispazji tal-makkinarju għandhom ikunu ta’ binja tal-azzar li tkun iżolata b’mod xieraq u l-fetħiet ta’ ġo fihom, jekk ikun hemm, għandhom jiġu irranġati u protetti b’mod xieraq sabiex jevitaw il-firxa tan-nirien.

2.   Żoni prinċipali vertikali u żoni orizzontali (R 24)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1.1

F’vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-buq, l-istruttura tal-gverta, u l-kmamar ta’ fuq il-gverta huma maqsuma f’żoni prinċipali vertikali mid-diviżjonijiet tal-klassi ‘A-60’.

It-turġien u d-daħliet għandhom jinżammu f’minimu iżda fejn ikun meħtieġ, għandu jkun hemm ukoll diviżjonijiet tal-klassi A-60.

Fejn spazju miftuħ fuq il-gverta, spazju sanitarju jew spazju simili jew tank li fih tank taż-żejt tal-karburant, spazju vojt jew spazju awżiljari tal-makkinarju li għandu ftit jew l-ebda riskju ta’ nirien, ikun fuq naħa waħda jew fejn it-tankijiet taż-żejt tal-karburant ikunu fuq iż-żewġ naħat tad-diviżjoni, l-istandard jista’ jitnaqqas għal A-0.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.2

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u għall-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier, il-buq, is-soprastruttura u l-kmamar ta’ fuq il-gverta li jservu bħala spazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz għandhom jiġu suddiviżi f’żoni prinċipali vertikali b’diviżjonijiet tal-klassi A. Dawn id-diviżjonijiet għandu jkollhom valuri tal-iżolazzjoni f’konformità mat-tabelli fir-Regolament 5.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.2

Sa fejn ikun prattiku, il-paratiji li jiffurmaw il-konfini taż-żoni prinċipali vertikali ‘l fuq mill-gverta tal-paratija għandhom ikunu f’linja mal-paratiji impermeabbli tas-suddiviżjoni li jinsabu direttament taħt il-gverta tal-paratija. It-tul u l-wisa’ taż-żoni prinċipali vertikali jistgħu jiġu estiżi għal massimu ta’ 48 metru sabiex iġibu t-truf taż-żoni prinċipali vertikali biex jaqblu mal-paratiji impermeabbli tas-suddiviżjoni jew sabiex jakkomodaw kull spazju kbir pubbliku li jestendi għat-tul kollu taż-żona prinċipali vertikali kemm-il darba l-erja totali taż-żona prinċipali vertikali ma tkunx akbar minn 1 600 m2 fuq kull gverta. It-tul u l-wisa’ ta’ żona prinċipali vertikali hija d-distanza massima bejn l-aktar punti mbiegħda tal-paratiji li jdawruha.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.3

Tali paratiji għandhom jestendu minn gverta għal gverta u sal-qoxra jew konfini oħra.

.4

Fejn kull żona prinċipali vertikali tkun suddiviża f’diviżjonijiet tal-klassi A f’żoni orizzontali bil-għan li tipprovdi barriera xierqa bejn iż-żoni tal-vapur li għandhom bexxixiet u dawk li ma għandhomx, id-diviżjonijiet għandhom jestendu bejn il-paratiji vertikali prinċipali ħdejn xulxin u lejn il-qoxra u lejn il-konfini tal-vapur u għandhom jiġu iżolati f’konformità mal-valuri tal-iżolazzjoni u integrità mogħtija fit-tabella 4.2 għall-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier, u vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier.

.5

.1

Fuq vapuri li ġew iddisinjati għal skopijiet speċjali, bħal vapuri li jġorru l-karozzi jew il-vaguni ferrovjarji fejn jekk ikun hemm paratiji prinċipali vertikali fiż-żona jkun qed jintilef l-iskop li għalih huwa intiż il-vapur, għandha tingħata protezzjoni ekwivalenti billi jiġi maqsum l-ispazju f’żoni orizzontali.

.2

Madanakollu, f’vapur bi spazji b’kategorija speċjali, kull spazju bħal dan għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ Regolament II-2/B/14 u sa fejn din il-konformità tkun inkonsistenti mal-konformità mar-rekwiżiti l-oħra ta’ din il-parti, ir-rekwiżiti tar-Regolament II-2/B/14 għandhom jipprevalu.

3.   Paratiji b’żona prinċipali vertikali (R 25)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.1.1

Għall-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier il-paratiji kollha li mhumiex meħtieġa li jkunu diviżjonijiet tal-klassi A għandhom ikunu tal-anqas diviżjonijiet tal-klassi B jew C kif imniżżel fit-tabelli ta’ Regolament 4. Dawn id-diviżjonijiet kollha jistgħu jiltaqgħu ma’ materjal kombustibbli f’konformità mad-dispożizzjonijet tar-Regolament II-2/B/11.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI JĠORRU ANQAS MINN 36 PASSIĠĠIER U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.1.2

Għall-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier u għall-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier il-paratiji kollha fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz li mhumiex meħtieġa li jkunu diviżjonijiet tal-klassi A għandhom ikunu tal-anqas ikunu fid-diviżjonijiet tal-klassi B jew C kif preskritt fit-tabelli fir-Regolament II-2/B/5.

Dawn id-diviżjonijiet kollha jistgħu jkunu miksija b’ materjal kombustibbli f’konformità mad-dispożizzjonijet ta’ Regolament 11.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

Għall-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier u għall-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier il-paratiji kollha ta’ mal-kuritur li mhumiex meħtieġa li jkunu diviżjonijiet tal-klassi A,għandhom ikunu ta’ diviżjonijiet tal-klassi B li għandhom jestendu minn gverta għall-oħra ħlief:

.1

meta s-soqfa jew is-suffetti kontinwi tal-klassi B ikunu mwaħħla fuq iż-żewġ naħat tal-paratiji, il-porzjon tal-paratija wara s-saqaf jew suffett kontinwu għandu jkun ta’ materjal li, fil-ħxuna u fl-għamla, ikun aċċettabbli fil-kostruzzjoni tad-diviżjonijiet tal-klassi B li iżda jkun meħtieġ li jilħaq l-istandards ta’ integrità tal-klassi B biss sa fejn dan ikun prattiku u raġonevoli;

.2

fil-każ ta’ vapur protett minn sistema awtomatika li tferrex l-ilma li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/8, il-paratiji tal-kuritur tal-materjali tal-klassi B jistgħu jieqfu f’kull saqaf fil-kuritur kemm-il darba dan is-saqaf ikun magħmul minn materjal li, fil-ħxuna u fl-għamla, huwa aċċettabbli fil-kostruzzjoni tad-diviżjonijiet tal-klassi B.

Minkejja r-rekwiżiti tar-Regolamenti II-2/B/4 u 5, tali paratiji u soqfa għandhom ikunu meħtieġa li jilħqu l-istandards ta’ integrità tal-klassi B biss sa fejn ikun raġonevoli u prattiku. Il-bibien u l-oqfsa kollha f’tali paratiji għandhom ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli u għandhom jinbnew u jitwaqqfu b’tali mod sabiex jipprovdu reżistenza sostanzjali għan-nirien.

.3

Il-paratiji kollha meħtieġa biex ikunu diviżjoni tal-klassi B, ħlief il-paratiji tal-kurituri msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jestendu minn gverta għall-oħra u sal-qoxra jew konfini oħra sakemm is-soqfa jew suffetti kontinwi tal-klassi B li huma mwaħħlin fuq iż-żewġ naħat tal-paratija ma jkunux tal-anqas tal-istess reżistenza bħal paratija, f’liema każ il-paratija tispiċċa fis-saqaf jew fis-suffett kontinwu.

4.   L-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tal-paratiji u l-gverti fil-vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 26)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Barra milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tal-paratiji u l-gverti msemmija f’partijiet oħra, l-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien minima tal-paratiji u l-gverti kollha għandha tkun kif imsemmija f’tabelli 4.1 u 4.2.

.2

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jirregolaw l-applikazzjoni tat-tabelli:

.1

Tabella 4.1 għandha tgħodd għall-paratiji li mhumiex madwar la ż-żoni prinċipali vertikali u lanqas iż-żoni orizzontali.

Tabella 4.2 għandha tgħodd għall-gverti li ma jiffurmawx turġien fiż-żoni prinċipali vertikali u lanqas madwar iż-żoni orizzontali.

.2

Biex jiġu ddeterminati li jridu jiġu applikati l-istandards xierqa tal-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien għall-konfini bejn l-ispazji maġenb xulxin, tali spazji għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riskju li jaqbdu kif muri f’kategoriji (1) sa (14). Fejn il-kontenut u l-użu ta’ spazju huma tali li jkun hemm dubju dwar il-klassifikazzjoni għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkunsidratii bħala spazju fil-kategorija rilevanti li għandu rekwiżiti tal-limiti l-aktar iebsa. It-titolu ta’ kull kategorija huwa maħsub biex ikun tipiku aktar milli restrittiv. L-għadd ta’ parenteżi li jiġu qabel kull kategorija jirreferu għall-kolonna jew ir-ringiela applikabbli fit-tabelli.

(1)

Stazzjonijiet tal-kontroll:

spazji li fihom sorsi ta’ emerġenza tal-enerġija u tad-dawl,

il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep,

spazji li fihom it-tagħmir tar-radju tal-vapur,

kmamar tat-tifi tan-nar, kmamar tal-kontroll tan-nirien u stazzjonijiet li jirreġistraw in-nirien,

kamra tal-kontroll għall-makkinarju tal-propulsjoni meta jkun jinsab barra mill-ispazju tal-propulsjoni,

spazji li fihom tagħmir ċentralizzat tal-allarm tan-nirien,

spazji li fihom stazzjonijiet tas-sistema ta’ tgħarrif pubbliku ċentralizzata u tagħmir.

(2)

Turġien:

turġien fuq ġewwa, liftijiet u skalaturi (li mhumiex dawk li jinstabu kompletament fl-ispazji tal-makkinarju) għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ u l-ispazji magħluqa li jagħtu għalihom,

f’din il-konnessjoni taraġ li jkun magħluq f’livell wieħed biss għandu jitqies bħala parti mill-ispazju li ma jkunx separat minnu minn kull bieb li jaqta’ n-nar.

(3)

Kurituri:

kurituri tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ.

(4)

Stazzjonijiet tal-evakwazzjoni u rotot esterni ta’ ħrib:

żona fejn jinħażnu l-inġenji tal-baħar tas-salvataġġ,

spazji miftuħa tal-gverta u postijiet tal-mixi magħluqa li jiffurmaw stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u li jniżżlu mid-dgħajjes tas-salvataġġ u ċ-ċattri tas-salvataġġ,

stazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies, interni u esterni,

turġien fuq barra u gverti miftuħa li jintużaw bħala rotot tal-ħrib,

il-ġenb tal-vapur sal-linja sa fejn jasal l-ilma fil-kundizzjoni l-aktar ħafifa tat-tbaħħir, il-ġnub tas-soprastruttura u tal-kamra ta’ fuq il-gverta li jinsabu taħt u maġenb iċ-ċattri tas-salvataġġ u ż-żrieżaq tal-evakwazzjoni fiż-żoni tal-imbarkazzjoni.

(5)

Spazji miftuħa tal-gverta:

spazji miftuħa tal-gverta u postijiet tal-mixi magħluqa li ma fihomx stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u li ma jistgħux iniżżlu dgħajjes tas-salvataġġ u ċ-ċattra tas-salvataġġ u lanqas iservu bħala stazzjonijiet ta’ nżul,

spazji tal-ajru (l-ispazju barra s-superstrutturi u l-kmamar ta’ fuq il-gverta).

(6)

L-ispazji tal-akkomodazzjoni b’ riskju limitat li jieħdu n-nar:

kabini li fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar,

uffiċċji u bereġ li fihom għamara u tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar,

spazji pubbliċi u li fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar ta’ anqas minn 50 m2.

(7)

L-ispazji tal-akkomodazzjoni ta’ riskju moderat minn nirien:

spazji bħal f’kategorija (6) hawn fuq iżda li fihom l-għamara u t-tagħmir b’kull riskju ieħor li mhux ir-riskju ristrett li jieħdu n-nar,

spazji pubbliċi li fihom l-għamara u t-tagħmir b’riskju ristrett li jieħdu n-nar ta’ anqas minn 50 m2 jew aktar,

kabinetti li jissakkru iżolati u kmamar żgħar tal-ħżin fl-ispazji tal-akkomodazzjoni li għandhom erja ta’ anqas minn 4 m2 (li fihom likwidi li jaqbdu n-nar ma jinħażnux),

ħwienet tal-bejgħ,

swali ta’ projjezzjoni tal-ħażna tal-pellikoli,

kċejjen tad-dieta (li ma jkun fihom l-ebda fjamma miftuħa),

kabinetti li jissakkru li fihom t-tagħmir tat-tindif (li fihom ma jinħażnux likwidi li jaqbdu),

laboratorji (li fihom ma jinħażnux likwidi li jaqbdu),

spiżeriji,

kmamar żgħar għat-tnixif (li jkollhom erja tal-gverta ta’ 4 m2 jew anqas),

kmamar għall-ħżin ta’ oġġetti ta’ valur,

kmamar għall-operazzjonijiet.

(8)

L-ispazji tal-akkomodazzjoni b’ riskju akbar li jieħdu n-nar:

spazji pubbliċi li fihom l-għamara u t-tagħmir li ma jippreżentawx riskju limitat li jieħdu n-nar li għandha kull gverta b’erja ta’ 50 m2 jew aktar.

ħwienet tal-barbiera u ħwienet tas-sbuħija

(9)

spazji sanitarji u spazji simili:

faċilitajiet sanitarji tal-komunità, doċċi, banjijiet, tojlits, eċċ,

kmamar żgħar tal-ħasil,

żona tal-pixxina interna,

dispensi iżolati li ma fihom l-ebda tagħmir tat-tisjir fl-ispazji tal-akkomodazzjoni,

faċilitajiet privati sanitarji għandhom jiġu kkunsidrati bħala porzjon tal-ispazju li fih ikunu jinsabu.

(10)

Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljari li għandhomftit jew xejn riskju li jieħdu n-nar:

tankijiet tal-ilma li jiffurmaw parti mill-istruttura tal-vapur,

spazji vojta u cofferdams,

spazji awżiljari tal-makkinarju li ma fihx makkinarju li fih sistema tal-lubrikazzjoni bil-pressjoni u fejn il-ħżin tal-affarijiet li jaqbdu hija pprojbita, bħalma huma,

kmamar tal-ventilazzjoni u tal-ikkundizzjonar tal-arja; kamra tal-murinell; kamra tal-apparat li jagħti direzzjoni; kamra bit-tagħmir li jistabilizza; kamra tal-propulsjoni bil-mutur elettriku; kmamar li fihom swiċċbords u tagħmir purament elettriku li mhumiex trasformaturi elettriċi mimlija biż-żejt (‘il fuq minn 10kVA); shaft alleys u mini tal-pajpijiet; spazji għall-pompi u makkinarju tar-refriġerazzjoni (la jġorru u lanqas jużaw likwidi li jaqbdu),

bagolli magħluqa li jservu l-ispazji mniżżla hawn fuq,

bagolli oħra magħluqa bħal dawk tal-pajpijiet u tal-kejbils.

(11)

L-ispazji tal-makkinarju awżiljari, spazji tal-merkanzija, tankijiet tal-merkanzija u oħrajn taż-żejt u spazji b’riskju moderat li jaqbdu:

tankijiet tal-merkanzija taż-żejt,

postijiet fejn ikun hemm il-merkanzija, minn fejn jgħaddu l-bagolli u l-bokkaporti,

kmamar imkessħa,

tankijiet tal-karburant taż-żejt (fejn huma installati fi spazju separat mingħajr makkinarju),

shaft alleys u mini tal-pajpijiet li jippermettu l-ħżin tal-oġġetti li jaqbdu,

spazju tal-makkinarju awżiljari bħal tal-kategorija (10) li fihom makkinarju li fih sistema tal-lubrikazzjoni bil-pressjoni jew fejn il-ħżin tal-affarijiet li jaqbdu hija permessa,

stazzjonijiet minn fejn jimtela l-karburant taż-żejt,

spazji li fihom trasformaturi elettriċi mimlija biż-żejt (‘il fuq minn 10 kVA),

spazji li fihom magni żgħar tal-kombustjoni interna li jagħtu enerġija sa 110 kW li jdawru ġeneraturi, pompi tal-bexxiexa, pompi tat-tagħmir li jxarrab u tat-tifi tan-nar, pompi tas-sentina, eċċ,

bagolli magħluqa li jservu l-ispazji mniżżla hawn fuq.

(12)

Spazji tal-makkinarju u kċejjen prinċipali:

kmamar tal-propulsjoni prinċipali (li mhumiex kmamar tal-muturi tal-propulsjoni elettrika) u kmamar tal-bojlers,

spazji tal-makkinarju awżiljari u li mhumiex dawk tal-kategoriji (10) u (11) li fihom makkinarju tal-kombustjoni interna jew unitajiet oħra li jaħarqu ż-żejt, isaħħnuh jew jippumpjawh,

kċejjen prinċipali u annessi,

bagolli u kejsings għall-ispazji mniżżla hawn fuq.

(13)

Stivi, kmamar tax-xogħol, dispensi, eċċ.:

postijiet prinċipali fejn jinżamm l-ikel li mhumiex annessi mal-kċejjen,

post prinċipali fejn jinħaslu l-ħwejjeġ,

kmamar kbar għat-tnixxif (li għandhom gverta tal-erja ta’ aktar minn 4 m2),

postijiet tal-ħżin mixxellanji,

kmamar tal-posta u tal-bagalji,

kmamar taż-żibel,

kmamar tax-xogħol (li mhumiex parti mill-ispazji tal-makkinarju, kċejjen, eċċ),

kabinetti li jissakkru u kmamar tal-ħżinħżin li għandhom erja akbar minn 4 m2, li mhumiex dawk l-ispazji li għandhom porvvedimenti għall-ħżinħżin ta’ likwidi li jaqbdu.

(14)

Spazji oħra fejn jinħażnu l-likwidi li jaqbdu:

kabinetti taż-żebgħa li jissakkru,

kmamar ta’ ħżin li jkun fihom likwidi li jaqbdu (inklużi żebgħa, mediċini, eċċ.),

laboratorji (li fihom il-likwidi li jaqbdu huma stivati).

.3

Fejn għall-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien ta’ fruntiera bejn żewġ spazji jintwera biss valur wieħed, dak il-valur għandu japplika fil-każijiet kollha.

.4

Ma hemmx rekwiżiti speċjali għall-materjal jew integrità tal-konfini fejn jidher biss sinjal twil fit-tabelli.

.5

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tistabbilixxi fir-rigward tal-ispazji tal-kategorija (5) jekk il-valuri tal-iżolazzjoni f’tabella 4.1 għandhomx japplikaw għall-kmamar ta’ fuq il-gverta u s-soprastrutturi, u jekk il-valuri tal-iżolazzjoni fit-tabella 4.2 għandhomx japplikaw għall-gverti tal-osservazzjoni. Ir-rekwiżiti ta’ kategorija (5) ta’ tabella 4.1 jew 4.2 ma għandhom f’ebda każ jeħtieġu l-għeluq tal-ispazji li fl-opinjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma hemmx bżonn ikunu magħluqa.

.3

Is-soqfa u s-suffetti kontinwi tal-klassi li huma f’konnessjoni mal-gverti jew paratiji rilevanti jistgħu jiġu aċċettati bħala li jikkontribwixxu fis-sħiħ jew parzjalment, mal-iżolazzjoni u integrità ta’ kull diviżjoni.

.4

Waqt li tapprova d-dettalji strutturali tal-protezzjoni min-nirien l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tikkunsidra r-riskju tat-trasferiment tas-sħana fl-intersezzjonijiet u fil-punti terminali tal-barrieri termali meħtieġa.

Noti li jridu jiġu applikati ghal tabelli 4.1. u 4.2

Tabella 4.1

Paratiji li la jikkonfinaw maż-żoni prinċipali vertikali u lanqas maż-żoni orizzontali

Spazji

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

B-0 (1)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-60

A-60

A-60

A-0

A-0

A-60

A-60

A-60

A-60

Turġien

(2)

 

A-0 (1)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-15

A-15

A-0 (3)

A-0

A-15

A-30

A-15

A-30

Kurituri

(3)

 

 

B-15

A-60

A-0

B-15

B-15

B-15

B-15

A-0

A-15

A-30

A-0

A-30

Stazzjonijiet tal-evakwazzjoni u rotot esterni ta’ ħrib

(4)

 

 

 

 

A-0

A (4)-60 (2)

A (4)-60 (2)

A (4)-60 (2)

A-0 (4)

A-0

A-60 (2)

A-60 (2)

A-60 (2)

A-60 (2)

Spazji miftuħa tal-gverta

(5)

 

 

 

 

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju limitat li jaqbdu

(6)

 

 

 

 

 

B-0

B-0

B-0

C

A-0

A-0

A-30

A-0

A-30

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju moderat li jaqbdu

(7)

 

 

 

 

 

 

B-0

B-0

C

A-0

A-15

A-60

A-15

A-60

Spazji tal-akkomodazzjoni b’ riskju akbar li jaqbdu

(8)

 

 

 

 

 

 

 

B-0

C

A-0

A-30

A-60

A-15

A-60

Spazji sanitarji u spazji simili

(9)

 

 

 

 

 

 

 

 

C

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljari li għandhom ftit jew xejn riskju tan-nirien

(10)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0 (1)

A-0

A-0

A-0

A-0

L-ispazji tal-makkinarju awżiljari, spazji tal-merkanzija, tankijiet tal-merkanzija u oħrajn taż-żejt u spazji b’riskju moderat li jaqbdu

(11)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0 (1)

A-0

A-0

A-15

Spazji tal-makkinarju u kċejjen prinċipali:

(12)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0 (1)

A-0

A-60

Kmamar tal-ħżin, kmamar tax-xogħol, dispensi, eċċ.

(13)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0 (1)

A-0

Spazji oħra fejn jiġu stivati l-likwidi li jaqbdu

(14)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-30


Tabella 4.2

Gverti li la jiffurmaw turġien fiż-żoni prinċipali vertikali u lanqas jikkonfinaw maż-żoni orizzontali

Spazju taħt ↓ Spazju fuq→

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-30

A-30

A-15

A-0

A-0

A-0

A-15

A-30

A-0

A-0

A-0

A-60

A-0

A-60

Turġien

(2)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-30

A-0

A-30

Kurituri

(3)

A-15

A-0

A-0 (1)

A-60

A-0

A-0

A-15

A-15

A-0

A-0

A-0

A-30

A-0

A-30

Stazzjonijiet tal-evakwazzjoni u rotot esterni ta’ ħrib

(4)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji miftuħa tal-gverta

(5)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju limitat li jaqbdu

(6)

A-60

A-15

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni b’riskju moderat li jaqbdu

(7)

A-60

A-15

A-15

A-60

A-0

A-0

A-15

A-15

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni b’ riskju akbar li jaqbdu

(8)

A-60

A-15

A-15

A-60

A-0

A-15

A-15

A-30

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji sanitarji u spazji simili

(9)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Tankijiet, spazji vojta u spazji tal-makkinarju awżiljari li għandhom ftit jew xejn riskju tan-nirien

(10)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0 (1)

A-0

A-0

A-0

A-0

L-ispazji tal-makkinarju awżiljari, spazji tal-merkanzija, tankijiet tal-merkanzija u oħrajn taż-żejt u spazji b’riskju moderat li jaqbdu

(11)

A-60

A-60

A-60

A-60

A-0

A-0

A-15

A-30

A-0

A-0

A-0 (1)

A-0

A-0

A-30

Spazji tal-makkinarju u kċejjen prinċipali:

(12)

A-60

A-60

A-60

A-60

A-0

A-60

A-60

A-60

A-0

A-0

A-30

A-30 (1)

A-0

A-60

Kmamar tal-ħżin, kmamar tax-xogħol, dispensidispensi, eċċ.

(13)

A-60

A-30

A-15

A-60

A-0

A-15

A-30

A-30

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

Spazji oħra fejn jiġu stivati l-likwidi li jaqbdu

(14)

A-60

A-60

A-60

A-60

A-0

A-30

A-60

A-60

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

5.   L-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-paratiji u l-gverti fil-vapuri ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 27)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI JĠORRU ANQAS MINN 36 PASSIĠĠIER U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.1

Barra milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tal-paratiji u l-gverti msemmija f’postijiet oħra f’din il-parti, l-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien minima ta’ kull paratija u kull gverta għandha tkun kif imsemmija f’tabelli 5.1 u 5.2.

Fl-approvazzjoni tal-prekawzjonijiet strutturali għall-protezzjoni min-nirien fil-vapuri ġodda, għandu jiġi kkunsidrat ir-riskju tat-trasferiment tas-sħana bejn il-pontijiet tas-sħana fil-punti ta’ intersezzjoni, u fejn il-mezzi li jnaqqsu s-sħana jispiċċaw.

.2

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jirregolaw l-applikazzjoni tat-tabelli:

.1

It-tabelli 5.1 u 5.2 għandhom japplikaw rispettivament għall-paratiji u l-gverti li jisseparaw l-ispazji ħdejn xulxin.

.2

Biex jiġu ddeterminat l-istandards xierqa tal-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien li għandhom jiġu applikati għad-diviżjonijiet bejn l-ispazji maġenb xulxin, dawn l-spazji għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riskju li jaqbdu kif muri f’kategoriji (1) sa (11). It-titolu ta’ kull kategorija huwa maħsub biex ikun tipiku aktar milli restrittiv. L-għadd ta’ parenteżi li jiġu qabel kull kategorija jirreferu għall-kolonna jew ringiela applikabbli fit-tabelli.

(1)

Stazzjonijiet tal-kontroll:

spazji li fihom sorsi ta’ emerġenza tal-enerġija u tad-dawl,

il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep,

spazji li fihom it-tagħmir tar-radju tal-vapur,

kmamar tat-tifi tan-nar, kmamar tal-kontroll tan-nirien u stazzjonijiet li jirreġistraw in-nirien,

kamra tal-kontroll għall-makkinarju tal-propulsjoni meta jkun jinsab barra mill-ispazju tal-propulsjoni,

spazji li fihom tagħmir ċentralizzat tal-allarm minn nirien.

(2)

Kurituri:

kurituri tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ u l-entraturi.

(3)

L-ispazji tal-akkomodazzjoni:

spazji kif iddefiniti f’Regolament II-2/A/2.10 li jeskludu l-kurituri.

(4)

Turġien:

turġien fuq ġewwa, liftijiet u skalaturi (li mhumiex dawk li jinstabu kompletament fl-ispazji tal-makkinarju) u l-ispazji magħluqa għalihom;

f’din il-konnessjoni taraġ li huwa magħluq f’kull livell wieħed biss għandu jiġi meqjus bħala parti mill-ispazju li ma jkunux separat minnu minn bieb tan-nirien.

(5)

L-ispazji tas-servizzi (ta’ riskju baxx):

kabinetti li jissakkru u kmamar tal-ħżin li ma għandhomx dispożizzjonijiet tal-likwidi li jaqbdu u għandhom erji ta’ anqas minn 4 m2 u l-kmamar tat-tnixxif u l-postijiet fejn jinħaslu l-ħwejjeġ.

(6)

L-ispazji tal-makkinarju ta’ kategorija A:

spazji kif iddefiniti f’Regolament II-2/A/2.19.1

(7)

Spazji oħra tal-makkinarju:

spazji kif iddefiniti f’Regolament II-2/A/2.19.2 li jeskludu l-ispazji tal-makkinarju ta’ kategorija A.

(8)

L-ispazji tal-merkanzija:

kull spazju użat għall-merkanzija (inklużi t-tankijiet taż-żejt tal-merkanzija) u passaġġi tal-bagolli u bokkaporti għal dawn l-ispazji, li mhumiex spazji tal-kategorija speċjali.

(9)

L-ispazji tas-servizzi (ta’riskju għoli):

kċejjen, dispensi li fihom t-tagħmir għat-tisjir, kmamar taż-żebgħa u tal-lampi, kaxxarizzi u kmamar tal-ħżin li għandhom erja ta’ 4 m2 jew aktar, spazji għall-ħżin tal-likwidi li jaqbdu, kmamar tax-xogħol li mhumiex dawk li jiffurmaw parti mill-ispazji tal-makkinarju.

(10)

Gverti miftuħa:

spazji miftuħa tal-gverta u postijiet tal-mixi magħluqa li ma għandhomx riskju tli jaqbdu. Spazji tal-ajru (l-ispazju fuq in-naħa ta’ barra s-superstrutturi u l-kmamar ta’ fuq il-gverta).

(11)

L-ispazji tal-kategorija speċjali:

spazji kif iddefiniti f’Regolament II-2/A/2.18

.3

Biex jiġi ddeterminat l-istandard tal-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien applikabbli għall-konfini bejn żewġ spazji f’kull żona prinċipali vertikali jew żona orizzontali li mhix protetta minn sistema ta’ tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/8 jew bejn dawn iż-żoni li l-ebda minnhom ma tkun protetta b’dan il-mod, l-ogħla waħda miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli għandhom japplikaw.

.4

Biex jiġi ddeterminat l-istandard tal-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien applikabbli għall-konfini bejn żewġ spazji fi ħdan żona prinċipali vertikali jew żona orizzontali li hija mħarsa minn kull sistema ta’ tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/8 jew bejn tali żoni li jkunu protetti b’dan il-mod, l-iżgħar wieħed miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli għandu japplikaw. Fejn żona li fiha l-bexxixiet u żona li ma fihiex bexxixiet jiltaqgħu fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, għandu japplika l-ogħla wieħed miż-żewġ valuri mogħtija fit-tabelli għad-diviżjoni bejn iż-żoni.

.3

Is-soqfa u s-suffetti kontinwi tal-klassi B, li huma f’konnessjoni mal-gverti rilevanti jew paratiji, jistgħu jiġu aċċettati bħala li jikkontribwixxu fis-sħiħ jew in parti, mal-iżolazzjoni u integrità ta’ kull diviżjoni.

.4

Konfini esterni li huma meħtieġa skont r-Regolament 1.1 li jkunu tal-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti jistgħu jittaqqbu għat-twaħħil tat-twieqi u l-fetħiet fil-ġnub, kemm-il darba ma jkuxn hemm ħtieġa li t-tali konfini jkollhom integrità tal-klassi A x’imkien ieħor f’din il-parti. Bl-istess mod, fit-tali konfini li għalihom ma hemmx rekwiżit li jkollhom integrità ta’l-klassi A, il-bibien jistgħu jkunu ta’ materjali għli jissodisfaw l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

Noti li jridu jiġu applikati għat-tabelli 5.1. u 5.2 skontkif ikun xieraq

Tabella 5.1

Integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tal-paratiji li jisseparaw l-ispazji ta’ ħdejhom

Spazji

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-0 (7)

A-0

A-60

A-0

A-15

A-60

A-15

A-60

A-60

 (**)

A-60

Kurituri

(2)

 

C (9)

B-0 (9)

A-0 (5)

B-0 (9)

A-60

A-0

A-0

A-15

 (**)

A-15

 

 

 

B-0 (9)

 

 

 

 

A-0 (8)

 

 

Spazji tal-akkomodazzjoni

(3)

 

 

C (9)

A-0 (5)

B-0 (9)

A-60

A-0

A-0

A-15

 (**)

A-30

 

 

 

B-0 (9)

 

 

 

 

A-0 (8)

 

A-0 (8)

Turġien

(4)

 

 

 

A-0 (5)

A-0 (5)

A-60

A-0

A-0

A-15

 (**)

A-15

 

 

 

B-0 (9)

B-0 (9)

 

 

 

A-0 (8)

 (**)

 

L-ispazji tas-servizzi (b’riskju baxx) mhux iddefiniti

(5)

 

 

 

 

C (9)

A-60

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-0

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A

(6)

 

 

 

 

 

 (**)

A-0

A-0

A-60

 (**)

A-60

Spazji oħra tal-makkinarju

(7)

 

 

 

 

 

 

A-0 (6)

A-0

A-0

 (**)

A-0

Spazji tal-merkanzija

(8)

 

 

 

 

 

 

 

 (**)

A-0

 (**)

A-0

L-ispazji tas-servizzi (b’riskju għoli)

(9)

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0 (6)

 (**)

A-30

Gverti miftuħa

(10)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0

L-ispazji tal-kategorija speċjali

(11)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0


Tabella 5.2

Integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tal-gverti li jisseparaw l-ispazji ta’ ħdejhom

Spazju taħt ↓ Spazju fuq→

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

Stazzjonijiet tal-kontroll

(1)

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-30

Kurituri

(2)

A-0

 (**)

 (**)

A-0

 (**)

A-60

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-0

Spazji tal-akkomodazzjoni

(3)

A-60

A-0

 (**)

A-0

 (**)

A-60

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A-0 (8)

Turġien

(4)

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-0

L-ispazji tas-servizzi (b’riskju baxx)

(5)

A-15

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-60

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-0

L-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija A

(6)

A-60

A-60

A-60

A-60

A-60

 (**)

A-60 (10)

A-30

A-60

 (**)

A-60

Spazji oħra tal-makkinarju

(7)

A-15

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-0

A-0

 (**)

A-0

Spazji tal-merkanzija

(8)

A-60

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-0

 (**)

A-0

L-ispazji tas-servizzi (b’riskju għoli)

(9)

A-60

A-30

A-30

A-30

A-0

A-60

A-0

A-0

A-0

 (**)

A-30

 

A-0 (8)

A-0 (8)

A-0 (8)

 

 

 

 

 

 

 

Gverti miftuħa

(10)

 (**)

 (**)

 (**)

 (**)

 (**)

 (**)

 (**)

 (**)

 (**)

A-0

L-ispazji tal-kategorija speċjali

(11)

A-60

A-15

A-30

A-15

A-0

A-30

A-0

A-0

A-30

A-0

A-0

 

 

A-0 (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

6.   Mezzi ta’ ħrib (R 28)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   It-turġien u s-slielem, il-kurituri u l-bibien għandhom ikunu tali li jipprovdu mezz pront ta’ ħrib għall-gverta tal-imbarkazzjoni tad-dgħajsa tas-salvataġġ u ċ-ċattra ta’ salvataġġ mill-ispazji kollha tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ u mill-ispazji li fihom normalment ikun hemm l-ekwipaġġ, li mhumiex spazji tal-makkinarju. B’mod partikolari, għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

.1

Taħt il-gverta tal-paratija għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib, li tal-anqas wieħed minnhom għandu jkun indipendenti mill-bibien impermeabbli, għandu jiġi pprovdut minn kull kompartiment impermeabbli jew spazju li jkun ristrett b’dan il-mod jew grupp ta’ spazji. Eċċezzjonalment wieħed mill-mezzi ta’ ħrib jista’ ma jintużax, wara li jiġu kkunsidrati n-natura u l-lok tal-ispazji u l-għadd ta’ persuni li normalment jista’ jkun hemm.

F’każ bħal dan l-uniku mezz ta’ salvataġġ għandu jipprovdi ħrib sikur.

Għall-vapuri, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, id-dispensazzjoni msemmija hawn fuq tista’ tingħata biss għall-ispazji tal-ekwipaġġ li jidħlu fihom biss okkażjonalment, u f’dak il-każ ir-rotta tal-ħrib meħtieġa għandha tkun indipendenti mill-bibien impermeabbli.

.2

‘Il fuq mill-gverta tal-paratija għandu jkun hemm tal-anqas żewġ mezzi ta’ ħrib minn kull żona vertikali prinċipali jew spazju ristrett bħal dan jew grupp ta’ spazji li tal-anqas wieħed minnhom għandu jagħti aċċess għal taraġ li jifforma ħrib vertikali.

.3

Jekk stazzjon tar-radjotelegrafija ma jkollux aċċess dirett għall-gverta miftuħa, għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib minn jew aċċess għal tali stazzjon, li waħda minnhom tista’ tkun toqba jew tieqa ta’ daqs suffiċjenti jew mezz ieħor.

.4

F’vapuri eżistenti tal-klassi B, kull kuritur jew parti minnu u li minnu jkun hemm rotta waħda biss ta’ ħrib ma għandux jaqbeż:

.1

5 metri tul għal vapuri li nbnew fl-1 ta’ Ottubru 1994 jew wara,

.2

13-il metru tul għal vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Ottubru 1994, li jġorru iktar minn 36 passiġġier, u

.3

7 metri tul għal vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Ottubru 1994, li jġorru iktar minn 36 passiġġier.

F’vapuri ġodda tal-klassijiet A, B, C u D ta’ 24 metru fit-tul jew aktar, kull kuritur, entratura jew parti minn kull kuritur li minnu hemm rotta tal-ħrib waħda biss għandu jiġi pprojbit.

Kurituri li ma jwasslu mkien li jintużaw fiż-żoni tas-servizz li huma meħtieġa għall-utilità prattika tal-vapur, bħall-istazzjonijiet tal-karburant taż-żejt u kurituri tal-provvista traversi, għandhom jiġu permessi, kemm-il darba dawn il-kurituri li ma jwasslu mkien ikunu sseparati miż-żoni tal-akkomodazzjonijiet tal-ekwipaġġ u ma jkunux aċċessibbli miż-żoni tal-akkomodazzjoni tal-passiġġieri. Kull parti mill-kuritur li jkollu fond li ma jaqbiżx il-wisa’ tiegħu huwa kkunsidrat bħala daħla jew estensjoni lokali, u huwa permess.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSI ĠDIDA B, C u D TAT-TUL TA’ 24 METRU FIT-TUL U AKTAR LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.5

Tal-anqas waħda mill-mezzi ta’ ħrib meħtieġa minn paragrafi 1.1 u 1.2 għandha tikkonsisti minn kull taraġ magħluq li jkun aċċessibbli faċilment, li għandu jipprovdi protezzjoni kontinwa minn nirien mil-livell tal-oriġini tiegħu għall-gverti tal-imbarkazzjoni tad-dgħajsa tas-salvataġġ u taċ-ċattri tas-salvataġġ, jew sal-ogħla gverta jekk il-gverta tal-imbarkazzjoni ma testendix għaż-żona prinċipali vertikali li titqies.

Fil-każ imsemmi l-aħħar, għandu jiġi pprovdut aċċess dirett għall-gverta tal-imbarkazzjoni permezz ta’ turġien esterni miftuħa u l-passaġġi għandhom jiġu pprovduti u għandu jkollhom dawl tal-emerġenza f’konformità mar-Regolament III/5.3 u l-uċuħ li ma jiżolqux taħt is-saqajn. Il-konfini li qedgħin iħarsu lejn it-turġien u passaġġi li jiffurmaw parti mir-rotta ta’ ħrib għandhom ikunu protetti b’tali mod li nirien f’kull spazju magħluq wara dawn il-konfini ma jimpedixxux il-mezzi tal-ħrib għall-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni.

Il-wisgħat, l-għadd u l-kontinwità tal-ħrbit għandhom ikunu kif ġej:

.1

It-turġien ma għandhomx ikunu aktar minn 900 mm f’wisa’ netta tad-differenza, jekk dan ikun raġonevoli u prattiku għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru, iżda fl-ebda każ ma għandhom ikunu ta’ anqas minn 600 mm. It-turġien dejjem għandhom jitwaħħlu bil-poġġamani fuq kull naħa. Il-wisa’ netta minima tat-turġien għandha tiżdied b’10 mm għal kull persuna li għaliha hemm ipprovdut li tkun aktar minn 90 persuna. Il-wisa’ netta bejn il-poġġamani fejn it-turġien ikunu usa’ minn 900 mm għandha tkun ta’ 1 800 mm. L-għadd totali ta’ persuni li jridu jiġu evakwati minn tali turġien għandu jiġi żgurat li jkun żewġ terzi tal-ekwipaġġ u tal-għadd totali tal-passiġġieri fiż-żoni servuti minn dan it-turġien. Il-wisa’ tat-turġien għandha tal-anqas tikkonforma mal-livell mogħti mir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.757 (18).

.2

It-turġien kollha ta’ daqs maħsub għal aktar minn 90 persuna għandhom jiġu allineati qabel u wara.

.3

Bibien u kurituri u pjanijiet intermedji inklużi fil-mezz ta’ ħrib għandhom ikunu mdaqqsa bl-istess mod bħat-turġien.

.4

It-turġien ma għandhomx jaqbżu 3,5 metri fiż-żieda vertikali mingħajr provvediment ta’ pjan u ma għandhux ikollhom angolu tal-inklinazzjoni akbar minn 45°.

.5

Il-pjanijiet f’kull livell tal-gverta ma għandhomx ikunu anqas minn 2 m2 f’erja u għandhom jiżdiedu b’1 m2 għal kull 10 persuni kemm-il darba aktar minn 20 persuna iżda ma hemmx bżonn jaqbżu 16 m2, ħlief f’dawk il-pjanijiet li jservu l-ispazji pubbliċi li għandhom aċċess dirett għal ġol-magħlaq tat-taraġ.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D TA’ TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003:

.5a

Tal-anqas wieħed mill-mezzi ta’ ħrib meħtieġa skont il-paragrafi 1.1 u 1.2 għandha tikkonsisti minn taraġ magħluq li jkun aċċessibbli faċilment, li għandu jipprovdi ħarsien kontinwu minn nar mil-livell tal-oriġini tagħhom għall-gverti tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-salvataġġ u taċ-ċattri tas-salvataġġ, jew sal-ogħla gverta jekk il-gverta tal-imbarkazzjoni ma testendix għaż-żona prinċipali vertikali li titqies.

Fil-każ imsemmi l-aħħar, għandu jiġi pprovdut aċċess dirett għall-gverta tal-imbarkazzjoni permezz ta’ turġien esterni miftuħa u l-passaġġi għandhom jiġu pprovduti u għandu jkollhom dawl tal-emerġenza skont ir-Regolament III/5.3 u l-uċuħ li ma jiżolqux taħt is-saqajn. Konfini li jiffaċċjaw turġien miftuħa esterni u passaġġi li jiffurmaw parti minn kull rotta ta’ ħrib u konfini f’tali pożizzjoni li l-falliment tagħhom waqt nirien jistgħu itellfu l-ħrib għall-gverta ta’ imbarkazzjoni għandha jkollha integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien, inklużi l-valuri tal-iżolazzjoni, f’konformità mat-tabelli 4.1 sa 5.2, kif inhu xieraq.

Il-wisgħat, għadd u kontinwità tal-ħrib għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza minn Nirien.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D, LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6

Għandha tiġi pprovduta protezzjoni sodisfaċenti tal-aċċess mill-magħlaq tat-taraġ għaż-żoni tal-imbarkazzjoni għad-dgħajsa tas-salvataġġ u ċ-ċattri tas-salvataġġ.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.6a

Il-protezzjoni tal-aċċess mill-magħlaq tat-taraġ għaż-żoni tal-imbarkazzjoni għad-dgħajjes tas-salvataġġ u ċ-ċattri tas-salvataġġ għandhom jiġu pprovduti jew direttament jew minn rotot interni protetti li jkollhom l-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien u l-valuri tal-iżolazzjoni għall-magħlaq tat-taraġ kif stabbilit minn tabelli 4.1 sa 5.2, skont kif ikun xieraq.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.7

Flimkien mad-dawl tal-emerġenza meħtieġ mir-Regolamenti II-1/D/3 u III/5.3, il-mezzi ta’ ħrib inklużi t-turġien u l-ħruġ, għandhom jiġu mmarkati b’indikaturi li jixegħlu jew li jixegħlu bl-istrippa fotoluminixxenti impoġġija mhux aktar minn 0,3 metru ‘l fuq mill-gverta f’kull punt tar-rotta ta’ ħrib inklużi l-angoli u l-punti ta’ intersezzjoni. L-immarkar għandu jħalli l-passiġġieri jidentifikaw ir-rotot kollha ta’ ħrib u jidentifikaw malajr il-postijiet minfejn tista’ toħroġ. Jekk tintuża l-illuminazzjoni elettrika, din għandha tiġi pprovduta mis-sors tal-emerġenza tal-enerġija u għandha tiġi rranġata b’tali mod li f’każ ta’ ħsara kull dawl singolu jew qatgħa f’kull strippa tad-dawl ma jirriżultawx fl-ineffikaċja tal-immarkar. Flimkien ma’ dan, is-sinjali kollha tal-passaġġ tal-ħrib u marki ta’ fejn jinsab it-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom ikunu ta’ materjal li jixgħel b’mod fotoluminixxenti jew immarkat bid-dawl. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li dan it-tagħmir li jixgħel jew tagħmir fotoluminixxenti għandu jkun ġie evalwat, ittestjat u applikat f’konformità mal-linji gwida kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.752 (18).

Madankollu, għall-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fll-1 ta’ Jannar 2003 jew wara l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li tali tagħmir li jixgħel jew li jixgħel bit-tagħmir fotoluminixxenti ikun ġie evalwat, ittestjat u applikat f’konformità mal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza minn Nirien.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.8

F’vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 1.7 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għall-akkomodazzjonijiet tal-ekwipaġġ.

.9

Il-bibien li normalment jinżammu msakkra li jifformaw parti minn rotta tal-ħrib.

.1

Il-bibien tal-kabini u kmamar privati ma għandux ikollhom bżonn iċ-ċwievet biex jinfetħu minn ġewwa l-kamra.

Ma għandu jkun hemm l-ebda bieb matul kull rotta indikata bħala ta’ ħrib li jkun jeħtieġ iċ-ċwievet biex jinfetaħ meta dak li jkun jinsab miexi fid-direzzjoni tal-ħrib.

.2

Il-bibien ta’ ħrib mill-ispazji pubbliċi li normalment ikunu jinsabu maqfula għandhom jiġu mgħammra b’ mezz biex jinfetħu malajr. Dawn il-mezzi għandhom jikkonsistu f’mekkaniżmu li jaqfel il-bibien li jiftaħ il-maqfel malli tiġi applikata l-forza fid-direzzjoni tal-fluss tal-ħrib. Il-mekkaniżmi li jinfetħu malajr għandhom jiġu ddisinjati u installati għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera u partikolarment:

.2.1

ikunu jikkonsistu fi żbarra jew pannelli, li l-porzjon ta’ attwazzjoni tagħħhom jestendi tul tal-anqas nofs il-wisa’ tal-qoxra tal-bieb, tal-anqas 760 mm u mhux aktar minn 1 120 mm ‘il fuq mill-gverta;

.2.2

ikunu jgiegħlu l-maqfel tal-bieb jinfetaħ meta tiġi applikata forza li ma taqbiżx 67 N; u

.2.3

ma jkunux mgħammra b’mezz li jsakkar, b’vit ta’ aġġustament (set screw) jew arranġament ieħor li jimpedixxi l-ftuħ tal-maqfel meta tiġi applikata l-pressjoni fuq il-mezz li jiftaħ.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

.1

Fi spazji tal-kategorija speċjali l-għadd u l-provvediment tal-mezzi tal-ħrib kemm taħt kif ukoll fuq il-gverta tal-paratija għandhom ikunu għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera u inġenerali s-sikurezza tal-aċċess għall-gverta tal-imbarkazzjoni, għandha tal-anqas tkun ekwivalenti għal dak ipprovdut taħt paragrafi 1.1, .1.2, .1.5 u .1.6.

Fil-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, tali spazji għandhom jiġu pprovduti bil-passaġġi tal-mixi indikati għall-mezz ta’ salvataġġ b’wisa’ ta’ mill-inqas 600 mm u fejn ikun prattiku u raġonevoli dawk il-passaġġi tal-mixi lonġitudinali indikati għandhom jogħlew tal-anqas 150 mm ‘il fuq mill-wiċċ tal-gverta. L-arranġamenti tal-ipparkjar għall-vetturi għandhom iżommu l-passaġġi tal-mixi liberi l-ħin kollu.

.2

Waħda mir-rotot ta’ ħrib mill-ispazji tal-makkinarju fejn l-ekwipaġġ huwa normalment impjegat għandha tevita l-aċċess dirett għal kull spazju tal-kategorija speċjali.

.3

Rampi li jistgħu jintrefgħu għas-sewqan ‘il fuq/‘l isfel għal fuq il-gverti tal-pjattaformi ma għandhomx ikunu kapaċi li jimblukkaw ir-rotot approvati tas-salvataġġ meta jkunu fil-pożizzjoni baxxuta.

.3.1   Għandhom jiġu pprovuti żewġ mezzi ta’ salvataġġ minn kull spazju tal-makkinarju. B’mod partikolari, għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

.1

Fejn l-ispazju jkun taħt il-gverta tal-paratija ż-żewġ mezzi ta’ salvataġġ għandhom jikkonsistu jew f’:

.1

żewġ settijiet tas-slielem li jkunu kemm jista’ jkun separati minn xulxin, li jwasslu għall-bibien fil-parti ta’ fuq tal-ispazju li jkunu sseparati b’mod bħal dan u li minnhom hemm aċċess għall-gverti tal-imbarkazzjoni tas-salvataġġ u taċ-ċattra tas-salvataġġ. F’vapuri ġodda, wieħed minn dawn is-slielem għandu jipprovdi kenn kontinwu minn nirien mill-parti l-aktar baxxa tal-ispazju għall-pożizzjoni sikura barra l-ispazju. F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, dak is-sellum għandu jinsab f’kull spazju magħluq protett li jissodisfa Regolament II-2/B/4, kategorija (2) jew II-2/B/5, kategorija (4), kif ikun xieraq, mill-parti l-aktar baxxa tal-ispazju li jservi għall-pożizzjoni barra mill-ispazju. Il-bibien li jaqtgħu n-nirien li jingħalqu awtomatikament tal-istess livelli tal-integrità għandhom jitwaħħlu fil-magħlaq. Is-sellum għandu jiġi ffissat b’tali mod li s-sħana ma tiġix trasferita fil-magħlaq minn ġol-punti ffissati li ma jiżollawx. Il-magħalaq protett għandu jkollu dimensjonijiet minimi interni ta’ mill-inqas 800 mm × 800 mm u għandu jkollhom dispożizzjonijiet li jdawlu tal-emerġenza; jew

.2

sellum wieħed tal-azzar li jwassal għal bieb li minnu hu pprovdut għall-gverta tal-imbarkazzjoni u flimkien ma’ dan, fil-parti l-baxxa tal-ispazju u f’kull pożizzjoni li tkun sseparata sew mis-sellum li għalih saret referenza, bieb tal-azzar li kapaċi jitħaddem minn kull naħa u li tipprovdi aċċess għal rotta sikura tal-salvataġġ mill-parti l-baxxa tal-ispazju fuq il-gverta tal-imbarkazzjoni.

.2

Fejn l-ispazju jkun fuq il-gverta tal-paratija ż-żewġ mezzi ta’ salvataġġ għandhom ikunu separati fil-wisa’ daqs kemm ikun possibbli u l-bibien li jwasslu minn dawn il-mezzi ta’ salvataġġ għandhom ikunu f’kull pożizzjoni li minnha huwa pprovdut l-aċċess għall-gverti xierqa tad-dgħajjes tas-salvataġġ u tal-imbarkazzjoni taċ-ċattri tas-salvataġġ. Fejn dawn il-mezzi tas-salvataġġ jeħtieġu l-użu tas-slielem, dawn għandhom ikunu tal-azzar.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, C u D:

.3

Mill-ispazji għall-monitoraġġ tat-tħaddim tal-makkinarju, u mill-ispazji tax-xogħol, għandu jkun hemm tal-anqas żewġ mezzi ta’ salvataġġ, li minnhom waħda għandha tkun indipendenti mill-ispazju tal-makkinarju u tagħti aċċess għall-gverta tal-imbarkazzjoni.

.4

Il-parti ta’ taħt tat-turġien fl-ispazji tal-makkinarju għandhom ikunu ipproteġuti.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3.2   F’vapur ta’ anqas minn 24 metru f’tul, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ teżenta wieħed mill-mezzi ta’l-ħrib fl-ispazji tal-makkinarju, wara li jitqiesu il-ħtieġa il-wisa’ u l-provvediment tal-parti ta’ fuq tal-ispazju.

F’vapur ta’ 24 metru f’tul jew aktar, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ teżenta wieħed mill-mezzi ta’ ħrib minn kull spazju tali kemm-il darba li jew kull bieb jew kull sellum tal-azzar jipprovdi rotta sikura tas-salvataġġ għall-gverta tal-imbarkazzjoni, wara li jiġi kkunsidrat in-natura u l-lok tal-ispazju u jekk persuni normalment humiex impjegati f’dak l-ispazju. F’vapuri ġodda tal-klassi B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, għandu jiġi pprovdut tieni mezz ta’ ħrib fl-ispazju tal-apparat li jagħti direzzjoni meta l-pożizzjoni tal-emerġenza li ddawwar tkun tinsab f’dak l-ispazju sakemm ma jkunx hemm aċċess dirett għall-gverta miftuħa.

.3.3   Għandhom jiġu pprovduti żewġ mezzi ta’ ħrib mill-kamra tal-kontroll tal-makkinarju li tinsab fi spazju tal-makkinarju, tal-anqas wieħed minnhom għandu jipprovdi kenn kontinwu minn nirien għal pożizzjoni sikura barra l-ispazju tal-makkinarju.

.4   Il-liftijiet ma għandhom qatt jiġu kkunsidrati li jiffurmaw wieħed mill-mezzi meħtieġa tal-ħrib.

.5   VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B TAT-TUL TA’ 40 METRU U AKTAR:

.1

Għandu jinġarr apparat għan-nifs għall-ħrib ta’ emerġenza li jikkonforma mal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sikurezza tan-Nirien għandu jinġarr.

.2

Għandhom jinġarru tal-anqas żewġ apparati tat-teħid tan-nifs f’salvataġġ ta’ emerġenza f’kull żona ewlenija vertikali.

.3

F’vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, tnejn mill-apparat għan-nifs għall-ħrib ta’emerġenza, flimkien ma’ dawk meħtieġa skont is-subparagrafu 5.2 għandhom jinġarru f’kull żona prinċipali vertikali.

.4

Madankollu, subparagrafi 5.2 u 5.3 ma japplikawx għall-magħlaq tat-taraġ li jiffurmaw żoni individwali prinċipali vertikali u għaż-żoni prinċipali vertikali fuq quddiem jew fuq wara ta’ vapur, li ma fihomx spazji tal-kategoriji (6), (7), (8) jew (12) imfissra fir-Regolament II-2/B/4.

.5

Fl-ispazji tal-makkinarju, l-apparat għan-nifs għall-ħrib ta’ emerġenza għandu jinsab lest għall-użu fi spazji li jidhru faċilment, li jkunu jistgħu jintlaħqu malajr u faċilment f’kull ħin fil-każ ta’ nirien. Il-lok tal-apparat għan-nifs tas-salvataġġ tal-emerġenza għandu iqis il-mod kif inhu ppustjat l-ispazju tal-makkinarju u l-għadd ta’ persuni li jaħdmu fl-ispazju.

.6

Għandha ssir referenza għal-Linji Gwida tal-IMO għall-prestazzjoni, il-lok, l-użu u l-kura tal-apparat għan-nifs għall-evakwazzjoni ta’ emerġenza (EEBD) fl-IMO/Ċirk 849.

.7

L-għadd u fejn jinsabu dawn il-mezzi għandhom jiġu indikati fil-pjan tal-kontroll tan-nirien meħtieġ skont ir-Regolament II-2/A/13.

6-1   Rotot ta’ ħrib fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 28-1).

.1   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U GĦALL-VAPURI EŻISTENTI TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI B RO-RO:

.1.1

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-vapuri ġodda tal-KLASSIJIET B, C u D u vapuri tal-passiġġieri eżistenti tal-klassi B ro-ro.

.1.2

Għandhom jiġu pprovduti poġġamani u postijiet oħra ma’ fejn wieħed jista’ jżomm f’kull kuritur tul ir-rotta kollha tal-ħrib sabiex ikun hemm post sikur fejn jitqiegħdu l-idejn f’kull pass tar-rotta, fejn ikun possibbli, għall-istazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies u sal-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni. Dawn il-poġġamani għandhom jiġu pprovduti fuq iż-żewġ naħat tal-kurituri lonġitudinali aktar minn 1,8 metri fil-wisa’ u kurituri trasverali ta’ aktar minn metru (1) wiesa’. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa biex ikun possibbli li l-entraturi, atriji u spazji oħra kbar miftuħa jinqasmu matul ir-rotot tal-salvataġġ. Poġġamani u kull post ieħor ma’ fejn wieħed jista’ jżomm għandhom ikunu ta’ tali saħħa li jissaportu kull toqol orizzontali mifrux ta’ 750 N/m applikat fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-kuritur jew spazju, u kull toqol vertikali distribwit ta’ 750 N/m applikat fid-direzzjoni ‘l isfel. Ma hemmx bżonn li iż-żewġ piżijiet jiġu applikati flimkien.

.1.3

Ir-rotot ta’ ħrib ma għandhomx jiġu mblokkati mill-għamara jew affarijiet oħra li jtellfu. Bl-eċċezzjoni ta’ mwejjed u siġġijiet li jistgħu jitneħħew biex ikun hemm spazju miftuħ, il-kabinetti u tagħmir tal-għamara ieħor tqil fl-ispazji pubbliċi u matul ir-rotot ta’ ħrib għandhom jintrabtu f’posthom sabiex ma jkunx hemm ċaqliq meta l-vapur jirrolja jew imil lejn il-ġenb. Il-kisjiet tal-art ukoll għandhom ikunu f’posthom. Meta l-vapur ikun fi triqtu, r-rotot ta’ ħrib għandhom jinżammu ħielsa minn ingombri bħall-karretti tat-tindif, sodod, bagalji u kaxxi tal-prodotti.

.1.4

Ir-rotot ta’ ħrib għandhom jiġu pprovduti minn kull spazju li normalment ikun okkupat fuq il-vapur għal kull stazzjon tal-ġmigħ tan-nies. Dawn il-passaġġi ta’ salvataġġ għandhom jiġu irranġati sabiex jipprovdu l-aktar rotta diretta possibbli għall-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies, u għandhom jiġu mmarkati b’simboli rrelatati mat-tagħmir u l-arranġamenti tas-salvataġġ, adottati bir-Riżoluzzjoni tal-IMO A 760 (18).

.1.5

Fejn l-ispazji magħluqa qegħdin ħdejn kull gverta miftuħa, il-fetħiet fl-ispazju magħluq għall-gverta miftuħa għandu, fejn ikun prattiku, ikun jista’ jintuża bħala punt ta’ ħruġ f’kull emerġenza.

.1.6

Il-gverti għandhom jiġu nnumerati b’mod sekwenzjali, li jibda bil-‘1’ fuq l-għatu tat-tank jew fl-aktar gverta baxxa. Dawn in-numri għandhom jiġu murija b’mod prominenti fil-pjanijiet tat-turġien u fis-swali fejn hemm il-lift. Il-gverti jistgħu ukoll ikollhom isem, iżda in-numru tal-gverta għandu dejjem jintwera mal-isem.

.1.7

Għandhom jintwerew b’mod prominenti fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ kull bieb tal-kabina u fl-ispazji pubbliċi pjanijiet sempliċi li juru l-pożizzjoni ‘int qiegħed hawn’ u r-rotot ta’ ħrib mmarkati bil-vleġeġ. Il-pjanta għandha turi d-direzzjonijiet tar-rotot tal-ħrib, u għandha tkun orjentata sew f’relazzjoni mal-pożizzjoni tagħha fuq il-vapur.

.1.8

Il-bibien tal-kabini u kmamar privati ma għandhomx ikollhom bżonn iċ-ċwievet biex jinfetħu minn ġewwa l-kamra. Lanqas ma għandu jkun hemm bibien matul kull rotta tal-ħrib ddisinjati li jeħtieġu ċ-ċwievet biex jinfetħu meta dak li jkun ikun miexi fid-direzzjoni tal-ħrib.

.2   IR-REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI RO-RO:

.2.1

L-aktar 0,5 metri baxx tal-paratiji u porzjonijiet oħra li jiffurmaw diviżjonijiet vertikali matul ir-rotot ta’ ħrib għandhom ikunu kapaċi jifilħu toqol ta’ 750 N/m2 biex ikunu jistgħu jintużaw bħala uċuħ li jimxu fuqhom mill-ġenb tar-rotta ta’ ħrib meta l-vapur ikollu angoli kbar ta’ mejl.

.2.2

Ir-rotta tal-ħrib mill-kabini għall-ispazji magħluqa tat-turġien għanda tkun kemm jista’ jkun dritta, b’għadd minimu ta’ tibdil fid-direzzjoni. Ma għandux ikun hemm il-ħtieġa ta’ inkroċjar minn naħa waħda tal-vapur għall-oħra biex tintlaħaq kull rotta tal-ħrib. Ma għandux ikun meħtieġ li wieħed jitla’/jinżel aktar minn żewġ gverti ‘l fuq jew ‘l isfel biex jintlaħaq kull stazzjon ta’ ġmigħ tan-nies jew gverta miftuħa minn kull spazju tal-passiġġieri.

.2.3

Rotot esterni għandhom ikunu pprovduti minn gvieret miftuħa, imsemmija fil-paragrafu 2.2, għall-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni tal-inġenji tal-baħar għas-sopravivenza.

.3   IR-REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI RO-RO LI NBNEW FL-1 TA’ LULJU 1999 JEW WARA.

Għall-vapuri ro-ro ġodda tal-passiġġieri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Lulju 1999 jew wara, ir-rotot ta’ ħrib għandhom jiġu evalwati b’kull analiżi ta’ evakwazzjoni kmieni fil-proċess tad-disinn. L-analiżi għandha tintuża biex tidentifika u telimina, sa fejn ikun prattiku, il-konġestjoni li tista’ tiżviluppa waqt l-abbandun, minħabba l-moviment normali tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ fir-rotot tal-ħrib, inkluża l-possibbiltà li l-ekwipaġġ jista’ jkollu bżonn jiċċaqlaq tul dawn il-passaġġi f’direzzjoni li tkun opposta għall-moviment tal-passiġġieri. Flimkien ma’ dan, l-analiżi għandha tintuża biex turi li l-arranġamenti ta’ ħrib ikunu flessibbli b’mod suffiċjenti biex jipprovdu għall-possibbiltà li ċerti rotot ta’ ħrib, stazzjonijiet tal-ġmigħ tan-nies, stazzjonijiet tal-imbarkazzjoni jew inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jista’ jkun li ma jkunux disponibbli b’riżultat ta’ diżgrazzja.

7.   Penetrazzjonijiet u fetħiet fid-diviżjonijiet tal-klassi A u B (R 30, 31)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Il-fetħiet kollha tad-diviżjonijiet tal-klassi A għandhom jiġu pprovduti b’mezz li jeħel b’mod permanenti li jagħlaq li għandu jkun effettiv biex jirreżisti n-nirien bħad-diviżjonijiet li fihom jitwaħħlu.

.2   Il-kostruzzjoni tal-bibien u tal-oqsfa tagħhom kollha fid-diviżjonijiet tal-klassi A, bil-mezzi li jissakkru meta jingħalqu, għandhom jipprovdu reżistenza għan-nirien kif ukoll għall-passaġġ tad-duħħan u fjammi, sa fejn ikun prattiku, ekwivalenti għal dak tal-paratiji li fih jinsabu l-bibien. Dawn il-bibien u ċ-ċaċċis għandhom jinbnew mill-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti. Il-bibien li huma impermeabbli ma hemmx bżonn ikunu iżolati.

.3   Kull bieb għandu jkun jista’ jinfetaħ u jingħalaq minn kull naħa tal-paratija minn persuna waħda biss.

.4   Il-bibien li jaqtgħu n-nar fiż-żona prinċipali vertikali tal-paratiji u l-ispazji magħluqa tat-turġien li ma jkunux bibien impermeabbli li jiżżerżqu u li jaħdmu bl-enerġija u bibien li normalment ikunu msakkrin, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

Il-bibien għandhom ikunu jingħalqu b’mod awtomatiku u jkunu kapaċi jagħlqu b’angolu sa 3,5° kontra tal-għeluq. Il-veloċità tal-għeluq għandha, jekk ikun meħtieġ, tiġi kkontrollata sabiex tevita periklu żejjed għall-persuni. F’vapuri ġodda, ir-rata uniformi tal-għeluq ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 0,2 m/s u mhux anqas minn 0,1 m/s bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.2

Il-bibien li jiżżerżqu li huma kkontrollati mill-bogħod jew li jaħdmu bl-enerġija għandhom jiġu mgħammra b’allarm li jddoqq għal tal-anqas 5 sekondi iżda għal mhux aktar minn 10 sekondi qabel il-bieb jibda jiċċaqlaq u jkompli jinstema’ sakemm il-bieb jingħalaq kompletament. Il-bibien li huma ddisinjati biex jerġgħu jinfetħu malli jmissu ma’ oġġett fil-passaġġ tagħhom jerġgħu jinfetħu biżżejjed biex iħallu passaġġ mingħajr ingombru ta’ mill-inqas 0,75 metri, iżda mhux aktar minn metru.

.3

Il-bibien kollha, ħlief għall-bibien li jaqtgħu in-nar li normalment jinżammu magħluqa għandhom ikunu kapaċi jinfetħu bis-sistema tar-rilaxx awtomatiku mill-bogħod minn kull stazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies miegħu il-ħin kollu, jew b’mod simultanju jew fi gruppi, u kif ukoll individwalment minn kull pożizzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-bieb. Għandha tiġi pprovduta indikazzjoni fil-pannell tal-kontroll tan-nirien li jkollu n-nies miegħu il-ħin kollu jekk kull wieħed mill-bibien bis-sistema mill-bogħod ikunx magħluq. Il-mekkaniżmu li jiftaħ għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-bieb jingħalaq awtomatikament fil-każ ta’ problemi fis-sistema tal-kontroll jew fil-provvista ċentrali tal-enerġija. Is-swiċċijiet li jiftħu għandu jkollhom funzjoni li jixegħlu u jitfu biex jevitaw is-settjar mill-ġdid tas-sistema. Grampuni li jżommu lura li mhumiex soġġetti għall-ftuħ tal-istazzjon ċentrali tal-kontroll huma pprojbiti.

.4

Akkumulaturi tal-enerġija lokali għall-bibien li jaħdmu bl-enerġija għandhom jiġu pprovduti fil-viċinanza immedjata tal-bibien biex iħallu l-bibien jitħaddmu tal-anqas 10 darbiet (jinfetħu u jingħalqu kompletament) bl-użu tal-kontrolli lokali.

.5

Bibien bil-qoxra doppja b’maqfel li hija meħtieġ għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tagħhom għandhom ikollhom qafla li tigi attivata awtomatikament bit-tħaddim tal-bibien meta jinfetħu mis-sistema.

.6

Bibien li jagħtu aċċess dirett għall-ispazji tal-kategorija speċjali li jaħdmu bl-enerġija u jingħalqu awtomatikament ma hemmx bżonn ikunu mgħammra b’allarmi u mekkaniżmi tal-ftuħ mill-bogħod meħtieġa f’4.2 u 4.3

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok .4 għandu japplika l-paragrafu .4a li ġej:

.4a

Il-bibien li jaqtgħu in-nar fiż-żona prinċipali vertikali tal-paratiji, il-konfini tal-kċina u l-ispazji magħluqa tat-turġien li ma jkunux bibien impermeabblili jaħdmu bl-enerġija u bibien li normalment ikunu msakkra, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

.1

il-bibien għandhom ikunu jingħalqu awtomatikament u jkunu kapaċi jagħlqu b’kull angolu ta’ inklinazzjoni sa 3,5° kontra tal-għeluq;

.2

il-ħin approssimattiv tal-għeluq għall-bibien li jaqtgħu in-nar biċ-ċappetti għandu jkun ta’ mhux aktar minn 40 sekonda u mhux anqas minn 10 sekondi mill-bidu tal-movimenti tagħhom bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa. Ir-rata uniformi tal-għeluq għall-bibien li jaqtgħu n-nirien li jiżżerżqu ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 0,2 m/s u mhux anqas minn 0,1 m/s bil-vapur fil-pożizzjoni wieqfa;

.3

Il-bibien għandhom ikunu kapaċi jiftħu bis-sistema tar-rilaxx mill-bogħod mill-istazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies fih, jew fl-istess ħin jew fi gruppi u għandhom ikunu kapaċi jiftħu ukoll individwalment minn pożizzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-bieb. Is-swiċċijiet li jiftħu għandu jkollhom funzjoni li jixegħlu u jitfu biex jevitaw l-issettjar mill-ġdid tas-sistema;

.4

grampuni li jżommu lura li mhumiex soġġetti għar-rilaxx tal-istazzjon ċentrali tal-kontroll huma pprojbiti;

.5

bieb li jingħalaq mill-bogħod mill-istazzjon tal-kontroll ċentrali għandu jkun kapaċi li jinfetaħ mill-ġdid miż-żewġ naħat tal-bieb bil-kontroll lokali. Wara dan il-ftuħ il-bieb għandu jingħalaq awtomatikament għal darb’oħra;

.6

għandha tingħata indikazzjoni fil-pannell tal-kontroll tan-nirien fl-istazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies miegħu l-ħin kollu jekk kull wieħed mill-bibien li huma kkontrollati bir-rilaxx mill-bogħod jinżammu magħluqa;

.7

il-mekkaniżmu tar-rilaxx għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-bieb jingħalaq awtomatikament fil-każ ta’ problemi fis-sistema tal-kontroll jew fil-provvista ċentrali tal-enerġija;

.8

akkumulaturi tal-enerġija lokali għall-bibien li jaħdmu bl-enerġija għandhom jiġu pprovduti fil-viċinanza immedjata tal-bibien biex iħallu l-bibien jitħaddmu tal-anqas 10 darbiet (jinfetħu u jingħalqu kompletament) bl-użu tal-kontrolli lokali;

.9

tfixkil fis-sistema tal-kontroll jew fis-sors ewlieni tal-kontroll tal-enerġija elettrika f’bieb wieħed ma għandux itellef it-tħaddim sikur tal-bibien l-oħra;

.10

il-bibien li huma kkontrollati mill-bogħod jew li jaħdmu bl-enerġija għandhom jiġu mgħammra b’allarm li jddoqq għal tal-anqas 5 sekondi iżda għal mhux aktar minn 10 sekondi wara li l-bieb jibda jiċċaqlaq mill-istazzjon tal-kontroll ċentrali u qabel il-bieb jibda jiċċaqlaq u jkompli jinstema’ sakemm il-bieb jingħalaq kompletament;

.11

kull bieb ddisinjat biex jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid malli jiltaqa’ ma’ oġġett fil-passaġġ tiegħu għandu jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid mhux aktar minn metru mill-punt tal-kuntatt;

.12

bibien bil-qoxra doppja b’maqfel meħtieġ għall-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tagħhom għandu jkollu maqfel li jigi attivat awtomatikament bit-tħaddim tal-bibien meta jinfetħu mis-sistema;

.13

bibien li jagħtu aċċess dirett għall-ispazji tal-kategorija speċjali li jaħdmu bl-enerġija u jingħalqu awtomatikament ma hemmx bżonn ikunu mgħammra b’allarmi u mekkaniżmi tal-ftuħ mill-bogħod meħtieġa fil-paragrafu .3 u .10;

14.

il-komponenti tas-sistema lokali tal-kontroll għandhom ikunu aċċessibbli għall-manutenzjoni u t-tibdil; u

.15

għandhom jiġu pprovduti bibien li jaħdmu bl-enerġija b’kull sistema tal-kontroll tat-tip approvat li kapaċi taħdem f’każ ta’ nirien, u dan jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar. Din is-sistema għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

.15.1

is-sistema tal-kontroll għandha tkun tista’ tħaddem il-bieb f’temperatura ta’ mill-inqas 200 oC għal mill-inqas 60 minuta, fornuta mill-provvista tal-enerġija;

.15.2

il-provvista tal-enerġija għall-bibien kollha l-oħra li mhumiex soġġetti għan-nirien ma għandhiex issirilha ħsara, u;

.15.3

f’temperaturi li jaqbżu l-200 oC is-sistema tal-kontroll għandha tiġi iżolata awtomatikament mill-provvista tal-enerġija u għandha tkun kapaċi żżomm il-bieb magħluq sa mill-inqas 945 oC.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.5

Ir-rekwiżiti tal-integrità tal-klassi A tal-konfini esterni ta’ kull vapur ma għandhomx japplikaw għad-diviżjonijiet tal-ħġieġ, twieqi u fetħiet fil-ġnub, kemm-il darba għal tali konfini mhumiex meħtieġa li jkollhom integrità tal-klassi A skont ir-Regolament 10. Bl-istess mod, ir-rekwiżiti għall-integrità tal-klassi A ma għandhomx japplikaw għall-bibien esterni f’soprastrutturi u kmamar ta’ fuq il-gverta.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok 5: għandu japplika l-paragrafu 5a li ġej:

.5a

Ir-rekwiżiti tal-integrità tal-klassi A tal-konfini fuq barra ta’ vapur ma għandhomx japplikaw għad-diviżjonijiet tal-ħġieġ, twieqi u fetħiet fil-ġenb, kemm-il darba ma hemmx il-ħtieġa għal dawn il-konfini jkollhom integrità tal-klassi A fir-Regolament 10.

Ir-rekwiżiti tal-integrità tal-klassi A tal-konfini esterni tal-vapur ma għandhomx japplikaw għall-bibien esterni, ħlief għal dawk fis-soprastrutturi u l-kmamar ta’ fuq il-gverta li jiffaċċjaw tagħmir tas-salvataġġ, żoni esterni ta’ ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni, turġien esterni u gverti miftuħa li jintużaw għar-rotot tal-ħrib. Il-bibien tal-magħlaq tat-taraġ ma hemmx bżonn jikkonformaw ma’ din il-ħtieġa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.6

Ħlief għall-bibien impermeabbli, il-bibien li ma jaffettwahomx it-temp (bibien li parzjalment impermeabbli), bibien li jwasslu għall-gverta miftuħa u bibien li jkunu impermeabbli għall-gass, il-bibien kollha tal-klassi A li qegħdin fit-turġien, spazji pubbliċi u paratiji taż-żona ewlenija vertikali fir-rotot tal-ħrib għandhom jiġu mgħammra b’fetħa tal-materjal tal-pajp li tingħalaq awtomatikament, kostruzzjoni u reżistenza għan-nirien li jkunu ekwivalenti għall-bieb li għalih huwa mwaħħal, u għandhom ikunu b’fetħa netta ta’150 mm kwadra ftuħ ċar bil-bieb magħluq u għandhom ikunu mdaħħla ‘l ġewwa fit-tarf ta’ taħt tal-bieb, faċċata taċ-ċappetta tal-bieb, jew fil-każ tal-bibien li jiżżerżqu, l-aktar qrib il-fetħa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.7

Bibien u oqsfa tal-bibien fid-diviżjonijiet tal-klassi B u mezzi biex jissakru għandhom jipprovdu metodu tal-għeluq li jkun reżistenti għan-nar b’mod ekwivalenti għal dik tad-diviżjonijiet ħlief li l-fetħiet tal-ventilazzjonijiet jistgħu jiġu permessi fil-porzjon baxx ta’ dawn il-bibien. Fejn dawn il-fetħiet huma f’ bieb jew taħtu, l-erja totali netta ta’ dan il-ftuħ jew fetħiet ma għandhiex taqbeż 0,05 m2. Alternattivament, tubu tal-bilanċ tal-arja li ma jaqbadx mgħoddi minn ġol-kabini u mill-kuritur u li jinsab taħt l-unità sanitarja huwa permess fejn l-erja trasversali tat-tubu ma taqbiżx 0,05 m2. Il-fetħiet kollha tal-ventilazzjoni għandu jkollhom grilja li tkun magħmula minn materjal li ma jaqbadx. Il-bibien għandhom ikunu tat-tip li ma jaqbdux.

.7.1

Sabiex jitnaqqas l-istorbju, l-Amministrazzjoni tista’ tapprova, bħala ekwivalenti, il-bibien b’imqafel akustiċi tal-ventilazzjoni inkorporati fihom stess b’fetħiet fil-qiegħ fuq naħa waħda tal-bieb u fuq in-naħa ta’ fuq fuq in-naħa l-oħra, b’kundizzjoni li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin.

.1

Il-fetħiet ta’ fuq għandhom dejjem jiffaċċjaw il-kuritur u għandhom jiġu pprovduti bi grilja li ma taqbadx u barriera tan-nar awtomatika, li tiġi attivata f’temperatura ta’ madwar 70 oC.

.2

Il-fetħiet ta’ taħt għandhom jiġu pprovduti bi grilja magħmula minn materjal li ma jaqbadx.

.3

Il-bibien għandhom jiġu ttestjati f’konformità mar-Riżoluzzjoni A.754 (18).

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.8

Il-bibien tal-kabinetti tal-klassi B għandhom ikunu tat-tip li jingħalqu awtomatikament. Iġġanċar għaż-żamm (holdbacks) mhux permess.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.9

Ir-rekwiżiti tal-integrità tal-klassi B tal-konfini ta’ barra tal-vapur ma għandhomx japplikaw għad-diviżjonijiet tal-ħġieġ, twieqi u fetħiet tal-ġenb. Bl-istess mod ir-rekwiżiti tal-integrità tal-klassi B ma għandhomx japplikaw għall-bibien ta’ barra fis-superstruttura u l-kmamar ta’ fuq il-gverta. Għall-vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ materjal kombustibbli f’bibien li jisseparaw il-kabinetti mill-ispazji interni individwali sanitarji bħad-doċċi.

8.   Il-protezzjoni tat-turġien u liftijiet fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz (R 29)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

It-turġien kollha għandhom ikunu magħmula minn qafas tal-azzar ħlief fejn l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma tippermettix l-użu ta’ materjal ieħor ekwivalenti, u għandhom ikunu fl-ispazji magħluqa ffurmati mid-diviżjonijiet tal-klassi A, b’mezz pożittiv tal-għeluq ta’ kull fetħa, ħlief għal:

.1

taraġ li jgħaqqad biss żewġ gverti li ma hemmx bżonn ikun magħluq, sakemm l-integrità tal-gverta tinżamm mill-paratiji propji jew mill-bibien fi spazju wieħed bejn il-gverti. Meta taraġ ikun magħluq bejn l-ispazji ta’ bejn il-gverti, l-ispazju tal-magħlaq tat-taraġ għandu jiġu protett f’konformità mal-imwejjed tal-gverti fir-Regolamenti 4 u 5;

.2

it-turġien jistgħu jiġu jitwaħħlu fl-ispazju pubbliku miftuħ, dejjem jekk ikunu jinsabu għal kollox f’dan l-ispazju pubbliku.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

L-ispazji magħluqa ta’ taraġ għandhom ikollhom aċċess dirett għall-kurituri u jkunu ta’ erja suffiċjenti biex jevitaw il-konġestjoni, u jqisu l-għadd ta’ persuni li probabbli jużawhom f’ emerġenza.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D: Fil-perimetru ta’ dan il-magħlaq tat-taraġ it-tojlits pubbliċi, kabinetti li jissakkru li mhumiex ta’ materjal kombustibbli fejn jinħażen it-tagħmir tas-sikurezza u bankijiet tal-informazzjoni miftuħa huma permessi.

L-ispazji pubbliċi biss, kurituri, tojlits pubbliċi, spazji tal-kategorija speċjali u turġien tal-salvataġġ meħtieġa minn Regolament II-2/B/6-1.5 u żoni esterni huma permessi li jkollhom aċċess dirett għall-dawn l-ispazji magħluqa fejn hemm it-turġien.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3

il-kaxxi tal-liftijiet għandhom jitwaħħlu b’tali mod li jevitaw li jgħaddi d-duħħan u l-fjammi minn gverta waħda bejjiena għall-oħra u għandhom jiġu pprovduti b’mezz li jagħlaq sabiex jippermettu l-kontroll tal-kurrent u tad-duħħan.

9.   Sistemi ta’ ventilazzjoni (R 32)

.1   Vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Is-sistema tal-ventilazzjoni għandha, flimkien ma’ paragrafu 1 fir-Regolament II/32 tal-Konvenzjjoni SOLAS tal-1974 kif fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 1998, ukoll tkun konformi ma’ subparagrafu .2.2 sa .2.6, .2.8 u .2.9 ta’ dan ir-Regolament.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2

Ġeneralment, il-fannijiet tal-ventilazzjoni għandhom ikunu b’tali mod li t-toqob li jwasslu għall-ispazji varji jibqgħu fiż-żona prinċipali vertikali.

.3

Fejn is-sistemi tal-ventilazzjoni jippenetraw il-gverti, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet, flimkien ma’ dawk relatati mal-integrità fir-rigward tar-reżistenza għan-nirien tal-gverta meħtieġa minn Regolament II-2/A/12.1, li jnaqqsu l-probabbiltà li d-duħħan u l-gassijiet sħan jgħaddu minn gverta waħda bejjiena għall-oħra minn ġos-sistema. Flimkien mar-rekwiżiti tal-iżolazzjoni inklużi f’dan ir-regolament, il-passaġġi vertikali għandhom, jekk meħtieġ, jiġu iżolati kif meħtieġ mit-tabelli xierqa fir-Regolament 4.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.4   It-tubi ta’ ventilazzjoni għandhom jinbnew mill-materjal li ġej:

.1

tubi ta’ mhux anqas minn 0 075 m2 f’erja sezzjonali u l-passaġġi kollha vertikali li jservu aktar minn spazju wieħed bejn il-gverti għandhom jinbnew mill-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti;

.2

tubi ta’ anqas minn 0,075 m2 f’erja sezzjonali li ma jkunux vertikali imsemmija fis-subparagrafu 1.4.1 għandhom jinbnew b’materjal mhux kombustibbli. Fejn dawn it-toqob jippenetraw id-diviżjonijiet tal-klassi A jew B għandha tingħata attenzjoni biex tkun żgurata l-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tad-diviżjoni;

.3

tulijiet qosra ta’ tubi, li ġeneralment ma jaqbżux il-0,02 m2 f’erja sezzjonali u lanqas żewġ metri f’tul, ma hemmx bżonn ikunu li mhux kombustibbli sakemm ikunu ssodisfati li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

.1

it-tubu għandu jkun mibni minn materjal b’riskju baxx li jaqbad għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera;

.2

it-tubu għandu jintuża biss fit-tarf tas-sistema tal-ventilazzjoni; u

.3

it-tubu ma jkunx eqreb minn 600 mm imkejjel tul it-tul tiegħu sa penetrazzjoni ta’ diviżjoni tal-klassi A jew B, inklużi s-soqfa kontinwi tal-klassi B.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 ta’ JANNAR 2003 JEW WARA:

minflok is-subparagrafu 1 għandu japplika subparagrafu 1a:

.1a

it-tubu għandu jkun ta’ materjal li jkollu karatteristiċi baxxi ta’ tifrix tan-nirien.

.5   L-ispazji ta’ magħlaq tat-taraġ għandhom jiġu ventilati u għandhom jiġu servuti biss minn fann indipendenti u sistema ta’ tabu li ma għandhiex isservi spazji oħra fis-sistema tal-ventilazzjoni.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6

Il-ventilazzjoni kollha tal-enerġija, ħlief għall-ispazju tal-makkinarju u l-ventilazzjoni tal-ispazju tal-merkanzija u kull sistema alternattiva li tista’ tkun meħtieġa taħt is-subparagrafu 9.2.6 għandhom ikunu mgħammra bil-kontrolli miġbura b’mod li l-fannijiet ikunu jistgħu jitwaqqfu jew minn żewġ pożizzjonijiet separati li għandhom ikunu kemm jista’ ‘l bogħod minn xulxin. Kontrolli pprovvduti għall-ispazji tal-makkinarju li jservi l-ventilazzjoni għandhom ikunu miġbura b’mod biex jitħaddmu minn żewġ pożizzjonijiet, li waħda minnhom għandha tkun barra dawn l-spazji. Fannijiet li jservu għall-sistemi tal-ventilazzjoni bl-enerġija għall-ispazji tal-merkanzija għandhom ikunu jistgħu jitwaqqfu minn pożizzjoni sikura barra dawn l-spazji.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.7

Fejn l-ispazji pubbliċi jkunu mifruxa fuq tliet gverti miftuħa jew aktar u jkun fihom affarijiet li jinħarqu bħal għamara u spazji magħluqa bħal ħwienet, uffiċċji u ristoranti, l-ispazju għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ estrazzjoni tad-duħħan. Is-sistema ta’ estrazzjoni tad-duħħan għandha tiġi attivata mis-sistema tal-individwazzjoni tad-duħħan u tkun tista’ tiġi kkontrollata manwalment. Il-fannijiet għandhom ikunu ta’ daqs li l-volum kollu fl-ispazju jkun jista’ jiġi eżawrit f’10 minuti jew anqas.

.8

Għandhom jiġu pprovduti tubi ta’ ventilazzjoni b’toqob li jkunu jinsabu f’post xieraq għall-ispezzjonijiet u t-tindif fejn ikun raġonevoli u prattiku.

.9

It-tubi tal-egżost mill-kukers tal-kċejjen li fihom huwa probabbli li jakkumula l-grass jew ix-xaħam għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafi .9.2.3.2.1 u .9.2.3.2.2 u għandhom ikunu mgħammra bi:

.1

reċipjent li jżomm il-grass li jista’ jitneħħa faċilment biex jitnaddaf sakemm ma titqegħidx sistema oħra approvata li tneħħi l-grass;

.2

barriera tan-nar fil-parti l-baxxa tat-tubu li titħaddem mill-bogħod u awtomatika, flimkien ma’ barriera tan-nar li titħaddem mill-bogħod fil-parti ta’ fuq tat-tubu;

.3

kull mezz fiss biex jintefa’ kull nar fit-tubu;

.4

arranġamenti tal-kontroll mill-bogħod biex jintfew il-fannijiet tad-duħħan u l-fannijiet tal-provvista, biex jitħaddmu l-barrieri tan-nirien imsemmija f’2 u għat-tħaddim tas-sistema li titfi n-nar, li għandhom jitqiegħdu f’ pożizzjoni qrib l-entratura għall-kċina. Fejn ikun hemm installata sistema b’ħafna fergħat, għandu jiġi pprovdut mezz biex jagħlaq il-friegħi l-oħra kollha li jitfgħu d-duħħan mill-istess tubu prinċipali qabel jiġi rrilaxxat mezz li jitfi fis-sistema; u

.5

toqob li jinsabu f’postijiet xierqa għall-ispezzjoni u għat-tindif.

.2   Vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1   It-tubi ta’ ventilazzjoni għandhom ikunu ta’ materjal li ma jaqbadx. Tubi qosra, madanakollu, li ġeneralment ma jaqbżux iż-żewġ metri fit-tul u b’sezzjoni trasversali li ma taqbiżx 0,02 m2 ma hemmx bżonn ikunu ta’ materjal kombustibbli, bla ħsara għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

.1

dawn it-tubi għandhom ikunu ta’ materjal li, fil-fehma tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, ikollu riskju baxx li jieħu n-nar;

.2

jistgħu jintużaw biss fl-aħħar tal-mezz tal-ventilazzjoni;

.3

ma għandhomx ikunu anqas minn 600 mm, imkejla tul it-tubu, minn kull fetħa fid-diviżjoni tal-klassi A jew B, inklużi s-soqfa kontinwi tal-klassi B.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW fl-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

minflok is-subparagrafu 1 għandu japplika s-subparagrafu 1a:

.1a

dawn it-tubi għandhom ikunu ta’ materjal li jkollu karatteristiċi ta’ tifrix baxx tan-nirien.

.2a   Fejn il-passaġġi ta’ ventilazzjoni ta’ sezzjoni trasversali netta li taqbeż 0,02 m2 jgħaddu minn paratiji jew gverti tal-klassi A, il-fetħiet għandhom ikollhom għata tal-azzar sakemm il-passaġġi li jgħaddu mill-paratiji jew il-gverti ma jkunux tal-azzar fil-viċinanza tal-passaġġ minn ġol-gverta jew paratija u l-passaġġi u l-kisja tagħhom f’din il-parti għandhom jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

L-għatjiet għandu jkollhom ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm u tul ta’ mill-inqas 900 mm. Meta jgħaddu mill-paratiji, dan it-tul għandu jiġi diviż preferibbilment f’450 mm fuq kull naħa tal-paratija. Dawn il-passaġġi, jew l-għatjiet li jiksu dawn il-passaġġi, għandhom jiġu pprovduti b’iżolazzjoni minn nirien. L-iżolazzjoni għandha jkollha tal-inqas l-istess integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien bħall-paratija jew gverta li minnha jgħaddi t-tubu.

.2

it-tubi b’erja ta’ sezzjoni trasversali netta li taqbeż 0,075 m2 għandhom jitwaħħlu bil-barrieri tan-nirien flimkien mar-rekwiżiti tas-subparagrafu .9.2.2.1. Il-barriera tan-nar għandha taħdem awtomatikament iżda għandha tkun kapaċi wkoll tingħalaq manwalment miż-żewġ naħat tal-paratija jew gverta. Il-barriera għandha tiġi pprovduta b’indikatur li juri jekk il-barriera hjiex miftuħa jew magħluqa. Madanakollu, humiex meħtieġa barrieri tan-nar fejn il-passaġġi jgħaddu mill-ispazji imdawra mid-diviżjonijiet tal-klassi A, mingħajr ma jservu dawk l-ispazji, kemm-il darba dawk il-passaġġi ikollhom l-istess integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien bħad-diviżjonijiet li jtaqqbu. Il-barrieri tan-nirien għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, fejn il-barrieri tan-nirien huma mpoġġija wara s-soqfa jew suffetti, dawn is-soqfa jew suffetti għandhom jiġu pprovduti b’bieb tal-ispezzjoni li fuqu jkun hemm pprovduta plakka li tirrapporta n-numru tal-identifikzzjoni tal-barriera tan-nar. In-numru tal-identifikazzjoni tal-barriera tan-nar għandu jitpoġġa ukoll fuq kull kontroll mill-bogħod meħtieġ.

.2b   F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, fejn passaġġ ta’ kisja rqiqa b’erja ta’ taqsima trasversali libera ugwali għal jew anqas minn 0,02m2 tgħaddi mill-paratiji tal-klassi A jew gverti, il-ftuħ għandu jiġi allineat mas-saff tal-azzar li għandu ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm u tul ta’ mill-inqas 200 mm, diviż preferibbilment f’100 mm fuq kull naħa tal-paratija jew, fil-każ tal-gverta, impoġġija totalment fuq il-parti l-aktar baxxa tal-gverti minfuda.

.3   Passaġġi pprovduti għall-ventilazzjoni tal-ispazji tal-makkinarju, kċejjen, spazji tal-karozzi fuq il-gverta, spazji tal-merkanzija ro-ro jew spazji tal-kategorija speċjali ma għandhomx jgħaddu minn ġol-ispazji ta’ akkomodazzjoni, spazji tas-servizz jew stazzjonijiet tal-kontroll sakemm ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet imsemmija f’subparagrafi 9.2.3.1.1 sa .9.2.3.1.4 jew .9.2.3.2.1 u .9.2.3.2.2:

.1.1

il-passaġġi huma li nbnew mill-azzar bi ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm u 5 mm għall-passaġġi li l-wisa’ u d-dijametri tagħhom huma sa u jinkludu 300 mm u 760 mm u aktar rispettivament u, fil-każ ta’ dawn il-passaġġi, li l-wisa’ jew dijametri tagħhom ikunu bejn 300 mm u 760 mm li għandhom kull ħxuna li tinkiseb bl-interpolazzjoni;

.1.2

il-passaġġi huma appoġġati u mwebbsa b’mod xieraq;

.1.3

il-passaġġi huma mwaħħla b’barrieri tan-nirien awtomatiċi qrib il-konfini minfuda; u

.1.4

it-tubi jkunu iżolati sal-istandard ‘A-60’ mill-ispazji tal-makkinarju, kċejjen, spazji tal-karozzi fuq il-gverta, l-ispazji tal-merkanzija ro-ro jew l-ispazji tal-kategorija speċjali sa punt ta’ mill-inqas 5 metri lil hinn minn kull barriera tan-nirien;

jew

.2.1

it-tubi jinbnew mill-azzar f’konformità mal-paragrafi .9.2.3.1.1 u .9.2.3.1.2; u

.2.2

it-tubi huma iżolati sal-istandard ‘A-60’ madwar l-ispazji tal-akkomodazzjoni, l-ispazji tas-servizz jew l-istazzjonijiet tal-kontroll;

ħlief li l-penetrazzjonijiet tad-diviżjonijiet taż-żona ewlenija għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tassubparagrafu .9.2.8

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, is-sistemi tal-ventilazzjoni għall-ispazji tal-makkinarju ta’ kategorija A, l-ispazji għall-vetturi, spazji ro-ro, kċejjen, spazji tal-kategorija speċjali u spazji tal-merkanzija għandhom, ġeneralment, jiġu separati minn xulxin u mis-sistemi tal-ventilazzjoni li jservu spazji oħra. Ħlief is-sistemi tal-ventilazzjoni tal-kċina fuq il-vapuri tal-passiġġieri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier li ma hemmx bżonn ikunu separati totalment, iżda jistgħu jiġu servuti b’passaġġi separati minn kull unità tal-ventilazzjoni li sservi spazji oħra. F’kull każ għandha titwaħħal barriera tan-nirien awtomatiku fil-passaġġ tal-ventilazzjoni tal-kċina ħdejn l-unità tal-ventilazzjoni.

.4   Tubi pprovduti għall-ventilazzjoni għall-ispazji tal-akkomodazzjoni, spazji tas-servizz jew stazzjonijiet tal-kontroll ma għandhomx jgħaddu mill-ispazji tal-makkinarju, kċejjen, spazji fuq il-gverta għall-karozzi, spazji tal-merkanzija ro-ro jew spazji ta’ kategorija speċjali sakemm ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet imsemmija f’subparagrafi 9.2.4.1.1 sa .9.2.4.1.3 jew .9.2.4.2.1 u .9.2.4.2.2:

.1.1

it-tubi jinbnew mill-azzar fejn jgħaddu minn spazju tal-makkinarju, kċina, spazju fuq il-gverta għall-karozzi, spazju tal-merkanzija ro-ro jew spazju ta’ kategorija speċjali f’konformità mas-subparagrafi .9.2.3.1.1 u .9.2.3.1.2;

.1.2

barrieri tan-nar awtomatiċi għandhom jitwaħħlu qrib il-konfini minfuda; u

.1.3

l-integrità tal-ispazju tal-makkinarju, kċina, spazju fuq il-gverta għall-karozzi, spazju tal-merkanzija ro-ro jew spazju tal-kategorija speċjali tinżamm fil-penetrazzjonijiet;

jew

.2.1

it-tubi li jgħaddu minn spazju tal-makkinarju, kċina, spazju fuq il-gverta għall-karozzi, spazju tal-merkanzija ro-ro jew spazju ta’ kategorija speċjali huma mibnijin mill-azzar f’konformità mas-subparagrafi .9.2.3.1.1 u .9.2.3.1.2; u

.2.2

it-tubi jkunu iżolati sal-istandard ‘A-60’ minn spazju tal-makkinarju, kċina, spazju fuq il-gverta għall-karozzi, spazju tal-merkanzija ro-ro jew spazju tal-kategorija speċjali;

ħlief il-penetrazzjonijiet tad-diviżjonijiet taż-żona ewlenija li għandhom jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti tas-subparagrafu .9.2.8

.5   It-tubi ta’ ventilazzjoni b’erja sezzjonali netta li taqbeż 0,02 m2 li jgħaddu mill-paratiji tal-klassi B għandhom ikunu miksija b’saff ta’ folja tal-azzar tat-tul ta’ 900 mm diviżi preferibbilment f’450 mm fuq kull naħa tal-paratiji sakemm it-tubu ma jkunx tal-azzar għal dan it-tul.

.6   Għandhom jittieħdu dawk il-miżuri prattiċi fir-rigward tal-istazzjonijiet tal-kontroll barra l-ispazji tal-makkinarju sabiex jiżguraw li l-ventilazzjoni, il-viżibbiltà u n-nuqqas ta’ duħħan jinżammu, sabiex fil-każ ta’ nirien il-makkinarju u t-tagħmir li jinsabu ġewwa jkunu jistgħu jiġu ssorveljati u jkomplu jaħdmu b’mod effettiv. Għandhom jiġu pprovduti mezzi alternattivi u separati tal-provvista tal-arja; it-toqob għad-dħul tal-arja għandhom ikunu f’tali pożizzjoni li r-riskju li ż-żewġ toqob jiġbdu d-duħħan fl-istess ħin jiġi minimizzat. Tali rekwiżiti ma hemmx bżonn japplikaw għall-istazzjonijiet tal-kontroll li jinsabu fuq, u li jiftħu għal fuq, gverta miftuħa, jew fejn l-arranġamenti lokali tal-għeluq ikunu effettivi xorta.

.7   Meta jgħaddu minn spazji tal-akkomodazzjoni u spazji li fihom materjal kombustibbli, it-toqob tad-duħħan mill-kukers tal-kċina għandhom jinbnew mid-diviżjonijiet tal-klassi A. Kull toqba tad-duħħan għandha tkun mgħammra b’:

.1

reċipjent jiġbor il-grass li jista’ jitneħħa faċilment għat-tindif;

.2

barriera tan-nirien li tinsab fil-parti l-baxxa tat-tubu;

.3

arranġamenti, li jitħaddmu minn ġol-kċina, biex jagħlqu l-fannijiet tad-duħħan; u

.4

mezz fiss biex jintefa’ nar fil-passaġġ.

.8   Fejn ikun meħtieġ li t-tubu ta’ ventilazzjoni jgħaddi minn ġo diviżjoni taż-żona prinċipali vertikali, ħdejn id-diviżjoni, għandha titwaħħal barriera awtomatika tan-nar li tagħlaq awtomatikament u li ma tfallix. Il-barriera għandha tkun tista’ tingħalaq ukoll manwalment minn kull naħa tad-diviżjoni. Il-pożizzjoni tat-tħaddim għandha tkun aċċessibbli malajr u tkun immarkata b’kulur aħmar li jixgħel u li jirrifletti. It-tubu bejn id-diviżjoni u l-barriera għandha tkun tal-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti u, jekk ikun meħtieġ, iżolat biex jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II 2/A/12.1. Il-barriera għandha titwaħħal fuq tal-anqas naħa waħda tad-diviżjoni b’ indikatur viżibbli li juri jekk il-barriera tkunx fil-pożizzjoni miftuħa.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.9

Il-postijiet tad-dħul u tal-ħruġ tas-sistemi kollha tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jingħalqu minn barra l-ispazji li jkunu ventilati.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.10

Ventilazzjoni bl-enerġija tal-ispazji tal-akkomodazzjoni, spazji tas-servizz, spazji tal-merkanzija, stazzjonijiet tal-kontroll u spazji tal-makkinarju għandhom ikunu jistgħu jitwaaqfu minn pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli barra l-ispazju li jkun qed jiġi servut. Din il-pożizzjoni ma għandhiex tinqata’ faċilment fil-każ ta’ nar fl-ispazji servuti. Il-mezzi pprovduti biex iwaqqfu l-ventilazzjoni bl-enerġija tal-ispazji tal-makkinarju għandhom ikunu separati totalment mill-mezzi pprovduti biex iwaqqfu l-ventilazzjoni tal-ispazji l-oħra.

.3   VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

L-arranġamenti li ġejjin għandhom jiġu ppruvati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura tat-Test tan-Nirien tal-IMO:

.1

barrieri tan-nirien inklużi l-mezzi rilevanti tat-tħaddim; u

.2

penetrazzjonijiet ta’ tubi minn diviżjonijiet tal-klassi ‘A’. Fejn l-għatjiet tal-azzar huma imwaħħlin direttament mal-passaġġi ta’ ventilazzjoni permezz ta’ flanġijiet b’imsiemer irbattuti jew bil-viti jew bl-iwweldjar, it-test mhuwiex meħtieġ.

10.   Twieqi u fetħiet fil-ġenb (R 33)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

It-twieqi u l-fetħiet fil-ġenb kollha fil-paratiji ġewwa l-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll li mhumiex dawk li japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 7.5, għandhom jinbnew sabiex jippreservaw ir-rekwiżiti tal-integrità tat-tip ta’ paratiji li huma mwaħħla fihom.

Għall-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara dan għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.2

Minkejja r-rekwiżiti tat-tabelli fir-Regolamenti 4 u 5, it-twieqi u l-fetħiet fil-ġenb kollha li jisseparaw l-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u stazzjonijiet tal-kontroll mill-estern għandhom jinbnew bl-oqsfa tal-azzar jew materjal ieħor adattat. Il-ħġieġ għandu jinżamm imwaħħal permezz ta’ gwarniċi jew qafas tal-metall.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.3

Twieqi li jiffaċċjaw tagħmir tas-salvataġġ, żoni tal-imbarkazzjoni u tal-ġmigħ tan-nies, turġien esterni u gverti miftuħa li jintużaw għar-rotot tal-ħrib, u t-twieqi li jinsabu taħt iċ-ċattra tas-salvataġġ u ż-żoni tal-imbarkazzjoni taż-żurżieqa tal-salvataġġ għandu jkollhom l-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien kif meħtieġ fit-tabelli ta’ Regolament 4. Fejn huma pprovduti rjus awtomatiċi apposta li jferxxu l-ilma għat-twieqi, jistgħu jiġu aċċettati bħala ekwivalenti t-twieqi ‘A-0’.

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C uD li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, l-irjus tal-bexxiexi awtomatiċi apposta għal dan il-għan iridu jkunu jew:

.1

l-irjus apposta li jinsabu ‘l fuq mit-twieqi u installati flimkien mal-bexxiexi konvenzjonali li jinsabu mas-saqaf; jew

.2

l-irjus apposta li jinsabu ‘l fuq mit-twieqi irranġati b’tali mod li t-tieqa hija protetta minn rata medja tal-applikazzjoni ta’ mill-inqas 5 litri/m2 kull minuta u l-arja addizzjonali tat-tieqa hija inkluża fil-kalkolu tal-arja tal-kopertura.

Twieqi li jinsabu fil-ġenb tal-vapur taħt iż-żoni tal-imbarkazzjoni tad-dgħajjes tas-salvataġġ għandu jkollhom l-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tal-anqas ugwali għall-klassi ‘A-0’.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.4

Minkejja r-rekwiżiti tat-tabelli fir-Regolament II-2/B/5, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien tat-twieqi li jiffaċċjaw żoni tal-imbarkazzjoni miftuħa jew magħluqa tad-dgħajjes tas-salvataġġ u taċ-ċattri tas-salvataġġ u għall-integrità fir-rigward ta’ reżistenza min-nirien li jkunu jinsabu taħt tali żoni f’tali pożizzjoni li l-falliment tagħhom waqt nirien itellef il-varar ta’, jew l-imbarkazzjoni fid-dgħajjes tas-salvataġġ jew iċ-ċattri tas-salvataġġ.

11.   Użu ristrett ta’ materjal li jaqbad (R 34)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1   Ħlief fl-ispazji tal-merkanzija, kmamar tal-posta, kmamar tal-bagalji jew kompartimenti imkessħa tal-ispazji tas-servizz, kull induratura, kull paraventu, kull saqaf u kull iżolazzjoni għandhom ikunu ta’ materjal li ma jaqbdax. Il-paratiji parzjali jew il-gverti li jintużaw biex jissuddividu kull spazju għall-utilità jew trattament artistiku għandhom ikunu wkoll ta’ materjal li ma jaqbadx.

.2   Paraventi tal-fwar u l-adeżivi użati flimkien mal-iżolazzjoni, kif ukoll bħala kull iżolazzjoni tat-tagħmir tal-pajp, għall-sistemi tas-servizz imkessħa ma hemmx bżonn ikunu ta’ materjal li ma jaqbadx, iżda għandhom jinżammu f’kwantità kemm jista’ jkuna minima u l-uċuħ esposti tagħhom għandhom ikollhom il-kwalitajiet tar-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjamma f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.653 (16).

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok 2 għandu japplika l-paragrafu 2a li ġej:

.2a

Il-paraventi tal-fwar u l-adeżivi użati flimkien mal-iżolazzjoni, kif ukoll bħala iżolazzjoni tat-tagħmir tal-pajp, għal sistemi tas-servizz kiesħa ma hemmx bżonn ikunu ta’ materjal li ma jaqbadx, iżda għandhom jinżammu f’l-kwantità kemm jista’ jkun minima u l-uċuħ esposti tagħhom għandhom ikollhom il-kwalitajiet ta’ tixrid baxx tal-fjammi.

.3   L-uċuħ li ġejjin għandhom ikollhom karatteristiċi tal-firxa baxxa tal-fjammi:

.1

uċuħ esposti fil-kurituri u fl-ispazji tal-magħlaq tat-taraġ, u tal-paratiji, kisi tal-ħajt u tas-saqaf fl-ispazji kollha tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll;

.2

spazji moħbija jew inaċċessibbli fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll.

.4   Il-volum totali tal-uċuħ li jaqbdu, furmaturi, tiżjin u fuljetti f’kull spazju tal-akkomodazzjoni u tas-servizz ma għandux jaqbeż volum ekwivalenti għal 2,5 mm ta’ fuljetta fuq l-erja kombinata tal-ħitan u tas-soqfa. Għamara mwaħħla mal-kisi, paratiji jew gverti ma hemmx bżonn li jiġu inklużi fil-kalkolu tal-volum totali tal-materjal kombustibbli.

Fil-każ ta’ vapuri mgħammra b’ sistema awtomatika li tferrex l-ilma li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II 2-A/8, il-volum ta’hawn fuq jista’ jinkludi kull materjal kombustibbli użat għat-twaqqif ta’ diviżjonijiet tal-klassi C.

.5   Il-fuljetti li jintużaw fuq l-uċuħ u l-kisi koperti mir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 għandu jkollhom valur kalorifiku li ma jaqbiżx il-45 MJ/m2 tal-erja għall-ħxuna użata.

.6   L-għamara fl-ispazji tal-magħlaq tat-taraġ għandha tinkludi biss għall-postijiet fejn wieħed jista’ joqgħod bil-qiegħda. Għandha tkun imwaħħla, limitata għal sitt siġġijiet f’kull gverta f’kull magħlaq tat-taraġ, tkun ta’ riskju ristrett li tieħu n-nar u ma għandhiex ittellef ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti aktar postijiet fejn toqgħod bil-qiegħda fiż-żona prinċipali tal-ilqugħ fi spazju tal-magħlaq tat-taraġ jekk dawn ikunu mwaħħlin, ma jaqbdux u ma jtellfux ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. Ma għandhiex titħalla għamara fil-kurituri tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ li jiffurmaw rotot tal-ħrib fiż-żoni tal-kabini. Flimkien ma’ dan ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu permessi l-kabinetti li jissakkru ta’ materjal mhux kombustibbli, li jipprovdu ħżin għat-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ mir-Regolamenti. Magni tal-ilma li wieħed jista’ jixrob minnhom u l-magni li jagħmlu l-blokki tas-silġ jistgħu jitħallew fil-kurituri kemm-il darba jkunu mwaħħla u ma jirristrinġux il-wisa’ tar-rotot tal-ħrib. Dan japplika ukoll għall-arranġamenti dekorattivi tal-fjuri jew tal-pjanti, statwi jew oġġetti oħra tal-arti bħal pitturi u tapezzeriji fil-kurituri u turġien.

.7   Żebgħa, verniċi u finituri oħra użati fuq uċuħ oħra tal-uċuħ interni ma għandhomx ikunu tali li jipproduċi kwantitajiet eċċessivi ta’ duħħan u ta’ prodotti tossiċi.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok .7 għandu japplika l-paragrafu .7a li ġej:

.7a

Żebgħa, verniċi u finituri oħra użati fuq uċuħ interni esposti ma għandhomx jipproduċu kwantitajiet eċċessivi ta’ duħħan u ta’ prodotti tossiċi, dan għandu jiġi stabbilit f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura tat-Test tan-Nirien tal-IMO.

.8

Koperturi primarji tal-gverti, jekk jiġu applikati fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, għandhom ikunu ta’ materjal approvat li ma jaqbadx malajr, f’konformità mal-proċeduri tal-ittestjar tan-nirien tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.687 (17) jew jagħtu lok għal perikli tossiċi jew splussivi f’temperaturi għolja.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Minflok il-paragrafu .8 għandu japplika l-paragrafu .8a li ġej:

.8a

Koperturi primarji tal-gverti, jekk jiġu applikati fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, għandhom ikunu ta’ materjal approvat li ma jaqbadx malajr u li ma jagħtux lok għal perikli tossiċi jew splussivi f’temperaturi għolja, fejn dan jiġi determinat skont il–Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nirien.

12.   Dettalji tal-bini (R 35)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, stazzjonijiet tal-kontroll, kurituri u turġien:

.1

spazji tal-arja magħluqa wara s-soqfa, pannelli jew kisi għandhom ikunu diviżi b’mod xieraq minn tagħmir li jeħel qrib il-paraventi u ma jkunux aktar minn 14-il metru bogħod minn xulxin;

.2

fid-direzzjoni vertikali, dawn l-spazji tal-arja magħluqa, inklużi dawk wara l-kisi tat-turġien, bagolli, eċċ għandhom ikunu magħluqa f’kull gverta.

13.   Sistemi fissi ta’ individwazzjoni u tal-allarm tan-nirien u sistemi ta’ tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma u tal-individwazzjoni tan-nirien u sistema tal-allarm tan-nirien (R 14) (R 36)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

F’vapuri li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u f’vapuri b’tul ta’ anqas minn 24 metru għandhom ikunu installati tul kull żona separata, kemm jekk vertikali u kemm jekk orizzontali, fl-ispazji kollha tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u fl-istazzjonijiet tal-kontroll, ħlief l-ispazji li ma joħolqu ebda riskju sostanzjali tan-nirien bħall-spazji vojta, spazji sanitarji, eċċ. jew:

.1

sistema mwaħħla tal-individwazzjoni u tal-allarm tan-nirien tat-tip approvat u li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9 u installati u irranġati b’tali mod sabiex jindividaw il-preżenza tan-nirien f’dawn l-ispazji, madanakollu f’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara jipprovdu l-individwazzjoni tad-duħħan fil-kurituri, turġien u rotot tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni, jew

.2

sistema ta’ tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ kull tip approvat li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/8 jew mal-linji gwida tal-IMO għal kull sistema ekwivalenti approvata li tferrex l-ilma kif mogħtija mir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.800 (19) u hekk installata u rranġata b’tali mod sabiex tipproteġi dawn l-spazji u, barra minn hekk, sistema mwaħħla tal-individwazzjoni tan-nirien u kull sistema tal-allarm tan-nirien tat-tip approvat u li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9 u installata u rranġata b’tali mod sabiex tipprovdi għar-individwazzjoni tad-duħħan fil-kurituri, turġien u rotot tal-ħrib fl-ispazji tal-akkomodazzjoni.

.2

Vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier, ħlief għall-vapuri li għandhom tul ta’ anqas minn 24 metru, għandhom ikunu mgħammra b’:

Tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, sistema tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien ta’ tip approvat, li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/8 jew mal-linji-gwida tal-IMO għal sistema li tferrex l-ilma ekwivalenti approvata kif mogħtija mir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.800 (19), f’kull spazju tas-servizz, stazzjonijiet tal-kontroll u spazji tal-akkomodazzjoni, inklużi l-kurituri u t-turġien.

Alternattivament, tista’ titwassal sistema tat-tifi tan-nar ta’ tip ieħor li tkun ta’ tip approvat fll-istazzjonijiet tal-kontroll fejn l-ilma jista’ jikkawża ħsara.

Għandha tiġi installata sistema tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien tat-tip approvat, li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9, installata u rranġata b’tali mod li tipprovdi individwazzjoni tad-duħħan fl-ispazji tas-servizz, stazzjonijiet tal-kontroll u spazji tal-akkomodazzjoni, inklużi l-kurituri u t-turġien. Ma hemmx bżonn jitwaħħal tagħmir tal-individwazzjoni tad-duħħan fi kmamar tal-banju u kċejjen.

Spazji li għandhom ftit jew l-ebda riskju bħall-ispazji vojta, tojlits pubbliċi, kmamar tad-diossidu tal-karbonju u spazji bħal dawn ma hemmx bżonn jiġu mgħammra b’sistema ta’ tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma jew sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm.

.3

Spazji tal-makkinarju li ma jkollhomx nies magħhom perjodikament għandhom jiġu installati b’sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tat-tip approvat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament II-2/A/9.

Din is-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien għandha tkun iddisinjata b’tali mod li t-tagħmir jindividwa malajr in-nirien f’kull parti minn dawk l-ispazji u taħt il-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim tal-makkinarju u l-varjazzjonijiet tal-ventilazzjoni kif meħtieġ mill-firxa tat-temperaturi tal-ambjent. Ħlief fi spazji ta’ għoli ristrett u fejn l-użu tagħhom ikun speċjalment xieraq, ma għandhomx jitħallew sistemi tal-individwazzjoni li jużaw biss tagħmir li jindividwa s-sħana. Is-sistema tal-individwazzjoni għandha tibda allarmi li jinstemgħu u li jidhru fiż-żewġ rigwardi mill-allarmi ta’ kull sistema li ma tindikax in-nirien, f’postijiet biżżejjed biex jiżguraw li l-allarmi jinstemgħu u jkunu osservati fuq il-pont tan-navigazzjoni u minn uffiċjal inġinier responsabbli.

Meta l-pont tan-navigazzjoni ma jkollux nies miegħu għandu jinstema’ allarm f’post fejn ikun xogħol membru tal-ekwipaġġ responsabbli.

Wara l-installazzjoni, is-sistema għandha tiġi ttestjata taħt kundizzjonijiet varji tat-tħaddim tal-magna u tal-ventilazzjoni.

14.   Protezzjoni tal-ispazji ta’ kategorija speċjali (R 37)

.1   Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-ispazji tal-kategorija speċjali kemm jekk fuq jew taħt il-gverta tal-paratija

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI JĠORRU AKTAR MINN 36 PASSIĠĠIER:

.1   Ġenerali

.1

Il-prinċipju bażiku li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li ladarba s-suddiviżjoni normali fiż-żoni prinċipali vertikali tista’ ma tkunx prattika fil-kategorija speċjali tal-spazji, għandha tinkiseb protezzjoni ekwivalenti f’dawk l-ispazji fuq il-bażi tal-kunċett ta’ żona orizzontali u bil-provvista ta’ sistema effiċjenti u fissa tat-tifi tan-nar. Taħt il-kunċett taż-żona orizzontali għall-iskop ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu inklużi spazji tal-kategorija speċjali fuq aktar minn gverta waħda jekk kemm-il darba l-għoli ġenerali totali għall-vetturi ma jaqbiżx 10 metri.

.2

Ir-rekwiżiti tar-Regolamenti II-2/A/12, II-2/B/7 u II-2/B/9 biex tinżamm l-integrità taż-żoni orizzontali għandhom jiġu applikati ugwalment għall-gverti u l-paratiji li jiffurmaw il-konfini li jisseparaw iż-żoni orizzontali minn kull wieħed u mill-kumplament tal-vapur.

.2   Protezzjoni strutturali

.1

F’vapuri ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġier il-partijiet tal-konfini u l-gverti tal-ispazji ta’ kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati f’standard tal-klassi ‘A-60’. Madanakollu, fejn kull spazju tal-gverta miftuħ (kif imfisser fir-Regolament II-2/B/4.2.2(5)), spazju sanitarju jew inkella spazju bħalu (kif imfisser fir-Regolament II-2/B/4.2.2(9)) jew tank, spazju vojt, jew spazju tal-makkinarju awżiljari li jkollu riskju żgħir jew l-ebda riskju li jieħu n-nar (kif imfisser fir-Regolament II-2/B/4.2.2(10)), ikun fuq wieħed min-naħat tad-diviżjoni l-istandard jista’ jitnaqqas sa ‘A-0’.

Fejn it-tankijiet tal-karburant taż-żejt ikunu taħt spazju tal-kategorija speċjali, l-integrità tal-gverta bejn dawn l-ispazji tista’ titnaqqas għall-istandard ‘A-0’.

.2

F’vapuri ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u vapuri eżistanti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier il-paratiji tal-konfini tal-ispazji tal-kategorija speċjali għandhom jiġu iżolati kif meħtieġ mill-ispazji tal-kategorija speċjali (11) fit-tabella 5.1 tar-Regolament II-2/B/5 u l-konfini orizzontali kif meħtieġa għall-kategorija (11) fit-tabella 5.2 tar-Regolament II-2/B/5.

.3

L-indikaturi għandhom jiġu pprovduti fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jiġi indikat meta kull bieb tan-nirien li jwassal għal jew mill-ispazji tal-kategorija speċjali jkunu magħluqa.

Bibien għall-ispazji tal-kategorija speċjali għandhom ikunu ta’ tali kostruzzjoni li ma jkunux jistgħu jinżammu miftuħa b’mod permanenti u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ.

.3   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi:

Kull spazju tal-kategorija speċjali għandu jiġi mgħammar b’sistema fissa approvata li tferrex l-ilma għat-tħaddim manwali li għandha tipproteġi l-partijiet kollha ta’ kull gverta u pjattaforma tal-vetturi f’tali spazju.

F’vapuri tal-klassijiet B, C u D li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, tali sistemi tli jferrxu l-ilma għandhom ikollhom:

.1

gejġ tal-pressa fuq il-valv manifold;

.2

immarkar ċar fuq kull valv manifold li jindika l-ispazji servuta;

.3

struzzjonijiet għall-manutenzjoni u t-tħaddim li jkunu fil-kamra tal-valv; u

.4

għadd suffiċjenti ta’ valvijiet tad-drenaġġ.

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti l-użu ta’ kull sistema oħra tat-tifi tan-nar li tkun uriet permezz ta’ test fuq skala sħiħa fil-kundizzjonijiet li jissimulaw kull nar bil-petrol li jimxi fi spazju tal-kategorija speċjali li ma tkunx inqas effettiva biex tikkontrolla n-nirien li probabbli jseħħu f’tali spazju. Tali sistema li tferrex l-ilma jew sistema ekwivalenti li titfi n-nar għandha tikkonforma mad-dispożizzjoniiet tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.123(V) u għandhom jitqiesu wkoll il-‘Linji gwida għal meta jiġu approvati sistemi tat-tifi tan-nar bbażati fuq l-ilma alternattivi għal użu ta’ spazji ta’ kategoriji speċjali’ tal-IMO MSC/Circ.1272.

.4   Ir-rondi u r-individwazzjoni

.1

Għandha tinżamm sistema effiċjenti ta’ rondi fl-ispazji tal-kategorija speċjali. Fi kwalunkwe spazju bħal dan li fih ir-ronda mhix sostnuta minn għassa kontinwa għan-nirien fil-ħinijiet kollha matul il-vjaġġ għandha tiġi pprovduta sistema fissa tal-individwazzjoni tan-nirien u sistema tal-allarm tan-nirien tat-tip approvat li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9. Is-sistema fissa tal-individwazzjoni għandha tkun kapaċi li tindividwa malajr il-bidu tan-nar. It-tip u l-ispazju u l-post fejn ikun jinsab it-tagħmir tal-individwazzjoni għandu jiġi determinat wara li jiġu kkunsidrati l-effetti tal-ventilazzjoni u l-fatturi l-oħra rilevanti.

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, is-sistema wara li tiġi installata għandha tiġi ppruvata taħt kundizzjonijiet normali tal-ventilazzjoni u għandu jingħata ħin tar-rispons ġenerali għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

.2

Għandhom jiġu pprovduti mezzi manwali li javżaw li hemm in-nar kif ikun meħtieġ matul l-ispazji tal-kategorija speċjali u għandu jitpoġġa wieħed qrib ta’ kull post tal-ħruġ minn tali spazji.

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, il-punti ta’ sejħa mħaddma b’mod manwali għandhom ikunu spazjati sabiex l-ebda parti mill-ispazju ma jkun aktar minn 20 metru minn punt ta’ sejħa li jitħaddem manwalment.

5.   Tagħmir tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D, LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5a

Għandhom ikunu pprovduti f’kull spazju tal-kategorija speċjali:

.1

tal-anqas tliet applikaturi tat-tirxix fin tal-ilma;

.2

applikatur tal-fowm li jista’ jinġarr li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament II-2/A/6.2 kemm-il darba tal-anqas tnejn minn dawn l-unitajiet ikunu disponibbli fil-vapur għall-użu f’tali spazji; u

.3

tal-anqas estintur wieħed li jista’ jinġarr jkun f’kull aċċess għal tali spazji.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.5b

Għandhom jiġu pprovduti estinturi li jistgħu jinġarru f’kull livell tal-gverta f’kull post apposta jew kompartiment fejn jinġarru l-vetturi, li jkollhom spazju ta’ mhux aktar minn 20 metru bejniethom fuq iż-żewġ naħat tal-ispazju. Tal-anqas estintur wieħed tat-tifi tan-nar li jista’ jinġarr għandu jinsab f’kull aċċess għal tali spazji.

Flimkien ma’ dan t-tagħmir, għandu jiġu pprovdut fi spazji tal-kategorija speċjal itat-tifi tan-nar li ġej:

.1

tal-anqas tliet applikaturi tat-tirxix fin tal-ilma; u

.2

applikatur tal-fowm li jiata’ jinġarr li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sikurezza tan-Nirien kemm-il darba li tal-anqas tnejn minn tali unitajiet ikunu disponibbli fil-vapur għall-użu f’tali spazju ro-ro.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6   Sistema tal-ventilazzjoni

.1

Għandha tiġi pprovduta sistema effettiva tal-ventilazzjoni bl-enerġija għall-ispazji tal-kategorija speċjali li tkun biżżejjed biex tagħti mill-inqas 10 tibdiliet tal-arja fis-siegħa. Is-sistema għal tali spazji għandha tiġi separata totalment minn sistemi oħra tal-ventilazzjoni u għandha tkun taħdem fil-ħinijiet kollha meta l-vetturi jkunu fit-tali spazji. L-għadd ta’ tibdiliet fl-arja għandhom jiżdiedu għal mill-inqas 20 waqt it-tagħbija u l-ħatt tal-vetturi.

It-tubi ta’ ventilazzjoni li jservu l-ispazji tal-kategorija speċjali li jistgħu jiġu ssiġillati effettivament għandhom jiġu sseparati għal kull tali spazju. Is-sistema għandha tkun tista’ tiġi kkontrollata minn kull pożizzjoni barra tali spazji.

.2

Il-ventilazzjoni għandha tkun tali li ma tħallix l-istratifikazzjoni tal-arja u l-formazzjoni ta’ rqajja’ tal-arja.

.3

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jindikaw fuq il-pont tan-navigazzjoni kull telf jew tnaqqis tal-kapaċità tal-ventilazzjoni meħtieġa.

.4

Għandhom jiġu pprovduti arranġamenti li jippermettu għeluq ta’ malajr u effettiv tas-sistema tal-ventilazzjoni f’każ ta’ nirien, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet tat-temp u tal-baħar.

.5

It-tubi ta’ ventilazzjoni, inklużi l-barrieri, għandhom ikunu magħmula mill-azzar u l-arranġament tagħhom għandu jkun għas-sodisfazzjon tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera.

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, it-tubi ta’ ventilazzjoni li jgħaddu miż-żoni orizzontali jew spazji tal-makkinarju għandhom ikunu tubi tal-klassi ‘A-60’ li nbnew fi qbil ma’ Regolamenti II-2/B/9.2.3.1.1 u II-2/B/9.2.3.1.2.

.2   Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli biss għall-ispazji tal-kategorija speċjali ‘l fuq mill-gverta tal-paratija

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1.1   Toqob għall-ħruġ tal-ilma

Fil-kuntest ta’ telf serju tal-istabbiltà li jista’ jinqala’ jekk jakkumulaw kwantitijatiet kbar ta’ ilma fuq il-gverta jew gverti wara t-tħaddim tas-sistema tal-isparar tal-ilma bil-pressjoni fissa, għandhom jitqiegħdu toqob li jiżguraw li tali ilma joħroġ malajr direttament fil-baħar.

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U GĦALL-VAPURI EŻISTENTI TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI B RO-RO:

.1.2   Ħruġ

.1.2.1

Valvijiet għar-rimi tal-ilma għat-toqob tal-ħruġ tal-ilma, mgħammra b’mezz pożittiv li jagħlaq li jitħaddem minn pożizzjoni ‘l fuq mill-gverta tal-paratija f’konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ, għandhom jinżammu miftuħa waqt li l-vapuri jkunu fuq il-baħar.

.1.2.2

Kull tħaddim tal-valvijiet imsemmija fis-subparagrafu 1.2.1 għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-vapur.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.2   Prekawzjonijiet kontra t-tqabbid tal-fwar li jieħu n-nar.

.1

Fuq kull gverta jew pjattaforma, jekk tkun imwaħħla, li fuqha jinġarru l-karozzi u li fuqha jista’ jkun mistenni li jakkumula fwar splussiv, ħlief għall-pjattaformi b’ fetħiet ta’ daqs biżżejjed li jippermetti d-dħul tal-gassijiet tal-petrol ‘l isfel, it-tagħmir li jista’ jkun sors ta’ tqabbid għall-fwar li jaqbad u, b’mod partikolari, it-tagħmir elettriku u l-wajers, għandhom jiġu installati tal-anqas 450 mm ‘il fuq mill-gverta jew mill-pjattaforma. Tagħmir elettriku installat aktar minn 450 mm ‘il fuq mill-gverta jew pjattaforma għandu jkun ta’ tip magħluq u mħares b’mod li jevita l-ħruġ tax-xrar. Madanakollu, jekk l-installazzjoni ta’ tagħmir elettriku u tat-tqegħid tal-wajers f’anqas minn 450 mm ‘il fuq mill-gverta jew mill-pjattaforma tkun meħtieġa għall-ħidma sikura tal-vapur, dan it-tagħmir elettriku u l-wajers jistgħu jiġu installati kemm-il darba jkunu tat-tip ċertifikat sikur approvat għall-użu f’kull taħlita ta’ petrol u arja li tisplodi.

.2

It-tagħmir elettriku u l-wajers, jekk ikunu installati f’tubu tal-ventilazzjoni bl-egżost, għandhom ikunu tat-tip approvat għall-użu f’taħlitiet splussivi ta’ petrol u u l-ħruġ minn kull tubu tal-egżost għandha tinsab f’pożizzjoni sikura, wara li jiġu kkunsidrati sorsi oħra possibbli tat-tqabbid.

.3   Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli biss għall-ispazji tal-kategorija speċjali taħt il-gverta tal-paratija

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1   Ippumpjar tas-sentina u drenaġġ

Fil-kuntest tat-telf serju tal-istabbiltà li jista’ jinqala’ jekk jakkumulaw kwantitijatiet kbar ta’ ilma fuq il-gverta jew fuq l-għatu tat-tank wara t-tħaddim tas-sistema tal-isparar tal-ilma bil-pressjoni fissa, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ teħtieġ li jiġu pprovduti faċilitajiet tal-ippumpjar u tad-drenaġġ flimkien mal-ħtieġa ta’ Regolament II-1/C/3.

F’vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara f’tali każ, is-sistema tad-drenaġġ għandha tkun mdaqqsa sabiex tneħħi mhux inqas minn 125 % tal-kapaċità magħduda taż-żewġ pompi tas-sistema li jisparaw l-ilma u l-għadd meħtieġ ta’ żennuni tal-manka tat-tifi tan-nar. Il-valvijiet tas-sistema tad-drenaġġ għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu minn barra l-ispazju protett f’kull pożizzjoni fil-qrib tal-kontrolli tas-sistema tat-tifi. Il-bjar tas-sentini għandhom ikunu ta’ kapaċità suffiċjenti u għandhom jiġu rranġati fil-qoxra tal-ġenb tal-vapur f’distanza ta’ mhux aktar minn 40 metru minn xulxin f’kull kompartiment impermeabbli.

.2   Prekawzjonijiet kontra t-tqabbid tal-fwar li jaqbad.

.1

It-tagħmir elettriku u l-wajers, jekk imwaħħla, għandhom ikunu tat-tip xieraq għall-użu f’taħlita splussiva ta’ petrol u arja. Ma għandux jitħalla tagħmir ieħor li jista’ jservi ta’ sors li jqabbad fwar fl-arja li jista’ jaqbad.

.2

It-tagħmir elettriku u l-wajers, jekk ikunu installati f’tubu tal-ventilazzjoni tal-egżost, għandhom ikunu tat-tip approvat għall-użu f’taħlita splussiva ta’ petrol u arja u l-ħruġ minn kull tubu tal-egżost għandu jinsab f’pożizzjoni sikura, wara li jiġu kkunsidrati sorsi oħra possibbli tat-tqabbid.

.4   Fetħiet permanenti

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Fetħiet permanenti fil-folji tal-ġenb, fit-truf jew quddiem il-gverta tal-ispazji tal-kategorija speċjali għandhom ikunu b’mod li kull nar fl-ispazju tal-kategorija speċjali ma jipperikolax iż-żoni tal-ħżin u l-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni għall-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u spazji tal-akkomodazzjoni, spazji tas-servizz u stazzjonijiet tal-kontroll fis-soprastrutturi u kmamar fuq il-gverti ‘l fuq mill-ispazji tal-kategorija speċjali.

15.   Rondi tal-għassa għan-nirien, sistemi tal-individwazzjoni, tal-allarm u tat-tgħarrif pubbliku (R 40)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Għandhom jiġu installati punti ta’ sejħa li jitħaddmu manwalment li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ Regolament II-2/A/9.

.2

Il-vapuri kollha fil-ħin kollu li jkunu fuq il-baħar, jew fil-port (ħlief meta jkunux fis-servizz), għandu jkollhom in-nies fuqhom jew tagħmir li jiżguraw li kull allarm inizjali tan-nirien jiġi riċevut minnufih minn membru tal-ekwipaġġ responsabbli.

.3

Għandu jitwaħħal allarm speċjali, li jitħaddem mill-pont tan-navigazzjoni jew mill-istazzjon tal-kontroll tan-nirien. Dan l-allarm jista’ jkun parti mis-sistema ġenerali tal-allarm tal-vapur iżda għandu jkun jinstema’ indipendentament mill-allarm għall-ispazji tal-passiġġieri.

.4

Għandha tkun disponibbli sistema tat-tgħarrif pubbliku jew mezz ieħor effiċjenti tal-komunikazzjoni matul l-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz u l-istazzjonijiet tal-kontroll u gverti miftuħa.

F’vapuri tal-klassijiet B, C u D, li nbnew fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, din is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ Regolament SOLAS III/6.5 kif emendat.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Għall-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandha tinżamm sistema effiċjenti ta’ ronda tal-għassa sabiex jekk ikun hemm nar dan jiġi individwat minnufih. Kull membru tar-ronda tal-għassa tan-nirien għandu jiġi mħarreġ biex ikun familjari mal-arranġamenti tal-vapur kif ukoll il-lok u t-tħaddim ta’ kull tagħmir li hu jew hi jistgħu jiġu msejħa biex jużaw. Kull membru tar-ronda tal-għassa tan-nirien għandu jiġi pprovdut b’tagħmir tat-telefon bir-radju li jirċievi u jittrażmetti.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.6

Il-vapuri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandu jkollhom allarmi ta’ individwazzjoni għas-sistemi meħtieġa bir-Regolament 13.2 li huma ċċentralizzati fi stazzjon tal-kontroll ċentrali li dejjem ikollu n-nies miegħu. Barra minn hekk, il-kontroll għall-għeluq mill-bogħod tal-bibien li jaqtgħu n-nirien u l-għeluq tal-fannijiet tal-ventilazzjoni għandu jkunu ċentralizzati fl-istess lok. Il-fannijiet tal-ventilazzjoni għandhom ikunu jistgħu jiġu attivati mill-ġdid mill-ekwipaġġ fl-istazzjon tal-kontroll li l-ħin kollu jkollu n-nies miegħu. Il-panel tal-kontroll fl-istazzjon ċentrali tal-kontroll għandu jkun kapaċi jindika l-pożizzjonijiet miftuħa jew magħluqa tal-bibien li jaqtgħu in-nirien, l-istat ta’ għeluq jew mitfi tat-tagħmir tal-individwazzjoni, tal-allarmi u tal-fannijiet. Il-panel tal-kontroll għandu jitħaddem kontinwament u għandu jkollu bdil awtomatiku għall-provvista tal-enerġija ta’ riserva fil-każ ta’ telf tal-provvista normali tal-enerġija. Il-panel tal-kontroll għandu jkun operat b’enerġija mis-sors ewlieni tal-enerġija elettrika u sors tal-emerġenza tal-enerġija elettrika kif definiti bir-Regolament II-1/D/3 sakemm ma jkunux permissibbli arranġamenti l-oħra bir-Regolamenti, skont kif ikun applikabbli.

.7

Il-panel tal-kontroll għandu jiġi ddisinjat fuq il-prinċipju tas-sistema ‘fail-safe’, eż. ċirkwit ta’ individwazzjoni miftuħ għandu jkun kaġun ta’ kundizzjoni tal-allarm.

16.   Titjib tal-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 41-1)

.1

Flimkien mar-rekwiżiti għall-vapuri eżistenti tal-klassi B f’dan il-Kapitolu II-2, il-vapuri eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

.1

L-ispazji kollha tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, l-ispazji magħluqa tat-turġien u l-kurituri għandhom ikunu mgħammra b’sistema tal-individwazzjoni tad-duħħan u tal-allarm tat-tip approvat, u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/9. Din is-sistema ma hemmx bżonn titwaħħal fi kmamar tal-banju privati, u fi spazji li għandhom ftit jew xejn riskju tan-nirien bħalma huma l-ispazji vojta u spazji bħal dawn. Għandu jiġi installat tagħmir li jaħdem billi jintraċċa s-sħana minflok id-duħħan fil-kċejjen.

.2

Għandu jitwaħħal ukoll tagħmir li jindividwa d-duħħan li jkun mqabbad mas-sistema tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm fuq is-soqfa fit-turġien u fil-kurituri fiż-żoni fejn is-soqfa, jkunu ta’ kostruzzjoni li taqbad.

.3.1

Bibien li jaqtgħu n-nirien biċ-ċappetti fl-ispazji magħluqa tat-turġien, paratiji taż-żona prinċipali vertikali u l-fruniteri tal-kċina li normalment jinżammu miftuħa għandhom ikunu tip li jingħalqu b’mod awtomatiku u jkunu jistgħu jinfetħu minn stazzjon ċentrali tal-kontroll u minn pożizzjoni fil-bieb.

.3.2

Għandu jitpoġġa panel fl-istazzjon ċentrali tal-kontroll li jkollu n-nies miegħu l-ħin kollu biex jindika jekk il-bibien li jaqtgħu n-nirien fl-ispazji magħluqa tat-turġien, paratiji taż-żona prinċipali vertikali u l-konfini tal-kċina humiex magħluqa.

.3.3

It-tubi tal-egżost mill-kukers tal-kċina li fihom x’aktarx li jakkumula l-grass jew ix-xaħam li jgħaddu mill-ispazji tal-akkomodazzjoni jew minn spazji li jkun fihom materjal kombustibbli għandhom jinbnew mid-diviżjonijiet tal-klassi A. Kull tubu tal-egżost tal-kuker tal-kċina għandu jkun mgħammar b’:

.1

filtru tal-grass li jista’ jitneħħa faċilment sakemm ma titwaħħalx kull sistema oħra alternattiva li tneħħi l-grass;

.2

barriera tan-nar li jinsab fil-parti l-baxxa tat-tubu;

.3

arranġamenti, li jitħaddmu minn ġol-kċina, biex jagħlqu l-fannijiet tad-duħħan;

.4

mezz fiss biex jintefa’ nar fit-tubu; u

.5

li jinsabu f’postijiet adattati għall-ispezzjoni u għat-tindif.

.3.4

It-tojlits pubbliċi, il-liftijiet, il-kabinetti li jissakkru ta’ materjali li ma jaqbdux li jipprovdu ħażna għat-tagħmir tas-sikurezza u bankijiet miftuħa tal-informazzjoni biss jistgħu jinsabu fil-konfini fl-ispazju magħluq tat-turġien. Spazji oħra eżistenti fil-magħlaq tat-taraġ:

.1

għandhom jitbattlu, jingħalqu b’mod permanenti u jiġu skonnettjati mis-sistema elettrika; jew

.2

għandhom jiġu sseparati mill-magħlaq tat-turġien bil-provvediment tad-diviżjonijiet tal-klassi A f’konformità mar-Regolament II-2/B/5. Tali spazji jista’ jkollhom aċċess dirett għall-ispazji magħluqa tat-turġien bil-provvediment tal-bibien tal-klassi A f’konformità mar-Regolament II-2/B/5, u bla ħsara għal kull sistema li tferrex l-ilma li hemm ipprovduta f’dawn l-ispazji. Madanakollu, il-kabini ma għandhomx jiftħu direttament fil-magħlaq tat-turġien.

.3.5

Spazji li mhumiex spazji pubbliċi, kurituri, tojlits pubbliċi, spazji tal-kategorija speċjali u turġien tal-salvataġġ meħtieġa mir-Regolament II-2/B/6.1.5 spazji miftuħa tal-gverta u spazji koperti mill-paragrafu 3.4.2 ma jistgħux ikollhom aċċess dirett għall-magħlaq fejn hemm it-turġien.

.3.6

Spazji tal-makkinarju eżistenti tal-kategorija (10) deskritti fir-Regolament II-2/B/4 u uffiċini wara l-bankijiet tal-informazzjoni li jiftħu direttament fil-magħlaq tat-turġien jistgħu jinżammu, kemm-il darba jiġu protetti minn tagħmir li jindividwa d-duħħan u jekk l-uffiċċji ta’ wara l-bankijiet tal-informazzjoni jkun fihom biss għamara tar-riskju ristrett li taqbad.

.3.7

Flimkien mad-dawl tal-emerġenza meħtieġ mir-Regolamenti II-1/D/3 u III/5.3, il-mezzi tal-ħrib inklużi t-turġien u l-ħruġ, għandhom jiġu mmarkati f’kull punt tar-rotta tal-ħrib inkluż l-angoli u l-inersezzjonijiet, b’dawl jew bi strixxi fotoluminixxenti impoġġijin mhux aktar minn 0,3 metri ‘l fuq mill-gverta. L-immarkar għandu jħalli l-passiġġieri jidentifikaw ir-rotot kollha tal-ħrib u jidentifikaw malajr il-postijiet minfejn wieħed jista’ joħroġ. Jekk tintuża l-illuminazzjoni elettrika, għandha tiġi pprovduta minn sors tal-enerġija tal-emerġenza u għandha tiġi rranġata b’tali mod li l-falliment ta’ kwalunkwe dawl singolu jew qatgħa fi strixxa tad-dawl ma jirriżultax f’immarkar li ma jkunx effettiv. Flimkien ma’ dan, is-sinjali kollha tar-rotta tal-ħrib u marki ta’ fejn jinsab it-tagħmir tat-tifi tan-nar għandhom ikunu ta’ materjal fotoluminixxenti jew immarkat bid-dawl. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li tali tagħmir fotoluminixxenti jkun ġie evalwat, ittestjat u applikat skont il-linji gwida kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.752 (18) jew fl-istandard ISO 15370-2001.

.3.8

Għandha tiġi pprovduta sistema tal-allarm tal-emerġenza ġenerali. L-allarm għandu jinstema’ mill-ispazji kollha tal-akkomodazzjoni u fl-ispazji tax-xogħol tal-ekwipaġġ normali u gverti miftuħa, u l-livell tal-pressjoni tal-ħoss tagħha għandu jikkonforma mal-istandards tal-Kodiċi tal-Allarmi u Indikaturi adottat mill-IMO f’Riżoluzzjoni A.686 (17).

.3.9

Għandha tkun disponibbli sistema ta’ tgħarrif pubbliku jew mezz ieħor effettiv ta’ komunikazzjoni tul l-ispazji tal-akkomodazzjoni,spazji pubbliċi u tas-servizz, l-istazzjonijiet tal-kontroll u gverti miftuħa.

.3.10

L-għamara fil-magħlaq tat-taraġ għandha tkun limitata għall-postijiet fejn wieħed ipoġġi bilqiegħda. Għandha tkun imwaħħla, limitata għal sitt siġġijiet f’kull gverta f’kull magħlaq tat-taraġ, tkun ta’ riskju ristrett li tieħu n-nar u ma għandhiex ittellef ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti aktar siġġijiet fiż-żona prinċipali fejn tilqa’ n-nies fil-magħlaq tat-turġien, jekk ikunu mwaħħla, ma jaqbdux, u ma jtellfux ir-rotta tal-ħrib tal-passiġġieri. Ma għandhiex titħalla għamara fil-kurituri tal-passiġġieri jew tal-ekwipaġġ li jiffurmaw rotot tal-ħrib fiż-żoni tal-kabini. Ma’ dan ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu permessi wkoll l-kabinetti li jissakkru ta’ materjal mhux kombustibbli, li jipprovdu ħażna għat-tagħmir tas-sikurezza meħtieġ mir-Regolamenti.

.2

B’żieda ma’ dan:

.1

It-turġien kollha fl-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz għandhom ikunu ta’ kostruzzjoni ta’ qafas tal-azzar ħlief jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera ma tkunx tat permess għall-użu ta’ materjal ieħor ekwivalenti, u dawn għandhom ikunu fl-ispazji magħluqa ffurmati mid-diviżjonijiet tal-klassi A, b’mezz pożittiv tal-għeluq f’kull fetħa, ħlief għal:

.1

taraġ li jgħaqqad biss żewġ gverti li ma hemmx bżonn ikun magħluq, dejjem jekk l-integrità tal-gverta tinżamm mill-paratiji proprji jew bibien fi spazju wieħed bejn il-gverti. Meta taraġ ikun magħluq bejn l-ispazji ta’ bejn il-gverti, il-magħlaq tat-taraġ għandhom jiġu protetti f’konformità mat-tabelli tal-gverti f’Regolamenti II-2/B/5;

.2

it-turġien jistgħu jiġu ffissati fl-ispazju pubbliku miftuħ, dejjem jekk ikunu jinsabu ġewwa dan l-ispazju pubbliku.

.2

L-ispazji tal-makkinarju għandhom jiġu mgħammra b’sistema tat-tifi tan-nar fissa li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/6.

.3

It-tubi ta’ ventilazzjoni li jgħaddu bejn id-diviżjonijiet bejn iż-żoni vertikali prinċipali għandhom jiġu mgħammra b’barriera tan-nar tat-tip ‘fail-safe’ li tagħlaq awtomatikament u li tingħalaq ukoll manwalment minn kull naħa tad-diviżjoni. Barra minn hekk, il-barrieri tan-nirien tat-tip ‘fail-safe’ li jagħlaq awtomatikament li jitħaddmu manwalment minn ġewwa l-ispazju magħluq għandhom jiġu mgħammra bit-tubi ta’ ventilazzjoni kollha li jservu kemm għall-akkomodazzjonijiet u għall-ispazji tas-servizz u l-ispazji magħluqa tat-turġien fejn jinfdu dan il-magħlaq. Tubi ta’ ventilazzjoni li jgħaddu minn kull diviżjoni prinċipali taż-żona tan-nirien mingħajr ma jservu l-ispazji fuq iż-żewġ naħat jew jgħaddu minn kull turġien magħluq mingħajr ma jservu dak il-magħlaq ma hemmx bżonn ikunu mgħammra b’barrieri tan-nar kemm-il darba li l-passaġġi jkunu li nbnew u iżolati għall-istandard ‘A-60’ u ma jkollhomx fetħiet fil-magħlaq tat-turġien jew fil-bagoll fil-ġenb li ma jkunx servut direttament.

.4

L-ispazji tal-kategroija speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/B14.

.5

Il-bibien kollha li jaqtgħu n-nirien fil-magħlaq tat-turġien, paratiji taż-żona prinċipali vertikali u l-konfini tal-kċina li normalment jinżammu miftuħa għandhom ikunu jistgħu jiġu rilaxxati minn kull stazzjon ċentrali tal-kontroll u minn kull pożizzjoni fil-bieb.

.6

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.3.7 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għall-akkomodazzjonijiet.

.3

Mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2005 jew 15-il sena wara l-kostruzzjoni tal-vapur, skont liema data minnhom tiġi wara:

.1

L-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz, il-magħlaq tat-turġien u l-kurituri għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, sistema tal-individwazzjoni tan-nirien u tal-allarm tan-nirien li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament II-2/A/8 jew mal-linji gwida tal-IMO għal kull sistema li tferrex l-ilma ekwivalenti kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni tal-IMO A.800 (19).

17.   Rekwiżiti speċjali għall-vapuri li jġorru oġġetti perikolużi (R 41)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003 U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Ir-rekwiżiti tar-Regolament tas-SOLAS II-2/54 kif fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 1998, għandhom japplikaw, kif xieraq, għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru oġġetti perikolużi.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Ir-rekwiżiti tar-Regolament 19 ta’ Parti G tal-Kapitolu II-2 tas-SOLAS, kif riveduta fl-1 ta’ Jannar 2003, għandhom japplikaw, kif xieraq, għall-vapuri tal-passiġġieri li jġorru oġġetti perikolużi.

18.   Rekwiżiti speċjali għall-faċilitajiet tal-ħelikopters

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Vapuri mgħammra bil-pjattaforma għall-ħelikopters għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament 18 ta’ Parti G tas-SOLAS il-Kapitolu II-2, kif rivedut fl-1 ta’ Jannar 2003.

KAPITOLU III

TAGĦMIR TAS-SALVATAĠĠ

1.   Definizzjonijiet (R 3)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Għall-iskop ta’ dan il-kapitolu, sakemm ma jkunx ipprovdut espressament bil-kontra, għandhom japplikaw d-definizzjonijiet tar-Regolament III/3, SOLAS 1974, kif emendat.

.2

‘Kodiċi LSA’ tfisser il-Kodiċi Internazzjonali tat-Tagħmir tas-Salvataġġ, inkluż fir-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC 48 (66), kif emendata.

2.   Mezzi tal-komunikazzjoni, inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (survival craft) u dgħajjes ta’ rkupru (rescue boats), tagħmir personali tas-salvataġġ (R 6 + 7 + 18 + 21 + 22)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Kull vapur għandu jġorr tal-inqas t-tagħmir tar-radju tas-salvataġġ, radar transponder, tagħmir personali tas-salvataġġ, inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ, murtali tal-periklu, tagħmir għat-tfigħ tal-ħbula msemmija fit-tabella li ġejja u n-noti relattivi, abbażi tal-klassi tal-vapur.

.2

It-tagħmir kollu ta’ hawn fuq, inkluż it-tagħmir ta’ varar tagħhom fejn ikun applikabbli, għandu jikkonforma mar-Regolamenti tal-Kapitolu III tal-Anness għall-Konvenzjoni SOLAS 1974, kif emendata, sakemm ma jkunx espressament ipprovdut mod ieħor fil-paragrafi li ġejjin. Sakemm mhux espressament ipprovdut mod ieħor, tagħmir eżistenti għandu għall-inqas jikkonforma mad-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ fiż-żmien tal-istallazzjoni tat-tagħmir.

3.

Barra minn hekk kull vapur għandu jġorr mill-inqas tlett ilbiesi ta’ immersjoni għal kull dgħajsa tas-salvataġġ (u) barra mill-għajnuna protettiva termali għal kull persuna li se tkun akkomodata fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ u li ma għandhiex il-libsa ta’ immersjoni. Dawn l-ilbiesi ta’ immersjoni u għajnuniet protettivi termali ma hemmx bżonn li jinġarru.

.1

għal persuni li se jkunu akkomodati ġo dgħajjes tas-salvataġġ li huma kompletament magħluqa; jew

.2

jekk il-vapur ikun impenjat kontinwament fi klimi sħan fejn skont l-Amministrazzjoni mhumiex neċessarji wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet tal-OIM MSC/Circ.1046.

.4

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.3.1 japplikaw ukoll għal dgħajjes tas-salvataġġ li huma parzjalment jew totalment magħluqa li mhumiex f’konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 4.5 jew 4.6 tal-Kodiċi tal-LSA, sakemm jinġarru fuq vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Lulju 1986.

.5

Libsa ta’ immersjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 2.3 tal-Kodiċi LSA jew libsa anti-esponiment li tikkonforma mat-taqsima 2.4 tal-Kodiċi LSA ta’ daqs addattat għandha tkun ipprovduta lil kull persuna membru tal-ekwipaġġ li tkun inkarigata mid-dgħajjes ta’ rkupru jew li tkun inkarigata mill-grupp ta’ evakwazzjoni tal-baħar. Jekk il-vapur ikun impenjat kontinwament fi klimi sħan fejn skont l-Amministrazzjoni ma hemmx bżonn protezzjoni termali, dan it-tip ta’ lbies protettiv ma hemmx bżonn jinġarr wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet tal-OIM MSC/Circ.1046.

.6

Vapuri li ma jġorrux dgħajsa tas-salvataġġ (lifeboat) jew dgħajsa ta’ rkupru (rescue boat) għandhom għall-iskopijiet tas-salvataġġ jiġu mgħammra b’tal-anqas libsa waħda ta’ immersjoni. Madanakollu jekk il-vapur ikun impenjat kontinwament fi klimi sħan fejn skont l-Amministrazzjoni ma hemmx bżonn protezzjoni termali, dan it-tip ta’ lbies protettiv ma hemmx bżonn jinġarr wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet tal-IMO MSC/Circ.1046.

Klassi tal-vapur:

B

C

D

Għadd ta’ persuni (N)

Għadd ta’ passiġġieri (P)

> 250

≤ 250

> 250

≤ 250

> 250

≤ 250

Kapaċità tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (4)  (5)  (6)  (7):

 

 

 

 

 

 

vapuri eżistenti

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

1,10 N

vapuri ġodda

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

1,25 N

Dgħajjes tas-salvataġġ (7)  (8)

1

1

1

1

1

1

Bagi tas-salvataġġ (9)

8

8

8

4

8

4

Ġkieket tas-salvataġġ (11)  (12)  (15)  (16)

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

1,05 N

Ġkieket tas-salvataġġ tat-tfal (12)  (16)

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

0,10 P

Ġkieket tas-salvataġġ tat-trabi (13)  (16)

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

0,025 P

Murtali tal-periklu (10)

12

12

12

12

6

6

Tagħmir li jitfa’ l-ħbula

1

1

1

1

Transponders tar-radar

1

1

1

1

1

1

Tagħmir tat-telefown bir-radju VHF li jirċievi u jittrażmetti

3

3

3

3

3

2

3.   Sistema ta’ allarm tal-emerġenza, sistema ta’ tgħarrif pubbliku, lista tal-ġmigħ tan-nies, struzzjonijiet ta’ emerġenza, persunal ta’ komunikazzjoni bir-radju, struzzjonijiet tat-tħaddim, manwali tat-taħriġ, u struzzjonijiet għal manutenzjoni(R 6 + 8 + 9 + 19 + 20)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

Kull vapur għandu jiġi mgħammar b’:

.1   sistema tal-allarm ta’ emerġenza ġenerali (R 6.4.2)

Għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ paragrafu 7.2.1.1 tal-Kodiċi LSA, u tkun addattata biex tiġma’ il-passiġġieri u l-ekwipaġġ fl-istazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies u biex tagħti bidu għall-azzjonijiet inklużi fil-lista ta’ ġmigħ tan-nies.

Fil-vapuri kollha li jġorru aktar minn 36 passiġġier is-sistema tal-allarm tal-emerġenza għandha tiġi supplimentata mis-sistema tat-tgħarrif pubbliku li tista’ tintuża minn fuq il-pont. Is-sistema għandha tkun ta’ tali natura u irranġata u tinstab b’tali mod li l-messaġġi li jinqraw minn fuq is-sistema jkunu jinstemgħu faċilment minn persuni li s-smigħ tagħhom huwa normali, fl-ispazji kollha fejn il-persuni x’aktarx li jkunu meta tkun qed taħdem il-magna prinċipali.

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Is-sistemi ġenerali tal-allarm tal-emerġenza għandhom jinstemgħu mill-akkomadazzjoni kollha minn fuq il-gverti kollha miftuħa u l-livelli minimi tal-pressjoni tal-ħoss għat-ton tal-allarm tal-emerġenza għandha tkun skont il-paragrafi 7.2.1.2 u 7.2.1.3 tal-Kodiċi LSA.

.2   Sistema tat-tgħarrif pubbliku (R 6.5)

2.1.   Flimkien mar-rekwiżiti ta’ Regolament II-2/B/15.4 u ta’ paragrafu 1, il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom jiġu mgħammra b’ sistema tat-tgħarrif pubbliku.

2.2.   Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tkun installazzjoni ta’ loudspeaker li tippermetti x-xandir tal-messaġġi fl-ispazji kollha fejn il-membri tal-ekwipaġġ jew il-passiġġieri, jew it-tnejn, huma normalment preżenti, u għall-istazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies. Għandha tippermetti li x-xandir ta’ messaġġi mill-pont tan-navigazzjoni u tali spazji oħra abbord il-vapur kif tistabbilixxi li jkun meħtieġ l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Għandha tiġi installata fir-rigward ta’ kundizzjonijiet akustikament marġinali u ma teħtieġx l-ebda azzjoni mill-persuna li tkun qed tiġi indirizzata.

2.3.   Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tiġi protetta kontra l-użu mhux awtorizzat u tkun tinstema’ b’mod ċar ‘il fuq mill-istorbju ambjentali fl-ispazji kollha, kif stabbilit minn paragrafu 2.2, u għandha tiġi pprovduta minn kull funzjoni li tirkeb kkontrollata minn lok wieħed fuq il-pont tan-navigazzjoni u tali spazji oħra abbord skont ma tistabbilixxi li jkun hekk meħtieġ, sabiex il-messaġġi kollha tal-emerġenza jiġu mxandra jekk kull loudspeaker ikun intefa’ fl-ispazji kkonċernati, il-volum tiegħu jkun tbaxxa jew is-sistema tat-tgħarrif pubbliku tintuża għall-raġunijiet oħra.

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Il-livelli minimi tal-pressjoni tal-ħoss għax-xandir ta’ avviżi ta’ emerġenza għandhom ikunu konformi mal-paragrafu 7.2.2.2 tal-Kodiċi LSA.

2.4.   VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandu jkollha tal-inqas żewġ ċirkwiti li jkunu sseparati b’mod suffiċjenti tul it-tul tagħhom u jkollhom żewġ amplifikaturi separati u indipendenti; u

.2

is-sistema tat-tgħarrif pubbliku u l-istandards tal-prestazzjoni tagħha għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO MSC Circ 808.

2.5.   Is-sistema tat-tgħarrif pubbliku għandha tiġi mqabbda ma’ sors tal-emerġenza tal-enerġija elettrika.

2.6.   Vapuri eżistenti li diġà għandhom imwaħħla sistema tat-tgħarrif pubbliku approvata mill-Amministazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tikkonforma b’mod sostanzjali ma’ dawk meħtieġa mill-paragrafu 2.2,.2.3 u.2.5 mhumiex meħtieġa jibdlu s-sistema.

.3   Lista tal-ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet tal-emerġenza (R 8)

L-istruzzjonijiet ċari li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ emerġenza għandhom jiġu pprovduti lill-kull persuna abbord, f’konformità mar-Regolament III/8 tas-SOLAS.

Listi ta’ ġmigħ tan-nies u struzzjonijiet tal-emerġenza li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/37 SOLAS għandhom jintwerew f’postijiet li jidhru tul il-vapur, inkluż il-pont tan-navigazzjoni, il-kamra tal-magni u l-ispazji tal-akkomodazzjoni tal-ekwipaġġ.

Għandhom jitpoġġew tpinġijiet u struzzjonijiet fil-lingwi xierqa fil-kabini tal-passiġġieri u jintwerew b’mod li jidher fl-istazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies u spazji oħra tal-passiġġieri biex jinformaw il-passiġġieri bil-:

(i)

l-istazzjon ta’ ġmigħ tan-nies;

(ii)

l-azzjonijiet essenzjali li jridu jieħdu f’kull emerġenza;

(iii)

il-metodu ta’ kif jintlibsu l-ġkieket tas-salvataġġ.

.3a   Persunal tal-komunikazzjoni bir-radju

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

F’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-Regolament SOLAS IV/16, kull vapur għandu jġorr persunal ikkwalifikat għal skopijiet ta’ radjukomunikazzjoni ta’ periklu u sikurezza għas-sodisfazzjoni tal-Amministrazzjoni. Il-persunal għandu jkollu ċertifkati speċifiċi fir-Regolamenti tar-Radju kif xieraq, u kull wieħed minnhom għandu jkun inkarigat li jkollu responsabbiltà primarja għall-komunikazzjoni bir-radju waqt inċidenti ta’ periklu, li għandhom jkunu riflessi fl-istruzzjonijiet tal-emerġenza.

VAPURI ĠODDA U EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.2

F’vapur tal-klassi B u C, mill-inqas persuna waħda kkwalifikata f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun inkarigata li taqdi biss id-dmirijiet ta’ radjukomunikazzjoni waqt inċidenti ta’ periklu, u dan għandu jiġi rifless fl-istruzzjonijiet tal-emerġenza.

.4   Struzzjonijiet tat-tħaddim (R 9)

Għandhom jiġu pprovduti kartelluni jew sinjali fuq il-post jew fil-viċinanza tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenzau l-kontrolli tal-varar u għandhom:

(i)

juru l-funzjoni tal-kontrolli u l-proċeduri għat-tħaddim tat-tagħmir u jagħtu l-istruzzjonijiet jew it-twiddib rilevanti;

(ii)

ikunu jidhru faċilment f’kundizzjonijiet tad-dawl tal-emerġenza;

(iii)

jużaw simboli b’mod konformi mar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.760 (18) kif emendata (bir-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC.82(70)).

.5   Manwal tat-taħriġ

Għandu jiġi pprovdut manwal tat-taħriġ li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/35 SOLAS f’kull mess room tal-ekwipaġġ u f’kull kamra tar-rikreazzjoni jew f’kull kabina tal-ekwipaġġ.

.6   Struzzjonijiet għall-manutenzjoni (R 20.3)

Għandhom jiġu pprovduti abbord struzzjonijiet għall-manutenzjoni tat-tagħmir tas-salvataġġ jew programmi ppjanati tal-manutenzjoni fuq il-vapur li jinkludu l-manutenzjoni tat-tagħmir tas-salvataġġ, għandha ssir abbord u l-manutenzjoni għandha ssir manutenzjoni skont dan. L-istruzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ Regolament III/36 SOLAS.

4.   It-tqegħid ta’ nies mal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u s-superviżjoni (R 10)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

Għandu jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ persuni mħarrġa abbord sabiex jiġbru u jgħinu lill-persuni mhux imħarrġa.

.2

Għandu jkun hemm għadd biżżejjed ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord għat-tħaddim tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u l-arranġamenti tat-tfigħ meħtieġa għall-abbandun tal-għadd totali ta’ persuni abbord.

.3

Għandu jitpoġġa uffiċjal jew persuna ċertifikata biex jieħu/tieħu ħsieb kull inġenju tal-baħar tas-sopravivenza li jintuża. Madankollu, kull membru tal-ekwipaġġ li jkun imħarreġ fil-mod kif jikkontrolla u jħaddem iċ-ċattri tas-salvataġġ, jista’ jkun inkarigat li jieħu ħsieb kull ċattra tas-salvataġġ jew grupp ta’ ċattri tas-salvataġġ. Kull dgħajsa ta’ rkupru u inġenju tal-baħar tas-sopravivenza bil-mutur għandu jkollhom persuna inkarigata li tkun kapaċi tħaddem il-magna u twettaq aġġustamenti żgħar.

.4

Il-kaptan għandu jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni ugwali ta’ persuni li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1, 2 u 3 fost l-inġenji tas-sopravivenza tal-vapur.

5.   Arranġamenti għall-ġmigħ tan-nies u l-imbarkazzjoni fuq l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 11 + 23 + 25)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Inġenji tas-sopravivenza li għalihom huwa meħtieġ tagħmir li jvara approvat għandhom jiġu merfugħa kemm jista’ jkun qrib l-ispazji tal-akkomodazzjoni u tas-servizz.

.2

L-istazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies għandhom jiġu pprovduti qrib l-istazzjonijiet tal-imbarkazzjoni u għandhom ikunu aċċessibbli miż-żoni tal-akkomodazzjoni u tax-xogħol u jkollhom biżżejjed spazju biex jiggwidaw u jagħtu l-istruzzjonijiet tal-passiġġieri. Għandu jiġi pprovdut mill-inqas 0,35 m2 spazju tal-gverta mhux ingombrat għal kull persuna.

.1

Fuq vapuri li nbnew qabel l-1 ta’ Lulju 1998, kull stazzjon ta’ ġmigħ tan-nies għandu jkollu spazju biżżejjed biex jakkomoda kull persuna nkarigata li tiġbor lin-nies fuq dak-l-istazzjon.

.3

L-istazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni, il-passaġġi, turġien u postijiet tal-ħruġ li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies u tal-imbarkazzjoni għandhom ikunu mdawla b’mod xieraq.

Dan id-dawl għandu jkun jista’ jiġi pprovdut mis-sors tal-emerġenza tal-enerġija elettrika kif meħtieġ mir-Regolamenti II-1/D/3 u II-1/D/4.

B’ żieda ma’ dan u bħala parti mill-marki meħtieġa mir-Regolament II-2/B 6.1.7 għall-vapuri ġodda tal-klassijiet B, C u D, il-passaġġi għall-istazzjonijiet ta’ ġmigħ tan-nies għandhom jiġu indikati bis-sinjali apposta tal-istazzjon ta’ ġmigħ tan-nies, f’ konformità mar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.760 (18) kif emendata. Din il-ħtieġa għandha tiġi applikata wkoll għall-vapuri tal-klassi eżistenti B, li jġorru aktar minn 36 passiġġier.

.4

Id-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom ikunu jistgħu jintrikbu jew direttament mill-pożizzjoni merfugħa jew minn gverta tal-imbarkazzjoni, iżda mhux mit-tnejn.

.5

Ċattri tas-salvataġġ li huma varati b’parank għandhom ikunu jistgħu jintrikbu minn kull pożizzjoni li tkun qrib sew tal-post fejn ikunu stivati jew minn post li ċ-cattra tas-salvataġġ tiġi trasferita fih qabel ma’ tkun varata.

.6

Fejn ikun meħtieġ għandhom jiġu pprovduti mezzi biex iġibu inġenji tal-baħar tas-sopravivenza varati b’parank mal-ġenb tal-vapur u jżommuhom maġenbu sabiex il-persuni jkunu jistgħu jirkbu b’mod sikur.

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.7

Jekk arranġament ta’ inġenju tal-baħar tas-sopravivenza ma jippermettix imbarkazzjoni fl-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza qabel ma jkun fl-ilma u l-għoli mill-istazzjon tal-imbarkazzjoni għall-ilma jkun aktar minn 4,5 metri ‘l fuq mil-livell tal-ilma fl-eħfef kundizzjoni ta’ tbaħħir, għandha tiġi installata sistema approvata tat-tip SEM (Sistema tal-Evakwazzjoni Marittima) li tikkonforma ma’ taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA.

Fuq vapuri bi stallazzjoni ta’ sistema ta’ evakwazzjoni marittima mwaħħla għandha tiġi żgurata l-komunikazzjoni bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni u l-pjattaforma tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza.

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.8

Għandu jkun hemm tal-inqas sellum wieħed tal-imbarkazzjoni, li jikkonoforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6 tal-Kodiċi LSA fuq kull naħa tal-vapur; l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ teżenta kull vapur minn din il-ħtieġa kemm-il darba, fil-kundizzjonijiet kollha previsti bi ħsara u mingħajr ħsara, ta’ inklinazzjoni u mejl, l-għoli barra mill-ilma bejn il-pożizzjoni intiża tal-imbarkazzjoni u l-linja sa fejn jasal l-ilma ma tkunx ta’ aktar minn 1,5 metri.

5-1   Rekwiżiti għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri (R 26);

.1   Ċattri tas-salvataġġ

VAPURI RO-RO KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.1

Ċattri tas-salvataġġ ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ evakwazzjoni marittima, skont ir-Regolament SOLAS III/48.5, kif kien fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 1998, jew b’apparat ta’ varar skont ir-Regolament SOLAS III/48.6, kif kien fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 1998, imqassmin indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

Għandha tkun żgurata l-komunikazzjoni bejn l-istazzjon ta’ imbarkazzjoni u l-pjattaforma.

Minkejja d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, meta sistemi ta’ evakwazzjoni marittima fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri jinbidlu jew meta vapuri bħal dawn isirulhom tiswijiet, alterazzjonijiet jew modifikazzjonijiet maġġuri li jinvolvu bdil ta’, jew xi żieda mal-arranġamenti jew it-tagħmir tas-salvataġġ tagħhom, iċ-ċattri tas-salvataġġ tal-vapuri tal-passiġġieri ro-ro għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ evakwzzjoni marittima li tkun konformi mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi tal-LSA jew strumenti tal-varar li jikkonformaw mal paragrafu 6.1.5 tal-Kodiċi LSA imqassmin indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

VAPURI TAL-KLASSIJIET B, C U D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

.2

Ċattri tas-salvataġġ ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ evakwazzjoni marittima skont it-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA jew b’apparat ta’ varar skont il-paragrafu 6.1.5 tal-Kodiċi LSA., imqassmin indaqs fuq kull naħa tal-vapur.

Għandha tkun żgurata l-komunikazzjoni bejn l-istazzjon ta’ imbarkazzjoni u l-pjattaforma.

VAPURI RO-RO TAL-KLASSIJIET KOLLHA B, C u D:

.3

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandu jkollha mezzi ta’ stivar li jżommu f’wiċċ l-ilma waħedhom skont ir-rekwiżiti tar-Regolament SOLAS III//13.4.

.4

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun mgħammra b’xorta ta’ rampa ta’ imbark skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4.2.4.1. jew 4.3.4.1. tal-Kodiċi LSA, kif xieraq.

.5

Kull ċattra tas-salvataġġ fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun tista’ tiddritta lilha nfisha awtomatikament jew ikollha tinda reversibbli soda għal baħar imqalleb u tkun tista’ titħaddem mingħajr periklu tkun liema tkun il-qagħda tagħha f’wiċċ l-ilma. Ċattri tas-salvataġġ riversibbli miftuħa jistgħu jitħallew jintużaw jekk l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tagħtihom permess jekk vjaġġ ikun kenni u f’kundizzjonijiet tat-temp tajba fl-inħawi u fiż-żmien tat-tbaħħir, u jekk ċattri bħal dawn ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness 10 tal-Kodiċi tal-1994 għall-Inġenji tal-baħar b’Veloċità Għolja.

Inkella, il-vapur għandu/jista’ jġorr awtomatikament ċattri tas-salvataġġ li jistgħu jiddrittaw waħedhom jew ċattri riversibbli tas-salvataġġ bit-tinda flimkien mat-tagħbija normali taċ-ċattri tas-salvataġġ, ta’ tali kapaċità totali li takkomoda mill-inqas 50 % tal-persuni li ma jkunux akkomodati fid-dgħajjes tas-salvataġġ.

Din iż-żieda fil-kapaċità taċ-ċattri tas-salvataġġ għandha titqies skont id-differenza bejn l-għadd total ta’ nies abbord u l-għadd ta’ nies li jkunu jistgħu joqogħdu fid-dgħajjes tas-salvataġġ. Kull ċattra tas-salvataġġ bħal dawn għandha tkun approvata mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, wara li jkunu ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO-MSC/Circ.809.

.2   Transponders

VAPURI KOLLHA TAL-KLASSI B RO-RO

.1

Mhux iktar tard mid-data tal-ewwel servej perjodiku wara l-1 ta’ Jannar 2012 iċ-ċattri tas-salvataġġ li jinġarru fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandu jitwaħħlilhom transponder bir-radar fejn ikun hemm bżonn transponder wieħed għal kull erba’ ċattri tas-salvataġġ. It-transponder għandu jintrama’ ġewwa ċ-ċattra tas-salvataġġ biex hekk l-antenna tiegħu tkun iktar minn metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar meta ċ-ċattra tkun qed tintuża, ħlief għaċ-ċattri tas-salvataġġ li huma riversibbli u mgħottija fejn it-transponder għandu jkun irranġat b’tali mod li jkun jista’ jiġi aċċessat bil-lest u mtella’ minn dawk li jsalvaw. Kull transponder għandu jkun irranġat biex jittella’ manwalment meta ċ-ċattra tiġi użata. Kontenituri taċ-ċattri tas-salvataġġ li jkollhom transponder imwaħħal fihom għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar.

.3   Dgħajjes veloċi ta’ rkupru

VAPURI RO-RO TAL-KLASSIJIET KOLLHA B, C u D:

.1

Id-dgħajsa ta’ rkupru, jekk ikun meħtieġ li tali dgħajsa tinġarr fuq vapur ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun waħda veloċi approvata mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet fl-IMO MSC/Circ.809

.2

Dgħajsa veloċi ta’ rkupru għandha tkun mgħammra b’apparat adattat ta’ varar approvat mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Meta tiġi biex tapprova apparat bħal dan, l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tqis li d-dgħajsa veloċi ta’ rkupru tkun maħsuba biex tkun varata u mtella’ f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, wara li jkunu tqiesu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO.

.3

Tal-anqas żewġ ekwipaġġi tad-dgħajsa veloċi ta’ rkupru għandu jagħmel taħriġ u eżerċizzji regolarment wara li tkun ikkunsidrata it-taqsima A-VI/2, tabella A-VI/2-2 - ‘Speċifikazzjoni ta’ standard minimu ta’ kompetenza għal dgħajjes veloċi ta’ rkupru’ tal-Kodiċi ta’ Taħriġ għall-Baħħara, Reġistrazzjoni u Għassa (STCW), u r-rakkomandazzjonijiet tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.771(18), kif emendata. It-taħriġ u l-eżerċizzji għandhom jinkludu l-aspetti kollha dwar salvataġġ, kontroll, manuvri u t-tħaddim ta’ dawn l-inġenji f’kundizzjonijiet ta’ temp differenti u dwar kif dawn jerġgħu jiġu ddrittati wara li jinqalbu.

.4

Fil-każ li l-arranġament jew id-daqs ta’ vapur eżistenti tal-passiġġieri ro-ro jkun tali li jevita l-installazzjoni tad-dgħajsa ta’ rkupru veloċi rikjesta minn paragrafu 3.1, l-ewwel dgħajsa veloċi ta’ rkupru tista’ tiġi installata fil-post eżistenti ta’ dgħajsa ta’ rkupru li hija aċċettata bħala kull dgħajsa ta’ salvataġġ jew dgħajsa għall-użu f’emerġenza, jekk kemm-il darba l-kundizzjoni li ġejjin ikunu sodisfatti:

.1

id-dgħajsa veloċi ta’ rkupru imqiegħda fuq il-vapur tkun mgħammra b’apparat ta’ varar skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu.3.2;

.2

il-kapaċità tal-inġenju tal-baħar ta’ sopravivenza mitlufa minħabba l-bdil imsemmi hawn fuq, tkun kumpensata bit-tqegħid ta’ ċattri tas-salvataġġ li jġorru mill-inqas l-istess għadd ta’ nies li joqogħdu fid-dgħajsa tas-salvataġġ mibdula fuq il-vapur; u

.3

Ċattri tas-salvataġġ bħal dawn ikunu mgħammra b’apparat ta’ varar jew sistemi ta’ evakwazzjoni marittima.

.4   Mezzi ta’ salvataġġ

VAPURI RO-RO TAL-KLASSIJIET KOLLHA B, C u D:

.1

Kull vapur ro-ro tal-passiġġieri għandu jkun mgħammar b’mezzi tajbin biżżejjed biex itellgħu malajr mill-baħar lil dawk li jkunu għadhom ħajjin u jeħduhom minn vetturi jew inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għal fuq il-vapur.

.2

Il-mezzi ta’ trasferiment ta’ dawk li jkunu għadhom ħajjin għal fuq il-vapur jista’ jagħmel parti minn sistema ta’ evakwazzjoni marittima, jew parti minn sistema magħmula għal skopijiet ta’ salvataġġ.

Dawn il-mezzi għandhom jiġu approvati mill-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IMO MSC/Circ.810

.3

Jekk iż-żurżieqa tas-sistema ta’ evakwazzjoni marittima tkun maħsuba biex tintuża bħala mezz biex dawk li jkunu għadhom ħajjin jittieħdu għal fuq il-gverta tal-vapur, iż-żurżieqa għandha tkun mgħammra b’poġġamani jew slielem biex jgħinuhom jitilgħu ż-żurżieqa.

.5   Ġkieket ta’ salvataġġ

VAPURI RO-RO TAL-KLASSIJIET KOLLHA B, C u D:

.1

Bla ħsara għar-rekwiżiti tar-Regolamenti SOLAS III/7.2 u III/22.2, għandhom ikunu stivati għadd biżżejjed ta’ ġkieket ta’ salvataġġ qrib postijiet tal-ġmigħ tan-nies biex il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn imorru lura fil-kabini tagħhom biex iġibuhom.

.2

Fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri, kull ġakketta ta’ salvataġġ għandha tkun mgħammra b’dawl skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.3. tal-Kodiċi LSA.

5-2   Pjattaformi tal-ħelikopter u żoni minn fejn jinġabru n-nies (R 28)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D u DAWK RO-RO:

.1

Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti għandhom jiġu pprovduti b’żona fejn il-ħelikopter jiġbor in-nies li tkun approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fir-Riżoluzzjoni A.894(21), tal-IMO kif emendata.

.2

Vapuri ġodda ro-ro tal-klassijiet B, C u D ta’ tul ta’ 130 metru jew aktar għandhom ikunu mgħammra b’żona fejn jinżel il-ħelikopter li tkun approvata mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet fil-Manwal tal-International Aeronautical and Maritime Search and Rescue (IAMSAR), adottat mill-IMO bir-Riżoluzzjoni A.892(21), kif emendata, u IMO MSC/Circ 895, Rakkomandazzjonijiet dwar żoni tal-illandjar tal-ħelikopters fuq vapuri tal-passiġġieti ro-ro.

5-3   Sistema ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda mill-kaptani (R 29)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

F’kull vapuri, għandha tiġi pprovduta kull sistema tal-appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda fuq il-pont tan-navigazzjoni.

.2

Is-sistema għandha, bħala minimu, tikkonsisti minn pjan jew pjanijiet ta’ emerġenza stampati. Kull sitwazzjoni tal-emerġenza li tista’ tiġi prevista għandha tiġi identifikata fil-pjan jew pjanijiet ta’ emerġenza inklużi, iżda mhux limitata, għall-gruppi prinċipali ta’ emerġenzi li ġejjin:

.1

nirien;

.2

danni għall-vapur;

.3

tniġġis;

.4

atti kontra l-liġi li jheddu s-sikurezza tal-vapur u s-sikurezza tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ;

.5

inċidenti personali; u

.6

inċidenti relatati mal-merkanzija;

.7

għajnuna ta’ emerġenza għall-vapuri oħra

.3

Il-proċeduri tal-emerġenza stabbiliti fil-pjan jew pjanijiet ta’ emerġenza għandhom jipprovdu appoġġ lill-kaptani fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex jittrattaw kull kumbinazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

.4

Il-pjan jew pjanijiet ta’ emerġenza għandu jkollhom struttura uniformi u jkunu faċli biex tużahom. Fejn ikun applikabbli, għandha tintuża l-kundizzjoni attwali ta’ ħżin kif ikkalkulata għall-istabbiltà tal-vjaġġ tal-vapur għall-iskopijiet ta’ kontroll tal-ħsarat.

.5

Flimkien mal-pjan jew pjanijiet ta’ emerġenza stampati l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta wkoll l-użu ta’ sistema ta’ appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażata fuq il-kompjuter fuq il-pont tan-navigazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha li tinsab fil-pjan jew pjanijiet ta’ emerġenza, proċeduri, listi ta’ verifiki, eċċ., li kapaċi tippreżenta kull lista ta’ azzjoni rakkomandata li trid tittieħed f’emerġenzi li jistgħu jiġu mbassra.

6.   Stazzjonijiet tal-varar (R 12)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

L-istazzjonijiet li jvaraw għandhom ikunu f’tali pożizzjoni sabiex jiżguraw il-varar sikur wara li titqies d-differenza bejn l-iskrun u l-partijiet tal-buq li qegħdin imdendla b’mod wieqaf, u sabiex l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza jkun jista’ jiġi varat mal-parti dritta tal-vapur. Jekk ikunu jinsabu fil-pruwa għandhom jiġu ppożizzjonati lejn il-paratija tal-ħbit, f’pożizzjoni mkennija.

7.   Irfigħ ta’ inġenji tal-baħar tas-sopravivenza (R 13 + 24)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Kull inġenju tal-baħar tas-sopravivenza għandu jkun merfugħ:

a.

biex la d-dgħajsa ta’ salvataġġ u l-anqas l-arranġamenti tal-istivar ma jfixklu xi operazzjonijiet ta’ varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza l-oħra;

b.

kemm jista’ jkun qrib wiċċ l-ilma kif huwa sikur u prattikabbli; għal inġenju tal-baħar tas-sopravivenza varat b’parank l-għoli tal-gruwa, bl-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza fil-pożizzjoni tal-imbarkazzjoni, għandu, sa fejn ikun prattiku, ma jaqbiżx il-15-il metru sal-linja sa fejn jasal il-livell tal-ilma meta l-vapur ikun fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir. Il-pożizzjoni tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza fil-pożizzjoni tal-imbarkazzjoni għandha tkun tali li jkun maqtugħ mil-linja sa fejn jasal l-ilma bil-vapur mgħobbi kollu taħt il-kundizzjonijiet ta’ inklinazzjoni sa 10o u mejl sa 20o fuq kull naħa għall-vapuri ġodda, rispettivament għal tal-anqas 15o fuq kull naħa għal vapuri eżistenti, jew f’angolu li fih il-gverta tal-osservazzjoni tal-vapur tegħreq, skont liema minnhom tkun l-anqas.

c.

fi stat dejjem pront sabiex żewġ ekwipaġġi jkunu jistgħu jħejjuh għall-imbarkazzjoni u varar f’5 minuti;

d.

‘il quddiem mill-iskrun daqs kemm ikun prattiku; u

e.

mgħammar bis-sħiħ, kif meħtieġ mir-Regolamenti SOLAS rilevanti, ħlief li ċ-ċattri kif imfissra fin-nota 1(a) jew 1(b) għat-tabella tar-Regolament III/2 jistgħu jiġu eżentati minn uħud mir-rekwiżiti tas-SOLAS għat-tagħmir kif imsemmi f’din in-nota;

.2

Id-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom jiġu mwaħħla mat-tagħmir li jvara, u fuq vapuri tal-passiġġieri ta’ 80 metru u aktar f’tul, kull dgħajsa tas-salvataġġ għandha tkun miġbura b’tali mod sabiex in-naħa ta’ wara tad-dgħajsa tas-salvataġġ ma tkunx inqas minn 1.5 darba t-tul tad-dgħajsa tas-salvataġġ ‘il quddiem mill-iskrun.

.3

Kull ċattra tas-salvataġġ għandha tkun merfugħa:

a.

biċ-ċima tagħha mwaħħla mal-vapur;

b.

b’mekkanżmu għar-rilaxx fl-ilma, li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1.6 tal-Kodiċi LSA li jħalli ċ-ċattra tas-salvataġġ tibqa’ fil-wiċċ b’mod liberu u, jekk tkun tintefaħ, biex tintefaħ awtomatikament meta l-vapur jegħreq. Jista’ jintuża mekkaniżmu wieħed għar-rilaxx fl-ilma ta’ żewġ ċattri tas-salvataġġ jew aktar jekk il-mekkaniżmu tar-rilaxx fl-ilma ikun biżżejjed biex jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.1.6 tal-KodiċI LSA;

c.

sabiex jippermetti l-ftuħ manwali mill-arranġamenti tiegħu li jagħlqu.

.4

Iċ-ċattri tas-salvataġġ varati b’parank għandhom jiġu merfugħa fejn jintlaħqu mill-ganċijiet li jgħollu, sakemm ma jiġix ipprovdut xi mezz tat-trasferiment li ma jsirx possibbli li jitħaddem fil-limiti ta’ inklinazzjoni sa 10o u jmil fuq il-ġenb sa 20o fuq kull naħa għall-vapuri ġodda, rispettivament għall-vapuri eżistenti mill-inqas 15o fuq kull naħa, jew bil-moviment tal-vapur jew qtugħ ta’ dawl.

.5

Ċattri tas-salvataġġ maħsuba biex jiġu varati billi jintefgħu l-baħar għandhom ikunu merfugħa f’pożizzjoni li tipprovdi trasferiment faċli min-naħa għall-oħra f’kull livell singolu tal-gverta miftuħa. Jekk dan l-arranġament tal-irfigħ ma jkunx jista’ jintlaħaq għandhom jiġu pprovduti ċattri tas-salvataġġ addizzjonali sabiex il-kapaċità totali disponibbli fuq kull naħa takkomoda 75 % tal-għadd totali tal-persuni abbord.

.6

Ċattri tas-salvataġġ assoċjati ma’ Sistema tal-Evakwazzjoni Marittima (SEM) għandhom:

a.

ikunu merfugħa qrib ir-reċipjent li fih l-SEM;

b.

ikunu kapaċi jinfetħu mil-linja ta’ fejn huma merfugħa bl-arranġamenti li jħalluhom jiġu ankrati u minfuħa maġenb il-pjattaforma tat-tlugħ;

c.

ikunu jistgħu jinfetħu bħala inġenji tal-baħar indipendenti tas-sopravivenza; u

d.

ikunu pprovduti bi ħbula li jirkupraw għall-pjattaforma tat-tlugħ abbord.

8.   Irfigħ tad-dgħajjes ta’ rkupru (R 14)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

Id-dgħajjes ta’ rkupru għandhom jiġu merfugħa:

.1

fi stat dejjem pronti għal varar f’mhux aktar minn 5 minuti u jekk tat-tip li jintefħu, fi stat li jkunu minfuħa kompletament il-ħin kollu;

.2

f’kull pożizzjoni tajba għall-varar u l-irkupru;

.3

sabiex la d-dgħajsa ta’ rkupru u l-anqas l-arranġamenti tal-irfigħ tagħha ma jinterferixxu mat-tħaddim ta’ kwalunkwe inġenju tal-baħar tas-sopravivenza f’kull stazzjon ieħor ta’ varar;

.4

jekk huma jkunu wkoll dgħajjes tas-salvataġġ, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament 7.

8a   Irfigħ ta’ sistemi tal-evakwazzjoni marittima (R 15)

VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C U D U VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D RO-RO:

1.

Il-ġenb tal-vapur ma għandux ikollu fetħiet bejn l-istazzjon tal-imbarkazzjoni tas-sistema tal-evakwazzjoni marittima u l-linja tal-ilma fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir u għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jipproteġu s-sistema minn kull projezzjonijiet.

2.

Is-sistemi tal-evakwazzjoni marittima għandhom ikunu f’tali pożizzjoni sabiex jiżguraw il-varar sikur wara li titqies d-differenza bejn l-iskrun u l-partijiet tal-buq li qegħdin imdendla b’mod wieqaf, u sabiex, sa fejn ikun prattiku, is-sistema tkun tista’ tiġi varata mal-parti dritta tal-vapur.

3.

Kull sistema tal-evakwazzjoni marittima għandha tiġi merfugħa sabiex la l-passaġġ u lanqas il-pjattaforma u lanqas l-irfigħ tagħha jew arranġamenti tat-tħaddim ma jtellfu t-tħaddim ta’ kull tagħmir ieħor tas-salvataġġ fi kwalunkwe stazzjon ta’ varar.

4.

Fejn ikun xieraq, il-vapur għandu jkun irranġat b’tali mod li s-sistema tal-evakwazzjoni marittima fil-pożizzjonijiet ta’ rfigħ tagħhom ikunu mħarsa mill-ħsara mġarrba mill-ibħra mqallba.

9.   Arranġamenti ta’ varar tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza u arranġamenti tal-irkupru (R 16)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1   Għandu jiġi pprovdut tagħmir ta’ varar li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ taqsima 6.1 tal-Kodiċi LSA għall-inġenji tal-baħar kollha tas-sopravivenza u ħlief:

.1

GĦALL-VAPURI EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

a.

inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jintrikbu minn kull pożizzjoni fuq il-gverta li hija inqas minn 4,5 metri ‘l fuq mil-linja tal-ilma fl-eħfef kundizzjoni ta’ tbaħħir u li jew:

jkollhom massa ta’ mhux aktar minn 185 kg; jew

jkunu merfugħa biex ivaraw direttament mill-pożizzjoni merfugħa taħt kull kundizzjonijiet ta’ inklinazzjoni sa 10o u mejl fuq il-ġenb sa mill-inqas 15o fuq kull naħa; jew

b.

inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jinġarru minn barra l-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għal 110 % tal-għadd totali tal-persuni abbord; jew inġenji tal-baħar tas-sopravivenza ipprovdut għall-użu flimkien mas-sistema tal-evakwazzjoni marittima (SEM) li tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA u miġbura biex jintefgħu direttament mill-pożizzjoni tal-ġbir taħt kull kundizzjoni ta’ inklinazzjoni sa 10o u mejl fuq il-ġenb sa 20o fuq kull naħa.

.2

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D:

fejn, bla ħsara għall-arranġamenti tal-imbarkazzjoni tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza u tad-dgħajsa tas-salvataġġ sabiex ikunu effettivi fil-kundizzjonijiet ambjentali li fihom il-vapur x’aktarx jaħdem u fil-kundizzjonijiet kollha previsti ta’ ħsara u mingħajr ħsara ta’ inklinazzjoni u ta’ mejl, l-għoli barra mill-ilma bejn il-pożizzjoni intiża tal-imbarkazzjoni u l-linja sa fejn jasal l-ilma fl-aktar kundizzjoni ħafifa tat-tbaħħir ma tkunx aktar minn 4,5 metri, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta kull sistema fejn il-persuni jitilgħu fuq iċ-ċattri tas-salvataġġ direttament.

.2   Kull dgħajsa tas-salvataġġ għandha tiġi pprovduta b’tagħmir li jkun kapaċi jvara u jirkupra d-dgħajsa tas-salvataġġ.

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

Barra minn hekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni għad-dendil tad-dgħajsa tas-salvataġġ biex t-tagħmir tar-rilaxx jiġi lliberat għall-manutenzjoni.

.3   Arranġamenti għall-varar u l-irkupru għandhom ikunu tali li dak li jħaddem t-tagħmir fuq il-vapur ikun jista’ josserva l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza fil-ħinijiet kollha matul il-varar u għall-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza matul l-irkupru.

.4   Għandu jintuża tip wieħed biss ta’ mekkaniżmu ta’ rilaxx għall-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza li jinġarr fuq il-vapur.

.5   Il-kejbils tal-parank, meta jintużaw, għandhom ikunu twal biżżejjed biex l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza jasal sal-ilma meta l-vapur ikun fl-eħfef kundizzjoni tat-tbaħħir, taħt kull kundizzjoni ta’ inklinazzjoni sa 10o u mejl fuq il-ġenb sa 20o fuq kull naħa għall-vapuri ġodda, rispettivament sa mill-inqas 15o fuq kull naħa għall-vapuri eżistenti.

.6   Il-preparazzjoni u l-immanuvrar tal-inġenji tal-baħar ta’ sopravivenza f’kull waħda mill-istazzjonijiet ta’ varar ma għandhomx itellfu l-preparazzjoni pronta u l-immanuvrar ta’ kull mezz ieħor tas-salvataġġ jew dgħajsa tas-salvataġġ f’kull stazzjon ieħor.

.7   Għandhom ikunu disponibbli mezzi li jevitaw il-ħruġ tal-ilma fuq l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza matul l-abbandun.

.8   Matul il-preparazzjoni u l-varar, l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza, it-tagħmir li jvara, u ż-żona tal-ilma li fih se jiġi varat għandhom ikunu mdawlin b’mod xieraq minn dawl ipprovdut mis-sors ta’ emerġenza tal-enerġija elettrika skont ir-Regolamenti II-1/D/3 u II-1/D/4.

10.   Imbarkazzjoni tad-dgħajsa ta’ rkupru (rescue boat), arranġamenti tal-varar u rkupru (R 17)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C u D:

.1

L-arranġamenti tal-varar u rkupru tad-dgħajsa tas-salvataġġ għandhom ikunu tali li d-dgħajsa ta’ rkupru tkun tista’ tintrikeb u tiġi varata fl-iqsar żmien possibbli.

.2

Id-dgħajsa ta’ rkupru għandha tkun tista’ tintrikeb u tiġi varata direttament mill-pożizzjoni li fiha tkun merfugħa bl-għadd ta’ persuni inkarigati biex ikunu l-ekwipaġġ fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ abbord.

.3

Jekk id-dgħajsa ta’ rkupru tiġi inkluża fil-kapaċità tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza u dgħajjes oħra tas-salvataġġ jintrikbu mill-gverta tal-imbarkazzjoni d-dgħajsa ta’ rkupru għandha, flimkien mal-paragrafu 2, tkun tista’ wkoll tintrikeb mill-gverta tal-imbarkazzjoni.

.4

L-arranġamenti tal-varar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament 9. Madankollu d-dgħajjes kollha ta’ rkupru għandhom ikunu jistgħu jiġu varati, fejn ikun meħtieġ bl-użu taċ-ċimi, waqt li l-vapur ikun għaddej b’veloċità sa 5 knots f’baħar kalm.

.5

Il-ħin tal-irkupru tad-dgħajsa ta’ rkupru għandu jkun ta’ mhux aktar minn 5 minuti f’kundizzjonijiet moderati tal-baħar meta jkunu mgħobbija sa fejn jesgħu bil-persuni u bit-tagħmir. Jekk id-dgħajsa tas-salvataġġ tiġi inkluża fil-kapaċità tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza, dan il-ħin tal-irkupru għandu jkun possibbli bit-tagħmir tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza u l-akkumpanjament approvat tad-dgħajsa ta’ rkupru ta’ mill-inqas 6 persuni.

.6

GĦALL-VAPURI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, C u D LI NBNEW FL-1 TA’ JANNAR 2003 JEW WARA:

L-arranġamenti għall-imbarkazzjoni u l-irkupru tad-dgħajsa ta’ rkupru għandhom jipprovdu għall-manuvrar sikur u effiċjenti ta’ persuna fuq streċer. Għandha tiġi pprovduta stoppa għall-irkupru fil-maltemp għas-sikurezza, fil-każ li blokok kbar li jkunu waqgħu joħolqu jew jikkostitwixxu periklu.

11.   Struzzjonijiet tal-emerġenza (R 19)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

Kull meta jitilgħu passiġġieri ġodda għandha tingħata spjega fil-qosor dwar is-sikurezza tal-passiġġieri immedjatament qabel jew wara t-tluq. Dan l-ispjega għandha mill-inqas tinkludi l-istruzzjonijiet meħtieġa mir-Regolament III/3.3. Għandha ssir permezz ta’ tħabbira f’lingwa waħda jew aktar li probabbli li tiftiehem mill-passiġġieri. It-tħabbira għandha ssir fuq is-sistema tat-tgħarrif pubbliku jew permezz ta’ mezzi oħra xierqa li probabbli jinstemgħu mill-inqas mill-passiġġieri li għadhom ma semgħuhiex matul il-vjaġġ.

12.   Prontezza għat-tħaddim, manutenzjoni u spezzjonijiet (R 20)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Qabel ma l-vapur iħalli l-port u fil-ħinijiet kollha matul il-vjaġġ t-tagħmir kollu tas-salvataġġ għandu jkun f’kundizzjoni li jaħdem u lest biex jintuża minnufih.

.2

Il-manutenzjoni u l-ispezzjonijiet tat-tagħmir tas-salvataġġ għandhom isiru f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament III/20 SOLAS.

13.   Taħriġ u provi tal-abbandun tal-vapur (R 19 + R 30)

VAPURI ĠODDA U DAWK EŻISTENTI TAL-KLASSIJIET B, C U D:

.1

Kull membru tal-ekwipaġġ li għandu dmirijiet ta’ emerġenza mogħtija lilu għandu jkun familjari ma’ dawn id-dmirijiet qabel ma jibda l-vjaġġ.

.2

Kull ġimgħa għandhom isiru provi tal-abbandun tal-vapur u provi tan-nirien.

Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jipparteċipa f’mill-inqas prova waħda tal-abbandun tal-vapur u prova waħda tan-nirien kull xahar. Il-provi tal-ekwipaġġ għandhom isiru qabel jitlaq il-vapur jekk aktar minn 25 % tal-ekwipaġġ ma jkunux pparteċipaw fi provi tal-abbandun tal-vapur u provi tan-nirien abbord dak il-vapur partikolari matul ix-xahar ta’ qabel. Meta vapur jidħol fis-servizz għall-ewwel darba, wara li jkunu sarulu tibdiliet maġġuri jew meta jitqabbad ekwipaġġ ġdid, il-provi msemmija hawn fuq għandhom isiru qabel it-tbaħħir.

.3

Kull prova tal-abbandun tal-vapur għandha tinkludi l-azzjonijiet meħtieġa mir-Regolament tas-SOLAS III/19.3.3.1, wara li jkunu kkunsidrati il-linji gwida fl-IMO.1/Circ.1206 ‘Measures to prevent accidents with lifeboats’. (Miżuri biex jiġu evitati inċidenti bid-dgħajjes tas-salvataġġ).

.4

Id-dgħajjes tas-salvataġġ għandhom jitniżżlu fi provi suċċessvi f’konformità mad-dispożizzjoni tar-Regolament tas-SOLAS III/19.3.3.2, 3.3.3 u 3.3.6.

Jekk il-provi tal-varar tad-dgħajjes tas-salvataġġ isiru meta l-vapur ikun miexi bil-quddiem, tali provi għandhom, minħabba fil-perikli involuti, jsiru f’ilmijiet kennija biss u taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjal b’esperjenza fi provi bħal dawn, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-linji gwida fir-Riżoluzzjoni A.624(15) ‘Guidelines on training for the purpose of launching lifeboats and rescue boats from ships making headway throw the water’, (Linji gwida dwar it-taħriġ b-iskop tal-varar ta dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes ta’ rkupru minn vapuri li mexjin bil-quddiem) u l-linji gwida fir-Riżoluzzjoni IMO A.771(18) ‘Recommendations on training requirements for crews on fast rescue boats’ (Rakkomandazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tat-taħriġ għal ekwipaġġi fuq dgħajjes ta’ rkupru b’veloċità għolja.)

L-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ tħalli l-vapuri jvaraw id-dgħajjes tas-salvataġġ fuq naħa waħda jekk l-arranġamenti ta’ fejn joqogħdu fil-port u l-mudelli tal-kummerċ tagħhom ma jippermettux li jiġu varati d-dgħajjes tas-salvataġġ fuq dik in-naħa. Madanakollu, tali dgħajjes tas-salvataġġ kollha għandhom jitniżżlu mill-inqas darba kull 3 xhur u jiġu varati mill-inqas kull sena.

.5

Jekk vapur ikun mgħammar b’sistema tal-evakwazzjoni marittima l-provi għandhom jinkludu l-azzjonijiet meħtieġa fir-Regolament SOLAS III/19.3.3.8.

.6

Id-dawl tal-emerġenza għall-ġmigħ tan-nies u abbandun għandhom jiġu ppruvati f’kull prova tal-abbandun tal-vapur.

.7

Il-provi tan-nirien għandhom isiru f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament SOLAS III/19.3.4.

.8

Għandhom jingħataw taħriġ u struzzjonijiet abbord lill-membri tal-ekwipaġġ skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament SOLAS III/19.4.

KAPITOLU IV

KOMUNIKAZZJONIJIET BIR-RADJU

1.   Tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju

VAPURI TAL-KLASSI D

.1

Vapuri tal-klassi D għandhom jiġu mgħammra b’mill-inqas:

.1.1

Stallazzjoni ta’ radju VHF li tkun kapaċi tirċievi u tittrażmetti;

.1.1.1

DSC fuq il-frekwenza 156 525 MHz (kanal 70). Għandu jkun possibbli li tinbeda trażmissjoni ta’ avviż ta’ periklu fuq il-kanal 70 mill-pożizzjoni minn fejn normalment il-vapuri jkun navigat; u

.1.1.2

Radjutelefonija fuq il-frekwenzi 156 300 Mhz (kanal 6). 156 650 Mhz (kanal 13) u 156 800 Mhz (kanal 16);

.1.2

L-istallazzjoni tar-radju VHF għandha wkoll tkun kapaċi tittrażmetti u tirċievi komunikazzjonijiet ta’ radju ġenerali bl-użu tar-radjutelefonija.

.1.3

Qed isiru referenzi għar-Regolamenti SOLAS IV/7.1.1 tal-1974 u r-Regolament IV/8.2.

ANNESS II

FORMOLA TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIKUREZZA TA’ VAPUR TAL-PASSIĠĠIERI

ĊERTIFIKAT TAS-SIKUREZZA TA’ VAPUR TAL-PASSIĠĠIERI

(Dan iċ-ċertifikat għandu jkun issuplimentat b’Reġistru tat-Tagħmir)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

REĠISTRU TAT-TAGĦMIR GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIKUREZZA TA’ VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI

Dan ir-reġistru għandu jkun mehmuż b’mod permanenti maċ-Ċertifikat ta’ konformità

REĠISTRU TAT-TAGĦMIR GĦALL-KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 2009/45/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Partikolaritjiet tal-vapur

Isem il-vapur:

 

Numru jew ittri ta’ distinzjoni:

 

L-għadd tal-passiġġieri:

 

Għadd minimu tal-persuni bil-kwalifiki meħtieġa li joperaw fuq stallazzjonijiet elettriċi.

 


Dettalji tat-tagħmir tas-salvataġġ

1

Għadd totali ta’ persuni li għalihom huwa pprovdut it-tagħmir tas-salvataġġ

 

2

Dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes tal-irkupru

Naħa tax-xellug

Naħa tal-lemin

2.1

Għadd totali ta’ dgħajjes tas-salvataġġ

 

 

2.2

Għadd ta’ persuni akkomodati minnhom.

 

 

2.3

Għadd totali ta’ dgħajjes tas-salvataġġ LSA 4.5

 

2.4

Għadd totali ta’ dgħajjes tas-salvataġġ LSA 4.6

 

2.5

Għadd totali ta’ dgħajjes tas-salvataġġ LSA 4.7

 

2.6

Għadd ta’ dgħajjes tas-salvataġġ li huma nklużi fl-għadd totali ta’ dgħajjes tas-salvataġġ muri hawn fuq.

 

2.7

Għadd tad-dgħajjes tas-salvataġġ mgħammra b’search lights

 

2.8

Għadd ta’ dgħajjes ta’ rkupru.

 

2.9

Għadd ta’ dgħajjes li huma nklużi fl-għadd totali ta’ dgħajjes tas-salvataġġ muri hawn fuq.

 

3

Ċattri tas-salvataġġ

Naħa tax-xellug

Naħa tal-lemin

3.1

Għadd totali taċ-ċattri tas-salvataġġ

 

 

3.2

Għadd ta’ persuni akkomodati minnhom.

 

 

3.3

Għadd ta’ ċattri tas-salvataġġ li għalihom huwa meħtieġ tagħmir ta’ varar approvat.

 

3.4

Għadd ta’ ċattri tas-salvataġġ li għalihom mhuwiex rikjest tagħmir ta’ varar approvat.

 


Dettalji tat-tagħmir tas-salvataġġ (ikompli)

4

Apparat tar-radju tas-salvataġġ

 

4.1

Għadd ta’ bagi tas-salvataġġ.

 

4.2

Għadd ta’ ġkieket ta’ salvataġġ tal-kbar.

 

4.3

Għadd ta’ ġkieket tas-salvataġġ għat-tfal

 

4.4

Għadd tal-ilbies ta’ immersjoni

 

4.5

Għadd ta’ lbies ta’ immersjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ġkieket tas-salvataġġ.

 

4.6

Għadd ta’ għajnuniet protettivi termali (17)

 

5

Pirotekniki

 

5.1

Tagħmir li jitfa’ l-ħbula

 

5.2

Murtali tal-periklu

 

6

Apparat tar-radju ta’ salvataġġ

 

6.1

Għadd ta’ radar transponders

 

6.2

Għadd ta’ apparat tar-radjutelfonija VHF li jirċievi u li jitrażmetti.

 


Dettalji tal-faċilitajiet tar-radju

1

Sistemi primarji

 

1.1

Installazzjoni tar-radju VHF

 

1.1.1

DSC encoder

 

1.1.2

DSC watch receiver

 

1.1.3

Telefonija bir-radju

 

1.2

Installazzjoni tar-radju MF

 

1.2.1

DSC encoder

 

1.2.2

DSC watch receiver

 

1.2.3

Radjutelefonija

 

1.3

Installazzjoni tar-radju MF/HF

 

1.3.1

DSC encoder

 

1.3.2

DSC watch receiver

 

1.3.3

Radjutelefonija

 

1.3.4

Radjutelegrafu bi stampar dirett

 

1.4

INMARSAT ship-earth station

 

2

Mezzi sekondarji ta’ allert

 


Dettalji tal-faċilitajiet tar-radju (ikompli)

3

Faċilitajiet biex jiġi riċevut tagħrif marittimu tas-sikurezza

 

3.1

Riċevitur NAVTEX

 

3.2

Riċevitur EGC

 

3.3

Radjutelegrafu bi stampar dirett HF li jirċievi.

 

4

Satellita EPIRB

 

4.1

COSPAS-SARSAT

 

4.2

(INMARSAT)

 

5

VHF EPIRB

 

6

Radar transponder tal-vapur

 


Metodi biex tiġi żgurata d-disponibbbiltà ta’ faċilitajiet tar-radju

(ir-Regolamenti IV/15.6 u 15.7.)

7.1

Duplikazzjoni tal-apparat

 

7.2

Manutenzjoni bbażata fuq l-art

 

7.3

Kapaċità ta’ manutenzjoni fuq il-baħar

 

Dettalji tal-apparat u sistemi ta’ navigazzjoni

1.1

Standard magnetic compass (19)

 

1.2

Spare magnetic compass (19)

 

1.3

Gyro compass (19)

 

1.4

Gyro-compass heading repeater (19)

 

1.5

Gyro-compass bearing repeater (19)

 

1.6

Heading jew track control system (19)

 

1.7

Pelorus jew compass bearing device (19)

 

1.8

Mezzi ta’ korrezzjoni tad-direzzjoni u tal-orjentament (19)

 

1.9

Tagħmir ta’ trażmissjoni tad-direzzjoni (19)

 

2.1

Sistemi Elettroniċi għall-Wiri tal-Mapep u tal-Informazzjoni (ECDIS)

 

2.2

Kopja oħra tal-arranġamenti għall-ECDIS

 

2.3

Pubblikazzjonijiet nawtiċi

 


Dettalji tal-apparat u sistemi ta’ navigazzjoni (ikompli)

3.1

Riċevitur tas-sistema ta’ navigazzjoni globali tas-satellita/sistema ta’ navigazzjoni tar-radju tal-art (18), (19)

 

3.2

Radar ta’ 9 GHz (19)

 

3.3

It-tieni Radar (3GHz/9GHz) (18), (19)

 

3.4

Automatic radar plotting aid (ARPA) (19)

 

3.5

Automatic tracking aid (19)

 

3.6

It-tieni Automatic tracking aid (19)

 

3.7

Electronic plotting aid (19)

 

4

Is-sistemi awtomatiċi tal-identifikazzjoni (AIS)

 

5

Reġistratur tad-dejta tal-vjaġġ/Reġistratur tad-dejta tal-vjaġġ simplikfikat (VDR/S-VDR) (18)

 

6.1

Tagħmir li jkejjel il-veloċità u d-distanza (fl-ilma) (19)

 

6.2

Tagħmir li jkejjel il-veloċità u d-distanza (fuq l-art f’direzzjoni ‘l quddiem u lura) (19)

 

7

Tagħmir biex jinstemal-eku (19)

 

8.1

Indikaturi tal-mod kif jaħdmu t-tmun, l-iskrun, l-imbottatura u l-pitch (19)

 

8.2

Indikaturi tar-rata tad-dawrien (19)

 

ANNESS III

IL-LINJI GWIDA GĦAR-REKWIŻITI TAS-SIKUREZZA GĦALL-VAPURI TAL-PASSIĠĠIERI U GĦALL-INĠENJI TAL-BAĦAR TA’ VELOĊITÀ GĦOLJA GĦALL-PERSUNI B’MOBBILTÀ MNAQQSA

(kif imsemmi fl-Artikolu 8)

Meta jiġu applikati l-linji gwida f’dan l-Anness, l-Istati Membri għandhom isegwu ċ-ċirkolari tal-IMO MSC/735 intitolata ‘Rakkommandazzjoni għad-disinn u l-operat tal-vapuri tal-passiġġieri sabiex jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-persuni anzjani u l-persuni b’diżabbiltà’.

1.   L-AĊĊESS GĦALL-VAPUR

Il-vapuri għandhom jinbnew u jiġu mgħammra b’tali mod li persuna b’mobbiltà mnaqqsa tista’ timbarka bla xkiel u fis-sikurezza, u tista’ tiġi żgurata l-aċċess bejn il-gverti, jew mingħajr assistenza jew megħjuna permezz tar-rampi, l-elevaturi jew il-liftijiet. Id-direzzjonijiet għal dan l-aċċess għandhom jiġu mwaħħla fl-aċċessi l-oħra tal-vapur u f’postijiet oħra xierqa mal-vapur kollu.

2.   IS-SINJALI

Is-sinjali pprovduti fuq vapur biex jgħinu lill-passiġġieri għandhom ikunu aċċessibbli u faċli sabiex jinqraw mill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, (inklużi l-persuni b’diżabbiltajiet sensorji), u ppożizzjonati f’postijiet ewlenin.

3.   IL-MEZZI SABIEX JIĠU KKOMUNIKATI L-MESSAĠĠI

L-operatur għandu jkollu l-mezzi abbord il-vapur sabiex jipprovdi dikjarazzjonijiet b’mod viżwali u verbali, bħalma huma dawk li jirrigwardaw id-dewmien, il-bdil fl-iskedi u s-servizz abbord, lill-persuni b’għamliet varji ta’ mobbiltà mnaqqsa.

4.   L-ALLARM

Is-sistema tal-allarm u tal-buttuni tal-allarm trid tkun iddisinjata b’tali mod li tkun aċċessibbli għall-persuni kollha b’mobbiltà mnaqqsa u sabiex tgħarrafhom bl-allarm, inklużi l-persuni b’diżabbiltajiet sensorji u l-persuni b’diżabbiltajiet ta’ tagħlim.

5.   REKWIŻITI ADDIZZJONALI SABIEX JIŻGURAW IL-MOBBILTÀ FIL-VAPURI

Il-poġġamani, il-kurituri u l-passaġġi, il-ftuħ tal-bibien u l-bibien għandhom ikunu adattati għall-moviment ta’ persuna f’siġġu tar-roti. L-elevaturi, il-gverti tal-vetturi, is-swali tal-passiġġieri, l-akkomodazzjoni u l-postijiet tal-ħasil għandhom ikunu ddisinjati sabiex ikunu aċċessibbli b’mod raġonevoli u proporzjonat għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa.

ANNESS IV

PARTI A

Id-Direttiva rrevokata bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE

(ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1)

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/25/KE

(ĠU L 98, 15.4.2002, p. 1)

 

Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53)

l-Artikolu 7 biss

Id-Direttiva 2003/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 123, 17.5.2003, p. 18)

 

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/75/KE

(ĠU L 190, 30.7.2003, p. 6)

 

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

Id-Direttiva 98/18/KE

fl-1 ta’ Lulju 1998.

 

Id-Direttiva 2002/25/KE

fil-15 ta’ Ottubru 2002.

1 ta’ Jannar 2003, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness għal din id-Direttiva.

Id-Direttiva 2002/84/KE

fit-23 ta’ Novembru 2003.

 

Id-Direttiva 2003/24/KE

fis-16 ta’ Novembru 2004.

 

Id-Direttiva 2003/75/KE

fil-31 ta’ Jannar 2004.

 

ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 98/18/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 2, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 2(a)

L-Artikolu 2(a)

L-Artikolu 2(b)

L-Artikolu 2(b)

L-Artikolu 2(c)

L-Artikolu 2(c)

L-Artikolu 2(d)

L-Artikolu 2(d)

L-Artikolu 2(e)

L-Artikolu 2(e)

L-Artikolu 2(ea)

L-Artikolu 2(f)

L-Artikolu 2(f), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 2(g), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 2(f), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 2(g)(i)

L-Artikolu 2(f), it-tieni inċiż

L-Artikolu 2(g)(ii)

L-Artikolu 2(g)

L-Artikolu 2(h)

L-Artikolu 2(h)

L-Artikolu 2(i)

L-Artikolu 2(ha)

L-Artikolu 2(j)

L-Artikolu 2(i)

L-Artikolu 2(k)

L-Artikolu 2(j)

L-Artikolu 2(l)

L-Artikolu 2(k)

L-Artikolu 2(m)

L-Artikolu 2(l)

L-Artikolu 2(n)

L-Artikolu 2(m)

L-Artikolu 2(o)

L-Artikolu 2(n)

L-Artikolu 2(p)

L-Artikolu 2(o)

L-Artikolu 2(q)

L-Artikolu 2(p)

L-Artikolu 2(r)

L-Artikolu 2(q)

L-Artikolu 2(s)

L-Artikolu 2(r)

L-Artikolu 2 (t)

L-Artikolu 2(s)

L-Artikolu 2(u)

L-Artikolu 2 (t)

L-Artikolu 2(v)

L-Artikolu 2(u)

L-Artikolu 2(w)

L-Artikolu 2(v)

L-Artikolu 2(x)

L-Artikolu 2(w)

L-Artikolu 2(y)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(2), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 3(2), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 3(2)(a), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 3(2)(a), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 3(2)(a), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 3(2)(a)(i)

L-Artikolu 3(2)(a), it-tieni inċiż

L-Artikolu 3(2)(a)(ii)

L-Artikolu 3(2)(a), it-tielet inċiż

L-Artikolu 3(2)(a)(iii)

L-Artikolu 3(2)(a) ir-raba’ inċiż

L-Artikolu 3(2)(a)(iv)

L-Artikolu 3(2)(a) il-ħames inċiż

L-Artikolu 3(2)(a)(v)

L-Artikolu 3(2)(a), is-sitt inċiż

L-Artikolu 3(2)(a)(vi)

L-Artikolu 3(2)(a) is-seba’ inċiż

L-Artikolu 3(2)(a)(vii)

L-Artikolu 3(2)(b), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 3(2)(b), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 3(2)(b), l-ewwel inċiż

L-Artikolu 3(2)(b)(i)

L-Artikolu 3(2)(b), it-tieni inċiż

L-Artikolu 3(2)(b)(ii)

L-Artikolu 3(2)(b), it-tielet inċiż

L-Artikolu 3(2)(b)(iii)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6a

L-Artikolu 7

L-Artikolu 6b

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7

L-Artikolu 9

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 10(1), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(i)

L-Artikolu 10(1), il-punt (a)

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(ii)

L-Artikolu 10(1), il-punt (b)

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii)

L-Artikolu 10(1), il-punt (c)

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iv)

L-Artikolu 10(1), il-punt (d)

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-aħħar

L-Artikolu 10(1), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 10(2), il-kliem tal-bidu

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(i)

L-Artikolu 10(2)(a)

L-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(ii)

L-Artikolu 10(2)(b)

L-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 9

L-Artikolu 11

L-Artikolu 10

L-Artikolu 12

L-Artikolu 11

L-Artikolu 13

L-Artikolu 12

L-Artikolu 14

L-Artikolu 13

L-Artikolu 15

L-Artikolu 14

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 15

L-Artikolu 18

L-Artikolu 16

L-Artikolu 19

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

L-Anness IV


(*)  Ikunu liema jkunu r-riżultati f’rekwiżiti iktar severi.

(1)  In-numri Għarab wara l-ittra ‘C’ fil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni jistgħu jiġu ssostitwiti b’numri Rumani jew ittri jekk l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tikkunsidra dan bħala neċessarju biex l-Amministrazzjoni agħmel distinzjoni bejn in-notazzjonijiet tal-linji tas-suddiviżjoni internazzjonali.

(2)  Irreferi għall-Kodiċi dwar il-livelli tal-Istorbju Abbord il-Vapuri, adottat bir-Riżoluzzjoni IMO A.468 (XII).

(3)  Issir referenza għar-rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika u, b’mod partikolari, is-serje 60092 – Instalazzjonijiet Elettriċi fuq il-Vapuri.

(1)  Fejn l-ispazji ta’ ħdejn xulxin ikunu fl-istess kategorija numerika u jidher is-superskritt a, kull paratija jew gverta bejn dawn l-spazji ma hemmx bżonn li titwaħħal jekk ikun meqjus mhux neċessarju mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera. Per eżempju f’kategorija (12) ma hemmx bżonn paratija bejn il-kċina u dispensid-dipensi annessi magħha kemm-il darba l-paratija tal-post fejn jinżamm l-ikel u l-gverti jżommu l-integrità tal-konfini tal-kċina. Kull paratija hija, madanakollu, meħtieġa bejn kċina u spazju tal-makkinarju anki jekk iż-żewġ spazji ikunu f’kategorija (12).

(2)  Il-ġenb tal-vapur sal-linja sa fejn jasal l-ilma fil-kundizzjoni l-aktar ħafifa tat-tbaħħir, il-ġnub tas-soprastruttura u tal-kamra ta’ fuq il-gverta li jinsabu taħt u maġenb iċ-ċattri tas-salvataġġ u ż-żrieżaq tal-evakwazzjoni jistgħu jitnaqqsu għal A-30.

(3)  Fejn it-tojlits pubbliċi jkunu installati kompletament fil-magħlaq tat-taraġ, il-paratija tat-tojlit pubbliku fil-magħlaq tat-taraġ tista’ tkun tal-integrità tal-klassi B.

(4)  Fejn l-ispazji tal-kategoriji 6, 7, 8 u 9 jinsabu kompletament fil-perimetru ta’ barra tal-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies, il-paratiji ta’ dawn l-ispazji jistgħu jitħallew jkunu tal-integrità tal-klassi B-0’. Il-pożizzjonijiet tal-kontroll għall-installazzjonijiet tal-awdjo, vidjo, u tad-dawl jistgħu jiġu kkunsidrati bħala parti mill-istazzjon tal-ġmigħ tan-nies.

(5)  Għall-kjarifika ta’ liema minnhom tkun tapplika, ara r-Regolamenti II-2/B/3 u 8.

(6)  Fejn l-ispazji ikunu tal-istess kategorija numerika u jidher superskritt b, kull paratija jew gverta tal-gradazzjoni murija fit-tabelli hija meħtieġa biss meta l-ispazji maġenbhom huma għal skop differenti, eż. fil-kategorija (9). Kċina ħdejn kċina ma teħtieġx paratija iżda kċina ħdejn kamra taż-żebgħa teħtieġ paratija ‘A-0’.

(7)  Paratiji li jisseparaw il-kamra tat-tmunier u l-kamra fejn jinżammu l-mapep minn xulxin jista’ jkollhom il-klassi ‘B-0’.

(8)  Ara l-paragrafu 2.3 u 2.4 ta’ dan ir-Regolament.

(9)  Għall-applikazzjoni tar-Regolament 2.1.2, fejn kienu jidhru ‘B-0’ u C, fittabella 5.1, għandhom jinqraw bħala ‘A-0’.

(10)  Ma hemmx bżonn ikun hemm iżolazzjoni minn nirien fl-ispazju tal-makkinarju fil-kategorija (7) li ma għandhomx riskju li jaqbdu jew għandhom riskju żgħir.

(**)  Fejn fit-tabelli, ikun hemm asterisk id-diviżjoni jeħtieġ li tkun tal-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti iżda mhix meħtieġa li tkun tal-livell tal-klassi A.

F’vapuri li li nbnew fl-1 ta’ Jannar2003 jew wara, Madankollu, fejn gverta, ħlief fi spazju tal-kategorija (10), tkun minfuda biex jgħaddu l-kejbils elettriċi, pajpijiet u toqob tal-ventilazzjoni, tali penetrazzjoni għandha tkun bl-eżatt biex tevita li jgħaddu l-fjammi u d-duħħan. Id-diviżjonijiet bejn l-istazzjonijiet tal-kontroll (ġeneraturi tal-emerġenza) u l-gverti miftuħa jista’ jkollhom fetħiet tat-teħid tal-arja mingħajr mezz għall-għeluq, sakemm ma titwaħħalx sistema fissa tat-tifi tan-nar tal-gass.

Għall-applikazzjoni tar-Regolament II-2/B/2.1.2 fejn ikun hemm asterisk fit-tabella 5.2, ħlief għall-kategoriji (8) u (10), għandu jinqara bħala ‘A-0’.

(4)  Inġenji tal-baħar tas-sopravivenza jistgħu ikunu dgħajjes tas-salvataġġ jew ċattri tas-salvataġġ jew taħlita tat-tnejn f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament III/2.2

Meta jkun iġġustifikat min-natura mkennija tal-vjaġġi, u/jew il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli taż-żona tat-tħaddim, wara li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet fl-IMO MSC/Circ.1046, tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tista’ taċċetta, jekk dan ma jiġix irrifjutat mill-Istat Membru ospitant.

(a)

ċattri tas-salvataġġ li jintefħu li huma miftuħa u riversibbli li ma jikkonformawx mat-taqsima 4.2 jew 4.3 tal-Kodiċi LSA sakemm tali ċattri tas-salvataġġ ma jikkonformawx kompletament mar-rekwiżiti tal-Anness 10 tal-1994 tal-Kodiċi tal-Inġenji tal-baħar b’Veloċità Għolja u għal vapuri mibnija fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara, l-Anness 11 tal-Kodiċi tal-Inġenji tal-baħar b’Veloċità Għolja tal-2000;

(b)

ċattri tas-salvataġġ li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafi 4.2.2.2.1 u 4.2.2.2.2 tal-Kodiċi LSA dwar l-iżolazzjoni kontra l-kesħa tal-art taċ-ċattra tas-salvataġġ.

Inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għall-vapuri eżistenti tal-klassijiet B, C u D għandu jikkonformaw mar-Regolamenti rilevanti tas-SOLAS 74 għall-vapuri eżistenti kif emendati fis-17 ta’ Marzu 1998. Vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5-1 kif japplika.

Sistema tal-evakwazzjoni marittima jew sistemi li jikkonformaw mat-taqsima 6.2 tal-Kodiċi LSA jistgħu jiġu ssostitwiti għal kapaċità ekwivalenti ta’ ċattri tas-salvataġġ u t-tagħmir tal-varar tagħhom fejn japplika.

(5)  L-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza għandhom, sa fejn ikun prattiku, jiġu mqassma ugwalment fuq kull naħa tal-vapur.

(6)  L-għadd totali tal-inġenji tal-baħar tas-sopravivenza, inklużi iċ-ċattri tas-salvataġġ, għandhom ikunu f’konformità mar-rekwiżiti fit-tabella hawn fuq, jiġifieri, 1,10N = 110 % u 1,25N = 125 % tal-għadd totali ta’ persuni (N) li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr. Ammont biżżejjed ta’ tagħmir tas-salvataġġ għandu jinġarr sabiex ikun żgurat li fil-każ ta’ kull inġenju tal-baħar tas-sopravivenza li jintilef jew li ma jibqax jagħti servizz, l-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza li jibqa’ jkun jista’ jakkomoda l-għadd totali ta’ persuni li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr. Jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit tal-istivar taċ-ċattri tas-salvataġġ fir-Regolament III/7.5 jistgħu jkunu meħtieġa iktar ċattri tas-salvataġġ.

(7)  L-għadd ta’ dgħajjes tas-salvataġġ u/jew dgħajjes ta’ rkupru, għandu jkun biżżejjed biex jiġi żgurat li jipprovdu għall-abbandun tal-għadd totali ta’ persuni li l-vapur huwa ċċertifikat li jġorr, mhux aktar minn disa’ ċattri tas-salvataġġ li għandhom jiġu ggwidati minn kull dgħajsa tas-salvataġġ jew dgħajsa ta’ rkupru.

(8)  Tagħmir ta’ varar għad-dgħajjes ta’ rkupru għandhom japplikaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/10.

Jekk dgħajsa ta’ rkupru tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 4.5 jew 4.6 tal-Kodiċi LSA tista’ tiġi inkluża fil-kapaċità tal-inġenju tal-baħar tas-sopravivenza speċifikat fit-tabella hawn fuq.

Dgħajsa ta’ salvataġġ tista’ tiġi aċċettata bħala dgħajsa ta’ rkupru dejjem jekk l-arranġamenti ta’ varar u ta’ rkupru tagħha jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti ta’ dgħajsa ta’ rkupru.

Tal-anqas waħda mid-dgħajjes ta’ rkupru fuq il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandha tkun dgħajsa veloċi ta’ rkupru li tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5-1.3.

Meta l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera tqis li l-installazzjoni ta’ dgħajsa tas-salvataġġ jew ta’ dgaħjsa veloċi ta’ rkupru abbord ta’ kull vapur hija fiżikament impossibbli, dan il-vapur jista’ jiġi eżentat milli jġorr dgħajsa tas-salvataġġ, jekk kemm-il darba l-vapur jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-vapur huwa rranġat biex jippermetti li persuna li ma tistax tgħin ruħha tiġi rkuprata mill-ilma;

(b)

l-irkupru ta’ persuna li ma tistax tgħin ruħha għandu jiġi osservat mill-pont tan-navigazzjoni; u

(ċ)

il-vapur jista’ jiġi mmanuvrat b’mod suffiċjenti biex jasal qrib u jirkupra persuni fl-aktar kundizzjonijiet ħżiena intiżi.

(9)  Tal-anqas baga waħda tas-salvataġġ fuq kull naħa għandha tiġi mgħammra b’siegla tas-salvataġġ li ma jegħriqx li jkun ugwali fit-tul għal mhux inqas mid-doppju li fih ikun miġbur fl-aktar kundizzjoni ħafifa li tkun tajba għall-baħar jew 30 metru, skont liema minnhom ikun l-akbar.

Żewġ bagi għandhom ikunu mgħammra b’sinjal tad-duħħan u dawl li jixgħel awtomatikament; għandhom ikunu jistgħu li jinfetħu malajr mill-pont tan-navigazzjoni. Il-bqija tal-bagi tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra b’dwal li jixegħlu waħedhom, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 2.1.2 tal-Kodiċi LSA.

(10)  Murtali tal-periklu, li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ taqsima 3.1 tal-Kodiċi LSA għandhom jinġabru fuq il-pont tan-navigazzjoni jew fil-pożizzjoni li ddawwar.

(11)  Għandha tiġi pprovduta ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li għandha tagħmel xogħol abbord f’żoni esposti. Dawn il-ġkieket tas-salvataġġ li jintefħu jistgħu jiġu inklużi fl-għadd totali ta’ ġkieket tas-salvataġġ meħtieġa minn din id-Direttiva.

(12)  Għandu jiġi pprovdut għadd ugwali ta’ ġkieket tas-salvataġġ adattati għat tfal għal mill-inqas 10 % tal-għadd tal-passiġġieri abbord jew tali numbru iktar skont kemm ikun hemm bżonn biex tingħata gakketta tas-sażlvataġġ lil kull tifel jew tifla.

(13)  Għandhom jiġu pprovduti għadd ugwali ta’ ġkieket tas-salvataġġ adattati għat trabi għal mill-inqas 2,5 % tal-għadd tal-passiġġieri abbord jew iktar skont kemm ikun hemm bżonn biex tingħata ġakketta tas-salvataġġ lil kull tarbija.

(14)  Il-vapuri kollha għandhom jġorru għadd ta’ ġkieket tas-salvataġġ li jkun biżżejjed għal persuni li jkunu għassa u għal użu ta’ stazzjoniet ta’ inġenji tal-baħar tas-sopravivenza li jinstabu f’post remot. Il-ġkieket tas-salvataġġ li jinġarru għal persuni li jagħmlu l-għassa għandhom jintrefgħu fuq il-pont, fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju jew f’xi stazzjon ieħor tal-għassa li jkun hemm in-nies miegħu.

Mhux iktar tard mill-ewwel servej perjodiku wara l-1 ta’ Jannar 2012 il-vapuri kollha tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tan-noti tal-qiegħ 12 u 13.

(15)  Jekk il-ġkieket tas-salvataġġ tal-kbar ma jkunux iddisinnjati biex jiġu lil persuni li jiżnu iktar minn 140 kg u li għandhom id-dawra tas-sider li tkun tasal sa 1 750 mm, għadd ta’ aċċessorji adattati li jkun biżżejjed għandu jkun disponibbli abbord biex il-ġkieket ikunu jistgħu jinqaflu fuq dawn il-persuni.

(16)  Fuq vapuri ro-ro tal-passiġġieri, kull ġakketta ta’ salvataġġ għandha tkun mgħammra b’dawl skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.3. tal-Kodiċi LSA. Vapuri ro-ro tal-passiġġieri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament III/5.5.2.

(17)  Esklużi dawk inklużi fid-dgħajsa tas-salvataġġ, fiċ-cattra tas-salvataġġ u fit-taghmir tad-dgħajsa tas-salvataġġ sabiex ikunu jikkonformaw mal-kodiċi LSA.

(18)  Ħassar kif xieraq.

(19)  Mezzi alternattivi biex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit huma permess taħt SOLAS V/19 F’ każ ta’ mezzi oħra dawn għandhom jiġu speċifikati.


Top